e-spark 41

6
Jannar 2012 Vocations e-newsletter MY MESSAGE IS MY LIFE VOKAZZJONI.BLOGSPOT.COM E - spark 41 E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Upload: diocesan-vocation-centre

Post on 20-Mar-2016

244 views

Category:

Documents


4 download

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

TRANSCRIPT

Page 1: e-spark 41

Jannar 2012 Vocations e-newsletter

MY MESSAGE IS MY LIFE

VOKAZZJONI.BLOGSPOT.COM

E - spark 41

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat .

Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Page 2: e-spark 41

My message is in my life

Fit-12 ta' Jannar 2007, fid-daħla tal-Enfant Plaza Station ġewwa Washington DC, fl-Istati Uniti, raġel kien qed idoqq il-vjolin. Għall-ħafna nies għaddejjin iħaffu minn quddiemu, dan kien mużiċist ieħor minn dawk li jaqilgħu l-għixien tagħhom billi jdoqqu f'postijiet pubbliċi bit-tama li xi ħadd jagħtihom karità. Ir-raġel dam idoqq madwar 45 minuta u daqq sitt biċċiet tassew sbieħ, waħda wara l-oħra. Dan kollu seħħ fil-ħin tar-rush hour ta' filgħodu. Waqt li kien idoqq għaddew minn quddiemu madwar 1,097 persuna, ħafna minnhom sejrin biex jaqbdu t-trejn għax-xogħol. Ir-reazzjonijiet tan-nies ma tantx kienu jagħmlulu kuraġġ! Wara xi 3 minuti, raġel li kien qed iħaffef induna bih, naqqas il-pass u qagħad jisma' għal ftit, u mbagħad reġa' ħaffef fejn kien sejjer. Wara xi 10 minuti, il-vjolinist irċieva l-ewwel tip tal-ġurnata meta waħda mara tefgħetlu $1 ġol-għatu tal-vjolin li kellu miftuħ quddiemu, imma baqgħet miexja u lanqas biss waqfet tisimgħu! Xi nofs siegħa wara, mara oħra waqfet quddiemu tisma'. Din dehret li għarfet min kien. Raġel ieħor ukoll deher li xtaq idum iktar imma ħares lejn l-arloġġ u telaq iħaffef... Tifel żgħir li kien qiegħed ma' ommu waqaf jisma' u ma setax jaqla' għajnejh minn fuq dak ir-raġel bil-vjolin. Imma ommu dehret qed timbuttah biex jibqa' miexi. Anke wara li mxew, dan it-tifel baqa' jħares lura lejn dak ir-raġel idoqq. L-aktar nies li wrew interess fil-vjolinist kienu tfal mal-ġenituri. Ħadd mill-ġenituri ma ħalla lit-tfal jieqfu jisimgħu.

Page 3: e-spark 41

Fis-siegħa li dam idoqq, waqfu 6 persuni jisimgħu għal ftit tal-ħin. 20 persuna tefgħulu xi ħaġa tal-flus imma ma waqfux jisimgħu. B'kollox ġabar madwar $32. Meta lesta u ippakkja kollox u telaq, ħadd ma ta każ li kien reġa' waqa' s-silenzju. Ħadd ma nduna bih meta wasal u ħadd ma nduna meta telaq! Madankollu, dan l-istess raġel ftit tal-jiem qabel kien ta kunċert fit-teatru famuż ta' Boston. Dakinhar it-teatru kien ippakkjat u l-irħas biljetti kienu ta' $100. Il-vjolinist ma' kien ħadd ħlief Joshua Bell, li ta' 45 sena huwa wieħed mill-aktar vjolinisti famużi fid-dinja bħalissa. Il-vjolin li kien qed idoqq ġol-istazzjon tal-metro kien Stradivarius jiswa madwar 3.5 miljun dollaru. Il-mużika li kien qed idoqq kienet kompożizzjoni ta' J.S. Bach, fost l-aktar mużika sabiħa u kkumplikata li qatt inkitbet għall-vjolin: l-istess repertorju li Bell kien daqq qabel meta kien f'Boston! Kif sab ruħu dan il-mużiċist famuż ġo stazzjon tal-metro? Dan kien esperiment li tħejja mill-gazzetta Washington Post f'Jannar tal-2007. Gene Weingarten, il-ġurnalist li kien inkarigat minn dan l-esperiment, qal li xtaqu jaraw x'gosti għandhom in-nies u kemm kapaċi jagħrfu s-sbuħija anke fejn u meta ma tistennihiex. Forsi wieħed jista' joġġezzjona li f'dak il-ħin u post partikolari n-nies aktar kien moħħhom li ma jaslux tard milli joqogħdu jisimgħu l-mużika klassika. Il-punt hu li minn post bħal dak ħadd ma kien qed jistenna xejn. L-adulti, li suppost għandhom aktar esperjenza, ma tawx każu. Ħadd minnhom ma appprezza. Kienu biss xi tfal li ndunaw li dan kien xi ħaġa speċjali. U taħt il-pressjoni tal-kbar tilfu ċ-ċans li jisimgħu u jiskopru aktar. Forsi vera li l-tfal għandhom kapaċitajiet li mbagħad nitilfuhom meta nikbru? Forsi bħala bnedmin għandna din il-kapaċità li nagħrfu s-sbuħija anke f'ħinijiet u f'postijiet inkonvenjenti? Weingarten jirrifletti: "Jekk m'aħniex kapaċi nieqfu u nisimgħu lil wieħed mill-aqwa mużiċisti meta dan idoqqilna b'xejn, imma lesti nħallsu somom kbar biex immorru nisimgħuh idoqq ġo teatru, sinjal li hemm xi ħaġa li mhux taħdem sew." Jista' jkun li sirna superfiċjali wisq, fil-mod kif naraw il-valur tal-affarijiet. Min jaf kemm hemm affarijiet sbieħ li qed nitilfu għax mhux napprezzaw il-valur u s-siwi tagħhom...

Page 4: e-spark 41

Waqt li kien qed jindirizza l-pubbliku f'Castel Gandolfo, fil-31 ta'

Awwissu 2011, il-Papa Benedittu qal li s-sbuħija kapaċi tressaq il-qalb tal-bniedem lejn Alla. "Is-sbuħija tkellem lix-xewqa tagħna li mmoru lil hemm minn dak li naraw u nisimgħu u nħossu. Il-fatt li kapaċi napprezzaw is-sbuħija juri li fina hemm għatx għas-sbuħija bla tmiem, u għal Alla nnifsu... Għeżież ħbieb, nistedinkom biex tkunu miftuħin għas-sbuħija u tħalluha ċċaqlaqkom biex titolbu u tfaħħru lil Alla."

Anke dawk li jqisu ruħhom bħala "nies ta' kultura" jistgħu jinjoraw is-sbuħija u jkunu qalbhom magħluqa għaliha meta jieqfu biss fuq dak li hu estern. Il-ġrajja tal-Milied tfakkarna li Alla ġie fostna mgeżwer ġo ftit ħrieqi, u mqiegħed ġo stalla. Dawk li ndunaw bih kienu r-rgħajja u l-fqar li ħadd ma kien jagħti każhom. Dawn saru l-ewwel ħabbara ta' ferħ tassew kbir.

Il-Papa kompla jispjega kif is-sbuħija tista' ssibha fil-mużika, fil-

letteratura, fl-arti u t-teatru. Dawn kollha "joħolqu fina sens

profond ta' emozzjoni" għax ilaqqgħuna ma' xi ħaġa ikbar minna,

"xi ħaġa li tmissilna qalbna, u tikkomunika messaġġ, u terfagħlna

ruħna lejn Alla".

Page 5: e-spark 41

Nagħraf il-valur ta' dak li hu sabiħ? Niltaqa' mas-sabiħ biss meta jkolli aptit / jew meta niddeċiedi jien? Jew lest li nara s-sbuħija kullimkien, u f'kull persuna u ġrajja? Is-sbjuħija illum tikkompeti ma' dak li hu kummerċjali, sfurzat u mdallam. Ilkoll ingdimna għax ħlejna l-ħin u l-flus u ma sibna xejn sabiħ. Forsi dan qed itellifni u sirt ma nemminx li s-sbuħija għadha hemm? Jalla matul din is-sena nħallu ħin u post għal kollu li hu ta' valur, veru, u sabiħ. (il-clip ta' Joshua Bell tista' ssibu fi-blog taghna

(http://vokazzjoni.blogspot.com)

.

Page 6: e-spark 41

Contact Us

If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to:

[email protected]

Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat

Father in Heaven, I know you love me And are calling me to Choose Life!

But sometimes I am overwhelmed by the thought of my future. It’s scary Help me to listen to your call in all the ways you speak to me: Through prayer and the Scriptures, through the Church and the circumstances of my life, through those who love and care for me, and especially through my own hopes and desires. Guide me to search openly and learn about life’s choices, so that I may respond generously to your call, and choose the vocation that will enable me to love wholeheartedly, and serve others with the special gifts you have given me. Father, I thank you for your love and for all the promise that your gift of life holds for me. Amen.