e-spark 10

5
MESSAGG TAD-DIRETTUR : HALLINI NARAK WEBSITES GODDA COOL PICTUREs CARS QUTOES Vocations e-newsletter E - spark 10 E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com gunju 2009

Upload: diocesan-vocation-centre

Post on 14-Mar-2016

241 views

Category:

Documents


3 download

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

TRANSCRIPT

Page 1: e-spark 10

MESSAGG TAD-DIRETTUR : HALLINI NARAK

WEBSITES GODDA

COOL PICTUREs CARS

QUTOES

Vocations e-newsletter

E - spark 10

E-Spark hija newletter elettronika hi mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet, tal-Virtu,Rabat .

Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

gunju 2009

Page 2: e-spark 10

Ħallini narak!

Ja bniedem,

Alla wriek x’inhu tajjeb u x’jistenna minnek:

li tagħmel dak li hu ġust

li tħobb li tkun ħanin,

li timxi b’umiltà ma’ Alla tiegħek (Mikea 6,8).

Il-profeta Mikea qed ikellem poplu li, kull ma jmur, qed jitlef il-komunikazzjoni ma’ Alla. Poplu li jqis

ruħu reliġjuż imma li ftit jimpurtah tassew Alla xi jrid. Illum ukoll issib min jieħu għalih jekk tgħidlu li

mhux tassew nisrani. Issib min lest iħallas biex imur xi pellegrinaġġ jew jagħmel wegħdiet meta jkollu

bżonn l-għajnuna ta’ Alla. Imma aħna tgħallimna li l-essenzjal hu aktar sempliċi u ma jqumx flus: li

ma toħloqx tfixkil għal oħrajn, li żżomm lil ħaddieħor fi ħsiebek, u li timxi id f’id ma’ Alla.

Alla għalik jixtieq biss dak li hu l-aħjar. Bħal ma jgħidu t-taljani, “ti voglio bene”. Int ukoll għandek

xewqa li tfittex dak li hu tajjeb għalik, dak li se jagħmillek il-ġid. Mela, x-xewqa tiegħek u x-xewqa ta’

Alla jistgħu jiltaqgħu għax jaqblu. It-tnejn l-istess ħaġa qed tifttxu. Fit-tajjeb kollu li int qed tfittex se

ssib lil Alla għax Hu biss tajjeb.

Mela x’qed iżommok milli tirranġa biex tiltaqa’ m’ Alla? Din hi l-vera dinamika tal-fidi: li int u Hu

tiltaqgħu bħal tnejn li jħobbu lil xulxin. Li tagħmel l-appuntament u żżommu. Li tipprattika tiltaqa’

mal-Mulej fit-talb, int u Hu biss. Li tkun bogħod mill-geġwiġija, l-istorbju u l-folla u tkunu flimkien

intom biss. Min iħobb jaf kemm hi ħaġa sabiħa li jkollok persuna “għalik biss”. F’mumenti bħal dawn

ir-relazzjoni ma’ Alla tinbidel. Hemm Hu jitkellem miegħek u int titkellem miegħu.

Jekk illum tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom (Lhud 3,7b-8a).

Parir sempliċi imma effettiv. Diffiċli ma twebbisx qalbek meta qed ngħixu f’soċjetà ċinika. Li tkun

ċiniku jfisser li jkollok qalb magħluqa. Ħafna llum jiddeċiedu li mhux se jweġġgħu iżjed. Jiddeċiedu li

m’huma se jħossu xejn għal ħadd. Li mhux se jissograw jinfetħu għal dak li hu ġdid. Fi kliem ieħor,

jiddeċiedu li joqgħod pass lura u jidħqu daħqa bil-ħajja. U dan hu mod żgur kif il-laqgħa ma’ Alla ma

sseħħx u kollox jibqa’ kif inhu.

Imma jekk tkun attent għal dak li tgħidlek qalbek, għal dak li tħoss fil-fond tal-ġewwieni tiegħek, tkun

qed tiltaqa’ max-xewqa ta’ Alla għalik. Dawn huma l-mumenti li trid tiggranfa magħhom u bihom tid-

ħol iktar fil-qalb ta’ Alla.

Il-fidi tkun bla qawwa jekk ma tkunx mibnija fuq esperjenza ta’ Alla. Jekk jien u int bħala individwi, u anke bħala komunità, għad ma kellniex din l-

esperjenza u nibqgħu nistrieħu biss fuq dak li għallmuna ta’ qabilna, kollox imut bil-mod il-mod. Imma fortunatament dejjem issib min ifittex u jikber f’din

l-esperjenza.

Mela ersaq qrib ta’ Alla u emmen fih. Hu qiegħed f’nofsna. Qawwi lilek innifsek u tgħallem strieħ fuqu. Hekk biss ma titfarrakx. Agħraf il-bżonn ta’ min

hu dgħajjef, ieqaf u medd idek biex ma jibqax fl-art. Ersaq, ma oħrajn, u nqimu lil Alla flimkien biex it-taħbit tagħna ma jkunx għal xejn.

Page 3: e-spark 10

Confession heals, confession justifies, confession grants pardon of sin. All hope consists in confession. In confession there is a chance for mercy. Believe it firmly. Do not doubt, do not hesitate, never despair of the mercy of God. Hope and have confidence in confes-sion. --St. Isidore of Seville

Three conditions are necessary for Penance: contrition, which is sorrow for sin, together with a purpose of amendment; confession of sins without any omission; and satisfaction by means of good works. - By Saint Thomas Aquinas

The confession of evil works is the first be-ginning of good works. - By Saint Augustine

Page 4: e-spark 10

Web sites fuq

It-Talb

http://www.yenra.com/catholic/prayers/

http://www.comeaside.com/

http://www.mycatholictradition.com/

Page 5: e-spark 10