e-spark 35

10
Vocations e-newsletter E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com IT-TRIQ U AKTAR SINJALI DRAWWIET KREJATTIVI GHAS-SAJF 2011 NEW WEBSITES OPUS DEI HOW CAN I TELL IF I HAVE A VOCATION ? E - spark 35 LULJU 2011

Upload: diocesan-vocation-centre

Post on 22-Mar-2016

252 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

TRANSCRIPT

Page 1: e-spark 35

Vocations e-newsletter

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat .

Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

IT-TRIQ U AKTAR SINJALI

DRAWWIET KREJATTIVI GHAS-SAJF 2011

NEW WEBSITES

OPUS DEI

HOW CAN I TELL IF I HAVE A VOCATION ?

E - spark 35 LULJU 2011

Page 2: e-spark 35

Messagg tad-Direttur Fr Michael INKOMPLU NISKOPRU T-TRIQ U

AKTAR SINJALI

Min ikun qed jitgħallem isuq il-karozza jkollu l-ewwelnett jgħaddi minn eżami miktub, jew "tat-teorija". Dan ikun ibbażat fuq is-sinjali u l-Highway Code, jiġifieri ġabra tal-prinċipji ta' kif iżżomm rasek fuq għonqok waqt li tkun qed issuq. Wara dan imbagħad ikun hemm test ieħor, "tal-prattika", li fih isir sewqan fil-kundizzjonijiet tat-triq (jiġifieri mhux ġo xi simulator). B'dan it-tieni test jiġi ippruvat li l-istudent tassew ikollu l-ħila jikkontrolla l-vettura tiegħu bla ma jkun ta' periklu għal oħrajn.

Il-vera test (u irġulija) ikun meta tibda' tara oħrajn isiqu kif iridu huma. U int ikollok aptit tagħmel l-istess. Imma ma taqax.

It-test miktub normalment ma joħolqx wisq problemi għax malajr jgħaddu minnu. Huwa t-tieni test li jista' joħloq diffikultà. It-teoriji kulħadd ikun jafhom. Almenu sa ma ngħaddu mill-eżami. Imma li jgħodd hu: Kemm nibqa' niftakar ir-regoli waqt li nkun għaddej insuq? Li nuża l-indicator... li ma naqlax vettura meta ma nkunx nista' nara sew... li ma naqlax minn ġewwa... li nosserva l-istop signs... li ma nsuqx bid-dawl bright u ngħammex lil kulħadd bil-lejl... Li rrid ngħid hu dan: il-kapaċità li ssuq mhix xi ħaġa straordinarja, imma jekk ħafna sewwieqa jibdew isuqu kif jidhrilhom huma, l-iskop kollu tat-teorija jiġi fix-xejn. U inutli li sewwieqa ġodda jiġu mgħallma t-teorija jekk imbagħad fit-toroq ħadd ma josservahom! Sempliċiment inkunu qed nagħmlu l-ħajja diffiċli għal xulxin. Jien bdejt insuq malli għalaqt it-18 (is-seklu l-ieħor) u niftakar li meta ġibt il-liċenzja, l-instructor qalli (nittama li biex jiċċajta): "Issa tista' tagħmel li trid... Imbasta ma taħbatx!" Kliemu ħadtu bis-serjetà għax matul dawn is-snin forsi kelli 3 inċidenti u kollha kienu żgħar (thank God). Imma ma nistax ngħid li dejjem osservajt ir-regoli kollha. Għalhekk dak li nikteb dejjem inkun qed ngħidu lili nnifsi l-ewwelnett.

Page 3: e-spark 35

Mhux biss għax hemm ir-regoli imma għax temmen li wara r-regoli hemm sens jew raġuni: li fis-sewqan ikun hawn inqas stress u konfużjoni u kulħadd jasal malajr u rasu mistrieħa. Ġieli jkun hemm regoli li jidhru bla sens. Bħal meta jagħlqu xi triq li tkun tħobb tuża u jagħmluha one way. Tirrabja għax ikollok ittawwal it-triq bla bżonn. Jew meta jagħmlu ħafna tumbati biex iġegħluk tnaqqas il-veloċità. Imma anke f'dawn il-każi jkun hemm raġuni (mhux biss biex imorru tajjeb il-wardens!). Jew biex inaqqsu l-inċidenti, jew għaliex dik it-triq partikulari tkun dejqa wisq biex tiflaħ traffiku minn żewġ direzzjonijiet. Xi sewwieqa ma jagħtux każ tas-sinjali l-ġodda. Imma meta jirnexxieli nifhem ir-raġuni wara s-sinjali, allura r-regoli iktar ikunu jagħmlu sens. U anke meta ma jkollix aptit nosservahom, dan nagħmlu xorta għax nintebah li fit-triq mhux jien biss hemm!

Fil-kitba ta' dan ix-xahar xtaqt nirreferi għal żewġ sinjali differenti.

1. Fit-triq insibu dawk li nsejħulhom lanes. Dawn juruk minn fejn għandek issuq biex tħalli

biżżejjed spazju lil ħaddieħor sabiex oħrajn ikunu jistgħu jgħaddu minn ħdejk. Il-lanes ikunu immarkati permezz ta' sinjal abjad li jkun kontinwu (jiġifieri ma tistax tgħaddi minn fuq lane għal ieħor) jew miksur (jiġifieri tista' taqleb minn lane għal ieħor). Dejjem is-sewwieq għandu juża n-naħa ta' ġewwa u jħalli libera n-naħa ta' barra (hekk imsejjaħ "fast lane" jew "overtaking lane") li jintuża biss meta tkun trid tgħaddi lil xi vettura li tkun miexja aktar bil-mod. Hawn sewwieqa li, flok iżommu man-naħa tagħhom, issibhom isuqu fuq il-lane ta' barra, b'tali mod li min ikun jixtieq isuq fit-triq b'mod aktar ħafif, isib ruħu mblukkat u ma jkunx jista' jgħaddi, avolja t-triq tkun tippermetti sewqan b'veloċità akbar. Iva, sfortunatamanet għandna persuni, anke insara, li ma jemmnux li ħaddieħor jista' jkun aħjar minnhom. Allura jekk iwaħħlu f'rashom li xi ħadd qed jipprova jgħaddihom, jaraw kif jimblukkawh: bi kliem żejjed, qlajjiet, għira, ħars ikraħ jew b'modi oħra li jiskuraġġixxu oħrajn milli jimxu 'l quddiem fil-ħajja nisranija. Kemm hi ta' dwejjaq meta xi persuna b'talenti jew kapaċitajiet tajbin ma tingħatax il-wisa' biex tħaddimhom u tikber: fil-familja... fi grupp ta' ħbieb... fil-parroċċa... fuq il-post tax-xoghol... U dan sempliċiment għax xi ħadd deherlu li bħalu ma jeżisti ħadd u ma hemm ħadd aħjar minnu biex jieħu ħsieb xi biċċa xogħol, u għalhekk jibda jara lil ħaddieħor bħala theddida. Bħas-sewwieqa, ħafna insara ma jsibuhiex faċli jaċċettaw li għandhom iżommu posthom fil-ħajja. Forsi jkun hemm min jirrabja meta jara lil ħaddieħor jgħaddi qablu fit-Triq tas-Salvazzjoni. X'għandi nagħmel biex ma nħallix l-għira jew il-pretensjoni jidħlu f'ħajti? Ġesù qal: "Ħenjin il-foqra fl-ispirtu..." Għalhekk l-umiltà tgħinni nżomm posti fil-ħajja. Dan hu importanti ħafna għax ma tagħli qatt! Mela fil-ħajja nisranija, bħalma fis-sewqan, jekk trid timxi ibqa' ħares il-quddiem. Żomm il-lane tiegħek u toqgħodx tħares lejn ħaddieħor!

Page 4: e-spark 35

2. Sinjal ieħor li jkompli ma' dan hu d-double line fin-nofs tat-triq. Dan ikun żewġ linji kontinwi

bojod. La kontinwi mela ma tistax taqbiżhom, u r-raġuni hi: li fuq il-lane l-ieħor ikunu għaddejjin vetturi fid-direzzjoni oppposta. Id-double line jaqdi l-funzjoni ta' central strip, li wkoll qatt ma tista' taqbżu fis-sewqan. Imma xorta waħda, xi sewwieqa jiddeċiedu li għandhom id-dritt (jew biżżejjed raġuni) biex jgħaddu minn fuq dawn il-linji: jew biex ma joqogħdux jistennew wara ħaddieħor, jew biex jgħaddu dritt u ma jeħdux kedda jdawwru l-isteering ftit iktar! Bħala nisrani jien ukoll se tiġini t-tentazzjoni li nagħmel xi ħaġa simili: meta bi drawwa immur għall-quddies wara li tkun bdiet u nitlaq qabel tispiċċa... jew meta nirrepeti dak li jkun qal ħaddieħor bla ma nara hux veru jew hux prudenti... meta nieħu dak li hu ta' oħrajn jew inkisser il-fama ta' xi ħadd... meta nikseb xi ħaġa b'mezzi illegali... meta nħobb lil kulħadd għax hekk jaqbilli u biex ningħoġob. Imma bħala nisrani jeħtieġ niftakar li ma nistax immur kontra l-prinċipji tiegħi, anke jekk (naħseb) li ħadd m'hu qed jarani.

http://www.youtube.com/watch?v=cZ5aYoSr3Hg

A Eucharistic flash mob in the centre of Preston, organised by the Capuchin Francis-cans on Ascension Thursday 2011.

Page 5: e-spark 35

Drawwiet kreattivi ghas-Sajf 2011

1.Biddel ir-rutina tieghek: Minn

zmien ghall-iehor, varja r-rutina ta' kif taghmel l-affarijiet tas-soltu. Hekk, per ezempju, tista' tisma diski differ-enti mis-soltu, iddahhal xi haga fil-gurnata li mhux is-soltu taghmel, tipprova xi haga li s’issa qatt ma sibt hin taghmel, titghallem strument, tbiddel l-istazzjon tar-radju li soltu tisma’ jew tiskopri xi triq li qatt ma uzajt fil-belt jew ir-rahal fejn toqghod,jew anki taghzel mod differenti kif tqatta' l-hin liberu tieghek.,

2. Ipprova kun aktar kurjuz:

Staqsi aktar u toqghodx izzomm lura ghax tibza’ li tista' taqa' ghac-cajt. Qabel tistaqsi, l-ewwel trid issib xi hadd lil min tistaqsi. Zgur issib lil xi hadd. Ghamel lista u staqsi d-domandi kollha li jiguk f’mohhok. Staqsi domandi miftuha u li fihom aktar minn twegiba wahda. Inti min-naha tieghek, trid kun miftuh ghat-twegibiet li tircievi.

3. Thallix jaharbulek ideat li jiguk

waqt ir-rutina ta' kuljum: hafna drabi, jiguna ideat kreattivi u originali waqt li naghmlu xi haga awtomatika, bhal meta nkunu qed insuqu, ninhaslu u anki meta nimteddu biex norqdu. Ghalhekk, zomm notebook hdejk jew tape-recorder biex tiehu nota ta' dawn l-ideat.

Page 6: e-spark 35

Drawwiet kreattivi ghas-Sajf 2011

4. Ikkultiva sens ta' umorizmu:

L-umorizmu u l-kreattività huma zewg kuncetti li jidhru differenti hafna minn xulxin però fil-fatt jmorru hafna flimkien. Ghalhekk tajjeb li kuljum, tieqaf xi hames minuti mir-rutina tal- gurnata u pprova tbissem b'dak li jkun qed jigri madwarek.

5. Tghallem minn varjetà ta'

rizorsi u minn nies differenti li tiltaqa' maghhom: Aqra hafna u aghmilha ma' nies li ghandhom interessi differenti minn tieghek. Dan ghaliex hafna drabi, hemm tendenza li n-nies li taghmilha maghhom ikollhom l-istess gosti u interessi tieghek.

6. Ieqaf u ahseb: Jekk trid li jkollok ideat godda, trid taghmel spazju ghalihom.

Ghalhekk, ipprova sib naqra hin fejn tkun wahdek. Per ezempju, ghamel mixja qrib il-bahar jew qalb in-natura ghal xi nofs siegha fejn tista' titpaxxa bil-veduta quddie-mek. Inkella, poggi fuq siggu komdu minghajr ma toqghod taqra, tisma' xi diska jew taghmel xi hag'ohra li tista' ttellfek minn dawn il-mumenti ta' skiet.

Page 7: e-spark 35

New Websites

http://www.youtube.com/watch?v=zlA5IDnpGhc&feature=related Watch and listen to Music: Our God is Greater - Chris Tomlin. Passion: Awakening album available on itunes

http://www.liturgy.co.nz/virtualchurch/saintday.html

beautiful video of such encouragement and comfort. We all need to be re-minded just Who's in charge and not lose sight of that!

http://www.liturgy.co.nz/virtualchurch/chapel.html

Saint of the Day New! Saint of the Day—now available on the iPhone. Saint of the Day Catholic saints are holy people and human people who lived extraordinary lives. Each saint the Church honors responded to God's invitation to use his or her unique gifts. God calls each one of us to be a saint.

ONLINE VIRTUAL CHAPEL

An on-line cyber-church where you will find moving prayers,

touching stories, inspi-rational sermons,

penetrating thoughts, and reflections about

the mighty love of

God.

Page 8: e-spark 35

http://www.escrivaworks.org/

http://www.opusdei.org.uk/

Ordinary life. “It is in the midst of the most material things of the earth that we must sanctify ourselves, serving God

and all mankind,” said St. Josemaría. The family, marriage, work – all of our activities – are opportunities for dealing with and imitating Jesus Christ, trying to practice charity, patience, humility, diligence, integrity, cheerfulness and all the other human and Christian virtues. Work done well is an offering to God

Page 9: e-spark 35

http://www.cam.org.au/vocations/

Prayer of John Henry Newman

God, you have created me to do you some definite service: You have committed some work to me which you have not committed to another. I have my mission – I may never know it in this life, but I shall be told in the next. Somehow I am necessary for your purposes. I have a part in the great work; I am a link in a chain, a bond of connection between persons. He has not created me for nothing. I shall do good, I shall do his work; I shall be an angel of peace, A preacher of truth in my own place. Fulfill your high purposes in me, I am here to serve you, to be yours. Amen

Page 10: e-spark 35

Contact Us

If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or prob-lems please send an email to:

[email protected]

Tel : 21450354 Vocational Cen-tre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat

How can I tell if I have a Vocation http://www.vocation.com/QandAItem.aspx?id=1832