e-spark 68

8
E -Spark hija newsletter elettronika maħruġa miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju Tal-Virtù, Rabat. Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com E Spark 68 Ġunju 2014

Upload: diocesan-vocation-centre

Post on 18-Mar-2016

247 views

Category:

Documents


10 download

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

TRANSCRIPT

Page 1: e-spark 68

E -Spark hija newsletter elettronika maħruġa miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-SeminarjuTal-Virtù, Rabat. Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

E -Spark 68 Ġunju 2014

Page 2: e-spark 68

E -Spark 68 Ġunju 2014

F'Mejju ġibna l-ewwel ftit mistoqsijiet – u r-risposta tant sinċiera – fi djalogu bejn grupp żagħżagħ u l-Papa Franġisku. Se nġibu aktar minn din it-taħdita. Dawn iż-żagħżagħ Belġjani marru jiltaqgħu mal-Papa għax xtaqu jsiru jafuħ aktar. Bħalu xtaqu jgħinu żagħżagħ oħra jsiru aħjar.

Page 3: e-spark 68

E -Spark 68 Ġunju 2014

Papa Franġisku:

Għalija l-importanti hu... li tibqa' tfittex. Li ma tikkuntentax

sakemm ma ssibx xi ħaġa awtentika, vera. U għalija, l-awtentiċità hi din: li aħna ilkoll aħwa. Min jemmen u min ma jemminx, jew jemmen xi ħaġa differenti minni, jew jesprimi twemminu b'mod differenti minni... aħna kollha aħwa. Il-bniedem hu dejjem fil-qalba tal-istorja. Anke Alla stess, dak li jagħmel jagħmlu minħabba l-bniedem, mhux għalih innifsu. Però f'dan il-mument tal-istorja li ninsabu fih, il-bniedem m'għadux fi-ċentru. Ġie mwaddab fil-ġenb, fil-periferija. U fil-qalba ta' kollox – almenu għalissa – hemm il-flus, il-poter. U għalhekk aħna rridu naħdmu u nagħmlu l-ġid, għax il-bniedem hu maħluq xbiha ta' Alla.

Domanda 5: Jiena ma nemminx f'Alla, imma dak li tagħmel int – il-ġesti u l-għażliet tiegħek – jispirawni. Għandek xi messaġġ għaż-żagħżagħ – sew dawk Insara kif ukoll dawk li ma jemmnux?

Page 4: e-spark 68

E -Spark 68 Ġunju 2014 U ż-żagħżagħ?

Papa Franġisku: Iż-żagħżagħ huma dik iż-żerriegħa li se tagħti l-frott aktar il-quddiem. Imma anke ż-żagħżagħ ġew imbuttati fil-ġenb. Anke t-tfal ġew imwarrba fil-ġenb. Illum ma rridux tfal, jew irridu inqas. Familji żgħar, bi ftit tfal. Anke l-anzjani ġew imwarrba min-nofs. Tant anzjani qed imutu b'ewtanasja moħbija – għax ħadd ma jagħti każhom... ħadd ma jaħseb fihom, u jmutu. U issa jmiss l-istess anke liż-żgħażagħ. Aħsbu ftit fl-Ewropa kemm hu kbir l-għadd ta' żagħżagħ li bħalissa huma bla xogħol... Aħsbu ftit xi tfisser li jkollok ġenerazzjoni ta' żagħżagħ li huma bla xogħol! Forsi ngħidu: "Imma almenu għandhom x'jieklu għax is-soċjetà tipprovdilhom". Iva veru, imma dan mhux biżżejjed għax huma mċaħħdin mill-esperjenza li jaqilgħu l-għijxien tagħhom. Dan itik dinjità.

Bħalissa qed ngħixu kultura tal-iskart. Dak kollu li ma jgħinx l-ekonomija, inwarrbuh: l-anzjani, it-tfal u ż-żagħżagħ. U b'dan il-mod inkunu qed narmu l-futur tagħna; il-futur ta' poplu sħiħ, il-futur tad-dinja. It-tfal u ż-żgħażagħ se jmexxu 'l quddiem l-istorja bid-deċiżjonijiet u l-enerġija tagħhom. L-anzjani huma dawk li jiftakru, u huma bħall-memorja li żżomm dak li hu importanti. Jgħinuna nagħtu valur lill-mumenti importanti li għaddejna minnhom bħala poplu. Jekk dawn jiġu mwarrba, ikollna dinja bla forza – għax bla tfal u żagħżagħ. Dinja bla memorja li ma tiftakarx,u għalhekk tibqa' tirrepeti l-istess żbalji u ddur fil-vojt. Din tassew ħaġa gravi! U għalhekk jien inħossu dmir tiegħi li ngħin liż-żagħżagħ biex ikollhom rwol fis-soċjetà, għall-ġid stess tas-soċjetà.

Page 5: e-spark 68

E -Spark 68 Ġunju 2014

Domanda 6: Imma għandek xi messaġġ għalina wkoll, messaġġ konkret biex aħna wkoll inkunu nistgħu nispiraw persuni oħra, bħalma tagħmel int? Anke nies li ma jemmnux?

Papa Franġisku: Għadek kemm użajt kelma importanti ħafna – "konkret". Għax fil-ħajja timxi l-quddiem biss meta tmiss ir-realtà.

Bl-ideat biss ma timxix il-quddiem! U bħala żagħżagħ intom

tridu timxu l-quddiem billi tkunu konkreti, reali, waqt li tiffaċċjaw sitwazzjonijiet li tridu tiddeċiedu dwahom. Anke billi jkollkom strateġija, pjan. Dan lili jagħtini tama, meta nara li għandkom pjan, li ma tistgħux tħallu l-affarijiet kif inhuma! Tridu tkunu intom li tmexxu billi tkunu kuraġġużi. Billi tkunu konkreti u taraw x'tistgħu tagħmlu.

Page 6: e-spark 68

E -Spark 68 Ġunju 2014

Domanda 7:

Kultant meta nħares madwari nistaqsi lili nnnifsi jekk aħniex kapaċi nieħdu ħsieb tagħna nfusna, u tad-dinja li ngħixu fiha. Int tħoss dan id-dubju kultant, li tiddubita u tistaqsi: "Imma Alla fejn jinsab f'dan kollu"?

Papa Franġisku:

Jien nistaqsi żewġ domandi: "Fejn hu Alla? " ... u "Fejn hu l-bniedem? " Fil-Bibbja, Alla jagħmel domanda lill-bniedem meta lil Adam jistaqsih: "Fejn int?" Hi l-ewwel domanda li Alla jagħmel

lill-bniedem. U jien għalhekk nistaqsi: "Int, bniedem, li qed tgħix

illum fl-2014, fejn int?" Dan iwassal għad-domanda l-oħra: "U

int, Alla, fejn int?" Il-bniedem l-ewwel irid jiffaċċja r-realtà tiegħu, u jsib lilu nnifsu. Imbagħad jibda jfittex lil Alla. Forsi ma jirnexxilux isibu, imma fil-fatt ikun qabad triq sabiħa: jibda miexi b'onestà, jibda jfittex il-verità, it-tajjeb, dak kollu li hu sabiħ. Meta nara żagħżugħ li jkun iħobb il-verità u jfittixha, u jħobb it-tajjeb u jkun tajjeb, u jħobb u jfittex dak li hu sabiħ, allura ngħid: "Dan qiegħed fi triq tajba, u se jsib lil Alla żgur!"

Page 7: e-spark 68

E -Spark 68 Ġunju 2014

Papa Franġisku: Imma t-triq hi twila, u għalhekk għidt li mhux kulħadd jirnexxielu jsib lil Alla... f'din il-ħajja. Forsi xi nies illum isibu lil Alla mingħajr ma jindunaw. Imma dawn tant ikunu veri u onesti magħhom infushom, tant ikunu tajbin, u tant ikunu jħobbu kull ma hu sabiħ, li maż-żmien jakkwistaw perosonalità matura ħafna, u jkunu kapaċi jiltaqgħu ma' Alla. Din hi dejjem grazzja, għax hu Alla stess li jippermettiha u jridha. Hu jridna niltaqgħu miegħu u nagħrfuh. Imma t-triq irridu nimxuha aħna stess. Xi wħud jiltaqgħu ma' Alla f'persuni oħra... Dawn mhux ideat imma xi ħaġa li trid tagħmel, jien u int personalment. Lil Alla ma tiltaqax miegħu għax tisma' dwaru. U l-anqas ma tħallas biex tiltaqa' miegħu. Hija triq personali imma possibbli għal kulħadd.

Page 8: e-spark 68

E -Spark 68 Ġunju 2014

Dear young friends:

If we want it to have real meaning and fulfilment, as you want and as you deserve, I say to each one of you, 'Put on faith', and your life will take on a new flavour, it will have a compass to show you the way; 'put on hope' and every one of your days will be enlightened and your horizon will no longer be dark, but luminous; 'put on love', and your life will be like a

house built on rock, your journey will be joyful, because you will find many friends to journey with you.

Jesus is the one who brings God to us and us to God.

'Put on Christ!' in your life, and you will find a friend

in whom you can always trust; 'put on Christ' and you will see the wings of hope spreading and letting you journey with joy towards the future; 'put on Christ' and your life will be full of his love; it will be a fruitful life.

Do not be afraid to ask God's forgiveness! He never

tires of forgiving us, like a father who loves us.

God is pure mercy!

Contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems. E-mail: [email protected]