e-spark 51

7
E Spark 51 NOVEMBRU 2012 ID-DIREZZJONI SPIRITWALI (2) LIFETEEN.COM COULD IT BE ME ?

Upload: diocesan-vocation-centre

Post on 22-Mar-2016

237 views

Category:

Documents


8 download

DESCRIPTION

Rivista ghal min qed ifittex is-sejha ta' Alla, u jrid jaghmel xi haga dwarha A resource for those seeking God's plan in their life, and who wish to do something about it

TRANSCRIPT

Page 1: e-spark 51

E Spark 51 NOVEMBRU 2012

ID-DIREZZJONI SPIRITWALI (2) LIFETEEN.COM

COULD IT BE ME ?

Page 2: e-spark 51

E Spark 51 Id-Direzzjoni Spiritwali (2)

Nisrani bla Direttur Spiritwali jixbaħ lil xi

atleta Olimpiku li jiddeċiedi li m'għandux

bżonn kowċ. Li tkun Nisrani Kattoliku mhux

biss titlu sabiħ imma jfisser li int tixtieq

titħabat ħalli ssir qaddis. Din qisha tellieqa, u

anke Ġesù qal li rridu nitħabtu biex nidħlu fis-

Saltna tas-Smewwiet, għax ħafna qed jiġru u

jekk naqgħu lura nistgħu nibqgħu l-art!

Sfortunatament hawn min għandu l-attitudni: "U iva... dal-għaġeb kollu għaliex? Alla ma jħobbx lil kulħadd?" Immaġina dak l-atleta Olimpiku li ma jkun rebaħ xejn, u meta jiltaqa' ma' sħabu jgħidulu: "U iva... int mhux l-aqwa li mort u ħadt sehem?!" Atleta tajjeb jirbaħ irid, mhux sempliċiment jieħu sehem! U hekk ukoll in-Nisrani. Mhux sempliċiment jitkaxkar, imma joħrġ ta' qalbieni.

Jekk irridu nibdew u ntemmu din il-ġirja, se jkollna bżonn l-istamina u ħafna taħriġ. U hawn jidħol il-"Kowċ Spiritwali". L-atleta, propju għax iħobb l-isport tiegħu, u jrid ikun ta' ġieħ għal dak l-isport, ifittex l-aqwa kowċ possibbli. Hekk ukoll int u jien. Jekk aħna bis-serjetà dwar il-fidi tagħna, jeħtieġ li nsibu kowċ tajjeb li jgħinna naslu biex insiru qaddisin, fuq il-passi ta' Ġesù nnifsu.

nidħlu fis-Saltna tas-

Page 3: e-spark 51

E Spark 51 Għaxar raġunijiet għala għandu jkollok Direttur Spiritwali

1. Turi li

jimpurtak: Jekk l-atleta juri li jimpurtah billi jfittex kowċ, x'taħseb dwar il-ħajja stess? Forsi ħajjitna mhijiex aktar importanti minn sport jew kompetizzjoni? Forsi ġieli ġralek li jkun hemm xi ħaġa importanti ghalik li ma jirnexxilekx titkellimha ma' ħaddieħor. Forsi minħabba mistħija, jew għax tibża' minn dak li se jgħidu sħabek, jew forsi għax ma jkun hemm ħadd qrib biżżejjed lil min tghid, jew tkun konvint li ħadd mhu se joqgħod jisimgħek! Il-verità hi li dejjem "worth it" li tfittex kowċ spiritwali, u dawn li semmejt jafu jkunu skużi biex ma tagħmel xejn dwar l-aspett spiritwali ta' ħajtek.

2. Ara l-eżempju tal-

qaddisin: Xorta jirnexxielek tasal sal-ġenna mingħajr Direttur Spiritwali, imma l-qaddisin jaqblu li dejjem eħfef issir qaddis mta jkollok min jiggwidak!

3. Alla wkoll hekk jaħdem

magħna: Nieħdu lil San Pawl, per eżempju. Wara li spiċċa mitfugħ mal-art huwa w sejjer Damasku, Alla jgħidlu jistenna hemm, sakemm jiġi jżuru wieħed jismu Ħananija, li kellu jgħidlu x'ghandu jagħmel. Alla spiss jippreferi jkellimna permezz ta' bnedmin oħra. Dejjem hekk għamel, sew fil-Bibbja u anke fl-istorja kollha tal-Knisja. U hekk għadu jagħmel sa lllum.

4. Tipprovax

tagħmel kollox waħdek: Il-ħajja Nisranija mhux maħsuba biex tgħixha bil-qawwa tiegħek. Uri lil Alla li int qed tiddependi fuq l-għajnuna li jagħtik Hu billi tħallih ikellmek permezz ta' persuni oħra.

5. Ibqa' għaddej: Meta l-isforz tkun qed

tagħmlu waħdek, faċli tinsa jew titlef l-interess. Aħseb f'xi riżoluzzjoni tal-ewwel tas-sena... kemm ninsew malajr dak li nkunu għidna li se nagħmlu! Imma jekk xi ħaġa tkun tkellimt dwarha mad-Direttur Spiritwali, mela iktar hemm ċans li se tiftakar. Ilkoll għandna bżonn min ifakkarna u jżommna responsabbli ta' dak li nkunu qed nagħmlu.

Page 4: e-spark 51

6. Bilkemm naraw sal-

ponta ta' mneħirna: Jekk tipprova tiffoka fuq il-ponta ta' mnieħrek titwerreċ! Hekk ukoll, meta nipprova niffoka fuq xi ħaġa li tkun qrib tiegħi, ma nkunx oġġettiv. Jidħlu l-emozzjonijiet fin-nofs. Ma nkunx nista' nagħmel evalwazzjoni tajba ta' dak li nkun qed nippjana, tar-relazzjonijiet li nkun fihom, u ta' dak li nkun qed inwettaq. U għax id-Direttur Spiritwali "mhux jien innifsi" allura hu se jara l-affarijiet mod ieħor, u se jgħin anke lili nara l-affarijiet differenti. Bl-għajnuna tat-talb u l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, nibda nagħraf aħjar xi jkun qed jgħidli Alla fiċ-ċirkustanzi ta' ħajti, kuljum.

E Spark 51 Għaxar raġunijiet għala għandu jkollok Direttur Spiritwali

7. Inkuraġġiment: Hemmħafna affarijiet li jistgħu ifixkluna. Illum speċjalment, mhix ħaġa faċli tkun Nisrani tajjeb. Id-Direttur Spiritwali jagħmillek kuraġġ u jgħinek tibqa' għaddej, speċjalment meta jkun l-uniku persuna li jkun qed jifhmek jew jissapportjak.

8. Esperjenza:

Fil-ħajja kulħadd għadu qed jitgħallem u jiskopri, imma d-Direttur Sirtwali - għax ikun xi ftit akbar fl-età - se jkollu aktar esperjenzi li jkun tgħallem minnhom hu stess. Speċjalment esperjenzi fit-talb u l-ħajja spiritwali. Aktar ma ssiru tafu lil xulxin, aktar aħjar għax id-Direttur Spiritwali jkun jista' jgħinnek b'aktar preċiżjoni.

9. Paċi: Hemm

paċi unika li tiskopri waqt id-Direzzjoni Spiritwali. Li jkun hemm xi ħadd li għażillek Alla stess biex tafdah u tħallih jgħinnek - xi ħadd li jħobbok u jaċċettak kif int - hi esperjenza li timliek b'ħafna paċi u sigurtà għax tinduna li Alla biss kapaċi jħobbok b'dan il-mod.

10. Il-qawwa tat-talb: Kemm

affarijiet kienu solvuti permezz tat-talb! L-anqas biss inkunu nafu. Kemm nies tlabt għalihom (għax ma nkun nista' nagħmel xejn aktar biex ngħinhom) u jgħiduli "issa rranġa kollox ta..." Ma nagħrfux biżżejjed il-qawwa tat-talb. Ħaġa sabiħa li jkun hemm min qed jitlob għalik, speċjalment xi ħadd qrib tiegħek bħalma hu d-Direttur Spiritwali.

Jalla jirnexxielek tibni relazzjoni sabiħa

mad-Direttur Spiritwali tiegħek matul din is-sena.

Page 5: e-spark 51

http://lifeteen.com/ E Spark 51

http://lifeteen.com/why-do-catholic-priests-

have-to-be-celibate/

http://lifeteen.com/whats-it-like-comparing-the-

married-life-the-single-life-priesthood-religious-life/

http://lifeteen.com/6-types-of-religious-vocations/

Page 6: e-spark 51

http://www.dioceseoflacrosse.com/vocations/coulditbeme.htm E Spark 51

Page 7: e-spark 51

E Spark 51

...il-veru ġlieda ma ssirx barra

minna, mal-ħmieġ li hemm

barra minna, imma l-veru

ġlieda ssir ġo l-qalb ta’ kull

wieħed u waħda minna biex

jara fejn hemm in-nuqqas

tagħna u jidħol fi ġlieda

spiritwali interna, anke billi

jitlob il-maħfra, biex ikun

jista’ jneħħi dawn id-dnubiet,

in-nuqqasijiet li jkun hemm

ġewwa fihom. Is-saċerdot

huwa ministru ta’dawn l-

affarijiet ġodda li Sidna Ġesu

Kristu tana

+ Pawlu Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta

The Opening of a New Centre for Vocations, in the Seminary Seminarju

tal-Arcisqof, Tal-Virtu, Ir-Rabat 1 ta’ Settembru 2012

Contact

Fr Michael and share your

comments, suggestions, ideas or

problems

email: [email protected]

Tel : 21450354 /79964557.

Vocational Centre, Archbishop’s

Seminary , Tal-Virtu, Rabat, Malta