e-spark 36

7
Vocations e-newsletter E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com TRAFFIC LIGHTS - MESSAGG TAD-DIRETTUR ST AUGUSTINE NEW WEBSITES MY VOCATION IS LOVE E - spark 36 AWWISSU 2011

Upload: diocesan-vocation-centre

Post on 09-Mar-2016

239 views

Category:

Documents


6 download

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

TRANSCRIPT

Page 1: e-spark 36

Vocations e-newsletter

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat .

Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

TRAFFIC LIGHTS - MESSAGG TAD-DIRETTUR

ST AUGUSTINE

NEW WEBSITES

MY VOCATION IS LOVE

E - spark 36 AWWISSU 2011

Page 2: e-spark 36

Messagg tad-Direttur

Fr Michael

INKOMPLU NISKOPRU T-TRIQ U AKTAR SINJALI

SINJAL IEĦOR PARTIKOLARI

traffic lights

Sinjal li qed jiżdied fit-toroq tagħna huma t-traffic

lights. Insibuhom f'toroq traffikużi jew fi

crossroads. Insibuhom fejn jaqsmu n-nies, u anke f'postijiet fejn jista' jkun hemm bżonn li l-vetturi

jieqfu malajr, bħal per eżempju fejn l-ajruport

internazzjonali, u l-isptar Mater Dei fejn jinżel il-ħelikopter

It-traffic lights huma sistema elettronika li l-biċċa li

naraw minnha tikkonsisti f'faċċata sewda imwaħħla ma'

arblu, li fiha jkun hemm bozoz ta' tliet kuluri differenti: l-aħmar fuq, l-oranġjo fin-nofs, u l-aħdar isfel. Kull

kulur jitlob mis-sewwieq azzjoni differenti, u se naraw

dawn x'inhuma.

Il-kulur aħdar.

Tieħu gost meta tara l-kulur aħdar jixgħel quddiemek, sew jekk tkun

qed issuq, sew jekk tkun qed

tistenna fuq il-bankina biex taqsam it-triq. Dan il-kulur iħallik

tipproċedi. Tista' terġa' taqbad it

-triq wara li tkun stennejt in-nies jaqsmu jew karozzi oħra jgħaddu.

Dan però ma jfissirx li int tista'

tibqa' għaddej mingħajr ebda attenzjoni jew bl-addoċċ.

Fil-ħajja tagħna nisranija,

mhux l-ewwel darba u tnejn li

nirraġunaw li, sakemm ma

niksrux il-liġi, mela allura kollox sew. Il-Fariżej ukoll

kien mingħalihom li kienu

perfetti għax ma kinux jiksru l-Liġi, imma Ġesù ċanfarhom

għax kienu bla qalb.

Importanti għalhekk li nobdi l-

Liġi ta' Alla, iżda magħha jeħtieġ

ukoll nagħraf jekk il-ħajja tajba

tiegħi inhix qed ngħixha għax verament inħobb lil Alla, jew

inkella għax qed nibża' minnu,

jew biex ma jindaħallix, u allura intih mill-inqas possibbli,

imbasta jħallini ngħaddi.

Page 3: e-spark 36

Il-kulur oranġjo.

Dan ifisser jew li se jixgħel

l-aħmar, jew li se jaqleb fuq

l-aħdar. Mela l-oranġjo

jfisser bidla fis-sewqan:

jew biex tieqaf jew biex

tibda' ssuq. Kulur oranġju

jteptep ifisser ftit mit-

tnejn: ipproċedi b'kawtela.

X'aktarx it-traffic lights

jitħallew hekk f'ċertu ħinjiet

matul il-lejl, meta ma

jkunx għaddej ħafna

traffiku, jew minħabba xi

tiswijiet fit-toroq.

Ġesù dejjem jitlob

minna bidla. Qabel

jagħmel xi miraklu kien

jistaqsi: "Trid tfiq? Mela

qum u imxi!" Jew "Aqbad

soddtok u mur lejn

darek". Jew "Mur

inħasel", bħalma qal lil

dak ir-raġel li mbagħad

beda jara mill-ġdid.

Ġesù ukoll waqqaf lil min kien

miexi fuq stil ta' ħajja li kien qed

jikkaġuna ħsara, lill-individwu u lill-oħrajn. Lil dawn għenhom

jibdew ħajja ġdida. Mar jiekol

għand Żakkew li mbagħad stqarr li kien seraq ħafna nies u li kien

se jrodd erba' darbiet iktar milli

kien ħa. Lill-mara adultera qalilha: "Mur u tidnibx iżjed". Lil

dawk li jridu jimxu warajh

jgħidilhom: "Min irid jimxi warajja jrid jiċħad lilu nnifsu,

jerfa' salibu kuljum u jimxi

warajja".

Ħajti hija mibnija fuq ir-rieda li

ninbidel għall-aħjar? Jew kuntent kif jien, anke jekk nista'

ngħix aħjar?

Page 4: e-spark 36

Il-kulur aħmar. Dan jindika li għandek tieqaf

malajr. Qablu dejjem ikun hemm l-

oranġjo, jiġifieri se jkun hemm ċans biex tinduna li għandek tieqaf.

Ovvjament, ħadd ma jieħu gost

jieqaf u jistenna. Imma l-bżonn li tieqaf ifisser li int tkun qed tgħin

oħrajn jaqsmu t-triq bil-kwiet, jew

biex il-flow tat-traffiku li jkun għaddej minn quddiemek ikun jista'

jipproċedi mingħajr inkwiet żejjed.

Kemm għandna bżonn indaħħluha

f'moħħna li ma għandniex inkunu

egoisti. Kemm għandi bżonn nifhem li fid-dinja mhux jien biss

neżisti imma ħaddieħor, hu min hu,

kemm jekk qiegħed ġo vettura, kemm jekk hu miexi, u anke jekk

qiegħed fuq rota, għandu dritt daqsi

li jgħaddi mit-triq tiegħu.

Ħafna sewwieqa ma jniżżluhiex li

għandhom jieqfu meta jaraw bniedem li għandu bżonn jgħaddi

minn triqthom, u jħalluh hemm jistenna.

Oħrajn jgħidu: "Jekk hu bully, jaqsam jew jipprova jgħaddi!"

Imma hawn ħafna sewwieqa

oħra li jieqfu biex jaqsmu n-nies jew iċedu biex karozzi jgħaddu

qabilhom.

Fil-ħajja tagħna ta' kuljum, xi

wħud mill-insara jaħsbu li

għalihom ma' jsta' ħadd. Kemm hu faċli li n-nisrani li jkun qed

jgħix ħajja tajba jibda jaħseb li

Ġesù ġie għalih biss. Faċli nibda naħseb li jien biss għandi

bżonnijiet quddiem Alla, u

għalhekk nibda' nkun egoist anke fit-talb tiegħi u nitlob biss

għalija nnifsi u għall-familja

tiegħi, u qatt ma nitlob għal min hu dgħajjef u mwarrab, għall-

missjunarji u għal dawk li qed

jiffaċċjaw xi diffikultà.

Wisq u wisq agħar ikun ir-raġunament ta' xi insara li

jippretendu li ladarba huma

qegħdin fit-triq it-tajba, għandhom ikunu ippreferuti. Dawn jeħduha

bi kbira meta jsibu xi tip ta' tfixkil

fit-triq. Dan ir-raġunament iwassalna biex niddeċiedu li jekk

irid, jieqaf ħaddieħor u mhux

aħna! Ċerti nies jaħsbu li s-salvazzjoni hi għalihom biss jew

għal dawk l-insara li qed jgħixu

"tajjeb" bħalhom. Ma jaqgħalhomx f'moħħhom li jċedu

posthom, jew li jistennew huma lil

ħaddieħor biex jimxu flimkien, għax ma jaħsbu f'ħadd ħlief fihom

infushom!

Jalla f'dawn il-vaganzi jkollna ċans

naraw id-drawwiet tagħna bil-

kwiet. Naraw aħniex qed inħawdu l-kuluri... Forsi qed nieqfu meta

aħjar immexxu, jew qed nibqgħu

għaddejjin meta aħjar nieqfu! B'hekk niżguraw li, meta jkollna

iktar x'nagħmlu, ma nispiċċawx

barra mit-triq jew nitilfu l-liċenzja!

Page 5: e-spark 36

ST AUGUSTINE

http://www.augnet.org/default.asp?ipageid=2

Augnet is a reference site to Saint Augustine of Hippo

and the Order of Saint Augustine.

Welcome. Augnet contains 1776 pages of text, which

have over 2618 images. As well, the photo gallery has

3215 large images. It has over a million words of text.

It has its own search engine and an always up-to-date

site map.

Page 6: e-spark 36

http://www.arlingtondiocese.org/vocations/voc_landing_media_center.php

http://www.thereseoflisieux.org/

New! July 2011 The Letters of Blessed Zélie and Louis Martin: the years before Story of a Soul

http://maltadiocese.org/lang/en/malta-diocesediocesi-maltija/flimkien-magazineil-magazin-flimkien/flimkien-august-2011flimkien-awwissu-2011/

NEW WEBSITES

Page 7: e-spark 36

Contact Us

If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or prob-lems please send an email to:

[email protected]

"At last I have found my vocation.

My vocation is

love!"

http://www.arlingtondiocese.org/vocations/

vocations_faqs.php

Vocation Prayer

Heavenly Father, bless our diocese with the grace of many vocations to the priesthood, di-aconate and religious life. Through the intercession of the Blessed Mother, grant to those You have called the willingness and generosity of spirit to give of themselves in devoting their lives and their talents to the service of our Lord and to His Church. Increase the faith of all within our diocese, and particularly the faith of those You have called and will continue to call. We ask this through Christ, Your Son. Amen.