e-spark 40

9
Diċembru 2011 Vocations e-newsletter ADVENT : TIME OF EXPECTANT WAITING ALLA LI JIGI JFITTIXNA LOURDES LIVE 24/7 E - spark 40 E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat . Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Upload: diocesan-vocation-centre

Post on 22-Mar-2016

241 views

Category:

Documents


4 download

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

TRANSCRIPT

Page 1: e-spark 40

Diċembru 2011 Vocations e-newsletter

ADVENT : TIME OF EXPECTANT WAITING

ALLA LI JIGI JFITTIXNA

LOURDES LIVE 24/7

E - spark 40

E-Spark hija newsletter elettronika mahruga mic-Centru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, tal-Virtu,Rabat .

Tel: 21450354 - www.vokazzjoni.com

Page 2: e-spark 40

Alla li jiġi jfittixna Meta l-kbar jilagħbu noli mat-tfal żghar, it-tfal qatt ma jitilfu. Ma tkunx logħba tajba kieku l-kbar kellhom jistaħbew f'xi post fejn ma jinstabux! Meta l-kbar jilagħbu mat-tfal, dejjem iqisu li huma jinstabu faċilment. U jekk xi darba, b'kumbinazzjoni, it-tfal ma jirnexxilhomx isibu lill-kbar, dawn spontanjament se jibdew fittxu huma liż-żgħar! Forsi dan ma jixbaħx lil dak li jagħmel Alla? Hu jagħtina ħafna opportunitajiet biex nistgħu nsibuh. U anke jekk naljenaw rasna, jew nieqfu nfittxuh, Hu se jieħu l-inizjattiva u jiġi jfittixna Hu stess. Qatt m'għandna niddubitaw minn dan. Inkunu boloh jekk nippruvaw nistaħbew minnu. U r-raġuni hi sempliċi: Hu jridna nsibuh. Jaf li għandna bżonnu u jixtieq ħafna li nkunu ħbieb. Xi kultant, aħna l-bnedmin niġu f'sensina u nibdew infittxu lil Alla aħna stess. Jiġrilna bħal dik il-ħuta ċkejkna li dejjem xtaqet tmur tgħum fl-oċean. U bdiet tfittex tasal. U wara li għejjiet tfittex u bdiet tinkedd u anke tippanikja xi ftit, staqsiet ħuta akbar minnha fejn se ssib l-oċean. U r-risposta malajr ġiet: "Int diġa qed tgħum fl-oċean... Wasalt bla ma biss indunajt!"

Aktar ma nikbru aktar insiru indipendenti. Nibdew naħsbu, noħolmu, nippjanaw u nwettqu affarijiet żgħar u kbar biex niffurmaw il-ħajja tagħna. U meta naraw li qed jirnexxielna, nsiru aktar kunfidenti. Forsi anke nsiru "awto-suffiċjenti" u nimmaġinaw li waħedna se jirnexxielna u li m'għandna bżonn lil ħadd. Indaħħlu f'rasna li jekk nitkellmu ma' oħrajn se jġiegħluna mmorru fejn ma rridux, jew li b'xi mod se "jisirqulna" l-gost li nkunu wasalna bil-ħila tagħna biss.

Page 3: e-spark 40

L-istess meta infittex lil Alla: nippreferi li nsib lil Alla jien. Ħafna nies ifittxu lil Alla imma bil-kundizzjonijiet tagħhom. Għax meta nfittex lil Alla diġa jkolli f'moħħi fejn għandi nsibu jew f'liema forma se nsib lil Alla. U Alla ma għandux post jew forma. U xi wħud jaqtgħu qalbhom għax dak li jkunu stennew ma jseħħx. U jib-dew jiddubitaw, bħalma iddubitat dik il-ħuta ċkejkna jekk l-oċean fil-fatt jeżistix jew forsi hux storja ivvin-tata, ħrafa kbira.

Li aħna nfittxu lil Alla hu mod wieħed ta' kif naslu. Hemm ukoll mod ieħor: li ninduna li Alla wkoll qed ifittex lili. Hu Alla li qed jieħu l-inizjattiva. Diġa għandna sinjali kbar tal-preżenza tiegħu fil-ħolqien. Imma Alla għażel ukoll li juri lilu nnifsu b'mod li l-ħolqien ma jista' qatt jurih. Dan jissejjaħ "rivelazzjoni" - Alla li juri lilu nnifsu. Din ir-rivelazzjoni seħħet b'mod kbir u speċjali meta l-Iben ta' Alla sar bniedem. Aħna nbatu biex nifhmu li Alla qiegħed ifittixna - għaliex aħna limitati. Imma ma naċċettawx li aħna limitati, sakemm ma tkunx xi esperjenza li tikkonvinċina b'dan. Xi esperjenza sabiħa, jew anke xi esperjenza li taħsadna għax tinvolvi xi traġedja jew li ġġibilna dwejjaq jew diqa. Anke hawn aħna limitati għax spiss jiġrilna li flok infittxu l-għajnuna, qisna naqtgħu qalbna u nħallu l-mewġ iġorrna. Is-soċjetà li qed nikbru u ngħixu fiha qed tagħmilna neqsin mid-dawl u mis-smigħ. Illum tingħata ħafna importanza lil dak li hu xjentifiku u teknoloġiku. Dan kollu iwassalna biex naraw inqas u nisimgħu inqas. Nitbiegħdu aktar u aktar minn Alla. U meta x-xjenza u l-intelliġenza ma jsolvux il-problemi tagħna, inħossuna mitlufa u bla saħħa. Imma dan jaf ikun ċans tad-deheb biex inkomplu fit-triq it-tajba!

Page 4: e-spark 40

Aħna ma nsibux kwiet, jgħid Santu Wistin, qabel ma nsibu lil Alla u nistieħu fih. Bħall-oċean, Alla hu għalina dik ix-xi ħaġa kbira, bla tarf, li lkoll noħolmu li nsibu. Xejn inqas qisu ma jissodisfana! Moħħna qed ifittex sens. Qalbna qed tfittex il-ferħ u l-hena bla tmiem. Santu Wistin jgħid ukoll li aħjar tħobb lil Alla milli tipprova tifhem lil Alla. Forsi tis-taqsi hux possibbli tħobb lil xi ħadd li ma tafux. Imma fil-każ ta' Alla, l-ewwel trid tħobb u mbagħad jagħtik hu stess il-mezzi biex tiskoprih. Dan bħal meta jkollok imħabba lejn xi passatemp, sport, jew suġġett. Qisek ma tkunx tista' tikkontrolla lilek innifsek u tibqa' tfittex, tipprattika, titgħallem u tiskopri... għax qed tagħmel xi ħaġa li tħobb! L-ewwel trid tħobb u mbagħad, it-teknika u d-dettalji ta' kif se tasal, dawn jiġu wara. Meta nfittxu sens jew skop fil-ħajja, aħna nkunu qed infittxu dehra, imqar qasira, tal-glorja ta' Alla. Ma nistgħux in-ħarsu direttament lejn ix-xemx, bla ma nużaw xi nuċċali skur ħafna. Għajnejna ma jifilħux għall-qawwa u l-intensità tad-dija tax-xemx. It-tfittxija tagħna li nħobbu lil Alla - u nagħrfuh - ukoll tiġi mfixkla mill-limitazzjonijiet tagħna u anke mid-difetti spiritwali (dnubiet) li għamilna aħna stess u li rċevejna mingħand dawk ta' qabilna. Qisu hemm ċpar bejnna u bejn Alla li ma jħalliniex naraw sew. Minn żmien għal żmien, dan iċ-ċpar iħalli xi ftit dawl jgħaddi. Nirċievu raġġ ta' dawl li jurina xi ħaġa dwar Alla, avolja qatt ma nistgħu narawh jew immissuh b'mod dirett.

Page 5: e-spark 40

Dawn jafu jkunu esperjenzi sbieħ ħafna. Forsi meta naqraw ir-rakkont tal-Appostli fuq it-Tabor, nifhmu xi ħaġa milli qed ngħid. Pietru xtaq jibqa' hemm, tant kienet esperjenza sabiħa. Imma ikunu esperjenzi qosra. Qisu Alla jkun qed iħajjarna biex inkomplu nfittxuh. Esperjenzi ta' ferħ kbir, jew meta nkun kuntent li għamilt xi ħaġa tajba għal xi ħadd (anke jekk mhux spettakolari) jew meta niskopri għalija nnifsi xi ħaġa impor-tanti dwari jew dwar il-ħolqien... Marija, li fil-jiem ta' qabel u wara t-twelid ta' Ġesù, għaddiet minn tant esperjenzi meraviljużi, kienet "tgħożż f'qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha" (Luq 2, 19). Dan jissejjaħ "kontemplazzjoni". Li nibqa' niftakar u nżomm f'qalbi affarijiet bis-sens. Bħal meta jkollok xi apparat li l-batterija tiegħu ma tibqax iżżomm charge. Ikun sinjal li l-batterijia trid tibdilha. Fil-każ tagħna, l-batterija tibqa' tajba biss jekk ittiha x'tagħmel. Jekk tibqa' ssib il-ħin biex ittiha charge, allura se jkollok l-enerġija biex tkompli, anke f'mumenti ta' dlam, jew meta tħossok waħdek u mwarrab.

Hu biss permezz tat-talb li jien insir konxju li (1) qed in-fittex lil Alla u li (2) Alla stess qed ifittex lili l-ħin kollu. Nistgħu nitgħallmu dwar Alla, imma aktar importanti li nsiru nafu lilu. Se jkun hemm mumenti fejn Alla jinfed iċ-ċpar Hu stess, u jiġi viċin tagħna tant li kważi ma jibqax dubju li Hu qiegħed hemm. Drabi oħra, Alla jinħeba. Jilgħab noli, biex jara għadniex interessati fih. U jekk iva, mela rridu noħolqu aħna stess il-ħin u ċ-ċirkustanzi biex nistennewh u nilqgħuh

Contact Us

If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to:

[email protected]

Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat

Page 6: e-spark 40

ADVENT from the Latin adventus meaning "coming") is a liturgical season observed in many

Western Christian churches as a time of expectant waiting and preparation for the celebration of the Na-tivity of Jesus at Christmas. Advent marks the beginning of the Western liturgical year and begins on Ad-vent Sunday, the fourth Sunday before Christmas Day, Dec. 25. For Christians, the season of Advent serves as a reminder both of the original waiting by Israelites for the birth of the Messiah, and the waiting by Christians for the return of Christ. The most famous hymn of Advent is "O Come Emmanuel." Its lyrics based on the Prophet Isaiah, articulate the hopeful anticipation of the Advent season:

O come, O come, Emmanuel, And ransom captive Israel, That mourns in lonely exile here Until the Son of God appear. Rejoice! Rejoice! Emmanuel shall come to thee, O Israel.

Originally observed as a time of fasting and penitence, the emphasis of the season of Advent is one of expectation and anticipation for the coming Messiah. The season of Advent starts out in a sombre tone and for the first two weeks, purple and blue are the primary colors used in church. On the third Sunday of Advent, Gaudete Sunday (gaudete means rejoice) pink or rose are the primary colors used. This shift in color symbolizes change in emphasis from expectation to celebration.In 2011, the Advent season begins on Nov. 27, 2011 and ends on Dec. 24, 2011. The Eastern Churches' equivalent of Advent, Nativity Fast, is 40 days long and began on Nov. 15, 2011. The themes of the Advent season are Hope, Peace, Joy and Love. Lighting of candles, especially the circu-lar Advent wreath with five candles is an important tradition of the Advent season. Each Sunday of Ad-vent, one of four candles is lit -- with the final candle, the Christ Candle, being lit on Christmas Eve.

Page 7: e-spark 40

http://www.lourdes-france.org/index.php?

goto_centre=ru&contexte=en&id=405

Page 8: e-spark 40

“Kemm hi xi ħaġa kerha meta l-bniedem ma jkunx irid jinbidel għall-aħjar.

Min jagħmel hekk jiġrilu bħall-ilma, li meta jieqaf f’xi ħofra, wara li jgħaddi ftit taż-żmien jibda jinten, imma l-ilma li jibqa’ għaddej jibqa’ nadif u sabiħ.”

+ PAWLU CREMONA O.P.

Arċisqof ta’ Malta

ADVENT PASTORAL LETTER FOR CHILDREN:

http://maltadiocese.org/lang/en/news/advent-pastoral-letter-for-childrenittra-pastorali-tal-avvent-ghat-tfal/?utm_source=feedburner&utm_medium=email&utm_campaign=Feed%

3A+maltadiocese+%28The+Church+in+Malta%29

Page 9: e-spark 40

Contact Us

If you would like to contact Fr Michael and share your comments, suggestions, ideas or problems please send an email to:

[email protected]

Tel : 21450354 Vocational Centre Archbishop’s Seminary Tal-Virtu, Rabat

Il-Milied it-tajjeb Nawgurwalek li fil-jiem li gejjin inkabbru fina u madwarna spirtu ta’ mhabba u paci u stennija ghal dak kollu li Alla jrid iwettaq ghalina.