e-spark 05

7
SOLD FOR A QUA RTER MESSAGG TAD-DIRETTUR QUOTES WEBSITES CARTOONS Vocations e-newsletter E - SPARK 5 E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Upload: diocesan-vocation-centre

Post on 08-Mar-2016

229 views

Category:

Documents


2 download

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

TRANSCRIPT

Page 1: e-spark 05

SOLD FOR A QUARTER

MESSAGG TAD-DIRETTUR

QUOTES

WEBSITES

CARTOONS

Vocations e-newsletter

E - SPARK 5

E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat .

Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Page 2: e-spark 05

Żgur li kulħadd induna li f’dawn l-aħħar xhur il-Knisja kienet qed tiċċelebra “s-Sena Pawlina” biex infakkru l-2000 sena (bejn wieħed u ieħor) mit-twelid

ta’ dan il-qaddis. Dan iż-żmien hu opportunità biex ninżlu aktar fil-fond fil-ħajja u t-tagħlim ta’ dan l-appostlu. San Pawl ma kienx minn dejjem kif nafuh. Kien hemm żmien meta kien żgħażugħ totalment differenti, mimli qilla lejn il-Knisja u l-Insara. Anke ismu kien differenti: Sawlu. Kien idur minn belt għal belt, b’awtorità kbira ħafna, ifittex lill-Insara u jippersegwita l-Knisja. Kien għadu ma sarx jaf x’inhi l-Knisja. Kien jimaġina li l-Knisja hija għadu tal-biedem u li qed tfixkel lill-bniedem milli jiltaqa’ ma’ Alla. Meta kkonverta, fi triqtu lejn Damasku, Pawlu skopra li l-Insara kellhom raġun: dak Ġesù li kienu jemmnu fih kien tassew ħaj! U kien hu l-Messija! U minn dak il-ħin il-ħajja ta’ Pawlu tbiddlet ta’ taħt fuq. Ma baqax iħares lejn il-Knisja bħala xkiel imma bħala l-komunità fejn illum jgħix Ġesù. Intebaħ li l-Knisja kienet qed tagħti ċans lil kulħadd, anke lill-Lhud stess, biex isalvaw. U dan iċ-ċans ħadu u għen eluf ta’ bnedmin oħra jiltaqgħu ma’ Kristu huma wkoll. F'Pawlu tolqotna mill-ewwel ir-rabta tieghu mal-Knisja. Mill-bidunett Pawlu skopra l-Knisja waqt li skopra lilu nnifsu u s-sejha tieghu ta' appostlu. Il-konverzjoni tieghu lejn Gesu kienet akkumpanjata minn konverzjoni lejn il-Knisja. Jien għandi mħabba lejn il-Knisja? Illum issib ħafna adulti, imma anke żgħażagħ u tfal, li l-ewwel impressjoni li jieħdu tal-Knisja tkun wahda negattiva. Hemm min jaħseb li l-Knisja tinqeda’ bl-injoranza tan-nies. Hemm min jemmen li l-Knisja ma tgħidx il-verità u tfixkel ħafna lill-bniedem. Tassew li anke llum, bħal fi żmien San Pawl, hemm firdiet fost dawk li jemmnu. Imma jien nistaqqsi: “Ġesu kieku se jħalli l-Knisja tagħmel dawn l-affarijiet? Kieku l-Knisja hija falza jew kontra r-rieda ta’ Alla taħseb li għadha wieqfa sa llum?” Imma fil-bniedem dejjem hemm din it-tendenza li jissuspetta u jaħseb ħażin. Hu effett tad-dnub li jiġilna hekk. Il-bniedem anke f’Alla stess jissuspetta. Alla hu l-akbar benefattur tal-bniedem imma nistgħu naħsbuh għadu tagħna! Pawlu kellu ħaġa favurih, anke qabel ma bidel ħajtu. Dak li għamel għamlu għaliex kien jemmen f’xi ħaġa, b’intenzjoni tajba. Kien lest li jbati biex jilħaq l-idejal li kellu quddiemu: li jħobb lil Alla b’qalbu kollha, b’moħħu kollu u bir-rieda kollha tiegħu. Illum naraw din il-kuraġġ anki f’xi wħud li jieħdu ħafna riskji biex jiddefendu l-ambjent, jew xi kawża oħra. Aħseb ftit: kieku Pawlu ma kellux esperjenza qawwija fti triqtu lejn Damasku, u ma’ ltaqax ma’ Ġesù permezz tal-Knisja, kif kien jibqa’ magħruf fl-istorja? Sempliċiment bħala “bniedem li ddedika ħajtu jeqred grupp ġdid ta’ nies li kienu qed jimxu wara wieħed jismu Ġesù Kristu.” Illum ukoll tiltaqa’ ma’ tfal u żgħażagħ li l-enerġija tagħhom qed jitfgħuha fuq affarijiet li ma jistgħu qatt jissodisfaw fit-tul. għażel lil Pawlu biex ikun “għodda magħżula” qed isejjaħ lilek ukoll. Irid jidħol fi ħbiberija miegħek. Qed jistiednek temmen fih u tħalli l-Ispirtu tiegħu imexxik. Ersaq qrib. Isma’ quddies spiss. Qerr u tqarben. Ħu sehem fil-liturġija. Itlob quddiem Ġesù Ewkaristija. Wettaq id-doveri tiegħek lejn oħrajn – sħabek, il-familja, xi grupp li inti parti minnu – bi mħabba u mingħajr ma’ taqta’. Tkellem ma’ xi qassis dwar dak li jkun għaddej minn ġo fik. Jekk il-bidu ikun iebes, taqtax qalbek. Żgur li f’ħajtek diġa għaddejt minn sfidi akbar minn dawn! Tħalli xejn ifixklek milli tingħaqad ma’ Kristu. Ħallih jidħol fl-istorja ta’ ħajtek. Ma jjiddispjaċiekx żgur!

Fr Michael

Page 3: e-spark 05

Our lives are the only Bible some people will ever read. This is a really scary example of how much people watch us as Christians and will

put us to the test!

Always be on guard -- and remember -- You carry the name of Christ on

your shoulders when you call yourself "Christian."

Watch your thoughts; they become words.

Watch your words; they become actions.

Watch your actions; they become habits.

Watch your habits; they become character.

Watch your character; it becomes your destiny.

The Will of God will never take you to where the Grace of God will not PROTECT you... Stay FAITHFUL and Be GRATEFUL

Sold for a quarter!! Several years ago, a preacher from out-of-state accepted a call to a church in Houston, Texas. Some weeks after he arrived, he had an occasion to ride the bus from his home to the downtown area. When he sat down, he discovered that the driver had accidentally given him a quarter too much change. As he considered what to do, he thought to himself, "You'd better give the quarter back. It would be wrong to keep it." Then he thought, "Oh, forget it, it's only a quarter. Who would worry about this little amount? Anyway, the bus company gets too much fare; they will never miss it. Accept it as a 'gift from God' and keep quiet." When his stop came, he paused momentarily at the door, and then he handed the quarter to the driver and said, "Here, you gave me too much change." The driver, with a smile, replied, "Aren't you the new preacher in town? I have been thinking a lot lately about going somewhere to worship. I just wanted to see what you would do if I gave you too much change. I'll see you at church on Sunday." When the preacher stepped off of the bus, he literally grabbed the nearest light pole, held on, and said, Oh God, I almost sold your Son for a quarter."

Page 4: e-spark 05

http://images.google.com.mt/imgres?imgurl=http://thumb-7.godtube.com/e1/

thumb/11/92/1_109177.jpg&imgrefurl=http://www.godtube.com/view_video.php%3Fviewkey%

3D9dc3e2b-

The Fourth Wise Man

Ara it-Trailer tal-film

din il-website fiha stampi sbieh tal-bibbja.

www.biblical-art.com

Page 5: e-spark 05

Il-ħbieb huma dawk in-nies li jistaqsuk kif int, u għandhom il-paċenzja jisimgħu r-risposta.

Hu kuntent min jagħti ħafna; miskin hu min jistenna ħafna

Bicca lapes jaghmel meravilji ...f’idejn kapaci.

Inti x’ kapaci taghmel bid-daqsxejn talent li ghandek ?

quotes

Page 6: e-spark 05

Is the best medicine

Page 7: e-spark 05

http://www.familycatechism.com/

Kull ma tixtieq tkun taf fuq il-

Katekizmu, forma ta’ mistoqsija u

twegiba

The Truth is just one click

away The answer to every question in the Catholic Catechism

"The four pillars of the Catholic Catechism -

• the Creed,

• the Sacraments,

• Morality, and

• Prayer,

are brought to life with this 'living catechism.'