e-spark 66

9
E-Spark hija newsletter elettronika ma ru a mi - entru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virt , Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com E Spark 66 April 2014

Upload: diocesan-vocation-centre

Post on 06-Mar-2016

241 views

Category:

Documents


9 download

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

TRANSCRIPT

Page 1: e-spark 66

E-Spark hija newsletter elettronika maȫruȥa miț-Țentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju,

tal-Virt½, Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

E-Spark 66 - April 2014

Page 2: e-spark 66

E-Spark 66 - April 2014

Kull ġurnata fiha stedina Kull ġurnata fiha stedina biexinsiru nafu lil Alla. Aħna lkoll qegħdin niskopru u nifhmu lil Alla f’ħajjitna. Aktar ma nkunu żgħar fl-età, aktar ikun għad fadlilna x’nifhmu u x’niskopru. Dan hu proċess li spiss inħossuna ħafna waħedna fih. Ħafna minn sħabna / nies li nafu madwarna, jista’ ma jkollhomx relazzjoni ma’ Alla. U anke jekk ikollhom, forsi ma jkunux lesti jitkellmu dwarha.

Il-fidi tagħna hIl-fidi tagħna hija verità sempliċi: li Alla jħobbna. U meta nilqgħu l-

imħabba tiegħu, insiru “kif Alla jridna” – dak li tassew aħna, b’mod sħiħ. Avolja d-dinja tagħna qisha tixtieq twarrab kompletament lil Alla, hu xorta preżenti. Hu dejjem magħna. Li ninduna b’dan hu pass diffiċli, imma jrid isir.

Aħna qed ngħixu f’dinja fejn irnexxielna nagħmlu kollox ikkumplikat! Spiss ngħiduha: “ma nistax nifhem lili nnifsi… lil ħaddieħor… lil Alla!” U quddiem kull ħaġa kumplikata u kumplessa, nitilfu l-interess. Nixbgħu. Però, anke jekk diffiċli temminha, Alla jħobbok. Jafek personalment. U r-Randan hu żmien speċjali fejn nistgħu nikbru ħafna fil-ħbiberija tagħna ma’ Alla. Alla jħobbna qabel ma nħobbuh aħna. Fir-Randan nistgħu inwieġbu aktar malajr u bil-qalb għal din l-imħabba ta’ Alla.

Michael
Typewritten Text
Page 3: e-spark 66

E-Spark 66 - April 2014

Darba kien hemm grupp żagħżagħ li kienu qegħdin camping. Wieħed minnhom ma setax jorqod bil-lejl u ħareġ jesplora. Waqt li kien miexi sab ruħu ġo foresta, u f’nofs il-foresta kien hemm post bla siġar. Fin-nofs ra kamra tal-injam u mar ħdejha. Qabditu kurżità biex jara x’kien hemm ġewwa u fetaħ il-bieb u xegħel it-torċ ġo l-aktar rokna mudlama tal-kamra. Kienet vojta. B’diżappunt fuqu, iż-żagħżugħ ħareġ barra, għalaq il-bieb warajh, u baqa’ miexi. Aktar tard f’dak l-istess lejl, żagħżugħ ieħor ukoll kien qed jesplora dik il-foresta u sab l-istess kamra. Daħal u xegħel it-torċ f’rokna differenti tal-kamra. Id-dawl tat-torċ nifed id-dlam u seta’ jara teżor inkredibbli. Kien hemm djamanti, oġġetti tad-deheb u l-fidda, muniti, u kull xorta ta’ ħaġar prezzjuż! Dak it-tieni żagħżugħ ħareġ barra u għalaq il-bieb tal-kamra b’nifsu maqtugħ… tant kien eċċitat b'dik l-iskoperta, li ma kienx jaf x'se jaqbad jagħmel!

Kif tesplora hajtek

U int… fejn qed titfa’ d-dawl tat-torċ? Fejn qed iddawwar il-ħarsa tiegħek? Jekk indawwar ħarsti fuq dak li hu importanti, fuq l-affarijiet sbieħ li hemm fil-ħajja tiegħi, mela se nsib lil Alla. U Alla se jgħinni nsib il-ħajja bil-kotra. Il-wegħda li qed jagħmilli Alla hi: li kull m’għandi bżonn se jkun provdut. Alla mhux dejjem se jagħtini kull ma rrid. Però se jagħtini kull ma neħtieġ. Alla se jisma’ – u jwieġeb – kull talba li nagħmillu. Fil-ħin tiegħu, u bil-mod tiegħu. Dan jista’ jġib fija diżappunt u ansjetà… jew ferħ u paċi.

Page 4: e-spark 66

E-Spark 66 - April 2014

L-għani li jmur għand Ġesù (Mk 10, 17-22)

Kien se jaqbad it-triq, meta mar fuqu wieǩed jgǩaǣǣel, niŨel gǩarkubbtejh quddiemu u qallu: "Mgǩallem tajjeb, x'gǩandi nagǩmel biex nikseb il-ǩajja ta' dejjem?" "Gǩaliex qiegǩed issejjaǩli 'tajjeb'?" qallu Ǣes½, "ǩadd ma hu tajjeb ǩlief Alla biss. Int il-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiŨnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiǩux bil-qerq dak li hu ta' ǩaddieǩor; weǣǣaǩ lil missierek u 'l ommok." U dak wieǣbu u qallu: "Mgǩallem, jiena dan kollu ili nǩarsu minn ŨgǩoŨiti." Mbagǩad Ǣes½ xeǩet fuqu ǩarsa ta' mǩabba u qallu: "Ǩaǣa waǩda tonqsok: mur bigǩ li gǩandek, agǩtih lill-fqar, u jkollok teŨor fis-sema; mbagǩad ejja u imxi warajja." Imma gǩal dan il-kliem ir-raǣel qarras wiǙǙu u telaq b'qalbu sewda, gǩaliex kellu bosta ǣid.

Dan iż-żagħżugħ li mar jiltaqa' ma' Ġesù kellu ħafna xewqat sbieħ fil-qalb tiegħu. Kellu xewqa li jagħmel it-tajjeb, li jħares il-kmandamenti. Kellu xewqa għal Alla. Kien żagħżugħ tajjeb, għax kieku ma kienx imur għand Ġesù!

Iżda kien għad jonqsu xi ħaġa. Dan iż-żagħżugħ kien għad jonqsu li x-xewqat tiegħu jagħtihom ordni – jew forma – biex mix-xewqat jasal għall-fatti. Peress li dan m'għamlux, ma rnexxilux tassew jgħaddi mix-xewqat għal dak li Alla kien qed jitlob minnu. Ma setax iwettaq dak li Alla kien qed jitlob minnu. Quddiem l-isfida kollha mħabba li għamillu Ġesù, dan iż-żgħażugħ qata' qalbu. Ma riedx jissogra.

Page 5: e-spark 66

E-Spark 66 - April 2014

Imma int, lest tissogra?

Lest toffri lil Alla x-xewqat tiegħek biex Hu jurik xi jridek tagħmel bihom?

Aħseb ftit... x'hemm fil-qalb tiegħek? Żgur li hemm

> Xewqa li jkollok ħajja sabiħa...

> Xewqa li timxi 'l quddiem, u tagħmel suċċess...

> Xewqa li jkollok pożizzjoni, jew fama tajba quddiem persuni oħra...

> Xewqa u ġibda għal dak li fih gost u pjaċir...

> Xewqa għall-affarijiet li tista' takkwista bil-flus u li permezz tagħhom tittama li se tkun kuntent... U ħafna u ħafna xewqat oħra.

lżda ħares ftit sewwa, u żgur tara xi ħaġa oħra.

Forsi fik se tara wkoll

> Xewqa għall-imħabba u r-rispett, tal-ġenituri u ta' persuni li huma importanti għalik...

> Xewqa li tkun aċċettat minn sħabek...

> Xewqa li 'l quddiem għad tissetilja meta ssib x'inhi l-vokazzjoni tiegħek, u taqsam ħajtek ma' persuna li tħobbok u jkollok il-familja tiegħek, jew tkun qassis jew reliġjuż, jew nisrani impenjat.

Page 6: e-spark 66

E-Spark 66 - April 2014

Ara ftit ukoll jekk hemmx...

> Xewqa li tgħix tajjeb...

> Xewqa li tirbaħ lilek innifsek u l-ħazin Ii hemm fik...

> Xewqa Ii teħles minn dak li qiegħed itaqqlek...

> Xewqa li tħobb Iil Alla u tħallih iħobbok.

Ara jekk hemmx ukoll...

> Xewqa li l-ħajja tiegħek tkun tagħmel sens...

> Xewqa li tgħin lil ħaddieħor...

> Xewqa li tkun ta' servizz għal oħrajn...

> Xewqa li tagħmel lil ħaddieħor kuntent - għax tagħraf li hu biss meta tagħmel lil ħaddieħor kuntent li inti stess se tkun kuntent, u ħajtek tkun tagħmel vera sens.

Page 7: e-spark 66

E-Spark 66 - April 2014

Issa li rajt dawn ix-xewqat kollha, u oħrajn Ii jista' jkun hemm f'qalbek, nistiednek biex tistivahom ftit... tpoġġihom wara xulxin. Ibda minn dawk li huma inqas importanti u spiċċa b'dawk li huma verament importanti għalik, b'tali mod li l-iktar xewqat importanti jiġu fil-wiċċ.

Liema hi l-iktar xewqa importanti għalik bħalissa? Jekk hija waħda mix-xewqat li bdejna nsemmu fil-bidu, oqgħod attent! Jista' jkun li jekk tibqa' miexi hekk ser tgħix ħajja li ma tagħmlekx verament kuntent. Se jkollok ħajja ordinarja, li fiha se jmexxik l-istint, u tinħela fuq dak li tista' takkwista.

Imma jekk tinduna li x-xewqat li ġew fil-wiċċ huma xewqat kbar u ġenerużi, tiqafx hemm. Tikkuntentax ruħek b'daqshekk. Ara jekk dawn ix-xewqat tajbin li hemm fik humiex qed juruk xi ħaġa dwarek innifsek, dwar min int, dwar x'jagħmlek verament kuntent, dwar xi trid minn ħajtek.

Page 8: e-spark 66

E-Spark 66 - April 2014

Ftakar li int qed tfittex xi ħaġa prezzjuża u kbira. Jekk ix-xewqa li ġietek fil-wiċċ hija waħda li tbeżżgħek jew tfixklek – għax taraha impossibbli jew tqila wisq għalik – taqbadx u tniżżilha l-isfel fil-mazz! Tħallix tentazzjoni bħal din tirbħek. Jekk hemm fik dawl, taqbadx u titfih jew taħbih! Minflok, aqbad din ix-xewqa, qum u ersaq biha quddiem Ġesù.

F'dawn l-aħħar ġranet tar-Randan ikollna ħafna ċans infittxu ħin ma' Ġesù. U Ġesù wkoll ifittxek u jrid li jkun għalik biss. U int itolbu bil-qalb biex jurik x'jixtieq minnek Hu fil-ħajja tiegħek. Staqsieh jekk b'dik ix-xewqa tiegħek iridx jgħidlek xi ħaġa importanti dwarek

u dwar il-missjoni tiegħek.

Page 9: e-spark 66

Jekk lest tieħu dan ir-riskju, lil Ġesù għidlu "IVA".

Jekk ma tħossokx lest, mela itolbu jagħtik il-kuraġġ.

Fuq kollox, tibżax! Ftakar li Ġesù ma jeħdilna xejn

imma jagħtina kollox.

E-Spark 66 - April 2014