ktieb festa sagra familja 2010

156

Upload: sagra-familja

Post on 09-Mar-2016

376 views

Category:

Documents


11 download

DESCRIPTION

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

TRANSCRIPT

Page 1: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 2: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 3: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Werrej

1

25

83

34

118

Lulju 2010

f’dinil-ħarġa

Editorjal

Messaġġi tal-FestaPresident, Segretarju, Kaxxier,Kappillan, Sindku, Surmast Direttur, Għaqda Każini tal-Banda

Programm tal-Festa

Storja u ArtiĦsibijiet minn Triq San Mikiel Charles FloresMro. Frans Ellul Bord EditorjaliMons. Mikiel Gonzi Wayne BonelloIl-Forti Rinella Wirt ArtnaVilla Bighi Joseph Grech

Proża u PoeżijaĦsus Ġewwiena Andrew CiliaIs-Sagra Familja Godwin Cini

Mużika u BandaĦarsa lejn ir-Recordings tal-Banda Sagra Familja Daniel VellaServizzi mill-Banda 2010 Bord EditorjaliMan-Noti Mużikali Paul Bongailas

SoċjetàKummissjoni Żgħażagħ, Kummissjoni Nisa, Kummissjoni Banda, Għaqda tal-Armar, Għaqda tan-Nar, Djarju tas-Soċjetà, Leħen l-Emigrant Kalkariż, Il-Proġett tal-Każin

JosefoloġijaPapa Ġwanni Pawlu II: Il-Papa ta’ San Ġużepp Andrew BorgId-Dehra f ’Knock, l-Irlanda Duncan BrincatSan Ġużepp ta l-isem lil Ġesù Joe ChetcutiSan Ġużepp Gerald SpiteriId-Devozzjoni lejn San Ġużepp fil-Mosta Etienne Camilleri

SpiritwalitàIs-Saċerdozju: Don għall-Knisja Patri Deo DebonoObitwarju

57

2534

64

71

83

118

145

Page 4: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 5: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 6: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 7: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Editorjal

5

festa2010

Pubblikazzjoni annwali uffiċċjali ta’ Circolo San Giuseppe Filar-monika Sagra Familja tal-Ka-lkara, fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ San Ġużepp 2010. Distribuzzjoni hija b’xejn mad-war ir-residenzi Kalkariżi u par-titarji tas-Soċjetà Ġużeppina.

Circolo San GiuseppeFilarmonika Sagra Familja

Kalkara A.D. 189780/82, Triq ir-Rnella,

Kalkara (Malta) KKR 1233

Tel: +356 21809928Email: [email protected]

Bord EditorjaliDuncan BrincatPaul BongailasAndrew Cilia

Ġbir ta’ ReklamiDuncan Brincat

Etienne CamilleriPaul Persico

Gerald Spiteri

RitrattiJonathan CallejaWayne Bonello

Etienne CamilleriJosette XuerebMaria Xuereb

Design & SettingIMI Publications

StampatBest Print Co. Ltd.

Żurrieq Road,Qrendi QRD 1814

Tel: 21680789

Il-kontenut f ’din il-pubblikazzjoni mhux bilfors jirrifletti l-fehma tal-Bord Editorjali u wisq anqas dik tal-Kumi-tat Ċentrali ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara. L-ebda parti minn din il-pubblikazzjo-ni ma tista’ tiġi riprodotta mingħajr il-permess bil-miktub tal-pubblikaturi.

© Circolo San Giuseppe Filar-monika Sagra Familja, Kalkara flim-kien ma’ IMI Publications, 2010.

www.sagrafamilja.org

Għeżież qarreja,

F’ismi u f ’isem il-bord editorjali ta’ dan il-ktieb annwali li joħroġ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara, nagħtikom merħba għal edizzjoni oħra fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ Missierna San Ġużepp Kap tas-Sagra Familja.

Qabel xejn nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li kellhom kummenti ferm pożittivi għall-ħarġa tas-sena l-oħra, li għall-ewwel darba f ’dan il-gżejjer wettqet ħolma li naraw ktieb tal-festa bil-paġni kollha tiegħu bil-kulur. Din l-istess inizjattiva, wara li ntlaqgħet tant tajjeb, qegħdin nirrepetuha ukoll din is-sena. Grazzi speċjali tmur lejn dawk kollha li kkontribwew permezz ta’ diversi artikli varji li żgur ser jolqtu l-gosti ta’ kulħadd.

Żgur iżda li ringrazzjament kbir ieħor għandu jmur lejn dawk il-ħwienet, azjedni, u entrapriżi oħra li għoġobhom jirreklamaw. Huwa permezz ta’ dan il-kontribut finanzjarju li pubblikazzjo-ni bħal din tkun tista’ tasal mingħajr ebda ħlas fi djarkom. Għalhekk, inten-ni l-appel li nagħmlu ta’ kull sena, sa-biex bħala partitarji ta’ din is-Soċjetà, nagħmlu użu mis-servizzi u l-prodotti reklamati. Għandna nħossuna obbli-gati li ngħinu lil min jgħinna!

Nistgħu ngħidu li wara l-esperjenza tas-sena l-oħra, bħala bord editorjali ddeċidejna li nżommu l-istess tqas-sim ta’ dan il-ktieb, bid-differenza li erġajna qegħdin inżidu n-numru ta’ paġni: minn 136 għal 152. Dan sa-biex inkunu nistgħu ndaħħlu iżjed ar-tikli interessanti, b’mod speċjali dawk riċerkati bl-akbar reqqa kemm dwar l-istorja ta’ raħalna, kif ukoll dwar il-patrun tagħna San Ġużepp.

Minbarra l-messaġġi li ta’ kull sena jsiru mid-diriġenti tas-Soċjetà, mill-Kappillan u s-Sindku, din is-sena qed nagħtu bixra differenti lill-programm tal-festa, fejn qed nagħtuh format dif-ferenti mill-bqija tal-ktieb. Dan sa-biex jagħmilha aktar faċli għall-qarrej biex isib dawn il-paġni u jagħmel użu tad-dati u l-ħinijiet skont il-bżonn li jkollu.

Fl-artikli dwar l-istorja, din is-sena nerġgħu inġeddu diversi memorji tal-Kalkara fl-imgħoddi, filwaqt li nsibu artikli dwar persunaġġi li kellhom rabta mas-Soċjetà jew ma’ raħalna, bħal Mro. Frans Ellul u Mons. Mik-iel Gonzi. Dan minbarra żewġ ar-tikli ferm interessanti dwar il-Forti Rinella u anki l-Isptar Navali ta’ Bighi. Nittamaw li dawn l-artikli qegħdin iwasslu sabiex bħala Kalkariżi napp-rezzaw iżjed il-wirt storiku u kulturali tagħna.

Fil-paġni letterarji niltaqgħu kemm ma’ poeżija kif ukoll proża Ġużeppina, filwaqt li f ’paġni oħra nagħtu titwila lejn il-programm mużikali li se ttella’ l-Banda Sagra Familja fil-ġranet tal-festa, kif ukoll lejn xi rekordings li kienet għamlet l-istess banda matul iż-żmien.

Matul din il-ħarġa se nkunu qed nagħtu ħarsa wkoll lejn l-opri l-ġodda tal-Għaqda tal-Armar, ix-xogħol li sar min-naħa tal-Għaqda tan-Nar, kif ukoll fil-proġett ta’ tisbiħ li qed iseħħ bħalissa fis-sede tas-Soċjetà. Dan minbarra l-ħidma kontinwa tal-Kum-missjoni Żgħażagħ, Nisa u Banda, u anki ħarsa lejn id-djarju ta’ attivitajiet li seħħew matul din l-aħħar sena.

Fil-paġni dwar il-Josefoloġija, din is-sena se nagħtu ħarsa lejn id-de-vozzjoni lejn San Ġużepp mill-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni, il-ġrajja taċ-ċirkonċiżjoni ta’ Kristu, kif ukoll inkomplu nagħtu ħarsa lejn id-devoz-zjoni lejn San Ġużepp f ’pajjiżna fos-thom dik fil-Mosta.

Fl-okkażjoni tas-sena tas-Saċerdozju, Dun Deo Debono jagħti ħarsa spir-itwali lejn dan is-sagrament, propju fis-sena li fiha hu qed jiġi kkonsagrat bħala qassis. Minn dawn il-paġni nawgurawlu u nifirħulu!

Minn qalbna nawguraw lil kulħadd il-festa t-tajba!

Page 8: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Kumitat Ċentrali 2009/10Presidenti Onorarji

Louis GonziDr. Paul Lia LL.D.

Onor. Dr. Carmelo Mifsud Bonnici LL.D., M.P.

Onor. Dr. Marlene Pullicino B.Ch.D., M.P.

Onor. Dr. Stephen Spiteri M.D., M.P.

Kav. Anthony Ventura OBSS

6

PresidentNoel Mallan

Viċi PresidentJoseph Camenzuli

Delegat tal-BandaMario Attard

Surmast DiretturMro. Ugo Buhagiar

Dip. Mus., B.Mus. T. (UK) F.Mus., EIHE, Dip. Child Psych.

Konsulenti LegaliDr. John Bonello LL.D.

Dr. Cedric Mifsud LL.D.

SegretarjuKav. Duncan Brincat

B.Com. (Hons.), OBSS

Assitenta SegretarjaMaria Xuereb

Delegat tal-ArmarRyan Stivala

MembriDaniela BarbaraJoseph Schembri Jesmond Stivala

KaxxierSaviour Persico

Assistent KaxxierPaul Persico

Delegat tan-NarJoseph Persico

Direttur SpiritwaliRev. Kan. Onor. Anton

Galea-Scannura

AwdituriRobert Grech

Kav. Anthony Ventura OBSS

Page 9: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Messaġġi

7

Noel MallanPresident

Inħatar fil-kariga ta’ President tas-Soċjetà f ’Ottubru tas-sena 2009.

Fis-snin 80 huwa serva wkoll bħala Segretarju tal-Kumitat Ċentrali,

fejn kien il-promotur wara diversi bidliet li seħħew fi ħdan is-Soċjetà

matul dak iż-żmien, fosthom fl-isem tas-Soċjetà u fl-armar.

Din is-sena sejjer nagħmel l-ewwel messaġġ tiegħi bħala President tas-Soċjetà Circolo San Giuseppe Filar-monika Sagra Familja.

Għalhekk nibda billi nirringrazzja lis-soċji li wrew il-fiduċja fija matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali sabiex nokkupa din il-kariga illi jkolli nam-metti li bħalissa mhijiex xi waħda faċli għall-fatt illi bħalissa fis-Soċjetà għaddejjin bosta proġetti li jfissru ħidma sħiħa mhux biss mill-membri tal-Kumitat imma wkoll minn ħafna partitarji. Insemmi biss li l-każin għaddej minn fażi ta’ ristrutturar tal-Bar Area u għadd kbir ta’ proġetti oħra fosthom dawk li jirrigwardaw l-armar tat-toroq.

Nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li sal-ġurnata tal-lum li fih qed nik-teb dan l-artiklu, jiġifieri sal-aħħar ta’ Mejju, laqqajna l-Kumitat għal mhux inqas min tmintax-il darba. Dan barra minn laqgħat oħra li jsiru fuq bażi regolari bħal dawk li kellna mal-kummissjonijiet u fergħat tas-Soċjetà, dawk bejn l-uffiċjali tal-Ku-mitat Ċentrali b’mod speċjali rigward il-finanzjament u l-andament tal-proġett tal-każin u l-festa, u anki bejn l-uffiċjali u l-awdituri tas-Soċjetà fejn ġew analizzati l-istess temi iżda b’mod aktar mifrux. Jien nemmen, u bħali sħabi tal-Kumitat, li meta Soċjetà bħal tagħna trid tieħu ħsieb il-finanzjament ta’ każin, Soċjetà u anki festa, wieħed għandu jagħmel dan bl-akbar għaqal għax jirrikjedu attenzjoni kbira.

Bdejna l-ħidma tagħna fix-xahar ta’ Novembru, u l-ewwel attenzjoni tfajnieha billi ħadna ħsieb li l-men-swalità tinġabar fil-ħin u mingħand il-membri kollha. Ħadna ħsieb li ntellgħu diversi attivitajiet ta’ qliegħ ta’ fondi b’riżq il-każin bħal ngħidu aħna l-Get Together tal-aħħar tas-sena u l-ikla li saret fid-19 ta’ Marzu. Dawn saru avolja l-każin jinsab fi stat ta’ ko-struzjoni. L-attendenza għamlitilna l-kuraġġ u permezz ta’ dan il-messaġġ nixtieq nappella lill-membri u l-parti-tarji biex jattendu numerużi għal kull

attività li ssir matul is-sena u b’mod speċjali dawn l-attivitajiet li resqin issa għal żmien il-festa.

Barra minn hekk, qed isir xogħol ta’ ħjata kif ukoll armar ta’ dawl u fus-tumi għal barra r-raħal b’mod volon-tarju mill-membri tal-Għaqda tal-Armar, filwaqt li l-Għaqda tan-Nar ħadet sehem permezz ta’ nar tal-art ġewwa l-Belt u Bormla. Dan kollu sar sabiex inżidu d-dħul finanzjarju tas-Soċjetà u biex proġett bħal dak li qed isir bħalissa fil-każin ma jkunx ta’ piż finanzjarju eżaġerat fuq is-Soċjetà.

Ma nistax ma nsemmix ix-xogħol kbir li qed isir fejn jidħol armar, fosthom il-ħjata ta’ sett pavaljuni ġodda, sfu-mar ta’ drappijiet li kien għadu mhux lest, sopraporti ġodda għal pavaljuni u bandalori, flimkien ma’ restawr ta’ anġli u statwi oħra. L-istatwa taż-żwieġ ta’ San Ġużepp u l-Madonna ġiet ukoll restawrata.

Barra minn hekk inħadem sett bandal-ori ġodda li ġew imżanżna fil-Ġimgħa Mqaddsa, waqt li għadu għaddej ix-xogħol ta’ skultura fl-injam fuq il-kol-onna ta’ San Ġużepp mill-Kummiss-joni Żgħażagħ. Sintendi din is-sena xi sorpriżi ma jonqsux lanqas! Nixtieq insemmi wkoll il-ħidma tal-Kum-missjoni Nisa fejn jidħol ġbir ta’ fondi b’riżq il-festa li dan jagħmluh ġimgħa wara l-oħra matul is-sena kollha, u lill-Kummissjoni Banda u x-xogħol kbir li jwettqu mhux biss fis-servizzi tal-banda, imma wkoll bl-inawgurazzjoni tat-tieni parti tal-proġett tal-uniformi tal-banda, fejn issa nistgħu ngħidu li għandna uniformi sabiħa u kompluta.

Din is-sena kellna x-xorti li nilqgħu fostna fil-Kalkara l-Qdusija Tiegħu l- Papa Benedittu XVI. F’din l-okkażjoni il-banda tagħna flimkien mal-banda l-oħra ta’ San Ġużepp ħadna sehem f ’dan l-avveniment uniku għar-raħal tagħna.

Insomma, bla tlaqliq nistgħu ngħidu li l-festa lanqas tkun taf kif waslet u jekk ma tibdiex taħdem mill-għada żgur

li tinqabad fuq sieq waħda! Il-festa tagħna kibret ħafna u anke l-ispejjeż assoċjati magħha kibru wkoll. Bil-ġbir li qed isir bħalissa il-festa mhux qed tkun sostenibbli waħidha u ġieli qed ikun hemm il-bżonn li tgħin is-Soċjetà. Għalhekk għas-sena d-dieħla bħala Kumitat qed nerġgħu nikkonsidraw li jerġa’ jibda isir ġbir matul is-sena bħal ma kienet id-diċina fl-imgħoddi, iżda din id-darba b’metodu aktar komdu u selettiv. Nixtiequ li nsibu l-koper-azzjoni tagħkom u nirringrazzjakom bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom.

Nagħlaq billi nirringrazzja lil kull min qed jikkontribwixxi sabiex dan ix-xogħol kollu li qed isir ikun possibli, kemm fejn jidħol il-proġett tal-każin, kif ukoll dak assoċjat mal-festa u am-ministrazzjoni ġenerali oħra.

Nirringrazzja wkoll lill-Kappillan Dun Anton Galea Scannura tal-kop-erazzjoni li dejjem insibu mingħandu, kif ukoll lis-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiar. Dan minbarra ħajr de-jjiemi lill-kummissjonijiet u fergħat tas-Soċjetà kif ukoll lill-membri u par-titarji mhux biss tax-xogħol li jwettqu, imma anki tal-imħabba li juri lejn is-Soċjetà u l-festa.

Minn qalbi nixtieq nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd. Viva San Ġużepp u s-Sagra Familja!

Sena ta’ ħidma kontinwa

Page 10: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 11: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Messaġġi

9

Kav. Duncan BrincatB.Com. (Hons.), OBSS

Segretarju

Gradwat fl-Ekonomija mill-Uni-versità ta’ Malta, ilu jokkupa l-

kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat sa mis-sena 2001. Għamel żmien Ret-tur tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp u

anki Segretarju tal-Grupp Fratel-lanzi Maltin. Kavallier tal-Ordni

Biżantin tas-Santu Sepulkru.

Hekk kif l-ilma tax-xita jieqaf iġelben mal-ħitan tal-għorof fl-għelieqi, hekk kif il-mewġ iberred l-amar tiegħu mal-blat, u hekk kif il-kesħa tax-Xit-wa tintesa’ u tħalli postha għall-qilla sabiħa tax-xemx Sajfija... hemmhekk jistgħana x-xahar ta’ Lulju, ix-xahar magħżul minn ġensna bħala tifkira de-jjiema ta’ dak ir-raġel ħawtiel u ġust li elfejn sena ilu ġie mwaħħad mis-sema biex ikun imqaddes fost il-bnedmin. Dan hu x-xahar tiegħek kbir qaddis Ġużeppi.

Meta nħares lura lejn is-sena ammin-istrattiva li waslet kważi fi tmiemha, nistgħaġeb lejn dak kollu li twettaq b’mod volontarju minn diversi per-suni li sforz l-imħabba tagħhom lejn is-Soċjetà u l-festa jagħmlu ħidma ma taqta’ xejn, dejjem b’għan wieħed aħħari: dak li nkomplu nsaħħu flimk-ien il-festa u s-Soċjetà tagħna.

Bdejna din is-sena b’diversi uċuh ġodda fl-amministrazzjoni, fosthom bi President u Kaxxier ġdid. Minn din il-paġna nixtieq nirringrazzja b’mod speċjali lill-ex President Mario At-tard u lill-ex Kaxxier Michael Spiteri li t-tnejn għadhom jagħtu l-ħidma tagħhom b’riżq is-Soċjetà. Fil-Kumitat ta’ din is-sena hemm ħeġġa u determi-nazzjoni kbira, b’mod speċjali sabiex jitwettqu dawk il-proġetti li dħalna għalihom tul dawn l-aħħar snin.

Nixtieq minn din il-paġna nsellem ukoll lil Dr. Marlene Pullicino li ma-tul il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-2009 ġiet maħtura b’mod unanimu bħala President Onorarju tas-Soċjetà. Nixtieq nirringrazzja lilha, flimkien mal-Kav. Anthony Ventura u ma’ Dr. Stephen Spiteri, li bħala Kumitat insi-buhom ta’ għajnuna fl-operat tagħna matul is-sena.

Ċertament li l-ħidma tagħna kienet l-aktar mitfugħa fuq il-proġett li qed isir bħalissa, dak ta’ tisbiħ tas-sede tas-Soċjetà. Is-sena l-oħra bdejna billi baxxejna l-livell tal-art, iżda mill-festa tas-sena l-oħra l’hawn sar bil-wisq iżjed xogħol. Minbarra li tkompla l-li-

vellar tal-art madwar il-bar area koll-ha, saru maħżen u kċina ġdida għall-bar, inksew il-ħitan kollha, sar saqaf ġdid għat-toilets, ġiet mgħoddija siste-ma ġdida ta’ dawl u sound mas-saqaf u mal-ħitan, kif ukoll sar taraġ ġdid fin-nofs tond li jagħti għas-swali ta’ fuq. Bħalissa qed jitkompla l-proġett billi jitwaħħal il-madum tal-art li mistenni jkun lest fi ftit ġimgħat oħra, filwaqt li qed ikomplu d-diskussjonijiet dwar is-suffett tal-bar area, id-dawl li se jkun użat, kif ukoll l-irħam u d-deko-razzjonijiet tat-taraġ, li mistenni jkun opra verament sabiħa u li tixraq għal każin mimli storja kif inhu tagħna. Ma nistgħax hawn ma nirringrazzjax lil dawk il-voluntiera kollha li qed jagħmlu ħafna xogħol f ’dan il-proġett. Ċertament li se jkun sodisfazzjon kbir ftit xhur oħra meta naraw bar area mill-isbaħ u nkunu nistgħu nibdew il-partijiet l-oħra tas-sede tas-Soċjetà. Nirringrazzja wkoll lil dak l-ażjendi li għoġobhom jgħinuna permezz ta’ materjal li kellna bżonn. Wieħed jif-hem l-ispejjeż kbar li hemm involuti speċjalment fix-xiri ta’ materjal, u għalhekk kull għajnuna finanzjarja u materjali hija ferm apprezzata.

Iżda għalkemm kellna sena fejn il-ħidma fuq il-każin ma qatgħet xejn, l-istess nistgħu ngħidu dwar il-ħidma b’riżq il-festa.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ din is-sena ħadet ħsieb li jitkompla l-proġett tal-kolonna ta’ San Ġużepp, billi tkom-pliet l-iskultura fl-injam. Min-naħa l-oħra, l-Għaqda tal-Armar kompliet bil-ħjata ta’ sett pavaljuni għal Triq is-Sibi, saru supraporti ġodda għal Triq is-Sienja, tkompla l-proġett ta’ Triq ir-Rnella b’mod speċjali permezz tal-isfumar tal-bandalori, kif ukoll se jiġu armati permezz ta’ pavaljuni żewġ to-roq ġodda. Dan minbarra restawr li sar fuq diversi statwi, manutenzjoni u żebgħa ta’ arbli kif ukoll bosta xogħol ieħor. Ma nistax ma nsemmiex is-sett bandalori li sar għall-Ġimgħa Mqadd-sa, kif ukoll bosta xogħol ta’ ħjata u armar ta’ dawl li qed isir għal irħula oħra, u li l-qliegħ tagħhom qed imur

b’riżq il-proġett tal-każin u xi proġetti tal-armar. Dan minbarra xogħol ieħor li sar u li se jiżżanżan b’sorpriża matul il-festa.

Min-naħa tal-Għaqda tan-Nar, din is-sena ser jerġgħu jagħtuna spettaklu mill-isbaħ, mhux biss permezz tan-nar tal-ajru iżda wkoll b’diversi irdieden ġodda li se jiġu mżanżna. Ħallu lil min jara x-xogħol tagħkom u jieħu l-ide-jat forsi xi dabra ma nkunux waħidna f ’dan il-qasam! Nixtieq pubblikament nirringrazzja lil dawn id-dilettanti tax-xogħol tagħhom li ma jaqta’ xejn.

Magħhom inżid il-ħidma kbira b’riżq il-ġbir ta’ fondi mill-Kummissjoni Nisa, kif ukoll il-ħidma sfieqa mill-Kummissjoni Banda permezz tad-di-versi servizzi li jkollha l-banda tagħna matul is-sena, mhux biss fil-Kalkara iżda fil-madwar, u anki t-tagħlim ta’ diversi allievi li n-numru tagħhom qed jiżdied sena wara l-oħra.

Nixtieq nawgura minn qalbi l-festa t-tajba lil kulħadd u nappella biex nat-tendu lkoll għaċ-ċelebrazzjonijiet in-terni.

Ixref ħarstek Missier il-Qodos fu-qna uliedek. Int li ħaddant miegħek lil Kristu, tina idejk u żommilna mwaħħla ma’ tiegħek ħalli qatt ma nitilfu ħarstek smewwija f ’għajnejna.

Xempju ta’ determinazzjoni

Page 12: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 13: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Messaġġi

11

Saviour PersicoKaxxier

Inħatar fil-kariga ta’ Kaxxier tas-Soċjetà f ’Ottubru tas-sena 2009.

Lejn l-aħħar tas-snin 80 huwa serva wkoll fil-Kumitat Ċentrali

tas-Soċjetà. Jaħdem bħala kok f ’lukanda ewlenija, u jifforma parti

minn familja li tagħti sehem kbir b’riżq is-Soċjetà u l-festa.

Għal din is-sena imiss lili biex naqsam xi ftit ħsibijiet dwar ix-xogħol li sar mill-każin tagħna matul sena sħiħa bi tħejjija għall-Festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp. Ħbieb, reġgħet waslet il-festa, u meta nħares lura ninnota kemm ħdimna flimkien b’riżq festa oħra li sejrin ingawdu lkoll flimkien, din is-sena fit-tielet Ħadd ta’ Lulju.

Minn mindu għaddiet il-festa tas-sena l-oħra, kulħadd ta l-għajnujna tiegħu biex inkomplu fil-proġett tal-każin li bdejna s-sena l-oħra. Tajna spinta qaw-wija għal dan u nista’ ngħid li x-xogħol miexi sew u b’reqqa kbira. Hekk kif għaddiet il-festa kompejna billi lestej-na il-kċina li biex tlestiet ħadmu diversi membri u partitarji b’mod volontarju u minn hawn nixtieq nirringjazzja-hom tax-xogħol siewi li għamlu. Waqt li l-kċina kienet qegħdha titlesta, beda wkoll ix-xogħol fuq it-taraġ. Dan ix-xogħol ħa naqra żmien u finanzi mhux ħażin. Bdejna billi sar it-twaqqiegħ tat-taraġ il-qadim, xogħol li sar minn Joseph Persico u xi membri oħrajn. Wara li tlesta dan il-proċess, beda d-disinn ta’ kif kellu jiġi. Hekk kif tlesta dan, il-ħaddiema inkarigati bdew billi għamlu l-iskaluni u wara ġie mogħti l-konkos. Kellna nisttennew xi żmien biex ineħħu l-iskaluni u konna ħerqana biex naraw kif ġie. Hekk kif ġew imneħħija l-iskaluni ġie fi tmie-mu l-proċess tal-ewwel parti tat-taraġ. Minn din il-paġna ngħidilkom li fil-festa tas-sena dieħla jekk Alla jrid it-taraġ ikun lest minn kollox, u nibdew ingawdu proġett mill-isbaħ li żgur se jkun fuq fomm kulħadd. Bl-għajnuna ta’ kulħadd, ix-xogħol fil-każin tkom-pla, u għaddejna sistema ta’ dawl ġdida li minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Jesmond Stivala tax-xogħol siewi li għamel, filwaqt li nirringrazzja wkoll lil Simon Paris tax-xogħol ta’ kisi li għamel fil-każin. Bħalissa kellna nieq-fu xi ftit mill-ħidma tagħna fuq dan il-proġett minħabba l-fatt li bdejna in-hejju għall-festa.

Bħal kull sena ġie organnizzat Get Together fl-aħħar tas-sena li kien suċċess kbir fejn minn hawn nixtieq

nirringrazzja lil kull min attenda u ta sehmu biex din l-attività kienet ta’ suċċess kbir. Xi ftit wara bdejna inhe-jju biex niċċelebraw il-festa liturġika tal-Patrun tagħna San Ġużepp. Bi qbil fil-kumitat ideċidejna li għall-ewwel darba nagħmlu ikla f ’din l-okkażjoni. Inkun onest magħkom li kont xettiku kemm setgħet tirnexxi din l-attività ġdida, iżda kont żbaljat bil-kbir. Intom li attendejtu bi ħġarkom għal din l-at-tività urejtuni li minn qalbkom tħobbu u tgħożżu l-festa liturġika tal-Patrun tagħna San Ġużepp.

Bħal kull sena ħriġna niġbru l-istrina billi dorna t-toroq tal-partitarji tagħna u qassamna l-kalendarju li noħorġu ta’ kull sena. Għamilna ġabra oħra viċin id-19 ta’ Marzu, u oħra fil-bidu t’April li saret b’riżq l-ispejjeż tal-banda li daqqet fl-okkażjoni tal-miġja tal-Papa Benedittu XVI fil-Kalkara. Minn hawn nixtieq ngħidilkom grazzi kbira minn qalbi ta’ meta ġejna għandkom u de-jjem ilqajtuna b’idejkom miftuħin lesti li tgħinuha biex inkompli fil-ħidma tagħna.

Ma nistax ma nsemmix il-fund rais-ing li qed isir mill-kummissjonijiet u l-fergħat, li permezz tagħhom tkun tista’ ssir il-festa, u li imbagħad jiġu ppreżentati waqt il-kunċert li jsir kull sena ġewwa Pjazza Sagra Familja u hekk intom membri u partitarji tkunu tafu kemm qegħdin naħdmu flimkien għall-festa tagħna. Il-Kummissjoni Żgħażagħ bħalissa qegħdha taħdem bla waqfien biex tkompli fuq il-kol-lonna li qegħda tagħmel għal San Ġużepp li tintrama fil-pjazza. Minn hawn nixtieq nirringrazzjahom tax-xogħol kollu li ħafna drabi jagħmlu minn wara l-kwinti. Il-Kummissjoni Nisa tagħti sehema wkoll billi tagħmel diversi prumistrati matul kull ġimgħa, il-festin tal-Milied għat-tfal, kif ukoll xi attivitajiet fil-każin. Insemmi wkoll il-Kummissjoni Banda li taħdem bla waqfien biex tkompli ssaħħaħ il-banda kemm f ’dak li huma bandisti tal-post kif ukoll fuq il-ħidma siewja li qegħda tagħmel fejn jirrigwardja s-servizzi kif ukoll l-uniformi l-ġdida.

Grazzi ukoll lid-dilettanti tal-armar li jqattgħu ammont sostanzjali ġewwa l-maħżen jaħdmu bla waqfien. Kif se terġgħu tirrealizzaw matul il-ġranet tal-festa, l-armar tagħna sbieħ u jisboq bil-bosta. Dan minbarra d-dilettanti tan-nar li jaħdmu matul is-sena kollha biex jagħtuna spettaklu mill-isbaħ ma-tul il-ġimgħa tal-festa. Ma nistax ma nsemmiex u ma nirrigrazzjax minn qalbi lil dawk il-partitarji u benefat-turi li meta nsejħulhom dejjem jiġu jagħtuna l-għajnuna li jkollna bżonn bħala Kumitat, kemm dik finanzjara, kif ukoll fejn jidħol xogħol manwali. Grazzi bil-quddiem!

F’Novembru inħatar Kumitat ġdid, u jien inħtart bħala Kaxxier. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Micheal Spiteri, il-Kaxxier ta’ qabli, tal-ħidma siewja li għamel matul l-għaxar snin li għamel fil-kariga ta’ Kaxxier. Żgur li m’hemmx kliem biex tiddiskrivi ix-xogħol kbir li wettaq tul dan iż-żmien, għaliex hu kien importanti ħafna biex jinġabru l-finanzi u jsiru bosta proġetti importanti li għadna ngawduhom sal-lum. Nagħlaq billi nirringrazzja-kom ta’ kull ma tagħmlu mal-każin u nwegħdkom li se nibqa’ naħdem biex il-festa tagħna tkompli tikber f ’kull qasam tagħha. Viva San Ġużepp Kap tal-Knisja Universali u tas-Sagra Familja. Il-festa t-tajba lil kull min għinna biex inwettqu festa oħra.

Ħidma flimkien li tagħti l-frott

Page 14: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 15: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Messaġġi

13

Rev.du Kan. Onor. Anton Galea-Scannura

Kappillan

Dun Anton Galea-Scannura, ilu Kappillan tal-Kalkara mid-19 ta’ Marzu 2007. Hu sar saċerdot fl-

1998 u għandu għal qalbu l-għaqda tal-parroċċa u l-ħidma tax-Xandir

tal-Kelma fil-Kalkara.

Għadni m’inix daqshekk intiż fl-istor-ja tal-Kalkara li nista’ nitkellem dwar kif faqqset id-devozzjoni lejn is-Sagra Familja, ovvjament xi ftit marbuta mad-devozzjoni Ġużeppina li mma-rkat l-istorja ta’ dan ir-raħal sa mit-twaqqif tiegħu bħala parroċċa.

Żgur hu però li din id-devozzjoni jekk se tkompli tixxettel b’mod li tħalli l-frott minn banda trid tiskopri l-għeruq tagħha u mill-banda l-oħra b’rabta soċjali ma’ Soċjetà Mużikali trid issawwar kultura b’rabta ma’ ide-jal ta’ ħajja komunitarja li kif naraw qiegħed jitmermer jekk ma jinżammx b’għożża u b’ċertu għira.

Meta ġie l-Papa fostna f ’April li għadda – ġrajja li nimmaġina immarkat anki l-istorja tas-Soċjetà Mużikali, bdejt ngħid: Tgħid x’jaħseb minn dir-rabta popolari mas-Sagra Familja? Fl-1 ta’ Jannar 2007, tkellem propju fuq hekk. Laqtuni xi espressjonijiet:1. Il-familja hija l-ewwel mezz u l-mezz ordinarju biex Alla jiltaqa’ mal-bniedem. Kont timmaġina li Ġesù għandu jinawgura l-ħajja tiegħu fit-tempju, jew almenu f ’sinagoga. M’għażilx hekk. Mat-tempju Ġesù ma sabx xortih. Mis-sinagoga, spiċċa mkeċċi. Għażel il-familja u familja ordinarja. Dan iwassal għal żewġ rif-lessjonijiet. L-ewwelnett li ma nkunux insara magħluqin fit-tempju. Irridu noħorġu mit-tempju. Ma nistgħux nikkuntentaw ruħna bi stil ta’ ħajja nisranija li forsi wieħed seta’ jgħaddi biha mitt sena ilu. Ma nippretendux li l-ħajja nisranija ddur mat-tempju, jiġifieri nehdew bil-logħob liturġiku mingħajr ma nidħlu fil-qalba tal-liturġija li togħġob l-Alla, ħajja fid-dell tiegħu. Din kienet il-ħajja tal-familja Mqaddsa. Xi drabi il-festi tagħna juru ċertu kuntradizzjonijiet. Minn banda

nonoraw qaddis u b’ċertu ħeġġa, però mbagħad dil-ħeġġa mhux dejjem tid-her fix-xhieda ta’ ħajja nisranija. It-tieni riflessjoni hija allura ir-rispett u l-għożża li jrid ikollna għall-familja. Nistaqsi jista’ wieħed iħobb is-Sagra Familja mingħajr xewqa li jipproteġi u jippromwovi l-familja nisranija? U hawn anki tidħol ir-rwol soċjali tal-Każin, li b’kultura mużikali jip-promwovi valuri tal-familja b’mod oriġinali.

2. Ġesù tefa’ dawl fuq il-valur edukattiv primarju tal-familja. Il-familja teduka u nistħajjel anki soċjetà mużikali teduka. Nafu li tgħallem x’tgħallem imqar bla ma trid twassal valuri. Dan iwassalna għal eżami tal-kuxjenza li trid tagħmel kull komunità ta’ edukazzjoni. X’valuri qed jitwasslu? Sew fl-istil tat-tagħlim u anki fil-ħajja komunitarja li tgħix kull għaqda –f ’dal każ għaqda b’rabta mal-ħajja soċjali u kultura mużikali ta’ raħal. Natural-ment is-soċji tal-każin kollha ġejjin minn u għandhom familja. Il-ħajja tas-Soċjetà tissawwar minn dawn il-familji u f ’ċertu sens il-każin huwa familja ta’ familji u allura ffurmat ukoll mill-valuri tagħhom. X’valuri qed iġibulna dawn in-nies fil-każin? Kuntenti dwarhom? 3. Marija u Ġużeppi għallmu lil Ġesù l-ewwelnett bl-eżempju tagħhom; fil-ġenituri tiegħu hu sar jaf is-sbuħija tal-fidi, l-imħabba ta’ Alla u l-liġi tiegħu. Ma naħsibx li l-funda-turi tas-Soċjetà Mużikali kienu jagħrfu wisq jagħmlu differenza bejn il-ħajja ta’ fidi u l-ħajja soċjali. Meta tnisslet l-ideja, is-soċjetà Maltija kienet dif-ferenti milli hi llum. Illum hemm differenza sew bejn il-ħajja soċjali u dik reliġjuża. Però ma nimmaġinax li l-għaqda toħlomha li tibdel isimha

biex timxi maż-żminijiet! Anzi, jien żgur li sallum, is-Sagra Familja qiegħda f ’qalbkom, u tgħożżuha. Mela issa f ’idejha li niskopru u naqsmu il-valur tas-sbuħija tal-fidi. Anki l-opri ta’ arti li jiżżanżnu f ’dawn il-jiem b’xi mod huma espressjoni u stqarrija tas-sbuħija tal-fidi, dejjem naturalment jekk marbuta mal-karità li hi l-qalb tal-fidi.

Nawgura li toktor f ’ħajjitna l-imħabba lejn l-idejal ta’ familja nisranija li tispira l-Familja Mqaddsa. Il-Papa sejjah dil-familja xbiha ħajja ta’ l-imħabba ta’ Alla. Xbiha tagħmel sens jekk tirreferi għal xi ħaġa. J’alla ix-xbiha miżmuma b’tant għożża tas-Sa-gra Familja tqanqalna biex nagħrfu u nwasslu l-imħabba ta’ Alla.

Nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-President, Segretarju u soċji tas-Soċjetà għall-għajnuna tagħhom ma-tul is-sena, b’mod speċjali dis-sena b’rabta maż-żjara tal-Papa Benedettu XVI. Nawgura li nkomplu naħdmu flimkien b’riżq ir-raħal tagħna.

Is-Sagra Familja tal-Kalkara

Page 16: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 17: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Messaġġi

15

Michael CohenSindku

Imwieled il-Kalkara, huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ De La Salle u fl-Università ta’ Malta.

Okkupa diversi karigi fosthom fil-klabb tal-futbol Kalkariż u fil-Partit Laburista. Ġie elett Sindku l-ewwel

darba fis-sena 2000, u jokkupa wkoll il-kariga ta’ President tal-

Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali.

Għeżież Kalkariżi,

Matul din is-sena attendejna għal bosta avvenimenti, u li kieku kellna nħarsu lura lejn dak li għaddejna min-nu, insibu ħafna x’nirrakkontaw. Dan kollu jwassalna biex nifhmu, li ma’ kull ġurnata li tgħaddi fil-ħajja tagħna ngħaddu minn esperjenza ġdida.

Xi wħud mill-esperjenzi jirrekjedu ħafna ħidma u magħhom iġibu wkoll ċertu sodisfazzjon, oħrajn ikunu anqas avventurużi. Xi kultant inkunu nix-tiequ li ċertu ġranet qatt m’għaddejna minnhom u jkun jaqbel li ninse-whom. Imma din is-sena rrid nibqa’ aktar fuq nota pożittiva, u għalhekk xtaqt nagħmel referenza għall-esper-jenza li għaddejna minnha bil-miġja tal-Qdusija Tieghu l-Papa Benedittu XVI fostna.

Din l-esperjenza żgur li mhux se nin-sewha malajr u minkejja li l-mawra kienet waħda qasira, is-sinifikat tagħha kien wieħed kbir.

Permezz ta’ din iż-żjara l-Kalkara ma baqgħetx maqtugħa u iżolata, kemm fost il-poplu Malti kif ukoll minn popli oħra madwar id-dinja. Smajna fuq diversi stazzjonijiet kemm lokali

kif ukoll internazzjonali, li l-Papa ġej Malta. B’hekk stajna nsegwu minuta b’minuta l-postijiet minn fejn għadda l-Papa.

Imma naħseb li taqblu miegħi meta ngħid li ftit huma l-postijiet minn fejn il-Papa mexa fit-toroq tagħhom: il-Kalkara kienet waħda minnhom.

Kien jixraq li lill-Papa nilqgħuh bit-tapit aħmar li juri bl-aktar mod ċar, li din il-miġja tal-Papa kienet ħafna mistennija, u kif jixhed l-entużjażmu tal-Kalkariżi, it-toroq prinċipali kienu mimlijin sa minn kmieni wara nofsin-har.

Xena li laqtitni kien il-mument meta l-Papa tela’ fuq il-katamaran. Mill-viċin stajt ninnota li huwa tant kien qiegħed jieħu pjaċir li ma riedx jidħol ġewwa u jpoġġi fuq is-siġġu li ppreparawlu. Għal ftit ħin baqa’ jsellem lill-pubb-liku u permezz tal-merħba li tajnieh, sraqnilu qalbu u ma xtaqx iwarrab minn quddiem għajnejh dik ix-xena sabiħa.

Għalhekk l-appell tiegħi f ’dawn il-ġranet sbieħ tal-festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp huwa dak li waqt il-festa, nippruvaw nisirqu l-attenzjoni ta’ San

Ġużepp bl-istess mod li għamilna mal-Papa. Li nuru, li aħna komunità magħquda u li napprezzaw il-valuri u li għalhekk nitolbu l-barka tal-Patrun tagħna bħalma tlabna lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI.

Viva San Ġużepp!

Nieħu din l-opportunità sabiex f ’ismi u f ’isem il-mara tiegħi, il-Kunsilliera u l-istaff nawgura festa qaddisa lill-Kalkariżi kollha.

Nilqgħu lil San Ġużepp bħall-Papa

Page 18: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 19: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Messaġġi

17

Mro. Ugo BuhagiarDip.Mus., F. Mus, E.T.H.E., B.Mus.T.

(UK), Dip. Child Psych.Surmast Direttur

Beda l-istudji mużikali tiegħu taħt is-Surmast Carmelo Ciantar u ħareġ idoqq l-ewwel darba mal-banda San Ġorġ ta’ Bormla. Huwa serva bħala Surmast Direttur ma’ diversi baned fosthom Sagra Familja tal-Kalkara,

San Leonardu ta’ Ħal Kirkop u Trinità Qaddisa tal-Marsa.

Għeżież Ġużeppini,

Waslet l-24 festa tiegħi bħal Surmast Direttur tal-Banda Sagra Familja tal-Kalkara. Madanakollu żgur li din mhux biss l-24 darba li qed nattendi għall-festa Ġużeppina Kalkariża, għaliex din hija festa li twilidt, trabbejt u kbirt fiha matul is-snin.

Is-Soċjetà tagħna, iċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, minn dejjem kellha isem tajjeb mad-war il-gżejjer Maltin, u dan grazzi għal bosta Kumitati, Diretturi Mużikali bħal ma kien Mro. Lorenzo Gonzi li kien jidderieġi l-Orchestra San Giuseppe qabel it-Tieni Gwerra Din-jija, bandisti u soċji li dejjem ħadmu minn qalbhom u bl-aktar mod disin-teressat biex iżommu isem il-banda tagħna fuq pedestall: ċertament l-uni-ka post li jixraqilha.

Din is-sena komplejna naħdmu mis-sena preċedenti biex inkomplu ntejbu il-livell tal-banda. Ipparteċipajna bi sħiħ u konna apprezzati għall-pro-grammi li għamilna.

Dan b’mod speċjali f ’servizzi barra r-raħal, fosthom fil-Marsa għall-festa tat-Trinità Qaddisa, u anke fil-Belt Valletta fl-okkażjoni ta’ Notte Bianca, fejn daqqejna bħala massed band mal-Banda Sant’ Anna ta’ Wied il-Għajn.

Dan minbarra li daqqejna ukoll fil-miġja tal-Papa Benedittu XVI ġewwa l-Kalkara, fejn il-Kumitat ħass li l-Banda Sagra Familja tagħti s-sehem tagħha f ’dan il-jum storiku għall-Ka-lkara. Għalhekk nagħqadna bħala banda mal-banda l-oħra tal-Kalkara, u sellimna lill-Papa fit-tluq tiegħu lejn il-Belt Valletta permezz tal-Katama-ran.

Bħala Surmast Direttur jien għandi d-dmir li nħejji tajjeb il-banda b’mod speċjali għall-programm vokali u stru-mentali fuq il-planċier tagħna lejlet l-ewwel jum tat-tridu.

La qed nitkellem fuq il-programm,

irrid ngħid li dan se jkun bħas-soltu, wieħed li jolqot il-gosti ta’ kulħadd.

Se nibdew b’mużika klassika fl-ew-wel parti, filwaqt li għat-tieni parti l-Banda Sagra Familja tesegwixxi xogħlijiet mużikali moderni kif ukoll mużika ta’ stil differenti li tal-fehma li żgur se tintgħoġob mal-udjenza li dejjem tibqa’ preżenti sal-aħħar tisma’ b’attenzjoni lill-banda tagħna.

U la qegħdin insemmgħu dan il-pro-gramm, nerġa’ nappella lil kulħadd sa-biex jattendi, għaliex l-undjenza għalih qed tiżdied sena wara l-oħra. Il-banda mhux qegħda hemm biss għal xi marċ, u fuq dan aħna qed nagħtu l-eżempju fil-Kalkara, għaliex mhux biss fir-raħal imma anki f ’servizzi barra, ta’ spiss inwettqu programmi mużikali. U kull fejn indoqqu dejjem jerġgħu jist-ednuna għaliex jafu li dejjem narmaw banda ta’ kwalità.

Grazzi b’mod speċjali lill-bandisti tal-post li jattendu għal kull servizz.

Nixtieq ngħid ukoll li t-tagħlim tal-mużika fis-Soċjetà tagħna huwa meqjus bħala l-ewwel prijorità. Dan għax permezz tat-tagħlim nkunu nistgħu jkollna bandisti ġodda mal-banda tagħna.

Għalhekk nixtieq permezz ta’ dan il-messaġġ nappella u nħeġġeġ lill-ġenituri sabiex jibagħtu lit-tfal tagħhom jitgħallmu l-mużika fil-każin tagħna. Ta’ min ifakkar li t-tagħlim kollu jsir mingħajr ħlas.

Permezz tal-mużika, dawn l-allievi tfal u żgħażagħ ikollhom ħajja edu-kattiva kompluta. Mhux minnu li l-istudju tal-mużika itellef mill-istudji akkademiċi l-oħra.

Anzi, ħafna drabi dawk il-persuni li jieħdu l-istudju tal-mużika bis-serjetà, jagħmlu suċċess f ’oqsma oħra tal-ħajja. Kull min huwa interessat huwa imħeġġeġ biex ikellem lil xi membru tal-Kummissjoni Banda biex jimla’ formola apposta.

Nixtieq infaħħar ix-xogħol li qed jit-wettaq mill-Kumitat u l-fergħat kollha fi ħdan is-Soċjetà, b’mod speċjali l-ħidma li qed issir mill-Kummissjoni Banda, taħt it-tmexxija ta’ Mario At-tard bħala delegat li jagħmel xogħol siewi ħafna fejn tidħol il-formazzjoni tal-banda f ’kull servizz.

Dan minbarra ħidwa kontinwa li qed issir ta’ ġbir ta’ fondi li permezz tagħhom qed issir l-uniformi ġdida tal-banda, fejn is-sena l-oħra ġew imżanżna l-ingravati, u din is-sena se titkompla permezz ta’ badges u spal-letti.

Nixtieq nagħlaq billi fl-aħħar bħal dejjem ngħid grazzi għax-xogħol li sar din is-sena lill-President il-ġdid, li nawguralu ħidma sfieqa, kif ukoll lill-Kumitat kollu.

Grazzi wkoll lill-Kummissjoni Żgħażagħ li diġà bdew il-ħidma tagħhom biex juru l-briju spettakolari fil-marċi li jsiru matul il-ġimgħa koll-ha, anki permezz ta’ l-affarijiet tal-bri-ju li ġew imżanżna matul iż-żmien.

Nagħlaq dan il-messaġġ billi minn qal-bi nawgura l-festa t-tajba lill-Kalkariżi kollha speċjalment lill-membri u am-miraturi tal-Banda Sagra Familja.

Sena oħra ta’ impenn qawwi

Page 20: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 21: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Messaġġi

19

Mill-Għaqda Każinital-Banda

Imwaqqfa fl-1947 fuq ħsieb tal-Kav. M. A. Delia, dak iż-żmien membru tal-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun.

L-Għaqda Każini tal-Banda kel-lha bħala għan ewlieni li tkun vuċi

waħda f ’isem il-baned Maltin mal-Gvern. Mill-1982, bdiet tiġi

ċċelebrata l-festa liturġika ta’ Santa Ċeċilja, Patruna tal-mużiċisti.

Huma ħafna dawk li minn sena għall- oħra jistennew b’ħerqa kbira l-festa tal-Belt jew Raħal tagħhom. Ewlenin fost dawn insibu l-għexieren ta’ dawk impenjati fil-Kumitati, Kummissjoni-jiet u Sezzjonijiet li fil-biċċa l-kbira minnhom huma fi ħdan il-Każini tal-Banda u li jaħdmu s-sena kollha b’sagrifiċċju personali biex jorganiżżaw il-Festa. Dawn l-inizjattivi huma ta’ min ifaħħarhom u jinkoraġġihom.

L-Għaqda Każini tal-Banda li tirrappreżenta lill-Baned kollha ta’ Malta u Għawdex minbarra t-tnejn tal-Belt, matul din is-sena, minbarra l-ħafna xogħol li tagħmel għall-ġid tal-baned Maltin u Għawdxin, tat ukoll kontribut kbir dwar id-Doku-ment Konsultattiv li ħarġet id-Djoċesi tal-Knisja Maltija. Liema dokument ingħata pubbliċità kbira u ngħidu li anke ġie manipulat mill-media kif ukoll minn uħud li ftit li xejn jifhmu fil-festi. Quddiem din is-sitwazzjoni, r-rappreżentanti tal-Baned urew ma-turità u għaqal kbir u flok tkaxkru mal-kurrent, flimkien studjaw id-do-kument u qablu dwar proposti konk-reti biex jirranġaw dak li mhux sejjer tajjeb fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festi. Proposti li għamlu ġieħ lill-Każini tal-Banda.

Il-festi fil-bidu tagħhom kellhom ak-tar rabta reliġjuża milli soċjali kif

nafuhom illum, fejn iċ-ċirkustanzi tal-ħajja kienu ħafna differenti. Imma l-ħsieb prinċipali kien u hekk għandu jibqa’ li fil-ġranet tal-festa rridu naħsbu fuq il-ħwejjeġ kbar u tal-għaġeb li Alla għamel fil-qaddejja tiegħu, u bħala nsara għandna nippruvaw nimxu fuq l-għemejjel tagħhom. Dan huwa l-qo-fol u l-milja ta’ kull festa.

Hawn qbil li kif qegħdin jiġu ċċelebrati l-Festi hemm x’wieħed x’jirranġa. Hija ħaġa tajba li jkun hemm gwida maqbula minn dawk kollha nvoluti fl-organizzazzjoni tal-Festi biex nilħqu l-għanijiet tagħna.

Nafu li s-sitwazzjoni hija differenti f ’kull raħal u belt, bejn festa u oħra. Għalhekk l-Għaqda mill-bidu ta’ dan l-eżerċizzju għarfet il-bżonn li jkun hemm aktar kordinament u nvolvi-ment fuq bażi parrokkjali fejn dawk kollha nvoluti fl-organizzazzjoni tal-festa jkunu jistgħu jagħmlu awtokri-tika tas-sehem tagħhom u flimkien jaraw li mixjin fuq gwidi maqbula. Barra minn dan nifhmu wkoll li hemm ħtieġa ta’ edukazzjoni kontinwa dwar l-imġieba waqt il-ġranet tal-Festa, li għalkemm din hija xi ħaġa li ilna nitkellmu dwarha, ftit li xejn sar.

Ninsabu sodisfatti bil-mod kif tmexxew id-diskussjonijiet bejn l-Għaqda u l-Awtoritajiet tal-Knisja.

Nawguraw li dawk kollha mpenjati fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa jaħdmu biex flimkien issir iż-żabra li hemm bżonn. Biex dan iseħħ hemm bżonn li nwaqqgħu l-ħitan li tul is-snin inbnew bejn każin u ieħor, festa u oħra. Nifh-mu li mhux faċli u jinħtieġu saġrifiċċji u dixxiplina. Imma jekk aħna konvin-ti mill-għanijiet tagħna, jirnexxielna naslu biex ikollna festi li jagħtu ġieħ lil Alla qabel kollox, lill-Qaddisin li tant inħobbu u lis-Soċjetajiet tagħna.

L-Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda jawgura l-Festa t-Tajba lill-Kalkariżi fl-okkażjoni tal-Festa f ’ġieh San Ġużepp.

Ħsibijiet mill-Għaqda Każini tal-Banda

Ħajjar lill-uliedek jitgħallmul-arti tal-mużika u jingħaqdu

mal-Banda Sagra Familja!

Applikazzjonijiet jinkisbu mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Kummissjoni Banda Sagra Familja.It-tagħlim tal-mużika huwa provdut mingħajr ħlas.

[email protected]

Page 22: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 23: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 24: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

22

Page 25: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

23

Page 26: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 27: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Programm tal-Festa

25

Page 28: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

26

Programm Tal-Festi Interni Solenni Ad Unur

San ĠużeppPatrun tal-Knisja Universali fil-Parroċċa tal-Kalkara 2010

Page 29: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Programm tal-Festa

27

Il-Ġimgħa 9 ta’ LuljuL-Ewwel Quddiesa Solenni ta’ P. Deo Debono OSA.5.15pm Iż-żewg baned lokali jibdew il-marċ minn hdejn il-bini tal-MU-SEUM għal quddiem il-Knisja Par-rokkjali.5.30pm Mill-Knisja joħroġ korteo bil-fratellanzi flimkien mal-baned sad-dar ta’ Patri Deo Debono fil-Qasam tad-Djar tar-Rnella.6.00pm Tibda l-mixja lejn il-Knisja bis-sehem tal-banda. Jimxu ukoll il-Kunsilliera tal-Kalkara.7.00pm Tibda l-Quddiesa Solenni kkonċelebrata.

Il-Ħadd 11 ta’ LuljuFil-quddies jingħata tagħrif dwar il-festa. Issir ġabra speċjali li tmur għall-ispejjeż tal-festa. Il-Quddiesa tas-6.00pm tkun animata mill-Grupp Żgħażagħ tal-Parroċċa u l-Grupp Żgħażagħ tal-Knisja ta’ Santa Liberata. Il-band taż-żgħażagħ tal-Kapuċċini tmexxi l-kant. It-Tnejn 12 ta’ LuljuĦruġ min-Niċċa6.00pm Rużarju u Kurunella.6.30pm Quddiesa kantata mmexxi-ja mill-Kappillan, Dun Anton Galea-Scannura bis-sehem tal-għaqdiet kollha, mużikali u soċjali tal-Parroċċa, flimkien mal-Kalkariżi li m’għadhomx joqgħodu fil-Parroċċa. Fl-aħħar taċ-ċelebrazzjoni jsir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġużepp min-niċċa li tiġi milqugħa fuq iz-zuntier mill-komunità bis-sehem tal-Kor Parrokkjali, li jkun akkumpanjat minn Banda magħquda miż-żewġ soċjetajiet mużikali, San Ġużepp u Sagra Familja.

It-Tlieta 13 ta’ LuljuJum it-Tfal u l-Familji tagħhom6.00pm It-tfal jiltaqgħu ħdejn il-MUSEUM minn fejn tibda purċissjoni bi statwa ta’ San Ġużepp. It-tfal kollha mistiedna jieħdu se-hem. 6.30pm Quddiesa għat-tfal im-mexxija mir-Rev.du Kan. Malcolm Agius. Janima l-Kor tat-tfal An-gels’ Voices. It-tfal kollha li jattendu tingħatalhom tifkira. Il-Kor An-gels’ Voices huwa l-Kor tat-tfal tal-Parroċċa tagħna li tmexxieh is-Sin-jura Patricia Darmanin u l-organista Patrick Darmanin.

L-Erbgħa 14 ta’ LuljuL-Ewwel Jum tat-TriduJum l-Anzjani u l-Morda6.00pm Rużarju u Kurunella.6.30pm Quddiesa li għaliha mist-iedna l-anzjani u l-morda. Imexxi Mons. Pawl Raggio. Wara l-quddiesa tingħata l-Barka Sagramentali. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor Adonai.

Il-Ħamis 15 ta’ LuljuIt-Tieni Jum tat-TriduJum il-Familja6.00pm Rużarju u Kurunella.6.30pm Quddiesa li għaliha mist-iedna l-koppji li din is-sena jagħlqu 10, 25, jew 50 sena miżżewġa. Fil-quddiesa ssir ukoll il-preżentazzjoni tat-trabi. Imexxi l-Quddiesa P. Mar-tin Mamo OFM Cap. Wara l-qud-diesa tingħata l-Barka Sagramentali. Il-Quddiesa tkun animat mill-Kor Shalom immexxi mis-Sinjura Ag-atha Zahra. Wara l-quddiesa, l-kop-pji mistiedna għal bibita fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Il-Ġimgħa 16 ta’ LuljuIt-Tielet Jum tat-TriduJum il-Parroċċa6.00pm Rużarju u Kurunella6.30pm Quddiesa imexxija minn P. Ġwakkin Mercieca OFM Cap u P. Onorat Spiteri OFM Cap tal-Komu-nità Kapuċċina tal-Kalkara li din is-sena qed jiċċelebraw il-Ħamis Sena ta’ Ħajja Saċerdotali. Għal din il-qud-diesa mistiedna il-Fratellanza ta’ San Ġużepp u l-membri tal-Kunsill Pas-torali Parrokkjali u l-Kummissjoniji-et kif ukoll it-Terzjarji Franġiskani. Fil-Quddiesa ssir il-Vestizzjoni tal-Abbatini. Wara t-Tqarbin jitkanta l-innu ta’ ringrazzjament Te Deum.

Is-Sibt 17 ta’ LuljuLejlet il-Festa6.00pm Rużarju u Kurunella.6.30pm Translazzjoni Solenni bir-relikwa ta’ San Ġużepp. Imexxi P. Deo Debono OSA saċerdot novell mill-Parroċċa tagħna. Wara Quddie-sa Solenni bis-sehem tal-Orkestra u l-Kor Parrokkjali San Ġużepp.

Il-Ħadd 18 ta’ LuljuJum l-Għid tal-Parroċċa7.00am Quddiesa Letta8.30am Quddiesa kkonċelebrata. Imexxi P. Deo Debono OSA. Jinseġ

il-paniġierku fuq il-virtuwijiet sin-gulari ta’ Missierna San Ġużepp, Patrun tal-Knisja Mqaddsa u Missi-er l-Insara kollha, Dun Hector Scerri S.T.D. 10.30am Quddiesa Letta6.00pm Quddiesa Letta7.30pm Tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa devota tas-Sultan tal-Qaddisin u Patrun tal-Knisja Uni-versali San Ġużepp, kapolavur fl-in-jam solidu ta’ Ferdinando Stuflesser, b’tislima fuq iz-zuntier mill-Banda San Girgor ta’ tas-Sliema u l-Banda Beland taż-Żejtun.

Il-purċissjoni solenni bis-sehem tal-fratellanza Ġużeppina, tkun ak-kumpanjata mill-Banda Sliema u tgħaddi minn Misraħ Arċisqof Gon-zi, Triq il-Kapuċċini, Triq San Law-renz, Triq Giovanni Ricasoli, Triq is-Sienja, Triq Patist Borda, Triq is-Salvatur, Triq ir-Rnella, ix-Xatt, u ti-tla’ mit-taraġ ta’ quddiem iċ-Ċentru Laburista għall-Knisja Parrokkjali. Fuq iz-zuntier l-istess baned jerġgħu isellmu lill-vara wisq għażiża ta’ San Ġużepp fid-dħul trijonfali tagħha fil-Knisja. Kif tidħol il-purċissjoni fil-Knisja titkanta l-Antifona ta’ San Ġużepp Iosef Filii David, kapolavur ta’ Mro. Lorenzo Gonzi, u tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis 22 ta’ LuljuĦarġa għal Għawdex2.00pm Ħarġa speċjali ta’ wara l-festa għal Għawdex sa nofsillejl, biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Qalb ta’ Ġesù l-Fon-tana, u wara nkomplu l-ġurnata bil-mistrieħ u l-ikel.

Is-Sibt 24 ta’ Lulju6.30pm Quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li ħadmu fit-tħejjija u fiċ-ċelebrazzjoni tal-Festa fejn nirringrazzjaw lil Alla u lil San Ġużepp li ngħaqadna bħala komunità nisranija biex niċċelebraw il-fidi tagħna. Wara l-Quddiesa l-istatwa ta’ San Ġużepp terġa’ titqiegħed lura fin-niċċa.

Nota: Il-Kor u l-Orkestra fil-jiem tal-festa jkunu taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Josianne Zammit ALCM (TD), ATCL. Organista s-Sinjura Diane Mizzi B.Mus LCM(Hons.), B.Ed (Hons), ALSM.

Page 30: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

L-Erbgħa 7 ta’ Lulju6:15pm Kurunella, Antifona u Barka Ewkaristika. Wara quddiesa solenni tal-aħħar Erbgħa bi tħejjija għall-festa titulari ta’ San Ġużepp fil-Knisja Parrokkjali.

8:30pm Barbeque għall-partitarji kollha fi Pjazza Sagra Familja or-ganizzat mill-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà, li bih tinfetaħ uffiċċjalment il-festa titulari 2010. Ikun hemm var-jetà ta’ ikel, mużika u tombla. Biljetti mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Kumitat Ċentrali.

Il-Ħamis 8 ta’ Lulju8:00pm Mixgħela Ġenerali tat-to-roq tal-Kalkara mill-Għaqda ta’ l-Armar.

8:30pm Pasta Night bit-tombla fi Pjazza Sagra Familja organizzata mill-Kummissjoni Nisa tas-Soċjetà. Biljetti mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Kummiss-joni Nisa.

Il-Ġimgħa 9 ta’ Lulju5:15pm Jingħata bidu għal marċ bis-sehem taż-żewġ baned Kalkariżi fl-okkażjoni tal-ewwel quddiesa so-lenni ta’ Dun Deo Debono OSA. Dan il-marċ jibda minn Triq il-Kapuċċini u jgħaddi minn Misraħ Arċisqof Gonzi, Triq ir-Rnella, Triq is-Sibi u Triq il-Barklori, fejn hemm jiġi milqugħ Dun Deo Debono OSA, flimkien mal-familjari, is-Sindku u l-Kappillan tal-Parroċċa. Il-marċ ikompli lura lejn il-Knisja, u jgħaddi minn Triq is-Sibi, Triq ir-Rnella u Misraħ Arċisqof Gonzi. Fi tmiem il-marċ, delegazzjoni mill-kumitati tas-Soċjetà flimkien mal-Kalkariżi mistiedna jattendu għal din l-ewwel quddiesa solenni ta’ Dun Deo Debo-no OSA.

Is-Sibt 10 ta’ Lulju8:30pm Jingħata bidu għall-The Invincible Street Concert fi Triq ir-Rnella bis-sehem ta’ bosta kantanti lokali kif ukoll stabiliti fosthom il-kantant Renato. Jieħdu sehem ukoll diversi kumpaniji taż-żfin. L-ispettaklu jittella’ mill-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja. Ma jon-qosx spettaklu multi-viżiv ta’ dawl u sound kontinwu, ikel, xorb kif ukoll lotterija kbira. Il-Kalkariżi huma

mħeġġa jattendu għall-din l-attività annwali.

Il-Ħadd 11 ta’ Lulju10:00am L-aħħar ġabra mat-toroq tal-Kalkara b’riżq il-festa u t-tqassim tal-publikazzjoni annwali tal-festa minn IMI Publications. Nitolbukom sabiex tkunu ġenerużi bħal kull sena sabiex intaffu l-ispejjeż relatati mal-festa li dejjem qegħdin jiżdiedu.

8:30pm Get Together kbir fi Pjaz-za Sagra Familja organizzat mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja. Ikun hemm varjetà ta ikel u mużika mill-aqwa, kif ukoll tintwera fuq big screen il-finali tat-Tazza tad-Dinja. Biljetti mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Għaqda tan-Nar.

It-Tnejn 12 ta’ Lulju 8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

6.15pm Quddiesa konċelebrata fil-Knisja Parrokkjali, li warajha jsir il-ħruġ tal-istatwa titulari ta’ Missierna San Ġużepp min-niċċa. Il-membri kollha huma mħeġġa sabiex jatten-du. Elementi bandistiċi mill-Banda Sagra Familja u l-Banda San Ġużepp flimkien mal-Kor Parrokkjali jieħdu sehem fi programm mużikali ta’ inn-ijiet minn fuq iz-zuntier sabiex isell-mu lill-vara titulari fil-ħruġ u d-dħul tagħha mit-tempju Ġużeppin.

8.30pm L-aħħar kunċert ġenerali mill-Banda Sagra Familja fejn jiġu kkunċertati s-siltiet li ser jingħaddu fil-programm mużikali annwali li se jsir nhar it-Tlieta 13 ta’ Lulju.

It-Tlieta 13 ta’ Lulju8:00pm Il-Banda Sagra Familja tagħmel marċ qasir li jibda minn quddiem is-sede tas-Soċjetà fi Triq ir-Rnella u jgħaddi minn Pjazza Sa-gra Familja, Triq Patist Borda, Triq is-Salvatur, Triq ir-Rnella u jin-temm quddiem il-planċier “Ġawhra Ġużeppina’’.

9:00pm Il-Banda Sagra Familja taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiar tagħti bidu għall-programm mużikali fuq il-planċier

28

Page 31: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Programm tal-Festa

29

tella’ mill-Kummissjoni Banda ser jindaqqu siltiet ta’ mużika varjata u jsiru bosta preżentazzjonijiet ta’ tifkiriet u donazzjonijiet lis-Soċjetà. Kulħadd huwa mħeġġeġ sabiex jat-tendi.

10:30pm Riċeviment annwali ġewwa “Sala San Ġużepp” fis-sede tas-Soċjetà hekk kif jintemm il-programm mużikali, li għalih huma mistiedna l-membri kollha u l-familjari tagħhom kif ukoll mist-ednin oħra distinti.

L-Erbgħa 14 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

8:30pm Il-Banda San Leonardu ta’ Ħal Kirkop, takkumpanja l-vara ta’ San Ġużepp, xogħol tal-istatwarju Michael Camilleri Cauchi u rep-lika tal-istatwa titulari preċedenti li kienet donazzjoni tas-Soċjetà lill-Parroċċa, permezz ta’ marċ li jgħaddi minn Triq ir-Rnella, Triq Patist Borda, Triq is-Salvatur, Triq Luigi Pisani, Triq is-Salvatur, Triq ir-Rnel-la, Triq is-Sienja, Triq Patri Mattew Sultana, Triq Giovanni Ricasoli, Triq Ġanni Raimondo, Triq Santa Filu-mena, Triq ir-Rnella u Pjazza Sagra Familja fejn isir it-tlugħ tal-vara fuq il-kolonna li din is-sena kompliet tiġi msebbħa bi skultura fl-injam mill-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja. Matul il-marċ jinħarqu set-tijiet ta’ murtaletti, blalen u fl-aħħar kaxxa nfernali. Wara li tintemm id-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp, ser isir feature fuq il-ħidma tas-Soċjetà imtella’ mill-fergħat kollha u se tinkixef sorpriża mill-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju.

Il-Ġimgħa 16 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

12:30pm Ikla annwali tal-festa fis-sede tas-Soċjetà għall-partitarji koll-ha. Kitba mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-membri tal-Kumitat Ċentrali.

8:30pm Il-Banda Sant’Elena ta’ Birkirkara takkumpanja il-vara tas-Sagra Familja, ġawhra tal-Ġużeppini Maltin u kapolavur ta’ Wistin Camilleri, permezz ta’ marċ li jgħaddi minn Triq ir-Rnella, Triq is-Sienja, Triq Giovanni Ricasoli, Triq Ġanni Raimondo, Triq San Lawrenz, Triq il-Kapuċċini, Misraħ Arċisqof Gonzi u Triq ir-Rnella. Fil-bidu tal-marċ jinħaraq salut u kaxxa nfernali. F’Misraħ Arċisqof Gonzi l-banda mistiedna ssellem lill-Knisja Par-rokkjali permezz tal-innijiet filwaqt li wara, fi Triq ir-Rnella jsir it-tlugħ tal-istatwa tas-Sagra Familja fuq il-kolonna ġojjel tagħha.

10:00pm Jingħata bidu għall-ispettaklu pirotekniku annwali li jin-kludi murtali tal-beraq pront, mur-tali bil-logħob, murtali tal-kulur, sfejjer, u blalen fost l-oħrajn. Hekk kif il-vara tas-Sagra Familja tittella’ fuq il-kolonna tagħha, tinħaraq kaxxa nfernali kkumnikata bi blalen u murtaletti. Wara dan, l-Għaqda tan-Nar Sagra Familja tippreżenta l-ispettaklu multi-viżiv waħdien fil-madwar, b’ħarqa grandjuża ta’ logħob tan-nar tal-art mekkanizzat fi Triq ir-Rnella b’akkumpanjament uniku ta’ dawl u mużika, kollu frott id-dilettanti tan-nar tas-Soċjetà.

Il-Ħadd 18 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.

10:30am Il-Banda Sagra Familja tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu madwar Triq ir-Rnella, Triq is-Salvatur, Triq Patist Borda, Triq ir-Rnella, Triq is-Sibi, Triq Mel-chiorre De Robles, Triq is-Sienja u jintemm fi Triq ir-Rnella fost il-briju u l-entużjażmu tal-partitarji. Fil-

bidu tal-marċ jinħaraq salut u kaxxa nfernali.

7:00pm Il-Banda San Girgor ta’ Tas-Sliema tibda marċ minn Triq ir-Rnella għal Misraħ Arċisqof Gonzi, fejn tilqa’ l-ħruġ tal-vara titulari ta’ Missierna San Ġużepp minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali. Wara tagħmel marċ fi Triq ir-Rnella u te-segwixxi programm mużikali fuq il- planċier “Ġawhra Ġużeppina” fi Pjazza Sagra Familja. Matul il-pro-gramm, hekk kif l-istatwa titulari tasal quddiem is-sede tas-Soċjetà Ġużeppina, issir tislima xierqa lil Missierna San Ġużepp fejn jindaqqu l-Innu Popolari “Lil San Ġużepp” kompożizzjoni ta’ Mro. Lorenzo Galea, l-Innu Marċ “Lill-Patrijarka San Ġużepp”, kompożizzjoni ta’ Mro. Archibald Mizzi, u l-Innu Marċ “La Sacra Famiglia” ta’ Mro. Lorenzo Gonzi, kif ukoll tinħaraq kaxxa nfer-nali mill-Għaqda tan-Nar. Wara li jintemm il-programm mużikali, il-banda tagħmel marċ fi Triq ir-Rnella u Misraħ Arċisqof Gonzi u ssellem lill-vara titulari fid-dħul lura fil-Knisja bl-innijiet minn fuq iz-Zuntier.

11:00pm Il-Banda Sagra Familja tagħmel il-marċ ta’ l-aħħar fi Triq ir-Rnella fejn isir l-inżul tal-vara tas-Sagra Familja minn fuq il-kolonna u lura lejn is-Sede tas-Soċjetà, fost il-briju spontanju tad-dilettanti tan-nar u tal-armar.

It-Tnejn 19 ta’ Lulju11:00am Tluq għax-xalata tradiz-zjonali tal-għada tal-festa, fejn nerħulha lejn l-Għadira għall-ġurnata divertiment flimkien. Naslu lura b’mod trijonfali r-raħal għal xis-7.00pm fost il-briju tal-partitarji.

Fi Pjazza Sagra Familja jsir barbeque għall-partitarji kollha. Biljetti jink-isbu matul il-ġimgħa tal-festa mill-membri tal-Kumitat Ċentrali.

Programm Tal-Festi Esterni Ad Unur

San Ġużeppsehem iċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja A.D. 1897

Page 32: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

30

It-Tnejn 12 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.7:30pm Ħruq ta’ salut tal-bomba kif il-vara titulari ta’ San Ġużepp toħroġ min-niċċa u titfaċċa fuq iz-zuntier. (Dan in-nar ġie kkummissjonat mill-Kummissjoni Festa.)

L-Erbgħa 14 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.9:30pm Tibda wirja piroteknika b’murtali tal-bomba, murtaletti, sliżijiet u blalen fost l-oħrajn, ma-tul il-marċ tradizzjonali bl-istatwa maestuża u artistika tal-Padrun tagħna Missierna San Ġużepp. Fi tmiem din il-wirja tinħaraq kaxxa infernali kkumnikata.

Il-Ġimgħa 16 ta’ Lulju8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.8:00pm Salut, Kaxxa infernali, mur-tali u murtaletti hekk kif tibda d-dimostrazzjoni bl-istatwa tas-Sagra Familja, il-ġawhra tal-Ġużeppini Maltin.10:00pm Jingħata bidu għal spettak-lu pirotekniku Thunders of Fire li jin-kludi murtali tal-beraq pront, mur-tali bil-logħob, murtali tal-kulur, sfejjer, murtali tal-bomba, sliżijiet u blalen, fost l-oħrajn.Hekk kif il-vara tas-Sagra Famil-ja tittella’ fuq il-kolonna tagħha, tinħaraq kaxxa infernali grandjuża ikkumnikata b’tempijiet bil-murtali bil-logħob, blalen u baraxxijiet. Wara l-kaxxa nfernali jingħata bidu għal spettaklu pirotekniku ta’ logħob tan-nar tal-art fi Triq ir-Rnella wara l-kolonna tas-Sagra Familja. Dan in-nar tal-art ikun akkumpanjat b’sinkronizzazzjoni bil-mużika u huwa kollu mekkanizzat u maħdum mid-dilettanti tan-nar fi ħdan

l-Għaqda tan-Nar Sagra Familja tas-Soċjetà.

Il-Ħadd 18 ta’ LuljuJUM IL-FESTA TA’MISSIERNA SAN ĠUŻEPP8:00am Ħruq ta’ murtali u murtal-etti.10:30am Ħruq ta’ kaxxa infer-nali, murtali u murtaletti hekk kif jingħata bidu għall-marċ tradizzjon-ali ta’ filgħodu.7:30pm Salut, kaxxa infernali span-jola grandjuża u murtaletti hekk kif il-vara titulari ta’ Missierna San Ġużepp toħroġ b’mod trijunfali mill-Knisja Parrokkjali. Wara ak-kumpanjament matul il-purċissjoni. (Dan in-nar ġie kkummissjonat mill-Kummissjoni Festa.)Hekk kif il-vara titulari tal-Patrun tagħna u tas-Soċjetà, Missierna San Ġużepp, tasal quddiem is-sede tas-Soċjetà tinħaraq kaxxa infernali bħala tislima lill-Patrun tas-Soċjetà Ġużeppina.10:30pm Kaxxa infernali tal-kulur hekk kif il-vara titulari tidħol lura fil-Knisja Parrokkjali. (Dan in-nar ġie kkummissjonat mill-Kummissjoni Festa.)

Fil-11:00pm inħeġġu lid-dilettanti tan-nar kollha sabiex ningħaqdu flimkien fil-marċ tal-aħħar li jsir b’mod speċjali mis-Soċjetà tagħna b’tislima għal dawk kollha li ħadmu għall-festa.

SAGRA FAMILJA ĦARISNAU ŻOMM IDEJK FUQNA!

In-Nar kollu msemmi hawn fuq (ħlief fejn indikat mod ieħor) ġie ik-kummissjonat mill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja fi ħdan Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja. In-nar tal-art mekkaniżżat inħadem kollu mid-dilettanti tan-nar Sagra Familja fi ħdan l-istess għaqda.

Il-Kumitat u d-dilettanti jixtiequ jroddu ħajr lil kull min għen sabiex din is-sena jkollna ħarqa spettakolari.

PROGRAMM PIROTEKNIKUmill-Għaqda tan-Nar Sagra Familja fi ħdan Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja

Page 33: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Programm tal-Festa

31

Programm Mużikalimill-Banda Sagra Familja

taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiarfuq il-Planċier “Ġawhra Ġużeppina” fi Pjazza Sagra Familja

nhar it-Tlieta 13 ta’ Lulju 2010 fid-9.00pm

Innu Marċ

Tema Klassika

Selezzjoni

Tema Mużikali

Tema

Tema Mużikali

Mużika Taljana

Tema Mużikali

Selezzjoni Naplitana

Tema

Musical

Innu

La Sacra Famiglia

Light Cavalary

Verdi’s Opera (Aida)

The Police Academy

Beguine for Brass

Conquest of Paradise

Intervall

’O Surdato ‘nnamorato

The Lion King

Canta Napoli

Spanish Trumpet

The Magic ofAndrew Lloyd Webber

Lill-Banda Sagra Familja

Lorenzo Gonzi

Franz Von Suppe

Giuseppe Verdi

Robert Folk, arr. Frank Bernaerts

Jimmy Howe

Vangelis, arr. Ron Sebregts

Enrico Cannio, arr. Ugo Buhagiar

Elton John, arr. Ugo Buhagiar

Arr. Fernando Francia

Rita Defoort

Arr. Warren Barker

Ugo Buhagiar

Jippreżenta l-programm is-Sur Lawrence Farrugia.

Kulħadd huwa mitlub sabiex ikun f ’postu sad-8.45pm.

Il-programm mużikali għandu preżentazzjoni tal-Kummissjoni Banda Sagra Familja.

Page 34: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

32

Il-Baned Mistiedna fil-Festaminn Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja

MarċTal-Qalba

Queen of QueensWhisky Galore

EmperorL’Appasionata

Aħna l-Kbar tar-RaħalMerħba

VinceremosChampions

Lil Frans il-Kolla

KompożiturJ. Busuttil

A. ColeiroA. Coleiro

A. MizziJ. A. ScolaroG. Zammit

U. BuhagiarA. Mizzi

P. SchembriD. Caruana

Għaqda Mużikali San LeonarduĦal Kirkop

L-Erbgħa 14 ta’ Lulju

Surmast Direttur: Mro. Ugo Buhagiar

MarċInnu Marċ Sant’Elena

Yelenia Matthias

Lill-5 Ħbieb Tagħna tan-NarValley of Roses

DanielaIl-Planċier Tagħna

Qawwa TitulariTal-Qalba

Coronation

KompożiturJ. I. Borg

J. VellaT. Carbonaro

J. BusuttilC. Zammit

J. M. BarbaraC. Sciberras

E. BugejaJ. Busuttil

J. Azzopardi

Għaqda Mużikali Santa ElenaBirkirkara

Il-Ġimgħa 16 ta’ Lulju

Surmast Direttur: Mro. Joseph Vella

Innu Marċ San Girgor il-KbirItalian Festival

Manhattan OvertureTom Jones in ConcertOne Moment in Time

Millenium DawnCannot Afford to Loose

El Gatto MontesBig Spender

Ad Multos AnnosAida

Innu lill-Banda San Girgor

Saviour PortelliGlenn Osser

Gordon JenkinsHarald Kolasch

Arr. John HigginsArr. Ivan Borg

Arr. Ray ZammitManuel Penello

ColemanRay Zammit

Arr. Marco SomadossiSaviour Portelli

Soċjetà Mużikali San GirgorTas-Sliema

Programm Mużikali: Il-Ħadd 18 ta’ Lulju

Surmast Direttur: Mro. Anthony Carbonaro

Page 35: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 36: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

34

Ftit wara li għamilt l-ewwel tqarbina mid-dar ċkejkna li konna ngħixu fiha fi Triq Patist Borda, kellna x-xorti nitilgħu bil-polza għal post ġdid minn dawk li l-Knisja kienet bniet minflok il-knisja parrokkjali li kienet waqgħet b’bomba tal-għadu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Kien il-bidu ta’ perjodu ġdid li fih bdejt għaddej minn bosta esper-jenzi u ħbiberiji ġodda f ’ħajti.

Tintebaħ mill-ewwel li fuq l-art ta’ Triq San Mikiel darba kien hemm bin-ja ta’ knisja minn kif sar il-bini ġdid u s-sura ta’ salib li ħadet t-triq. Il-post Numru 1, li kien tela’ lilna, kien propju fil-parti li xi darba kien hemm l-altar maġġur tal-knisja mġarrfa. Ta’ tifel li kont, niftakarni nħaffer kollni ħeġġa fil-ftit ħamrija li kellna fil-bitħa tad-dar bit-tama li xi darba nsib xi kalċi tad-deheb! Ħlief dud, għeruq tas-siġar u biċċiet tal-ġebel ma kontx insib. Ma nafx kienx hemm xi kannierja mal-knisja l-qadima...

Għalina t-tfal fit-triq il-ġdida, li safejn hu magħruf kienet issemmiet għal San Mikiel f ’ġieħ l-Arċisqof Mikiel Gonzi, li għandu rabta storika mal-Kalkara, kienet l-għaxqa tagħna naraw il-ħaddiema jaħdmu fuq il-postijiet li kienu għadhom ma tlestewx. It-triq kienet għadha mħarbta u qajla stajna nilagħbu bil-ballun, iżda l-bennejja u l-kaħħala kienu jipprovdu xi ftit tad-divertiment. Min ikanta u jsaffar, min

jiġbed saqajn l-ieħor u, darba, wieħed li kienu jsibuh “Il-Qamar” rajnieh jaqbad minn denbu ġurdien kbir li kien ħareġ minn x’imkien, u b’daqqa waħda tal-kazzola qasmu fi tnejn.

Maż-żmien it-triq bdiet tieħu sura ta’ triq vera. Waslu aktar familji u l-wiċċ tat-triq issewwa tajjeb biżżejjed biex nibdew bis-serjeta’ l-logħob tal-futbol. Iżda kien hemm żewġ problemi kbar ifixkluna: l-ħafna twieqi bil-ħġieġ fil-baxx, u bir li kien għadu miftuħ f ’tarf it-taraġ li jagħti għal Triq is-Sienja.

Aktar ma bdejna nikbru, aktar ix-xut-tijiet tagħna bdew isiru f ’saħħithom u, ejjew ngħiduha kif inhi, ħadd mill-ġirien ma kien jieħu gost jarana nolqtu u nkissrulu l-ħġieġ tat-twieqi. Wieħed mill-aktar li ħa paċenzja bina t-tfal tal-futbol kien Leli Fava, magħruf fostna affettosament bħala “l-Ġgant”, u martu Karmena li kellhom t-tieqa propju fin-nofs tal-parti li aħna konna nqisuha bħala waħda mil-lasti. Probabbilment kien iżomm miżura tal-kartun biex kull meta tinkiser seta’ jmur jordna l-ġdida mill-ewwel!

Il-bir ma kienx joħloq inkonvenjent u spejjeż għal ħaddiehor, iżda għalina ħafna. Dan kien jifforma parti mill-ħajt li għalina kien “il-lasta l-oħra”, bir-riżultat li meta l-ballun kien imur fuq dik in-naħa, aktar iva milli le kien jispiċċa jaqa’ fil-bir. Issa dak

iż-żmien biex ikollna ballun (tal-las-tiku) biex nilagħbu bih konna rridu ninżlu għar-rkubbtejna quddiem il-ġenituri tagħna. Daqqa nikkonvinċi lil tiegħi u daqqa jikkonvinċi lil tiegħu xi ħaddieħor minn fost iċ-ċorma żgħira ta’ tfal li konna.

Meta kbirna u lħaqna l-eta’ ta’ teenagers, it-triq laħqet saret wisq żgumbrata bil-karozzi pparkjati biex stajna nibqgħu nilagħbu fiha, u għalhekk issa bdejna nippreferu mmorru fl-“għalqa tal-fut-bol”, tefgħa ta’ ġebla bogħod, fejn kien għad hemm is-simenta tal-Cricket. Konna bdejna wkoll nilagħbu kontra “timijiet” ta’ nħawi oħra fil-Kalkara, u logħba li bqajna niftakruha kienet dik ta’ kontra “t-tim ta’ Louis Cuschieri” magħmul minn tfal fil-parti t’isfel ta’ Triq Rinella, x-Xatt u l-Kapuċċini, li rbaħnieha bl-iskor ta’ 9-1. Morna lura fi Triq San Mikiel ferħanin inkantaw u nħabbtu l-bottijiet imsadda li ġbarna minn madwar dik l-istess għalqa blat-ija.

Iktar tard, mill-għalqa tal-futbol għaddejna għall-foss tar-Rikażli fejn konna għamilna żmien nilagħbu fuq simenta mdaqqsa sakemm il-proġett tat-Tank Cleaning Farm tat-Tarzna ġagħlna nfittxu band’oħra (lura għall-għalqa tal-futbol u l-Fortini).

Memorja mill-isbaħ li għandi fejn jidħol il-futbol hi dik ta’ meta lgħabt

Page 37: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Storja u Arti

35

Charles FloresImwieled il-Kalkara, huwa attenda korsijiet ta’ diploma fix-xandir tal-aħbarijiet u fil-ġurnaliżmu miktub barra minn xtutna. Okkupa diversi karigi fix-xandir tal-istat, fosthom

ta’ Kap tat-taqsima tal-aħbarijiet. Ip-pubblika diversi antoloġiji ta’ poeżiji,

fosthom il-ktieb “A Voice from Kalkara” (1974). Korrispondent ta’

ġurnali internazzjonali.

għall-ewwel darba mal-“first eleven” tal-iskola primarja. Kellna l-flokkijiet bil-kaxxi kbar ħomor u blu u s-“sir” kienu jieħu ħsieb iqassamhomlna lejlet il-logħba biex mid-dar noħorġu lesti. Kien jinsisti magħna li nibblakkaw iż-żraben (Piola) ġodda li bħala skola konna għadna kemm iddubbajnihom mingħand il-gvern ta’ dak iż-żmien. Kemm ħassejtni kburi dakinhar, liebes kollox nadif u mgħoddi, fi triqti lejn l-iskola minn fejn konna naqbdu private li teħodna Santa Venera biex nilagħbu fil-grawnd tal-Istitut ta’ San Ġużepp fejn kien isir il-league nazzjonali tal-iskejjel. Meta konna nirbħu, malli no-qorbu lejn il-Mina tal-Kalkara konna nibdew inkantaw “North, south, east, west, Kalkara is the best”.

Iżda Triq San Mikiel ma kinitx biss iċ-ċentru tal-futbol għalina. Hemmhekk twieldet fostna - u f ’Malta għall-ew-wel darba - l-logħba tas-Subbutteo Ta-ble Soccer, magħrufa llum bħala Table Football, bil-qofol tal-logħbiet isiru fuq il-mejda tal-ikel tal-familja Casha (Ċensu u Lora flimkien ma’ wlied-hom Ġużi, Manwel, Tonina u Ċettina) f ’Numru 5. Ħaġa tal-għaġeb kemm konna organizzati. Konna nġibu t-tim-ijiet u l-apparat kollu tal-logħba bil-posta mingħand P.A. Adolph ta’ Tun-bridge Wells fl-Ingilterra. Iffurmajna l-kampjonati tagħna u qajl qajl bdejna anki nilagħbu “home” u “away” għand xulxin. Interessanti wkoll li dwar dan konna nżommu kollox bil-miktub u saħansitra “noħorġu” gazzetti u riv-isti bil-kummenti u r-rapporti tal-logħbiet....li konna naqrawhom aħna

biss.

Minn Numru 5 Triq San Mikiel rajna wkoll namriet oħra jiddakkru fina. Il-logħba taċ-Ċess kienet popolari fos-tna, b’Ġużi Casha jibbrilla saħansitra f ’kampjonati nazzjonali, u d-daqq tal-kitarra u saxaphone minn fejn xegħlet il-ġamra tal-ewwel gruppi mużikali fil-Kalkara - “The Jail Birds” (rock’n’ roll) u, fl-eqqel tas-Snin 60 u l-Beat-groups, “The Beezers”.

Mal-milja taż-żmien, dawk it-tfal li kienu saru żgħażagħ, issa kibru f ’irġiel. Bdiet issejħilna d-dinja tax-xogħol. Min ħass il-bżonn li jemigra lejn l-Awstralja, fosthom l-aħwa Ca-sha, u min irnexxielu jsib impjieg. Triq San Mikiel issa laħqet tbattlet minn dik il-ġgajta tfal għalenija jivvintaw x’se jagħmlu bihom infushom. Sa qa-

tiegħu u semmieha propju “Triq San Mikiel”, waqt li f ’kitbieti jien sikwit “issellift” xi karattri minn dik it-triq biex nużahom f ’novelli u poeżiji li ktibt matul iż-żmien.

Triq San Mikiel illum tospita l-librerija pubblika tal-Kalkara, xi ħaġa li tassew tagħtini sodisfazzjon. B’hekk dik it-triq żgħira u modesta żammet rabta qawwija mad-dinja tal-kreattività ar-tistika, dik il-kreattività li wara kol-lox kienet ħakmet l-immaġinazzjoni ta’ dik l-ewwel ċorma tfal Kalkariżi li marru joqogħdu fiha fit-tieni parti tas-Snin Ħamsin. Jiġifieri fuq l-għatba ta’ epoka ġdida ta’ bidliet soċjali u kul-turali fid-dinja, u magħha Malta – is-Sittiniijiet.

Fuq l-għatba għax-xemx, mix-xellug għal-lemin: Manwel Casha (bil-ballun bilkemm jidher taħt saqajh), Mariella oħt l-awtur, Grace u John Pisani, l-awtur u Ġużi Casha.

bel dan il-punt importanti f ’ħajjitna, anki x-Xatt kien qisu barra r-raħal għalina. Bdejt nersaq lejh meta sirt midħla tar-Regatta tat-8 ta’ Settembru. Imma issa kon-na bdejna nifirxu ġwinħajna u nimirħu lil hinn mill-kon-fini tal-Kalkara. X’low-cost airlines, low-cost airlines!

Kien propju minn Triq San Mikiel li jien għamilt l-ewwel passi fil-qasam tal-ġurnaliżmu u l-letteratura Maltija. Dawk l-ewwel “gazzetti” tas-Subbutteo swewni ta’ taħriġ mill-aqwa kemm fil-kitba bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Eluf ta’ mili bogħod, kien għaddej mill-istess żvilupp intellett-wali Manwel Casha fl-Awstralja, llum kittieb, mużiċist u studjuż rispettat tal-Għana Malti. Fl-istess żmien, Manwel kien daħal b’ruħu u ġismu fil-qasam mużikali “pop” u bħala membru ta’ diversi gruppi hemmhekk irnexxielu jikseb suċċess saħansitra fil-klassifika Awstraljana, waqt li daqq f ’serati ma’ gruppi magħrufin internazzjonal-ment, fosthom The Bee Gees u The Easybeats.Nieħu pjaċir ngħid li kemm Manwel kif ukoll jien sibna li mhux la kemm tinsa dawk l-għeruq li tnisslu fi Triq San Mikiel. Manwel ikkompona waħda mill-isbaħ xogħlijiet mużikali

Fi Triq San Mikiel bosta snin wara, Man-wel Casha u l-awtur biswit il-post li fih illum

hemm il-librerija pubblika tal-Kalkara.

Page 38: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

36

Page 39: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

37

Page 40: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

38

Page 41: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Storja u Arti

39

Fl-okkażjoni tas-sittin sena minn meta Mro. Frans Ellul beda jagħti lezzjonijiet tal-mużika ġewwa s-sede tas-Soċjetà fl-1950, il-Bord Editorjali ħaseb biex jippubblika bijografija qasira dwaru. Ħajr lil Grace Monseigneur tal-in-formazzjoni li għadditilna għal din il-pubblikazzjoni.

Frans Ellul twieled fil-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzji ġewwa Ħaż-Żabbar fil-11 ta’ Jannar 1926. Hu kien mgħallem il-pjanu mil-kuġina tiegħu Giovanna Attard meta kellu biss ħames snin filwaqt li ta’ tlettax-il sena huwa beda jdoqq f ’diversi kunċerti madwar Malta. Il-fatt li hu twieled f ’familja mużikali fejn naħa minnhom kienet struwita fl-instrumenti tan-nifs waqt li l-oħra fuq strumenti tal-korda, jid-her li dan kellu influwenza kbira fuq in-natura sensittiva tat-tfajjel Frans Ellul.

L-ewwel wirja tiegħu ġiet imtellgħa fis-sala ta’ San Ġużepp ġewwa Ħal Qormi. Fl-età ta’ tmintax-il sena hu beda jdoqq l-ewfonju taħt id-direzzjo-ni tad-direttur mużikali Maestro Em-

manuele Camilleri mal-Banda Maria Mater Gratiæ ta’ Ħaż-Żabbar stess, u wara sitt xhur ta’ prattika hu daqq għal l-ewwel darba fil-publiku ma’ l-istess banda fil-festa tal-Madonna tad-Dut-rina, li dak iż-żmien kienet festa se-kondarja fl-istess raħal.

Bħala bandist huwa daqq l-ewfonju ma baned oħra ġewwa Malta bħal La Valette, King’s Own u ħafna oħrajn. Fil-maġġoranza tal-baned li daqq magħhom kien ikun solist bl-istru-ment tiegħu l-ewfonju. Waħda mill-okkażjonijiet speċjali li kellu Frans kienet meta daqq ma ħafna baned dif-ferenti fl-istess ġurnata meta r-reġina Eliżabetta t-Tieni ġiet hawn Malta fl-1953.

Miż-żwieġ tiegħu ma’ Laura fis-16 ta’ Jannar 1949, Frans u martu rabbew familja ta’ erbatax l-ulied. Huma kel-lhom ir-residenza tagħhom ġewwa l-Kalkara, fejn Frans kien jagħti se-hmu fejn tidħol il-mużika maċ-Cir-colo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, fejn fost oħrajn fis-sena 1949 kiteb ‘Innu lil San Ġużepp’, filwaqt li fl-1950 insibuh jgħallem l-allievi fl-istess Soċjetà.

Frans Ellul ikkompona sittax-il marċ li kollha semmiehom għall-ismijiet tal-familjari tiegħu. Wieħed mill-ik-tar marċi favoriti tiegħu li hu ikkom-pona hawn Malta kien ikkummisjonat mis-Sur Preca u ndaqq mil-Banda La Valette. Bosta huma l-marċi miktubin minnu li huma mxerdin ma’ Malta kollha, marċi li hu qatt ma xandar għaliex kien jagħtiehom lil sħabu bla ma jitlobhom flus. Meta kien hawn Malta, Frans kellu l-orkestra tiegħu filwaqt li kien jgħallem lit-tfal ikantaw li ħafna minnhom spiċċaw kantanti famużi ġewwa Malta mingħajr qatt ma ħa xi lezzjonijiet formali għajr xi għajnuna fuq il-pjanu minn kuġintu. Fost il-kantanti li hu għallem nistgħu

nsemmu lil Joe, Grech, Renato, Enzo Gusman, Edwin Galea, Mary Spiteri u ħafna oħrajn.

Fl-1965, fil-Festival La Canzone Ital-iana a Malta li sar ġewwa r-Radio City il-Ħamrun, is-Surmast Taljan ma riedx li jidderieġi l-bandisti Maltin għaliex gemgem li dawn ma kienux ta’ livell għoli. Bla preparamenti u fil-mument, Frans ħa l-orkestra taħt ide-jh fejn mhux biss idderieġha waħdu, iżda talli kellu fl-istess ħin idoqq ukoll il-pjanu.

Kien fl-1973 meta Frans Ellul emi-gra flimkien mal-familja tiegħu lejn l- Awstralja. Hu kien wieħed mill-ewwel bandisti li kienu jiffurmaw il-banda ġdida Our Lady Queen of Peace li kienet ġiet iffurmata minn Mro. Joseph Darmanin ġewwa Graystanes. Hemmhekk hu kkompona erba’ marċi oħra, din id-darba għall-banda Our Lady Queen of Peace, bil-favorit tiegħu kien ‘Little Tania’.

Frans Ellul kien id-direttur mużikali taċ-Cittadini Stage Company filwaqt li kien ukoll idoqq il-pjanu fil-Phoe-nician Club jakkumpanja l-kantanti. B’hekk nistgħu ngħidu li France baqa’ sal-aħħar attiv fil-mużika, fejn kien maħbub u miġjub minn kulmin kellu x-xorti jaqsam miegħu l-benna tat-talent mużikali tiegħu mhux biss fil-komunità Maltija iżda wkoll f ’dik ta’ Sydney.

Frans EllulMro.

Mro. Frans Ellul

Innu lil San ĠużeppKompożizzjoni ta’ Mro. Frans Ellul, b’versi ta’ Karmenu Ellul Galea, li kien ġie inawgurat nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju 1949, jum is-Sagra Familja.

Page 42: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

40

Page 43: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

41

Page 44: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

42

Page 45: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

43

Page 46: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

44

TfulituMikiel Gonzi twieled fil-Belt Vittoriosa fit-13 ta’ Mejju 1885 minn Giuseppe Gonzi u Margher-ita, neè Tonna. Huwa kien is-seba’ tarbija minn familja ta’ tmint aħwa li kienu Carmelo, Salva-tore, Giuseppe, Carmela, żewġ tewmin Teresa u Giovanna, u Lorenzo (eks-Surmast tal-Orchestra

San Giuseppe tal-Kalkara). F’inqas minn 24 siegħa minn twelidu, huwa ġie mgħammed

fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu stess minn idejn l-Arċipriet ta’

dak iż-żmien, il-Kanonku Dekan Lorenzo Camilleri, u ġie mogħti

l-ismijiet Michele (għal nan-nuh), Giuseppe-Maria, Gio-

vanni, Lorenzo, Domeni-co. It-tfajjel Mikiel, ta’

ħames snin, flim-kien mal-familja

Gonzi ħarġet mill-Belt Vitto-

riosa u mar-ret toqgħod

il-Kalkara f ’dar kbira

fi Triq ir-Rnella li kellha an-

ness magħha ġnien kbir u

sabiħ (wara r-rikostruzzjoni

tal-gwerra, ġiet iffurmata Triq

San Mikiel għall-qaddis Patrun ta’ Mons. Gon-

zi). Dan peress li missier Mikiel,

Giuseppe, kien ma-rad bid-deni u biex

ibiddel l-arja, telqu mill-Birgu biex imur

jgħix il-Kalkara, post arjuż u ta’ villeġjatura

dak iż-żmien. Meta Margherita rat li t-tfal

kienu ġġennu bil-ġnien speċjalment it-tfajjel Mik-

iel, li baqa’ impressjonat bil-ġnien kbir u mimli ħdura,

rat kif għamlet u pperswa-diet lil żewġha, Giuseppe, biex

jibqgħu jgħixu l-Kalkara. Kelinu beda jmur l-Iskola Primarja tal-Gvern fil-Birgu peress li fil-Kalkara ma kienx għad hemm skola u baqa’ jmur sakemm għalaq 11-il sena. Fl-iskola kien dejjem minn tal-ewwel, dejjem l-aħjar wieħed tal-klassi. Peress li l-Kalkara, fi żmien it-tfulija ta’ Mikiel Gonzi, kienet tagħmel parti mill-Parroċċa tal-Birgu, in-nies kienet tinqeda għall-quddies bil-Kappella ta’ Ġesù Salvatur. F’din il-Kappella fis-sebgħa ta’ filgħodu kuljum kien ikun hemm quddiesa u missieru kien iwassal lil Kelinu ta’ kuljum il-Kappella għal din il-quddiesa qabel immur għax-xogħol fit-tarzna (kellu f ’idejh id-di-partiment fejn kienu jagħmlu l-mudelli tal-magni). Ta’ disa’ snin, Mikiel beda ta’ kuljum imur jgħin fil-quddiesa li kienet issir bil-Latin dak iż-żmien. Oħtu Teresa kienet għalliema u allura, kull filgħaxija, kienet tgħallmu jirris-pondi bil-Latin. Tal-istess età, hu rċieva s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof minn idejn l-Isqof Pietro Pace fil-Palazz Veskovili fil-Belt Valletta u l-Parrinu tiegħu kien ħu ommu, Lorenzo Tonna. Fl-istess żmien ukoll irċieva l-Ewwel Tqarbina fil-Kappella ta’ Ġesù Salvatur fil-Kalkara stess. Dan l-istess Parrinu, li jiġi zijuh, kien ta’ spiss joħorġu nhar ta’ Ħadd fejn fost l-oħrajn, kien jieħdu l-festi miegħu li tant kien iħobb Loren-zo Tonna. Missieru ukoll kien jieħdu għall-festi, l-aktar għal dawk li kienu jiġu ċċelebrati fil-Birgu li huma ta’ San Lawrenz u ta’ San Du-minku. Missieru kien midħla sew tal-Patrijiet Dumnikani tal-Lunzjata fejn ġeneralment, il-Ħadd filgħodu kien imur għandhom. Peress li Giuseppe Gonzi kien mgħallem diżinjatur, kien għamlilhom diversi xogħlijiet fosthom il-gallarija tal-orgni u t-tużell. Kien ukoll jaf jaħdem tajjeb ħafna bit-torn u f ’parti mid-dar kellu workshop fejn bħala passatemp, kien jaħdem il-gandlieri għall-Knisja b’ mod vo-lontarju. Mingħand missieru, Mikiel wiret il-ħila li jaħdem xogħlijiet bit-torn. Il-Kalkariżi fl-aħħar tas-seklu 19 xtaqu li tin-bena knisja ġdida peress li kien hemm biss il-Kappella ċkejkna ta’ Ġesù Salvatur. Il-Familja Gonzi, speċjalment il-missier Giuseppe, għenet mhux ftit biex titwettaq il-ħolma tal-Kalkariżi. Qabel ma waqgħet bil-ħidma tal-għadu fit-Tieni Gwerra Dinjija, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp tal-Kalkara kien

Hajjet Mons. Mikiel GonziArcisqof Metropolita ta’ Malta

.

Mons. Arċisqof GonziEmvin Cremona, Knisja Parrokkjali Kalkara

-

Page 47: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Storja u Arti

45

Wayne Bonello

Żgħażugħ ta’ 16-il sena minn San Ġiljan, li temm il-Kors Sekondarju

fl-Iskola Sekondarja Saint Michael’s ta’ Santa Venera. Dilettant tal-festi,

membru tas-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 ta’ San Ġiljan u

l-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi ta’ San Ġiljan ukoll.

hemm il-gallarija tal-orgni u xogħlijiet oħra li kien għamilhom Giuseppe Gonzi. Kif għidna, ta’ disa’ snin, Mik-iel kien imur il-quddiesa tas-sebgħa tal-Kappella ta’ Ġesù Salvatur nhar ta’ xogħol iżda nhar ta’ Ħadd, huwa kien imur ma’ missieru Giuseppe fil-Knisja ta’ Santa Liberata tal-Patrijiet Kappuċċini l-Kalkara għall-quddiesa tal-erbgħa ta’ filgħodu. It-tifel Kelinu kien jedha jilgħab bil-Knisja u kien jagħmel purċissjoni mat-tfal li kien jiġbor mat-toroq tal-Kalkara ta’ tfal li kienu. Għall-ewwel id-dar kellu ‘knis-ja ċkejkna’ u meta missieru ra li Kelinu ried ukoll ‘iqaddes’, irranġalu kamra f ’kappella. Kellu ħafna statwi ta’ qad-disin u tal-Ġimgħa l-Kbira. Fil-Festa ta’ San Mikiel, kien jarma l-ġnien tad-dar bil-bnadar. Meta għalaq tnax-il sena, Mikiel Gonzi għamel l-eżami biex jidħol is-Seminarju. Kien iħoss li jrid isir saċerdot!

StudentFl-1897, Mikiel Gonzi intgħażel biex jidħol is-Seminarju Minuri wara eżami li kien għamel. Peress li kien stu-dent estern fl-ewwel tliet snin, wara li kien jgħin il-quddies il-Kalkara, kien jimxi bil-mixi mill-Kalkara sax-Xatt tal-Birgu, jaqbad id-dgħajsa li twasslu sax-Xatt tal-Belt, imbagħad jimxi t-Telgħa tal-Kurċifiss sas-Seminarju fil-Furjana u lura kuljum. Kienu snin ta’ sagrifiċċju u tbatija iżda minn ċkunitu, Mons. Gonzi wera volontà tal-azzar u perseveranza qawwija. Darba waħda f ’jum tax-Xitwa, ir-Rettur tas-Semi-narju Dun Pawl Galea J.C.D., li kien xeħet għajnejh fuq l-istudent Gon-zi, staqsieh għala jbati dik it-tbatija kollha biex jasal is-Seminarju fix-xita mill-Kalkara u ma jidħolx seminarista intern. Gonzi wieġbu li missieru ma setax iħallas xelin kuljum peress li kienu familja ta’ tmienja. Imma ftie-

hmu li jdaħħlu bin-nofs jekk missier Mikiel jaċċetta. U meta rritorna d-dar u qal lil missieru b’ dak li qallu ir-Ret-tur, Giuseppe Gonzi aċċetta.

Għalhekk, wara t-tliet snin student estern, iġifieri kien imur s-Seminarju għal-lezzjonijiet biss, fir-raba’ sena daħal seminarista intern fl-1901. Mik-iel kellu moħħu tajjeb, kien iħobb jistudja u fil-klassi kien ikun dejjem minn tal-ewwel. Fost l-għalliema tal-istudent Mikiel Gonzi kemm dam is-Seminarju kien hemm il-Poeta Nazzjonali, Dun Karm Psaila. Darba waħda, wasal jum il-Premjazzjoni tal-midalji tal-fidda u tal-bronż, u kien qed jippresjedi l-Isqof Pietru Pace. Dik is-sena, Gonzi kien kaxkar il-premi-jiet tal-klassijiet kollha. Malli l-Isqof beda jwaħħal il-medalji, kull darba kien jitla’ jieħu l-medalji l-istudent Gonzi. Fl-aħħar l-Isqof qallu, “Kemm se ndum inwaħħallek medalji. Mur, l-oħrajn waħħalhom int!” Matul is-snin fis-Seminarju, l-istudent Gonzi kiseb bosta medalji. Missieru, li kellu ħafna għal qalbu dawn il-medalji, u b’ sodi-sfazzjon għalih, kien għamel kwadru tond bit-torn u fih qiegħed il-medalji kollha t’ibnu Mikiel.

L-istudent Gonzi beda l-istudji tiegħu fl-Università fil-kors preparatorju tat-Teoloġija fil-bidu tas-seklu 20. Kien ikun kors filosofiku-letterarju ta’ tliet snin, jiġifieri l-ewwel sena: tliet lingwi, filosofija, storja u matema-tika. Fit-tieni sena, l-istudent Gonzi,

flimkien mal-istudju tal-istorja, beda jistudja l-fiżika. Bl-eċċezzjoni tal-is-torja u l-fiżika, l-istudenti kellhom il-fakoltà li dawk it-tliet snin preparator-ji jagħmluhom is-Seminarju u jkunu jistgħu joqgħodu għall-eżamijiet li jsiru l-Università. Is-Seminarista Gonzi kien irid jistudja t-tliet lingwi u l-filosofija fis-Seminarju, u, l-istorja u l-fiżika bilfors l-Università. Hawnhekk sab ruħu f ’diffikultà, għaliex il-lez-zjoni tal-fiżika, li kienet issir filgħodu, kienet ittellfu l-lezzjonijiet ta’ filgħodu li kienu jsiru fis-Seminarju. Għamel l-ewwel sena s-Seminarju u jmur l-Uni-versità għal-lezzjonijiet biss tal-istorja wara nofsinhar. Is-sentejn ta’ wara kompla l-istudji kollha l-Università u kien imur is-Seminarju għall-ikel u biex jorqod. Patri Anastasio Cuschieri O.Carm., li kien Professur tal-Filosofija, wara li kien jispiċċa l-lezzjoni ta’ siegħa f ’ nofsinhar, kien ikollu madwaru xi erba’ studenti(fosthom is-Seminarista Gonzi) u kien iħobb ikellimhom fuq dak li jkun spjega. Minħabba f ’hekk, Gonzi ġieli kien jasal ftit tard għall-ikel, peress li kien ikollu jimxi mill-Università l-antika fil-Belt sas-Semi-narju fil-Furjana u kien isib lil sħabu diġà fir-refettorju. Jum fost l-oħrajn, meta daħal, jilmaħ lill-Isqof Pietro Pace jippranza mal-istudenti. L-Isqof induna u staqsa lir-Rettur x’ kien il-

Margherita neè Tonna u Ġużeppi Gonzi.

Dun Mikiel Gonzi flimkien ma’ missieru Ġużeppi u ħuh Lorenzo Gonzi.

Page 48: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

każ. Ir-Rettur spjegalu s-sitwazzjoni iżda lill-Isqof dik il-ħaġa m’għoġbitux. Is-Seminarista Gonzi kompla l-istudji tiegħu fl-Università iżda flok is-Semi-narju, kien joqgħod id-dar. Kemm dam l-Università, fl-eżami annwali tat-Teoloġija kien jiġi l-ewwel u al-lura kien ikun intitolat għall-premju ta’ £170. Fost l-istudenti universitarji li kienu ħbieb intimi ta’ Mikiel Gonzi kien hemm Nerik Mizzi u Ugo Mif-sud.

Dawn it-tlieta baqgħu dejjem ħbieb. Meta Mons. Gonzi laħaq Isqof t’Għawdex, fost dawk li żammew il-baldakkin waqt l-Ingress Solenni, kien hemm Nerik Mizzi u Ugo Mifsud. U wara, bosta drabi, kienu jmorru għandu meta kienu jkunu Għawdex. Meta Sir Ugo Mifsud kien Prim Ministru u Mons. Gonzi kien Isqof t’Għawdex, Sir Ugo kien ħa ħsieb li jdaħħal il-luce elettrica f ’Għawdex fuq talba tal-Isqof Gonzi.

Fl-1908, wara li temm l-ewwel kors tiegħu fl-Università, is-Seminarista Mikiel Gonzi kiseb il-grad akkademiku ta’ Baċillier tal-Letteratura (B. Litt.). Ordnat SaċerdotFid-19 ta’ Diċembru 1908, Mikiel Gonzi ġie ordnat saċerdot minn idejn l-Isqof Pietro Pace. Dun Ġużepp Cian-gura, l-ewwel Kappillan tal-Kalkara mit-twaqqif tal-Parroċċa fl-1898, billi ftit li xejn kellu għajnuna peress li kien waħdu ilaħħaq mal-Parroċċa, mar għand l-Isqof u talbu biex jordna lill-kjeriku Gonzi saċerdot sena qabel ma kien imissu.

Għall-ewwel l-Isqof ma riedx għaliex beża’ li s-seminarista Gonzi ma jkom-plix l-aħħar sena tal-kors t’erba’ snin peress li bħala regola, wieħed kien jinħtieġlu jispiċċa t-Teoloġija. Iżda l-Kappillan assigurah li Gonzi jkompli peress li Mikiel kien l-ewwel wieħed fil-kors tat-Teoloġija. U ġimgħa qabel il-Milied tal-1908, l-Isqof Pace ordna lil Mikiel Gonzi saċerdot fil-Kon-Kat-tidral ta’ San Ġwann il-Belt wara li bi grazzja speċjali, għall-ġid tal-Parroċċa tal-Kalkara, l-Isqof ordnah Djaknu. Dan baqa’ jqaddes u jistudja sakemm temm il-Kors tat-Teoloġija fl-1910.

Fis-27 ta’ Diċembru 1908, Festa tas-Sagra Familja, is-saċerdot novell Dun Mikiel Gonzi qaddes l-ewwel quddie-sa solenni (magħrufa bħala l-Prima Messa) tiegħu fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp tal-Kalkara. Għamillu il-paniġierku Mons. Anton Vella minn Ħal Lija. Il-parrini kienu Carlo Borda u Giorgio Borda, it-tnejn magħrufin ħafna l-Kalkara dik il-ħabta. L-għada tal-Ordinazzjoni ta’ Dun Mikiel Gon-zi, fl-20 ta’ Diċembru 1908, huwa am-ministra s-Sagrament tal-Magħmudija għall-ewwel darba lit-tarbija Caro-lina Brown bħala delegat tal-Kap-pillan Ciangura. L-istess Ciangura kellu għajnuna kbira min-novell Dun Mikiel fil-ħidma pastorali fil-Kalkara fejn fost l-oħrajn kien ilaqqa’ t-tfal fil-Knisja biex jgħallimhom id-duttrina, jippriedka u jisma’ l-qrar fil-konfess-jonarju.

Meta Dun Mikiel Gonzi laħaq Arċisqof ta’ Malta bosta snin wara, qatt ma nesa r-rabta ta’ tfulitu mar-raħal ċkejken u pittoresk tal-Kalkara. Fuq innizjat-tiva ta’ Mons. Gonzi, il-fondazzjoni ta’ benefitċċju tal-Kappella ta’ Ġesù Salvatur għadda biex jiġi amministrat mill-Parroċċa tal-Kalkara mingħand ir-Rettur. Meta fl-10 t’April 1942 sfat imġarrfa għal kollox il-Knisja Par-rokkjali l-Qadima ta’ San Ġużepp tal-Kalkara waqt wieħed mill-attakki mill-ajru l-aktar ħorox tat-Tieni Gw-erra Dinjija, inqerdu diversi xogħlijiet mill-isbaħ fl-injam maħdumin bit-

torn li kien għamel Giuseppe Gonzi, missier Mons. Gonzi, fosthom salib kbir tal-Via Crucis, għadd ta’ gan-dlieri, pulptu (meqjus bħala l-aħjar biċċa xogħol ta’ dan il-mastrudaxxa prim) u konfessjonarju. Filwaqt li mis-sieru kien jgħin b’ dan il-mod fil-Knis-ja Parrokkjali tal-Kalkara, Dun Mikiel kien jiġbor għall-Knisja, ħu Mons. Gonzi, Lorenzo (eks-Surmast tal-Or-chestra San Giuseppe tal-Kalkara) ik-kompona l-antifona lil San Ġużepp fl-1921 Ioseph, Filii David li għadha tindaqq kull sena fil-Festa Titulari ta’ San Ġużepp fil-Kalkara.Meta Mons. Gonzi kien Isqof t’ Għawdex fit-Tieni Gwerra Din-jija, hu kien issuġerixxa li l-kwadri u xogħlijiet oħra ta’ preġju li kien hemm f ’dik il-Knisja jittieħdu Għawdex biex jinħażnu f ’wieħed mill-imħażen tal-Kattidral t’Għawdex sakemm tgħaddi l-gwerra. Iżda l-Kappillan Balzan kien tal-fehma li l-Knisja ma kien ser jiġrilha xejn tant li ħareġ min-niċċa l-vara ta’ San Ġużepp, xogħol Wis-tin Camilleri fl-1924, għall-Festa tal-Patroċinju ta’ San Ġużepp. Sfortuna-tament, il-bombi qerrieda tal-għadu waslu biex għamlu ħerba sħiħa u ġew salvati biss xi kwadri, fosthom it-Tit-ular ta’ San Ġużepp, għax ħaduhom Għawdex u l-battisteru li llum jin-sab fil-Knisja Parrokkjali l-ġdida tal-Kalkara. Kawża tat-tiġrif tal-Knisja, il-Kalkariżi kellhom bħala Knisja, xelter żgħir taħt l-art matul is-snin tal-gwerra. Meta Mons. Gonzi sab din il-qagħda meta żar il-Kalkara, ħadha f ’idejh li n-nies terġa’ tibda tuża l-Kappella ta’ Ġesù Salvatur. Sadattant, Mons. Gonzi innomina l-ewwel Kap-pillan bħala l-Isqof il-ġdid ta’ Malta li kien Dun Carmelo Xuereb. Dan Xuereb, peress li l-Kappella ta’ Ġesù Salvatur kienet żgħira wisq biex taqdi l-funzjonijiet ta’ Knisja Parrokkjali, xeħet għajnejh fuq żewġ imħażen kbar fix-Xatt tal-Kalkara biex tintuża bħala knisja temporanja sakemm tinbena waħda ġdida.

Tmiem l-Ewwel Parti

Fil-ħarġa li jmiss insiru nafu iżjed dwar ir-rabta ta’ Mons. Gonzi mal-Kalkara u meta huwa sar Isqof t’Għawdex.

46

Dun Mikiel Gonzi flimkien ma’ missieru Ġużeppi u ħuh Lorenzo Gonzi.

Page 49: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 50: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

48

Page 51: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

49

Page 52: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

50

Page 53: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Storja u Arti

51

Dan l-artiklu ġie riċerkat u miktub bl-Ingliż mill-Fondazzjoni Wirt Artna u ġie mgħoddi lilna mis-Sur Ian Micallef Kap tat-Taqsima Marketing u Sales tal-istess Fondazzjoni. Ġie maqlub għall-lingwa Maltija għal fuq din il-pubb-likazzjoni minn Maria Persico.

IntroduzzjoniIl-Batterija tar-Rnella ġiet mibnija lejn l-aħħar tas-seklu 19 fi żmien meta l-qawwa Taljan bdiet thedded il-kummerċ u navigazzjoni Brittannika fil-baħar Mediterran.

Fl-1873 l-Italja reġgħet bdiet tibni l-qawwiet navali u militari tagħha wara li dawn kien ġew meqruda meta kienu f ’idejn l-Awstrijaċi ta’ Kustoża u Lissa fis-sena 1866. Biex jirranġaw il-qawwa navali tagħhom, it-Taljani ddeċidew li ma jibqgħux jgħammru l-flotta tagħhom fuq numru kbir ta’ bas-timenti.Għal dan il-għan huma marru biex jużaw bastimenti magħmulin minn ħadid iebes, fejn il-flotta kienet tikkonsisti f ’għadd żgħir ta’ bastimenti kbar u b’numru limitat ta’ kanuni qaw-wija.

Dan il-fatt wassal għal bosta ħsibijiet kbar għall-Ingilterra għax issa l-Italja setgħet tagħlaq il-baħar Mediterran fejn jidħol il-kummerċ Brittanniku, oġġett li kien ikollu riperkusjonijiet kbar kemm fuq l-Ingilterra, kif ukoll fuq l-imperu li kellha dak iż-żmien.

L-Ingilterra ħadet din is-sitwazzjoni bis-serjetà. Għal dan il-għan hija ħaffet il-proċess ta’ tisħiħ tal-bażijiet tad-difiża tal-kosta, kemm ta’ Malta u kif ukoll ta’ Ġibiltà. Biex tagħmel dan, ħabet biex tagħmle erba’ kanuni ta’ 16-il pulzier biex tikkumbatti bihom il-bastimenti Taljani, kemm fil-qawwa kif ukoll fit-tir tagħhom: HMS In-flexible. Erba’ kanuni tal-100 tunnel-lata ġew provduti kemm f ’Malta kif ukoll f ’Ġibiltà, dan sabiex ikunu żewġ bażijiet militari tal-Mediterran mill-aktar b’saħħithom f ’kull attakk mill-Italja. Dan kien il-midu tal-Batterija tar-Rnella.

Fiż-żmien tal-binja tagħhom, il-bat-teriji li jħaddnu fihom kanun tal-mija kienu mhux biss jirrikjedu ħafna

finanzi, iżda wkoll disinn innovat-tivi. Dawn kienu l-ewwel strutturi tad-difiża li kienu jużaw sistema me-kkanika għax-xogħol tal-kanun, li b’hekk kien indipendenti mill-ħidma umana. Min-naħa l-oħra il-kanun tal-mija ġie imniżżel fl-istorja bħala invenzjoni ġdida fil-mod ta’ kif kien jimtela’. Kif għidna, il-bini tal-batterija kien jieħu ammont ta’ żmien kif ukoll ħafna finanzi, u minħabba l-istrut-tura monstruża li kien hemm ġo fih kien jirrikjedi li jintuża l-akbar appa-rat fid-dinja, fosthom biex jinħoloq (fejn jidħol ħadid) kif ukoll kejnijiet biex jerfugħ. Madankollu, għal dak iż-żmien il-kanun kien ġojjel fix-xjenza u l-enġinerija li ma kellu l-ebda kom-petitur la fil-qies u wisq anqas fil-qaw-wa tiegħu.

Fil-prattika l- famuż kanun tal-mija kien biss meravilja li damet ftit jiem, tant li ftit taż-żmien wara ġiet ivvin-tata teknoloġija ġdida li bdiet tintuża fl-istess żmien li beda jiġi użat il-ka-nun! Illum il-ġurnata, wara iktar minn seklu ma jintużax, kemm il-kanun kif ukoll il-forti xorta waħda għadhom fix-xena. Il-forti m’għadiex isservi bħala ostaklu għall-għadu jew biex ti-blokka d-daħla tal-port min xi attakk. Illum il-ġurnata dan kollu jservi bħala tieqa żgħira, għall-eluf li jżuruh kull sena, taż-żmien tad-deheb ta’ imperu li għaraf juża l-bniedem u l-magni bħala importanti u essenzjali fil-ħajja ta’ kuljum.

It-Trasport tal-KanunL-ewwel kanun telaq minn Woolwich fuq il-bastiment tal-gwerra Stanley fit-22 ta’ Awwissu tal-1882. Il-vjaġġ ħa 20 ġurnata, u l-kanun magħmul għall-Forti Rinella wasal fil-Port il-Kbir fl-10 ta’ Settembru 1882.

Kienu saru preparazzjonijiet kbar għall-wasla tiegħu f ’Malta. Fit-tarza kienu saru l-preparamenti kollha biex dan il-kanun ikun jista’ jitniżżel minn fuq l-iStanley. Tagħmir tat-tarzna kellu jiġi immodifikat biex dan l-istess ka-nun ikun jista’ jiġi trasportat bil-baħar mit-tarzna għall-bajja tar-Rnella, u

Page 54: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

mbagħad minn hemm għall-forti. Sar moll temporanju f ’din il-bajja, filwaqt li t-triq li tagħti għall-forti kellha tiġi imwessa’ u rranġata għal din l-oper-azzjoni tant importanti.

Lejn l-aħħar tal-1883, meta il-parti ta’ quddiem tal-forti kienet kważi kompluta, l-operazzjoni biex jitwas-sal il-kanun ġol-forti ngħatat bidu. Il-kanun ġie mgħobbi fuq barkun ġot-tarzna u minn hemm qasam bil-baħar tal-port għal-bajja tar-Rnella. Mal-wasla tiegħu, ġie imniżżel fuq il-bajja, u mpoġġi fuq speċi ta’ karet-tun tal-injam b’roti tal-ħadid. Minn hemm ‘il quddiem, mitt raġel mill-1 Battery 1 Brigade Scottish Division RA bdew jimbuttaw dan il-karru għall-forti, billi jużaw bosta affarijiet bħal ġakkijiet, iżda fuq kollox permezz tas-saħħa tal-idejn!

Bla ebda sorpriża din il-biċċa tax-xogħol kienet waħda iebsa u li ttul, tant li ħadet 87 gurnata biex tlestiet. Ħafna minn dawn il-ġranet ittieħdu biss biex ikopru t-300 jarda li teżisti bejn il-bajja u l-forti l-ġdid. Fit-3 ta’ wara nofsinhar tat-12 ta’ Jannar tal-1884, bl-għajnuna ta’ krejn temporan-ju li twaqqaf fuq posta tal-kanuni, il-kanna tal-kanun ġiet merfugħa minn fuq il-karru u mpoġġija fuq karru ieħor li sar apposta. Bil-kanun f ’postu, il-Forti Rinella ġiet mgħoddija mis-suldati bennejja, lis-suldati tiraturi, li mbagħad baqgħet f ’idejhom għal żewġ sekli.

Il-Bini tal-FortiIl-permess biex tinbena il-Batterija tar-Rnella ġew mogħtija mid-Dipar-timent tal-Gwerra fit-28 ta’ Ottubru 1878. Il-bini tagħha iżda kien beda f ’Awwissu tas-sena ta’ wara. Id-disinji għaż-żewġ fortijiet tal-kanuni tal-mija probabilment ġew ippreparati fl-Ingil-terra. Dan għall-fatt li d-disinn huwa komuni għall-erba’ biċċiet ta’ xogħol li saru kemm f ’Malta kif ukoll f ’Ġibiltà. Madankollu f ’Malta biss kien provdut post bħala akkomodazzjoni in-dipendenti għan-nies. F’Ġibiltà saru biss ix-xogħlijiet fuq il-qafas fejn kien se jitpoġġa l-kanun, bil-kmamar u l-imħażen tal-munizzjon.

Il-Forti Rinella ġiet mibnija mill-Inġiniera Rjali bl-użu ta’ ħaddiema Maltin. Huwa possibbli li minħabba n-natura speċjali ta’ dan il-forti, ix-xogħol sar taħt is-superviżjoni tal-Kurunell W. Phillpots, Kmandant tal-Inġiniera Rjali. Ħafna mill-materjal li ntuża biex tinbena l-batterija kien maqtugħ minn barriera temporanja li saret fis-sit tagħha, kif ukoll mill-qiegħ u minn ġewwa fejn il-kanali fondi u xi kmamar ġew mibnija aktar tard. Ġiet mibnija billi intużaw materjali u te-knika differenti. Il-qiegħ tagħha kien parti maqtuħ ġol-blat u parti minnu mibni, bl-użu wkoll ta’ ħitan barranin għall-arja u biex tittaffa’ l-problema tal-umdità. Kull sular ġie magħmul bomb-proof bl-użu ta’ ħitan appos-ta miksija b’konkos u ħamrija. Din tal-aħħar kienet użata biex jassorbi l-impatt tal-bombi tal-għadu, u biex b’hekk jipproteġi kull forma ta’ tkissir u penetrazzjoni. Il-konkos kien ukoll użat biex jissodaw il-ġnub u anki l-qa-fas tal-forti. Il-ħaxix kien jitħalla jitla’ fuq is-soqfa biex b’hekk jieħu dehra waħda mal-ambjent tal-madwar u jagħmilha aktar diffiċli biex tara l-forti mill-bogħod.

Il-forti kien lest fl-1886 u ġie jiswa £15,047 li kien inqas minn dak li kien proġettat li se tiswa.

Il-Kanun tal-MijaIl-kanun Armstrong tal-mitt tunnel-lata huwa mibni minn ħadid solidu. Huwa seta’ jispara lejn bogħod ta’ 4 mili balla ta’ tunnellata li setgħet tip-penetra ġo ħadid tal-15-il pulzier minn dik id-distanza. Kien hemm żewġ metodi ta’ kif seta’ jiġi sparat: jew b’kanna bil-frizzjoni jew b’kanna elettrika. Il-kanun tal-mija tant kien enormi fil-proporzjon tiegħu li ma setgħax jaħdem b’mod manwali, u għalhekk kellu bżonn jiġi provdut b’sistema ta’ hydraulic power. Il-kanun seta’ jiġi mċaqlaq, mtella’ u anki mimli sempliċiment permezz ta’ kontrolli minn isfel. Dan għalkemm xorta kellu bżonn 23 raġel bħala ekwipaġġ.

It-Tqegħid tal-KanunBiex jitqiegħed f ’postu l-kanun kien hemm bżonn ta’ żewġ settijiet ta’ ri-fletturi bil-mirja imwaħħla ma’ kull ġenb tal-karru tal-kanun.

Dawn kienu jaħdmu qishom perisko-pju ordinarju, li kien jagħmilha pos-sibli biex l-ekwipaġġ jara l-parapett u l-bersall ta’ quddiemu u jimmira lejn il-baħar mingħajr ma jinkixfu u jiġu f ’periklu bla bżonn.

Kull set kien iffurmat b’viżta minn quddiem u oħra minn wara. Ta’ wara kienet iffurmata minn żewġ mirjiet: waħda impoġġieha f ’għoli biżżejjed biex tara fuq il-parapett u l-oħra kienet impoggieha fil-qiegħ biex taqbad l-ef-fet tal-mirja ta’ fuq u tirrifletih t’isfel. Ta’ quddiem kienet magħmula minn ħadid imwaħħal bi brekit li mbagħad kienet imwaħħla ftit il-bogħod minn quddiem il-viżta ta’ wara, b’mod par-allel mat-trunnoin.

B’din is-sistema, la darba l-kanun ikun qed jaffaċċja l-bersall, u la darba ikun aġġustat skond il-viżta minn quddiem u minn wara, il-kanun seta’ jiċċaqlaq ‘il fuq, ‘l isfel, jew fil-ġenb, sakemm il-bersall ikun qiegħed jiġi rifless fuq il-mirja.

Xi snin mhux ħażin wara li l-forti kien lest, sistema ġdida ta’ Watkins Depression Range Finder MK.I bdiet tiġi użata biex tinstab il-mira. It-tip li kienu jużaw fil-bidu kien verżjoni li titmexxa’ fuq tripodju tal-injam. Iżda din iktar tard kienet mibdula għal pożizzjoni permanenti li kienet mqegħdha f ’pożizzjoni fil-għoli, eżattament fuq is-saqaf tal-forti. Hemm żewġ pożizzjonijiet, iżda jid-her li waħda minnhom hija verżjoni li tpoġġiet lejn l-aħħar u li m’għandha x’taqsam xejn mal-kanun jew mall-forti.

Il-Watkins Range Finder kienet magħmulha minn teleskopju imwaħħal ma’ pjanċa minn taħt. Biex tittieħed il-mira, is-salib tat-telesko-pju kien ikun immirat lejn l-orizzont tal-baħar tal-bersall, u l-mira eżatta kienet tinqara mill-apparat. Il-qari li kien jieħdu mill-pjanċa ta’ taħt setgħu

52

Page 55: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

anki jiġu użati biex jingħataw l-ord-nijiet lill-operatur biex iċaqlaq il-ka-nun fil-pożizzjoni mixtieqa, dan billi jintużaw żewġ indikaturi imwaħlin fuq il-parti ta’ quddiem tal-karru li kien jimmarka l-angoli tad-dipress-joni u t-traversa tal-kanun. Din kienet tissejjah ‘indirect laying’ tal-kanun.

L-Ikkargar u l-Isparar bil-KanunL-ikkargar tal-kanun kien isir per-mezz ta’ żewġ depożiti, impoġġija fuq kull naħa, li kienu jipproteġu l-post minn fejn jitla’ l-munizzjoni. Għal dan il-għan il-kanun kellu l-ewwel jiġi mġenneb u mgħolli sakemm iħares lejn fuq id-depożitu minnu jimtela’. Il-kanun imbagħad jitniżżel fuq il-bettija fuq barra tad-depożitu. Qabel ma jiġi kkargat, il-bokka tal-kanun kienet tiġi mimlija bl-ilma u maħsula biex jitneħħa xi ġamar li tkun ħalliet l-isparatura ta’ qabel. Kienet tintuża wkoll speċi ta’ stuta għall-kanuni kienet tintuża biex tiddaħħal tul il-kanna kollha waqt dan il-ħasil.

Il-proċedura tal-ħasil, għalkemm kienet tieħu l-ħin, kienet miżura ta’ sig-urtà importanti li kienet tassigura li ma jkun hemm ebda ġamar fil-kanna tal-kanun, biex b’hekk ma jwassalx għal xi splużjoni meta dan ikun qed jerġa’ jiġi kkargat. Meta wieħed jikkonsidra li fil-ħin tal-ikkargar, il-kanun ikun qed iħares lejn id-depożitu, li minnu nnif-su huwa fil-mira tal-maħżen tal-mu-nizzjon, wieħed m’għandux għalfejn jispjega iżjed kemm kienet importanti din il-miżura.

Matul l-operazzjoni, ħadida ħoxna li kienet tiksi l-bokka, kienet tinfetaħ bit-toqol tal-bettija tal-kanun, biex b’hekk ikun possibbli jiġi ikkargat u anki mnaddaf. Hekk kif il-kanun kien ikun mgħolli, kontrapiż kien jgħolli l-waqqafa f ’pożizzjoni magħlqa. Dan kien jippreveni li biċċiet ta’ esplussivi tal-għadu jidħlu fid-depożitu tal-ka-nun.

Sadanittant, fl-imħażen ta’ taħt l-art, il-balal kien jitneħħew mill-ħażna tagħhom, jiġu mneżżgħin mill-pro-tezzjoni tagħhom u anki mistħarrġa, speċjalment fejn jidħol il-gass, sabiex

ma tinħoloqx xi splużjoni waqt l-ikkargar.

Skrataċ tal-porvli, magħmulha mill-ixjekker tal-kwart, u li jiżnu 112-il libra-il waħda, kienu mbagħad jiġu maħruġa mill-Maħżen tal-Iskrataċ. Mal-balla normalment kien jintuża tir sħiħ, u fejn dan ma kienx ikun il-każ, l-iskrataċ kienu jiġu kkargati b’mod separat qabel il-balla.

Biex jiġi kkargat il-munizzjon, kien jiġi wżat karru b’disinn speċjali. Dan kien magħmul minn blokka tal-injam ret-tangulari li kienet inklinata tul in-naħa ta’ fuq, b’erba’ roti tal-bronż imwaħħlin magħha. Tubu magħmul minn metall tal-kanuni, b’kanali interni pariġġ dawk tal-kanun, kien imwaħħal mal-ħawt ta’ fuq. Dan it-tubu kien inklinat b’angolu ta’ 11° li kien jiġi fl-istess livell tal-ka-nun meta jiġi kkargat. Il-kanali f ’dan it-tubu kienu jservu biex il-balla lesta mill-istħarriġ tal-gass, tidħol preċiż fil-kanali tal-bokka tal-kanun u b’hekk jiġi evitat kull tip ta’ imblokk. It-tir kien jinxtegħel permezz ta’ fetħa fuq il-parti ta’ wara tal-kanna tal-kanun. Kienu jintużaw żewġ metodi: jew per-mezz tal-frizzjoni li kienet tiġi attivata billi tinġibed spaga twila 15-il jarda, jew inkella permezz ta’ xokk elettriku mogħti minn batterija Leclanchè. L-ikkargar, it-tqegħdin skont il-mira, u l-is-parar tal-kanun kien jieħu bejn erba’ u sitt minuti biex jitlesta kollu, u meta tqis l-ammont ta’ xogħol involut, żgur li ma kienx ammont kbir ta’ ħin għal dak iż-żmien.

Il-BatterijaIl-Batterija tar-Rnella ġiet id-disinjata fuq sistema poligonali, li kien jirriżulta f ’għamla irre-golari ta’ pentagon. Din kienet mibnija fuq l-art skont is-sis-tema ta’ dak iż-żmien li kienet

53

Il-Forti Rinella matul iż-żminijietĦajr: Fondazzjoni Wirt Artna

Storja u Arti

Page 56: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

tagħmilha inqas viżibbli u vulnerabbli għall-attakki minn fuq il-baħar. Ġiet mibnija fi tliet livelli u maqsuma f ’żewġ partijiet prinċipali: il-parti ta’ wara bħala l-akkomodazzjoni prinċipali, filwaqt li l-parti ta’ quddiem kienet okkupata kollha mill-magni li jgħinu lill-kanun u l-munizjon. Il-kanun kien immuntat fuq karru u żurżieqa, u kien jispara għall-ftuħ fuq il-parapett.

Il-batterija kellha ħafna prekawzjoni-jiet importanti fid-disinn tagħha biex tiddefendi ruħha kontra attakk mill-art. Kanal maqtugħ dritt, bi tliet ka-punieri u gallerija bil-kontra, kienu jdawru l-batterija dawramejt, u kienu jagħmluha impossibli għal xi hadd li jasal ħdejn il-ħitan ta’ barra. Il-grada tal-forti u t-twieqi kollha kienu mgħottija b’xibka kontra l-musket-terija, minn fejn is-suldati setgħu jid-defendu ruħhom minn xi attakk minn dik id-direzzjoni. Dan minbarra para-pett għall-musketterija li kien isegwi l-mod ta’ kif kien magħmul is-saqaf ħalli jipproteġi l-parti ta’ ġewwa.

Il-forti kellu wkoll Guthrie Bridge li kien jidħol ‘il-ġewwa f ’każ ta’ at-takk. Dan kien milħuq permezz ta’ entratura dejqa li kienet tiksi il-grada prinċipali kontra sparaturi paralleli mill-bogħod.

Żmien is-servizzGħalkemm fis-servizz dażlu l-Quick

artillerija differenti fin-nofs tas-snin 1880.

Il-kanun tal-mija tal-Forti Rinella l-aħħar li spara kien fil-5 ta’ Mejju tal-1905 u f ’Ottubru tas-sena ta’ wara kien rappurtat li kien abbandunat u mitluq.

Il-forti dam abbandunat sa nofs is-snin 1930 meta fil-qawmien tal-kriżi tal-Abissinja, il-League of Nations ord-nat sanzjonijiet kontra l-Italja Faxxis-ta. Il-forti sab ruħu użat bħala maħżen għal proviżjonijiet. Din il-kriżi wasslet biex l-Ingliżi jaħsbu li l-Italja setgħet tattakka lil Malta bħala ritaljazzjoni. Il-Kumitat tad-Difiża ta’ Malta ħa dan il-ħsieb bis-serjetà fejn stabillixxa di-versi mħażen madwar il-gżira li fihom kienu jinħażnu bosta affarijiet utli u vitali kontra xi attakk mill-ajru.

Kien ġie allokat lill-Ammiraljat biex jerfa’ fil-kantini tiegħu kull tip ta’ oġġetti relatati mat-tbaħħir, fosthom galletti, rumm, dqiq, u laħam tal-bott.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, minħabba l-pożizzjoni strateġika tal-batterija fil-qrib tal-Port il-Kbir, Forti Rinella sofriet diversi attakki diretti mill-bumbardamenti tal-ajru. Ċertu naħat ġew milqgħutha u mfarrka, bħall-parapett tal-musketterija, il-ġnub tax-xellug u tal-lemin, u oħrajn. Madankollu, il-ħsara kienet waħda ta’ natura superfiċjali għaliex l-ebda

bomba tal-għadu ma ppenetrat il-ħitan oriġali bomb-proof għalkemm mibnija sittin sena qabel!

Salvazzjoni u PreservazzjoniFl-1952 il-Malta Garrison HQ ordnat biex jitneħħa u jiġu mormija l-affari-jiet li ma kienux neċessarji fil-fortijiet. Mijiet ta’ kanuni antiki u moderni, x’uħud minnhom li kienu ilhom ġol-fortijiet sa minn mindu inbnew, ġew meqruda kollha. Iż-żewġ kanuni tal-mija li kien hawn f ’Malta kellhom ukoll jiġu meqruda. Iżda kien il-ka-nun tal-Batterija ta’ Cambridge biss li tneħħa. Il-kanun tal-Forti Rinella fortunatament kien salvat, minħabba li kien meqjus bħala propjetà tal-Am-miraljat u għalhekk l-armata ma kel-lha l-ebda dritt fuqu!

L-użu militari tal-batterija ntemm fl-1965 bħala parti mill-eżerċizzju li l-Ministeru tad-Difiża wettaq bl-għan li jgħaddi l-propjetà lill-Gvern Malti. Għal żmien qasir kienet tifforma parti mill-uffiċini l-ġodda tal-industrija tal-films u jingħad li ntużat bħala sett għal films bħal Hell Boats, Zeppelin u Shout at the Devil. L-aħħar dehra diretta fl-industrija tal-films kienet meta l-en-tratura kienet intużat bħala ħanut ta’ ħaddied fl-era rinaxximentali fil-film Christopher Colombus li sfortunata-ment kien wieħed mill-akbar films li m’għamilx suċċess fl-istorja taċ-ċinema.

Fl-1991 il-Gvern Malti għadda l-Forti Rinella lill-Fondazzjoni Wirt Artna bil-għan li tirrestawra u terġa’ ġġibha fl-istat oriġinali tagħha, filwaqt li fl-istess ħin tibdilha f ’mużew. Minn dak iż-żmien l’hawn eluf ta’ siegħat intużaw minn bosta voluntieri biex tinkiseb din l-ambizzjoni, bir-riżultat jista’ jitgawda minn kulħadd.

Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntatjaw lill-Fondazzjoni Wirt Artna fuq 21800992 jew 21803091 jew b’email fuq [email protected] jew www.wirtartna.org

Nota Editorjali: Tassew ħajr lill-Fon-dazzjoni Wirt Artna għax-xogħol li qed twettaq f ’dan il-Forti Kalkariż.

54

Sir William George Armstrong(Brittanniku, 1810-1900)

Fire u l-Breech-Loading Ord-nance in Coast Artillery, il-ka-nuni tal-mija kollha baqgħu fis-servizz u kienu jintużaw ta’ spiss fit-taħriġ. Fl-1902 il-ka-nun tal-Forti Rinella kellu erba’ attakki diretti fuq bersall fil-baħar bħala parti minn manu-vri ta’ taħriġ biex jistħarrġu l-effiċjenza tad-difiża tal-port.

Il-Mewt, Konverżjoni u t-Tieni Gwerra DinjijaL-aħħar daqqa tal-mewt għall-kanun kien meta saru żviluppi ġodda fit-teknika navali lejn l-aħħar tas-snin 1890, li min-nhom innifishom kienu l-kon-segwenza tal-introduzzjoni ta’

Page 57: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 58: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

56

Page 59: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

57

Page 60: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

58

Page 61: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Storja u Arti

59

Joseph Grech

Żgħażugħ ta’ 16-il sena, jattendi l-MCAST ġewwa Raħal Ġdid fejn

qed jistudja l-kors tal-Matrikola.Għalkemm jgħix Ħal Qormi,

ġej minn familja Kalkariża del-lettanta ferm tal-festa titulari.

Preżentement jifforma parti mill-Għaqda tal-Armar.

Il-BiduWara li l-Ingliżi waslu fil-Gżejjer Mal-tin, l-inklużjoni ta’ Malta fl-Imperu Kolonjali Ingliż ġiet formalment ap-provata mill-Kunsill Ingliż fl-1814 u konfermata fil-Kungress ta’ Vjenna matul is-sena ta’ wara.

Fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann kien ikun hemm uffiċjal li kien joqgħod għassa għad-Daħla tal-Port il-Kbir għal xi xwieni li kienu jbaħħru ġewwa fih. Dawn ix-xwieni kienu jiġu eżaminati biex jaċċertaw li ma daħlitx xi marda li kienet tittieħed. Nistgħu ngħidu li dak iż-żmien, ir-regulazzjonijiet dwar kwarantina kienu stretti ħafna u kienu skruplużi ħafna biex isegwuhom.

Fra Giovanni Bighi kien xtara biċċa art u bena villa għall-użu personali tiegħu wara li kien irtira. Fra Gio-vanni Bichi kien jiġi n-neputi ta’ Fabio Bichi, li aktar tard sar il-Papa Ales-sandru VII, u li kien għamel xi żmien bħala l-inkwiżitur tal-Gżejjer Maltin bejn l-1634 u l-1639. Bichi kien fis-servizz navali tal-Ordni u eventwal-ment ħa l-Kmand tal-Flotta tal-Papa li kienet topera fil-Lvant mal-iskwadru-ni Venezjani u Maltin fil-kampanja magħrufa bħala Candia. Fil-kapaċità tiegħu bħala ammirall tal-Flotta tal-Papa, Bichi kien strumentali fit-twaq-qif tal-isptar għall-baħrin ġewwa Civ-itavecchia fl-istati tal-Papa. Il-Pjanta tal-Villa saret miċ-ċelebri arkitett Lorenzo Gafà tal-Birgu u l-bini beda għal madwar is-sena 1675. Sfortunat-ment, Giovanni Bichi ma leħaqx ra l-bini komplut minħabba li safà vittma tal-pesta li ħakmet il-gżira fl-1676. Huwa ġie midfun fil-Kappella tas-Sal-vatur, il-Kalkara.

Wara il-mewt tiegħu, il-villa waqgħet taħt il-pusses tan-neputi tiegħu, il-Kavallier Fra Mario Bichi. Fl-1712, huwa poġġa’ għall-bejgħ il-ġnien u l-Palazz tas-Salvatur, u l-Balliju Fra Gio-vanni Sigismondo Konti ta’ Schaes-berg ħa taħt idejh din il-propjetà. L-istess propjetà reġgħet ġiet mogħtija lill-familja Bichi fl-1718 meta kienet okkupata min Fra Giovanni Bichi ieħor, li jiġi n-neputi ta’ Fra Mario. Saż-żmien li fih miet fl-1740, il-prop-jetà kollha ġiet magħrufa bħala Villa

Bichi u wara l-isem ġie mdawwar għal Villa Bighi.

F’Diċembru tal-1743 il-Maġġur Paolo Passionei, li kien ġie maħtur Inkwiżitur ta’ Malta, għamel perjodu ta’ kwarantina, li kien infurzat fuq il-vjaġġaturi kollha dak iż-żmien, fl-ist-ess Villa. Sa l-1763, saret ir-residenza ta’ John Dodswoth, il-Konslu Ingliż ġewwa Malta. Fl-1784 l-aġent f ’Malta ta’ Katarina l-Kbira tar-Russja app-lika għand il-Granmastru Emanuel De Rohan Polduc biex idawwar Villa Bichi f ’maħżen ta’ proviżjon għall-użu tal-Flotta Russa fil-Mediterran iżda din l-applikazzjoni ġiet b’mod pulit rifjutata minħabba li l-Granmastru kellu xi suspetti oħra dwar il-pjanijiet tar-Russi rigward Malta.

Fl-1791 il-Balliju Fra Nicola Frisari akkwista il-propjetà ta’ Bighi. Meta il-Franċiżi invadew Malta fl-1798, kien hemm min isostni li l-Villa ġiet okkupata għal żmien żgħir minn Napuljun Bonaparte iżda m’hemm xejn dokumentat li jgħid li l-Ġeneral Franċiż xi darba kien joqgħod hemm, u fil-fatt hemm dokumenti iktar ta’min jafda fuqhom li jsemmu Pal-azzo Parisio fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta bħala r-residenza tiegħu meta il-Franċiżi kienu f ’Malta.

Minħabba ir-rewwixta li għamlu l-Maltin kontra il-Franċiżi fejn dawn ġew imblukkati fil-fortifikazjonijiet tal-Belt Valletta u l-Kottonera, il-Villa ġiet abbandunata u ħafna mix-xogħol tal-injam li kien jinsab ġo fiha ġie meħud min xi individwi li kienu qed jipparteċipaw fir-rewwixta. Meta l-Ingliżi assumew il-protezzjoni tal-gżejjer fl-1800, il-villa ġiet mgħoddija f ’idejn il-Gvern Ċivili, u l-propjetà bdiet tiġi mikrija lil individwi privati fuq bażi annwali.

Kien fil-fatt l-Ammiral Nelson innifsu li issuġġerixxa li Bighi kien post idejali għal sptar navali. Fl-1827, matul il-bat-talja ta’ Navarino, kien hemm ħafna midruba kemm mill-flotta Ingliża u kif ukoll mill-flotta Russa li ġew mibgħuta lejn Malta. Infatti, kien ir-Re Ġorġ IV li ta l-permess lill-Ammiraljat li seta’ jinbena sptar għal bżonnijiet tal-flotta.

B’hekk, is-sit ġie meħud kollu, inkluż Villa Bichi. Imbagħad, fit-23 ta’ Marzu 1830, meta il-Ġeneral Maġġur Fred Cavendish Ponsoby kien Gvernatur ta’ Malta, il-Viċi Ammirall Sir P.Malcolm poġġa l-ewwel ġebla tal-isptar il-ġdid f ’Bighi.

Il-Bini tal-Isptar Irjali NavaliIl-magħruf tabib u kittieb Malti, Sir Temi Zammit, li iktar ’il-quddiem okkupa l-kariga ta’ Rettur tal-Uni-versità u li kien l-ewwel kuratur tal-Mużew Nazzjonali Malti, fil-ktieb tiegħu fuq l-istorja ta’ Malta, kiteb li “il-battalja ta’ Navarino uriet l-impor-tanza li f ’ Malta irid ikun hawn Sptar Navali atrezzat b’mod tajjeb.” Ħafna mill-midruba ġew mibgħuta lejn Malta fuq xwieni Ingliżi u mitfugħin ġol-Forti Ricasoli. Post bħal dan ma tantx kien komdu għall-midruba wara kollox, u għalhekk l-awtoritajiet tal-Flotta Rjali finalment iddeċidew li kien hemm bżonn ċert li jiġi mibni sptar Navali.

L-isptar ta’ Bighi jidher fuq għolja li tifrex lejn il-Port il-Kbir bejn il-ba-jja tar-Rnella u x-Xatt. Jidher li l-ew-wel persuna li rreferit għall-post bħala Bighi minflok Bichi kienet Sir Alexan-der Ball fl-1799. Lord Nelson u oħrajn komplew ikissru il-kelma għall-Pal-azz ta’ Bughay u anke Palazz ta’ Bugia.

Page 62: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Kien ukoll Lord Nelson li ssuġġerixxa li l-Isptar Navali ġdid kellu jiġi sta-bilit ġewwa Bighi. L-ewwel ħsieb li kellu Nelson biex jiġi stabilit sptar Navali f ’Malta jidher f ’ittra datata 29 t’Awwissu 1803 miktuba fir-rebħa ġewwa Toulon. Huwa qal lil Ġeneral-Maġġur Villettes, li kien il-kmandant tat-truppi ġewwa Malta, “Jidhirli, li jekk għandna nżommu t-truppi ġewwa Malta, għandna nistabilixxu Sptar Navali attrezzat sew.”

Lejn tmiem is-sena 1803 il-post ġie eżaminat mit-tabib John Snipe, fiżiċista tal-flotta, li sabu bħala l-aħjar post għall-sptar navali. Il-Villa kienet imdawra b’ħafna artijiet fi stat għoli ta’ kultivazzjoni, kapaċi li tipproduċi “abbundanza ta’ ħxejjex għall-użu tal-morda, u jekk jiġu mħawla siġar tal-lumi u larinġ, il-flotta f ’dan l-istat kienet tkun mgħotija numru tajjeb ta’ dan il-frott.” Matul il-pesta tal-1813 il-Villa ġiet imdawwra għall-sptar dedikat lill-istess marda għat-tliet ibli-et fuq dik in-naħa tal-Port u ma kienx ħlief għall-Marzu tal-1829 li l-post kien mgħoddi lill-Flotta Rjali.

Infatti kien finalment fl-1829 li ġie deċiż li Villa Bighi kella tiġi mdawwra għal Sptar Navali. Għal dan l-għan kien neċessarju li jitneħħew propjeta-jiet privati li kienu fil-viċinanza tal-artijiet tal-isptar biex b’hekk ikollhom kontroll komplut tal-Għolja tas-Sal-vatur. Waqt li kien qed isir xi tħaffir għall-pedamenti, xi ħaddiema sabu xi antikitajiet Eġizzjani li ġew trasferiti fil-Mużew Ingliż. L-ewwel ġebla ġiet imqegħedha mill-Viċi Ammirall Sir Pulteney Malcolm fit-23 ta’ Marzu 1830. L-iskrizzjoni fuq il-ġebla tfakkar li “l-edifiċi ġew disinjati mill-Kurunell George Whitmore tal-Inġiniera Rja-li mal-Viċi Ammirall Sir Pulteney Malcolm, Kmandant u Kap tal-Forzi Navali u Kummissjonant tal-Flotta Navali fil-Mediterran” u ġiet mibnija “fuq spiża tan-Nazzjon Ingliż biex isservi bħala sptar għall-baħrin morda u midruba fis-servizz tar-Re fil-ħdax il-sena tar-renju glorjuz ta’ Ġorġ IV fil-preżenza tal-Kaptani tax-xwieni tal-Majestà tiegħu, l-uffiċjali tad-di-partimenti varji tas-servizz pubbliku u l-assemblea kbira ta’ diversi spet-

taturi distinti.” Id-disinn tal-isptar ta’ Bighi huwa ġeneralment attribwit lill-Kurunell Sir George Whitmore (1775-1862) li kien il-Kap tal-Inġiniera Rjali bejn l-1811 u l-1829 iżda b’waqfa twila f ’Korfu matul dan iż-żmien. Huwa kellu karattru kreativ u kien ukoll kapaċi ħafna fl-arkitettura iżda ma kienx xi raġel daqstant umli. Iż-żmien li għamel Korfu għamlu ħabib kbir tal-Gvernatur, Sir Thomas Maitland, iktar magħruf bħala King Tom li probbabil-ment dan reħilu aktar ir-riedni milli kien suppost.

L-arkitett Salvatore Xerri kien ap-puntat supretendent tax-xogħolijiet ġodda li kienu qed isiru u bħala assist-ent kellu lil ħuh Gaetano Xerri. Wara l-mewta ħabta u sabta ta’ Salvatore fit-23 ta’ Jannar 1830, Gaetano Xerri ġie mlaħħaq minflok ħuh u s-Sur J. B. Collins sar Segretarju tax-xogħolijiet. Salvatore Xerri twieled f ’Ħal-Lija, fejn għex ħajtu kollha. Missieru Sav-erio mgħammed f ’Ħaż-Żebbuġ kien

Tiswijiet, is-Sur John Mackenzie, li, “l-E.T. il- Gvernatur kien kuntent li nnomina lill-Perit Gaetano Xerri biex jieħu ħsieb id-Dipartiment tiegħek, vakanti wara l-mewt ta’ G.M. Cachia b’effet mil-ewwel ta’ Jannar tal-1834.” Fl-1844, Gaetano ġie ukoll imlaħħaq Assistent Supretendent tax-Xogħolijiet Pubbliċi taħt W. L. Arrowsmith.

Huwa diffiċli li tiddistingwixxi b’ċertezza min għamel xiex ġewwa Bighi imma l-ħidma flimkien ta’ Whit-more, Salvatore u Gaetano Xerri u forsi xi oħrajn ipproduċiet binja mill-isbaħ li ilha ssebbaħ il-Port il-Kbir għal ik-tar minn seklu u nofs. Brockdorff kien ukoll għamel xi tinqix fl-1840 li juri l-kumpless fl-aqwa tiegħu, qabel ma s-sit ġie maqgħud ma’ numru ieħor ta’ bini, bil-Kappella tas-Salvatur dejjem tidher fuq l-orizzont lejn ix-xellug.

Ix-xogħolijiet tlestew fl-24 ta’ Settem-bru 1832, bi spiża totali ta’ ₤20,000.

60

Dehra ta’ Villa Bighi mill-Forti Sant’Anġlu (ċ. 1864)

Postcard antika ta’ Villa Bighi

jiġi mill-Patrijott Dun Mikiel Xerri. Jidher ukoll li Ga-etano Xerri kien magħżul diretta-ment mill-Forza Navali. Fit-12 ta’ Diċembru tal-1833 waqt ix-xogħolijiet f ’Bighi, Hankey kiteb lid-Direttur tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet u

Page 63: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Storja u Arti

61

L-arkitettura fuq in-naħat tal-Punent u Lvant hija ta’ stil modern Doriku u mibnija b’sulari għoljin. Taħt iż-żewġ binjiet hemm passaġġ wiesgħa użat matul il-bini għat-trasportazzjoni ta’ xi materjali. Ix-xogħlijiet kienu jin-kludu t-twaqqiegħ tal-ġnub annessi biex jagħmlu spazju għaż-żewġ żoni li kien ippropona Dr. Snipe.

Erba’ nofs kolonni massiċċi b’frontispizju fuqhom ġew miżjuda mal-faċċata tat-tramuntana b’qoxra fuq il-fil. Par ieħor ta’ nofs kolonni ġew miżjuda b’mod simili mal-faċċata tan-nofsinhar biex ikompli mal-faċċata tal-Villa bl-istil arkitettoniku tal-bin-jiet il-ġodda.

Xi strutturi oħra ġew miżjuda fil-bidu tas-seklu li għadda meta fl-1901 ġie mibni l-blokk tal-isptar Ġenerali u fl-1903 ġew mibnija l-blokki tal-Mediċina. Il-blokk tal-isptar Ġenerali ġie mibni iktar lejn l-ilvant fil-waqt li l-blokk tal-Mediċina u il-lift ġew mibnija fuq in-naħa tal-punent tal-

Villa. Il-proġett għall-lift kien in-fatti approvat mill-Inġinier Ċivili tal-Flotta Rjali fil-11 t’ Awwissu 1906. Xi binjiet oħra jinkludu is-Sala Mentali li tinsab fin-nofsinhar tan-naħa tal-Punent, li kienet ġiet komplu-ta madwar l-1890, kamra tad-duħħan (g ħas-s igare t t i ) fin-nofsinhar tan-naħa tal-Lvant u blokk iktar riċenti maqgħud mal-lift.

Żewġ ċimiterji ġew allokati fl-artijiet tal-isptar fl-1840, wieħed għall-Mili-tari Protestanti u ieħor għall-Pazjenti Protestanti. Dawn ma komplewx jiġu użati għad-dfin fl-1900 wara li l-Ammiraljat sab sit

F’Settembru tal-1970, l-Isptar ta’ Bighi għalaq il-bibien għall-aħħar darba.

Kien il-Ħamis 17 ta’ Settembru 1970 meta it-tabib Kaptan CLT McClin-tock, l-uffiċjal mediku li kien qed jieħu ħsieb, matul ċerimonja żgħira iżda sinifikattiva, ippreżenta pittura tar-Ragħaj it-Tajjeb, xogħol Ġużeppi Calì, lil Dun Ġużepp Vella, Kappillan tal-Kalkara bħala l-aħħar tifkira. Ma-tul il-preżentazzjoni McClintock qal, “Inħossni imdejjaq li wara daqstant snin ta’ servizz tajjeb tas-saħħa l-isptar ta’ Bighi kellu jagħlaq il-bibien.”

Fl-1977 l-iskola tas-Snajja’ li kien hemm l-Isla okkupat in-naħa tal-Lvant u l-Villa, fil-waqt li naħat oħra kienu okkupati minn skola sekondarja.

Fl-1980 triq ġdida ġiet mgħoddija li kienet taddgħi mil-ġonna ta’ Villa Portelli sa nofs is-sit ta’ Bighi u l-isfel lejn ir-Rnella. Fl-1984 il-Villa ġiet ab-bandunata minħabba soqfa perikolużi u l-iskola tas-Snajja’ ġiet trasferita lejn in-naħa tal-Punent. Binjiet oħra fil-kumpless tal-isptar u xi ġonna ġew imkissra jew mitlufa meta ġiet mibn-ija żona residenzjali fis-snin 80. Is-sala mentali qed tiġi użata mis-Soċjetà tagħna bħala maħżen tal-armar.

Il-blokk tal-Mediċina kien riċentament użat bħala bażi tal-Media Center tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, u bħalissa huwa użat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Il-blokk li hemm maqgħud mal-lift kie ġie riċentament maqlub għal ċentru ta’ matul il-jum għat-tfal.

Partijiet min-naħat tal-Lvant u l-Pu-nent kienu sa ftit żmien ilu użati bħala maħżen ta’ xi materjal żejjed tad-Di-partiment tal-Edukazzjoni. Sezzjoni-jiet varji tal-bini fis-sit ġew prattika-ment abbandunati għal ħafna snin u huwa għalhekk li dan l-aħħar reġgħu saru sforzi ġodda biex jiġu rrestawrati għall-istat oriġinali tagħhom.

Nota Editorjali: Nittamaw li l-partijiet abbandunati ta’ din il-binja storika jiġu rrestawrati u użati għall-benefiċċju tal-poplu tal-Kalkara, kif sar riċentement fil-Kappella tas-Salvatur.

alternattiv fil-qrib tal-isptar.

L-isptar ta’ Bighi kkontribwixxa għall-kura ta’ diversi baħrin kull meta l-Mediterran ra ġewwa fih ostilità u ġlied. Dan għamel minn Malta “l-in-fermiera tal-Mediterran.” Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918), l-isptar Bighi akkomoda numru kbir ta’ midruba mid-Dardanelli, fejn il-pazjenti ġew anke mitfugħin fil-kuru-turi.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-isptar kien sewwa sew fil-mira tal-bum-bardament qawwi minħabba li kien mdawwar b’ħafna stabbilimenti mili-tari. Numru mhux ħażin tal-binjiet ġew milquta jew mġarrfa għal kollox, li jinkludu it-teatru tal-X-Ray, in-naħat tal-Lvant u l-Punent, il-Villa u il-lift mill-ponta ta Bighi sal-isptar.

Fl-1967, matul it-tieni darba li sar ir-rundown tas-servizzi Ingliżi u l-ħaddiema tagħhom f ’Malta, l-isptar f ’Bighi kien wasal biex jagħlaq.

Dehra tal-lift ta’ Villa Bighi.

Dehra ġenerali ta’ Villa Bighi mid-daħla tal-Port il-Kbir.

Page 64: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

62

Page 65: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

63

Page 66: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

64

Kien il-Ħadd. Niftakar ukoll li kien l-aħħar tas-sena meta kont qiegħed f ’soddti nistenna li jdoqqu t-tokki ta’ nofs il-lejl ħalli nixrob daqsxejn xam-panja u nimtedd lura f ’soddti u norqod. Kont għaddej minn żmien ta’ kriżi meta f ’ħajti ħassejt li kulħadd kien telaqni. Kont qed ngħereq f ’baħar ta’ solitudni imma ma stajtx insib dik it-tibna li forsi naqbad magħha u nsalva. Kont iġġilidt ma l-ġenituri tiegħi ftit wara li żżewwiġt u issa kelli xi ngħid ukoll mal-mara u telqet għand om-mha. Ippruvajt nirranġa kemm mal-mara u kemm mal-ġenituri imma dejjem fallejt għax jien mhux kapaċi għall-dawn l-affarijiet!

Ma nafx kif, għajnejja waqgħu fuq l-istatwa tas-Sagra Familja li kelli fil-mudell tal-knisja tiegħi. Ngħidilkom il-verità kienet hemm għax dak in-har ħabtet il-festa liturġika tas-Sa-gra Familja li tiġi ċċelebrata dejjem Ħadd fuq il-Milied. Deherli li rajt lill-Bambin iċaqlaq idu u jitbissem. Xi stramberija hux!!! Imma hekk ma nafx kif ... hekk rajt dak il-ħin. Ħsibtni qed noħlom u erġajt dawwart ħarsti lejn l-arloġġ. Kienu l-ħdax u kwart. F’qalbi għidt: ‘Tlett kwarti oħra u nibda sena oħra. Sena ta’ tbatija għalija!’. Kont diġà ġġudikajt dik is-sena qabel ma bdiet, forsi għalhekk kont ninsab fiex ninsab għax jien kont inħobb naqta’ bla ma nqis. Fid-daqqa u l-ħin ħassejt rasi tqila u ddur biha. Ma nafx, imma tħawwadt. Ġieli ħassejtni stordut qabel imma m’hux b’dak il-mod! Id-damdim u t-tidwir f ’rasi żdied sakemm ma nif-takar xejn aktar ħlief dalma kbira u tisbita...

...Bdejt inbexxaq għajnejja u ħassejtni nistejqer xi ftit. Ippruvajt inqum però meta ħarist madwari inħsadt u ntlaqt lura b’tisbita oħra. F’ħin minnhom resqet fuqi tfajla u b’ leħen ħelu qaltli: ‘Stejqirt xi ftit?’ Għidtilha: ‘Mhux ħażin, grazzi’ u qomt ngħarrex b’għajnejja l-post. Malli ratni ndunat x’kienet il-mistoqsija li kienet qet tberren f ’moħħi dak il-ħin u qaltli: ‘Din hi d-dar li fiha ngħixu jien u żewġi’ b’daħka ħelwa kompliet: ‘Xejn speċjali tafx imma kuntenti li almenu għandna fejn ngħixu jien u t-tfajjel tagħna’. Ħarsti dawwarta f ’daqqa l-barra u ndunajt

Page 67: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Proża u Poeżija

65

Andrew Cilia

Żgħażugħ ta’ 19-il sena li qed jis-tudja fl-Università ta’ Malta fil-kors

tal-Edukazzjoni bħala għalliem tal-Matematika. Bandist mal-

Banda Sagra Familja bl-istrument tal-klarinett, u jokkupa l-kariga

ta’ Chairperson tal-Kummissjoni Żgħażagħ u Segretarju tal-Kum-missjoni Banda fl-istess Soċjetà.

li kien hemm daqsxejn ta’ tifel jilgħab bi bċejjeċ ta’ l-injam. Ngħidilkom is-sew qatt ma kont rajt ġmiel ta’ mara bħall dik u lanqas ġmiel ta’ tfajjel bħal dak. Fiss ħsiebi tar meta kont żgħir u bdejt nistħajjilni nilgħab bil-ġugarelli u mhux bl-injam bħal dak it-tfajjel! Il-mara qaltli li kienet sejra tkompli ssaj-jar għax dalwaqt jasal ir-raġel tagħha mix-xogħol u niftakar li qaltli: ‘Ħa mmur inkompli għax dalwaqt jasal żewġi u wara ġurnata xogħol jitħabat għalina jixraqlu platt ikel tajjeb’. Waqt li kienet qed tlissen dan il-kliem ma qlajtx għajnejja minn għajnejha sbieħ u żoroq u minnhom rajt ħierġa imħabba kbira lejn dak ir-raġel tagħha u ftakart li xi darba, jien ukoll kelli min jgħamilli dak il-platt sħun kif na-sal mix-xogħol imma issa kollox ikolli nagħmel waħdi. Jien erġajt imteddejt u striħajt ftit ieħor għax rasi kienet għadha ddamdam. Wara ftit stenbaħt, issa bdejt inħossni aħjar u qomt minn fuq fejn kont mimdud. U kif qomt irrealiżżajt is-saqqu tat-tiben li fuqu kont. Ma stajtx nifhem fid-dehera kien jidher skomdu u titqażżu imma nista ngħidilkom li jien kont veru komdu fuqu u ma tqażżistux. Naħseb li minħabba l-uġiegħ li kelli ġara hekk. Ma nafx. Bdejt miexi lejn il-bieb ta’ dik id-dar żgħira u fqajra però li tilqgħek u kont qed inħossni qisni qiegħed id-dar. Ma nafx kif imma r-riħa kienet dik ta’ kamarti, id-daqs kważi l-istess anke l-ambjent minkejja li ma kinitx il-kamra tiegħi kien bħal ta’ kamarti! Kien hemm xi ħaġa m’hix normali jew inkella kont għadni stordut!

Ħriġt barra, ix-xemx kienet nieżla u kien hemm xena li tpaxxi l-għajnejn bix-xemx nieżla wara l-għoljiet u l-aħħar raġġi tagħha għaddew minn bejn il-weraq tas-siġar tal-palm li bdew jitħarrku għad-daqsxejn ta’ żiffa friska li kienet għaddejja. It-tfajjel ġera għall-fuqi u talabni nerfgħu. In-fxilt ma kontx naf jekk ommu kienetx tieħu gost jekk nerfgħu. Ħarist lejn Ommu din dawwret wiċċha lejja u bl-istess tbissima fuq xofftejha u ħlewwa f ’għajnejja niżżlet u għolliet rasha u tagħtni l-permess nerfgħa lil binha. Erfajtu u ħassejt ferħ kbir. Ma nafx għalfejn imma naħseb għax dik kienet l-ewwel darba li ħaddant

tfajjel żgħir miegħi u erfajtu jien stess. Li niftakar dwar it-tfal żgħar kien li dejjem nittawlilhom biss stajt li ma mmurx inwaqqagħhom minn idejja jew immarradhom għax nonfoħ ħafna f ’wiċċhom. Ma niftakarx eżatt imma xi ħaġa hekk kienu t-twissijiet t’ommi żmien ilu. Jew inkella minħabba li qatt ma kelli ċ-ċans inħaddan tarbija tiegħi miegħi għax jien u marti konna bla tfal. Lura lejn it-tfajjel. Dan staqsieni: ‘Kif int?’ Jien weġibtu: ‘Tajjeb Grazzi’ u qalli: ‘Sabek dalgħodu Missieri waqt li kien sejjer għax-xogħol. Dehert magħdur u li kont mitluf minn sensik u għalhekk missieri refgħek u poġġiek fuq is-sodda.’ Skantajt kif dak id-daqsx-ejn ta’ tfajjel kien tkellem daqshekk ċar u fid-dettal. Imma ma ħadtiex bi kbira daqshekk għax illum il-ġurnata lit-tfal nippruvaw ngħallmuhom kollox sa minn mindu jkunu żgħar! Hu kompla: ‘Ommi ma waqfitx ixxarrablek wiċċek bl-ilma u tieħu ħsiebek sakemm stej-qirt’. Ħadt gost li almenu f ’dan il-waqt ta’ ħajti fejn kont qed inħoss is-soli-tudni tagħfas fuqi kien hemm xi ħadd li ta kasi. Erġajt dawwart ħarsti lejn dik il-mara li issa kienet qed tippre-para l-mejda u rringrazzjajta u din urietni li aċċettat il-grazzi tiegħi. Ma għandniex xi ngħidu bi tbissima ħelwa minn tagħha! It-tfajjel kompla: ‘Mis-sieri raġel sew li kieku ma lemħekx hu u reġa ġabek lura hawn kieku min jaf fejn tinsab inti!’ Dak il-ħin ħassejt xewqa kbira li niltaqgħa ma dak ir-raġel li qala bosta tifħir mingħand martu u ibnu u li wara kollox kien sal-vali ħajti!

Staqsejt lit-tfajjel: ‘Missierek idum xejn ma jasal? Irrid niltaqa miegħu.’ Qalli: ‘Hemm hu’. It-tfajjel niżel jiġri minn fuqi u mar jiġri jilqa lill-Missieru li kien ġej mill-bogħod. It-tfajjel kom-pla jiġri lejn missieru waqt li missieru fetaħ idejħ u beda jiġri lejh. Kif qorbu lejn xulxin il-missier refa’ lit-tifel u tgħannqu ma xulxin b’tannieqgħa li rriflettiet l-imħabba li kienet teżisti bejniethom. Jien li rajthom biss silwett mill-bogħod ukoll qabżitli demgħa quddiem dik ix-xena u ftakart meta missieri kien jgħannaqni meta kont għadni daqs dak it-tfajjel. Dik il-mara resqet lejja u b’subgħajha rqaq mesħitli d-demgħa li gelglet minn għajnejja u

għannqitni magħha u ħarsitli ħarsa li laqtitni, ħarsa li dak il-ħin ma fhim-tiex. Sadanittant leħaq wasal ħdejna dak ir-raġel flimkien ma’ ibnu. Telaq lit-tifel fl-art u għannaq lill-martu u hekk kif rajthom mgħannqin flim-kien qalbi ingħafset u ferħet fl-ist-ess ħin. Dak il-ħin bdejt nimmisja t-tgħannieqa ta’ marti u l-imħabba li darba kellna. Però fraħt fl-istess ħin għax almenu għad fadal min jaf jap-prezza u jgħożż lill-martu kif għamel dak ir-raġel. Wara dak ir-raġel dar lej-ja u tbissimli u qalli: ‘Ara seħibna! Kif aħna ħabib?’ Dak il-ħin f ’qalbi għidt: ‘Dan kif qed iqisni bħala ħabib?! Għadni lanqas biss kellimtu!’ Biex ingħidilkom ħawwadni ftit imma dik il-ħarsa soda tiegħu u b’dik it-tbissima ta’ l-innoċenza fuq xofftejh lissnu minn ħalqi l-kliem: ‘Kollox sew grazzi għalik ħabib. Grazzi ħafna ma nafx kif nista npattilek talli għamiltli’. ‘Toqgħodx tħabbel rasek’ qalli ‘li għamilt miegħek għamiltu għax inħobbok u nirrispet-tak.’ Jien kont imħawwad diġà u issa aktar tħawwad. Bdejt ngħid bejni u bejn ruħi: ‘Iħobbni?! Jirrispettani?! Dan fejn jafni?!’ Imma martu qatgħatli ħsiebi billi stednitni għall-ikel. Infx-ilt u laqlaqt: ‘Le...le...ma...ma tara...ma tarax...minn fuq li...ħadtu ħsiebi...ħa titimgħuni wkoll?!...le... le kulu in-tom ħbieb’. Imma t-tifel qabadli idi u mexxieni lejn il-mejda u poġġejt bejn ir-raġel u ibnu. Dak kien jonqosni

Page 68: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

daqs kemm nistħi jien! Il-mara qass-met il-ftit ikel bejnietna l-erbgħa u wara li lestiet poġġiet mal-mejda u l-missier beda jmexxi t-talba. Ma fhimt xejn mit-talb li qal imma lkoll talbu b’devozzjoni liema bħala u ggusta-jthom it-tlieta jitolbu magħqudin!

Kilna flimkien. Ma nafx x’tip ta’ ikel kien però kiltu mill-qalb u kien tajjeb ħafna żgur! Kif lestejna il-missier reġa’ qal talba li mix-xeħta tagħha kienet ta’ ringrazzjament u l-mara reġgħet bdiet tiġbor il-platti u tnaddafhom, ovja-ment mid-daqqa t’id soda ta’ żewgha u dik ħelwa ta’ binha. Jaħasra ppruvajt ngħinom imma ma ridunix qaluli biex ma nitħabatx għax wara riedu jkell-muni. Tgħidx x’kurżità qabditni! Malli lestew inġbarna ma ftit nar li kien qab-bad ir-raġel u t-tifel ġera għall-fuqi. Ir-raġel talabni ngħidilhom min jien. Ngħid is-sew stħajt ngħidilhom dak kollu li kont għaddej minnu fil-mu-ment imma l-ħarsa tagħhom kienet tassew ta’ ħlewwa u kompassjoni li ħassejtni mistrieħ u irrakkuntajt ħajti. Iggustajtu lit-tifel li segwa kollox b’attenzjoni liema bħala. Li ħassibni daqsxejn kienet ir-reazzjoni ta’ dak ir-raġel, li minkejja li kienet waħda li ġġiegħel lill-ikbar midneb jikkonverti pero’ ħassejtu li dak li għidt kien qisu jafu diġa!! Wara ftit dak ir-raġel resaq lejja u fetaħ fommu u qalli: ‘Ibni……Jien naf b’dak kollu li għadek kemm

għidtli’. Mistgħaġeb weġibt: ‘ Skużani ta, imma int kif taf dan kollu?!!’ Qalli: ‘Għax inti kemm il-darba irrikor-rejt lejja u qsamt l-esperjenzi tiegħek miegħi, jien naf kemm inti tħobbni u kemm int devot tiegħi’ Hawnhekk daqsxejn imgħaddab weġibt: ‘Jien ta’ San Ġużepp biss Devot u tal-Familja Mqaddsa tiegħu u ħadd iktar’ Hu tbissem u qalli: ‘Naf. Naf għax jien Ġużeppi, din Marija u dak li qed terfa’ fuqek hu Ġesù.’ Bqajt b’ħalqi miftuħ, ma ridtx nemmen, ma jistax ikun. Dik il-Mara li skond dak ir-raġel kienet Marija qaltli bi ħlewwa kbira: ‘Ħares lejn l-uċuħ tagħna u ara x’tinnota.’ Jien għamilt kif qaltli u ħaġa ta’ l-iskanta-ment kien f ’dan il-waqt li rrealiżżajt kemm kienu jixbħu l-uċuħ ta’ l-vara li kelli. Ta’ ras iebsa li kont weġibt: ‘Imma billi tixbħu l-vara ma jfissirx li dak li għidtuli hu minnu...forsi...forsi kontu l-mudelli li fuqkom inħadmet il-vara!’ Meta rani li ma nistax nemmen it-tifel niżel minn fuqi u qalli: ‘Isma x’għandi xi ngħidlek.’ Waqaft u għamiltlu sin-jal biex ikompli. ‘Int tixtieq ħafna li tirranġa ma’ ommok u missierek, naf ukoll li int tixtieq ħafna wkoll li martek tiġi lura għandek.’ Jien qtajtlu kliemu: ‘Imma dan kollu għidtulkom jien ftit ilu, jiġifieri xejn ġdid’. ‘Stenn qalli però naf ukoll li int tixtieq ħafna li jkollok tifel jew tifla. Veru?’ Jien in-xift bqajt miblugħ. Li qalli t-tifel kien kollu minnu u nista’ nassigurakom li jien lanqas biss semmejtilhom li kelli din ix-xewqa. Hawn irrealiżżajt li veru jien kont iltqajt mas-Sagra Familja! Inxtħett fl-art u bdejt nibki. Dak it-tifel kien laqatni fil-laħam il-ħaj. Il-fatt li kont bla tfal kien ikiddni wisq! Imma kif kont fl-art nibki bħal tarbija resqu t-tlieta li huma fuqi u ħaddnuni magħhom. Kif waqft mill-biki San Ġużepp qalli: ‘Mur lura d-dar u kif tmur int ser tkun sibt dik it-tibna li dejjem xtaqt taqbad magħha biex is-salva mill-baħar tas-solitudni li bdejt tgħereq fih.’ Irringrazzjajthom u ħarist lejhom. Minn għajnejn Marija rajt tgelgel demgħa però baqgħet bl-istess ħlewwa u tbissima li kella, Ġużeppi kien b’dik il-ħarsa soda u t-tbissima ħelwa tiegħu u hekk kif dawwart ħarsti lejn il-Bambin dan għemiżni u żerżaqli f ’idi l-biċċtejn injamiet li kien qed jilgħab bihom. F’daqqa waħda

kif ħadt l-injam u poġġejthom fil-but reġa’ ġie l-isturdament u d-damdim ta’ ras u erġajt l-istess dalma u tisbita!...

...Qomt mifxul mid-daqq tal-mobile. Kont daqsxejn għarqan u skantajt mhux ftit. Wara kollox kien Diċembru. Kienu għadhom kemm daqqu nofs il-lejl. ‘Sena ġdida mimlija solitudni’ għidt waqt li qomt biex inġib il-mo-bile. Kelli żewġ messaġġi. Ftaħt l-ew-wel wieħed kien mingħand ommi! Skantajt u kollni rogħda bdejt naqra: ‘Is-sena t-tajba! Aħfrilna u nitolbuk tiġi għada għall-ikla magħna. Ommok u missierek.’ Ma ridtx nemmen lill-għajnejja. Ftaħt it-tieni messaġġ u kien mingħand il-mara! Bl-istess rogħda qrajt: ‘Għażiż tiegħi, is-sena t-tajba. Aħfirli talli ħallejtek waħdek irridek tilqagħni lura fid-dar. Tajjeb ngħidlek li mhux ser niġi waħdi għax il-bieraħ skoprejt li jien tqila! Inħobbok dejjem u ejja għalija għand ommi issa jekk de-jjem taċċettani!’ Ma flaħtx iktar bdejt ngħajjat u nibki bil-ferħ qisni miġnun! Qbadt ħriġt xi ħwejjeġ u kif kont qed ninża l-qalziet ħalli nbiddel mill-but waqgħu biċċtejn injam. Skantajt m’hux ftit u għidt: ‘Dawn minn fejn ġew?!’ Domt ħin twil niċċassa lejhom sakemm bdejt inħoss damdim f ’rasi u bla ma naf kif bdejt niftakar dak li għaddejt minnu dakinhar. Ma stajtx nemmen, għalija kienet ħolma. Ħolma sabiħa li laqqatni mas-Sagra Familja. Ma tajtx każ komplejt nilbes imma jien u ħiereġ ħarsti daret lejn l-istatwa tas-Sagra Familja u rajt xena li daħħlitni f ’dubju jekk ħlomtx jew le. Imma żgur kinitx realtà jew le tgħallimt mis-Sa-gra Familja ir-rispett lejn il-ġenituri, l-imħabba bejn il-miżżewġin, it-talb u l-għaqda fil-familja u tgħallimt ukoll li meta jkolli xi problema naf fejn għandi mmur! Immur għand din il-Familja Qaddisa għax fiha ħassejtni nistrieħ! E bilħaqq għax intlift nippriedka tafu x’rajt meta ħarist lejn l-istatwa tas-Sa-gra Familja?...

…Rajt demgħa tgelgelm’għajnejn Marija,

Rajt it-tbissima u l-ħarsasoda ta’ San Ġużepp,

Imma l-iktar li ggustajt dak il-ħinKienet it-tegħmiża tal-Bambin!

66

Sacra FamigliaCesare Mariani, Bażilka tal-Immakulata, Ġenova

Page 69: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 70: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

68

Page 71: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Proża u Poeżija

69

Godwin CiniImwieled Raħal Ġdid, sa minn meta

kien żgħir kien iħobb il-festa u l-kant fil-Knisja. Wara li żżewweġ mar jgħix l-Imsida u kien membru tal-Kumitat tal-Banda San Ġużepp tal-lokal. Ak-

tar tard kien ukoll Assistent Segre-tarju mal-Banda Sant’Anna ta’

Wied il-Għajn. Membru f ’diversi għaqdiet fosthom fil-Kor Sant’Anna

u Poeti Maltin.

San Ġużepp jaħdem bla heda,Jitħabat, jgħola u jitbaxxa,

Biex jibni xi mejda, armarju jew kaxxa.Hu jitlob u jilgħab ma’ Ġesù u ma’ Marija.

U Marija,Sejra bla waqfien,

Taħsel u tnaddaf minn x’ħin jisbaħ,Sa ma’ r-raġġi tal-qamar,

Jiddu fuq il-ħolqienU ssib ħin

titlob u tilgħab ma’ Ġużeppiu mal-Bambin.

U Josef jiġri minn xogħol għal xogħol,Tul il-plajja,

Jipprova jgħola ħa jlaħħaq mal-ħajja,Fuq il-kompjuter jaqsam dahru fi tnej’,

Minn x’ħin jisbaħ sa tard bil-lej’.U Mary taħdem lejl u nhar,

Sa kellha toħroġ taħdem Fi sptar, bla serħan.

U tmur id-dar isajjar u taħsel,u tilgħab mar-raġel u mat-tfal

li qajla jaraw il-papà,u il-mamà,

imma jsibu ukoll ħin,biex iħobbuhom, ibusuhom

u jgħannquhom ufil-ġid irabbuhom.

Page 72: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

70

Page 73: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Mużika u Banda

71

Daniel Vella

Magħruf l-aktar għall-imħabba kbira li għandu lejn il-baned u l-

marċi Maltin, huwa preżentament jipproduċi u jippreżenta diversi

programmi ta’ marċi fuq stazzjoni-jiet radjufoniċi, fosthom dak naz-

zjonali u dawk f ’irħula Maltin.

Fl-artiklu tiegħi ta’ din sena li jkompli ma’ dak tas-sena l-oħra, ser inkompli nagħti ħarsa fid-dettal lejn recordings tal-marċi brijużi li għamlet il-Banda Sagra Familja matul is-snin.

Wieħed miż-żewġ recordings li ser nitkellem fuqhom f ’dan l-artiklu tiegħi huwa dak tas-sena 1993.

Bħalma l-Banda Sagra Familja kważi dejjem ħarġet f ’kull recording, dan is-sett jiftaħ bl-Innu Marċ Sagra Familja tas-Surmast Lorenzo Gonzi. Għal dawk li huma marċi brijużi nsibu li l-ewwel marċ huwa tas-Surmast Archibald Mizzi bl-isem Vinceremos, Marquita jew aħjar Bernardette ta’ Mro. Ronnie Pisani, Ta’ Marjanu mill-pinna ta’ Mro. Andrew Coleiro, Festa 1993 tas-Surmast Attwali Mro. Ugo Buhagiar, The Emperor marċ sabiħ ieħor ta’ Mro. Archibald Mizzi, Galettu ta’ Mro. Ray Sciberras, Il-Wuber marċ ieħor melodjuż tas-Surmast Ronnie Pisani, kif ukoll Jodie kompożizzjoni għat-tielet darba f ’dan is-sett tas-Sur-mast Archibald Mizzi. Fl-1997, is-sena ċentinarja tas-Soċjetà, il-Banda Sagra Familja ħarġet sett marċi brijużi, fejn dan is-sett jiftaħ ukoll bl-Innu Marċ Sagra Familja tas- Surmast Lorenzo Gonzi, imbagħad insibu marċi ta’ Mro. John Theuma li jġib l-isem Don Quixote, Marlon ta’ Mro. Salvino Fabri, Gabriella ta’ Mro. Andrew Coleiro, Il Padrino ta’ Mro. Archibald Mizzi, Tal-Qalba ta’ Mro.

Ġużeppi Busuttil, Stella ta’ Mro. Vin-cenzo Ciappara, Vinroy ta’ Mro. Ray-mond Mangion, Granada tal-Maġġur Anthony Aquilina, kif ukoll il-marċ Tal-Klikka tas-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiar.

Ta’ min jinnota t-taħlita sabiħa tal-marċi ta’ diversi kompożituri li huma magħrufa sewwa fil-qasam tal-baned u l-marċi Maltin f ’dawn iż-żewġ set-tjiet ta’ marċi brijużi ppreżentati mill-Banda Sagra Familja tal-Kalkara kemm fl-1993 kif ukoll fl-1997. Interessanti li dawn il-marċi li sem-mejt u li jinsabu f ’dawn iż-żewġ set-tijiet tal-Banda Sagra Familja, ħafna minn dawn il-kitba tal-marċi baqgħu popolari u mfittxija minn bosta dilet-tanti f ’dan il-qasam.

Meta insemmgħu l-Banda Sagra Familja fil-qalba tar-recordings tagħha malajr wieħed jista’ jinduna li l-marċi tagħha u li ħarġet matul is-snin, de-jjem kienu tal-widna u popolari, mhux biss dawk li ġew miktuba fiż-żminijiet riċenti iżda anke dawk li huma marċi antiki. Aktar interessanti minn hekk, ta’ min ukoll isemmi li dawn iż-żewġ record-ings li semmejt f ’dan l-artiklu, dak tal-1993 u tal-1997, illum dawn jinsabu fuq cd, maħruġa mal-kumplament ta’ settijiet tal-marċi l-oħra ukoll fuq cds fis-sena 2006.

Minn żmien għal żmien dawn il-marċi kollha ndaqqu mill-Banda Sagra Familja mhux biss fil-Festa tal-Patri-jarka San Ġużepp mat-toroq ewlenin tal-Kalkara, iżda wkoll f ’numru ta’ postijiet fejn il-banda ġiet mistiedna f ’diversi festi u anke barra minn Mal-ta. Permezz ta’ dawn ir-recordings tant tajba u taħlita vasta li ddoqq din il-banda matul is-snin, ġabu lill-Banda Sagra Familja f ’ħafna servizzi li hi għamlet, ġieh u isem lil din is-Soċjetà Kalkariża .

Is-sena d-dieħla ser inkompli nitkel-lem dwar aktar recordings, filwaqt li minn qalbi nixtieq il-festa t-tajba lill-Ġużeppini Kalkariżi kollha.

Ħarsa lejn ir-recordings tal-Banda Sagra Familja(it-tieni parti)

Page 74: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 75: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Mużika u Banda

73

2010Data

Il-Ħadd 18 ta’ April 2010

Il-Ħadd 30 ta’ Mejju 2010

It-Tnejn 12 ta’ Lulju 2010

It-Tnejn 12 ta’ Lulju 2010

It-Tlieta 13 ta’ Lulju 2010

Il-Ħadd 18 ta’ Lulju 2010

Il-Ħadd 18 ta’ Lulju 2010

Il-Ħadd 15 ta’ Awwissu 2010

L-Erbgħa 18 ta’ Awwissu 2010

Is-Sibt 21 ta’ Awwissu 2010

Is-Sibt 11 ta’ Diċembru 2010

Avveniment u Post

Żjara tal-Papa Benedittu XVI, Kalkara

Festa Trinità Qaddisa, Marsa

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa San Ġużepp, Kalkara

Festa Santa Marija, Ħal Għaxaq

Festa San Leonardu, Ħal Kirkop

Festa Madonna ta’ Lourdes, Paola

Jum il-Kalkara, Kalkara

Servizz

Marċ madwar it-toroq

Marċ u Programm Mużikali

Marċ Ħruġ min-Niċċa

L-aħħar Kunċert Ġenerali

Programm Mużikali fuq il-Planċier

Marċ ta’ filgħodu

Marċ tal-aħħar

Marċ t’akkumpanjament

Marċ brijuż tal-ewwel tridu

Marċ brijuż ta’ lejlet il-festa

Programm Mużikali

Nappellaw lill-bandisti tal-post sabiex jieħdu nota ta’ dawn is-servizzi.Appell ukoll lill-partitarji biex jattendu numerużi kull fejn tieħu sehem il-banda tagħna.

Servizzi mill-Banda Sagra Familja

Page 76: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

74

Page 77: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 78: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 79: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Mużika u Banda

77

Paul Bongailas

Iservi bħala membru fil-Kummiss-joni Banda Sagra Familja. Matul is-snin serva f ’diversi karigi fis-

Soċjetà, fosthom f ’dik ta’ Kaxxier tal-Kumitat Ċentrali, kif ukoll bħala Delegat tal-Banda. Kien

wieħed minn grupp li fl-1996 iffur-maw il-Kummissjoni Żgħażagħ.

F’dan l-artiklu ser nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi informazzjoni dwar il-mużika li ser tindaqq matul il-programm mużikali annwali tal-Banda Sagra Familja fuq il-Planċier Ġawhra Ġużeppina nhar it-Tlieta 13 ta’ Lulju 2010.

Matul dan il-programm il-banda se ddoqq mużika varjata u tal-widna, fosthom dik klassika u anki moderna, sabiex jintlaqat il-gosti ta’ kulħadd. Naturalment dan il-programm jiftaħ bl-Innu Marċ Sagra Familja kompożizzjoni tal-ew-wel Surmast Direttur Mro. Lorenzo Gonzi, innu marċ li tant aħna kburin bih minħabba l-istil tiegħu. Il-programm jagħlaq bl-Innu lill-Banda Sagra Familja kompożizzjoni tas-surmast attwali Mro. Ugo Buhagiar.

Light CavalryFranz Von Suppe

Il-kompożitur Franz Von Suppe twieled nhar it-18 ta’ April 1819 u miet fil-21 ta’ Mejju 1895. Suppe huwa dixxendenti minn familja Belġjana li kienet emigrat lejn id-Dalmazja, probabbilment lejn is-seklu 18. Suppe qatta’ t-tfulija tiegħu f ’Żadar, fejn kien ġie mħarreġ fl-ewwel studji mużikali u anke beda jikkom-poni, avolja ta’ età żgħira.

Matul ħajtu, Suppe kkompona diversi operetti, ballets u xogħol ieħor għall-palk. Fost l-aktar kompożizzjonijiet li għadhom jindaqqu sal-llum insibu l-overture Light Cavalry u anke Poet and Peasant.

Franz Von Suppe(1819-1895)

Selezzjoni mill-Opra ta’ Verdi: AidaGiuseppe Verdi

Giuseppe Verdi kien kompożitur famuż ħafna. L-ismijiet tiegħu tal-magħmudija kienu Giuseppe, Fortunio u Francesco, dan ta’ l-aħħar kien kompożitur Taljan tas-seklu 19. Giuseppe twieled Roncole, it-territorju ta’ Parma fl-10 ta’ Ottubru ta’ l-1813.

Huwa beda’ juri x-xewqa tal-mużika meta kien għadu żgħir u rċieva ftit lez-zjonijiet mill-organista tar-raħal. Missieru Carlo Verdi kien jieħu ħsieb lukanda u ħanut tal-merċa; kien fqir biex jagħti lit-tifel tiegħu edukazzjoni tajba, imma t-tifel għoġbitu n-nota t’Antonio Barezzi (merkant u dilettant tal-mużika ġewwa l-Belt ta’ Bousseto) li nkoraġixxa u assistih fl-edukazzjoni mużikali. Fl-età ta’ tmintax-il-sena, Barezzi tah borża biex imur Milan u jistudja fiil-Konservatorju, iżda ma ġiex milqugħ. Fl-1836 huwa żżewweg lil Margherita Barezzi, it-tifla tal-Patrun tiegħhu. Ix-xogħol tiegħu ta’ spiss jinstema’ fid-djar ta’ l-opri madwar id-dinja fosthom La donna e mobile mir-Rigoletto, Va Pensiero minn Nabucco, La Traviata u l-famuża Aida. Ix-xogħol ta’ Verdi iddomina r-repertorju ta’ seklu u nofs u għadu popolari sa llum. Giuseppe Verdi miet fis-27 ta’ Jannar 1901.

Giuseppe Verdi(1813-1901)

Page 80: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

78

Police AcademyRobert Folk, arr. Frank Bernaerts

Il-film Police Academy intwera għall-ewwel darba fl-1984 taħt id-direzzjoni ta’ Hugh Wilson. Il-mużika kollha kienet miktuba mill-kompożitur Robert Folk, li anke ddireġieha waqt ir-rekording tagħha. Il-film intlaqa’ tant tajjeb li ħarġu aktar minn edizzjoni waħda tiegħu.

Frank Bernaerts beda jippubblika il-kompożizzjonijiet u l-arranġamenti tiegħu fl-1989 taħt ditta li ġġib ismu stess. Is-silta prinċipali tal-film Police Academy ġiet irranġata għall-banda minnu stess xi snin ilu.

Police AcademyL-ewwel film maħruġ fl-1984.

Beguine for BrassJimmy Howe

James Howe, aktar magħruf bħala Jimmy Howe, kien direttur mużikali tal-Gwardji Skoċċiżi. Huwa kiteb bosta kompożizzjonijiet mużikali oriġinali li baqgħu jissemmew, bl-iktar tnejn magħrufa jkunu Pentland Hills u l-biċċa mużikali li se tgħaddi l-Banda Sagra Familja, jiġifieri Beguine for Brass. Dawn iż-żewġ kompożizzjonijiet it-tnejn li huma inkitbu fis-snin ħamsin.

Is-silta Beguine for Brass hija ċelebri fejn jidħol il-ħoss tal-istrumenti tar-ramm li jilħqu melodija li tpaxxi l-widna tas-semmiegħ.

Conquest of ParadiseVangelis, arr. Ron Sebregts

Evangelos Odysseas Papathanassiou (aktar magħruf bħala Vangelis) twieled fid-29 ta’ Marzu 1943 u huwa kompożitur Grieg ta’ mużika elettronika, progressiva, ambient u orkestrali. Huwa l-aktar magħruf għall-Academy Award li rebaħ bil-mużika tal-films Chariots of Fire, Blade Runner u 1492: Conquest of Paradise.

1492: Conquest of Paradise huwa film ta’ avventura maħruġ fl-1992 fl-Ewropa, dirett minn Ridley Scott u miktub minn Roselyne Bosch. Dan il-film ġie maħruġ fl-okkażjoni tal-500 sena anniversarju mill-ġrajja tal-vjaġġ ta’ Kristofru Kolom-bu u jirrakonta kif dan il-vjaġġatur skopra “d-dinja l-ġdida” jew aħjar il-kon-tinent Amerikan, u kif din il-ġrajja affetwat il-popli indiġeni. Jirrakkonta anki kif il-protagonist jipprova jikseb ir-rispett tar-Reġina Isabella biex jakkwista l-finanzjament meħtieġ.Evangelos Odysseas Papathanassiou

1943-

’O Surdato ‘nnamoratoEnrico Cannio, arr. Ugo Buhagiar

Enrico Cannio twieled f ’Napli fl-1874 u miet fl-1949. Huwa kien kompożitur li l-ewwel beda permezz ta’ diploma fil-pjanu, biex imbagħad sar surmast orkes-trali. Enrico qatta’ ħajtu kollha f ’Napli fejn ħadem fi tliet skejjel tal-kant, kif ukoll tliet orkestri: l-Eden, l-Umberto u t-Trianon. L-iktar kanzunetta popolari li kkompona hija ċertament ’O surdato ‘nnammurato maħruġa fl-1915. Il-lirika ġiet miktuba minn Aniello Califano. Il-kanzunetta tiddeskrivi id-dwejjaq ta’ suldat li qed jiġġieled fuq quddiem matul l-Ewwel Gwerra Dinjija jaħseb fuq il-maħbuba tiegħu. Kienu bosta dawk il-kantanti li interpretaw din il-kanzunetta f ’verżjonijiet differenti, fosthom Massimo Ranieri u anki Nini Grassia.Enrico Cannio

1874-1949

Page 81: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

The Lion KingElton John, arr. Ugo Buhagiar

The Lion King huwa l-iktar film animat ta’ kull żmien li daħħal flus fil-box of-fice fl-Istati Uniti. Ġie mfaħħar bil-bosta minn diversi kritiċi, kemm fejn tidħol storja kif ukoll mużika meta dan ġie maħruġ l-ewwel darba fl-1994. Il-kanzu-netti tal-film ġew miktuba mill-kompożitur Elton John u l-lirika minn Tim Rice, fuq skor ta’ Hans Zimmer. Il-kumpanija Disney aktar tard ipproduċiet sensiliet oħra għal dan il-film tant popolari maż-żgħar u anki mall-kbar.

Sir Elton Hercules John, twieled fil-25 ta’ Marzu 1947 bħala Reginald Kenneth Dwight. Huwa kantant, kompożitur u pjanista ta’ fama mondjali.The Lion King

Film animat maħruġ fl-1994.

Canta NapoliArr. Fernando Francia

Canta Napoli hija silta mużikali li ġġib flimkien mużika Naplitana bħal ‘O sole mio, Comme facette mammeta, Torna a Surriento, u Lilì Kangy. L-arranġament sar minn Fernando Francia.

Fernando twieled ġewwe Viariġi, l-Italja fl-1935. Studja l-istrumentazzjoni tal-baned u ħadem bosta snin kemm bħala direttur mużikali, kif ukoll bħala arranġatur ma diversi orkestri ta’ mużika leġġera. Barra minn hekk huwa kkolabora kemm il-darba fir-rekording ta’ ħafna minn dawn l-orkestri. Il-kompożizzjonijiet tiegħu jinkludu siltiet bħal Bilbao, Cha-Cha de Miguel, Mu-sica in Piazza u bosta oħrajn,

Spanish TrumpetRita Defoort

Rita Defoort hija kompożitriċi daħlet sew fil-qasam bandistiku. Fost l-għadd ta’ kompożizzjonijiet u arranġamenti għall-banda nsibu l-famuża Spanish Trumpet. Din il-kompożizzjoni tiftaħ b’introduzzjoni b’saħħitha u konċiża. Il-ħoss tal-banda jinbidel f ’wieħed kalm u seren sabiex jagħti lok lill-kurunettista jesprimi l-emozzjonijiet kollha li titlob kompożizzjoni delikata bħal din. Bi progress-jonijiet mużikali Spanjoli mħallta ma’ armoniji kontemporanji, il-kompożitriċi rnexxielha toħloq stampa ċara t’ambjent Spanjol, li jikkumplimenta tajjeb ferm mal-ħoss ta’ banda sinfonika Maltija.

The Magic of Andrew Lloyd WebberArr. Warren Barker

Andrew Lloyd Webber twieled fit-22 ta’ Marzu 1948 u huwa kompożitur Ingliż ta’ mużikali teatrali. Huwa beda jikkomponi fl-età ta’ sitt snin, filwaqt li ppubb-lika l-ewwel biċċa xogħol tiegħu fl-età ta’ disa’ snin. Huwa kiseb bosta popolar-ità madwar id-dinja permezz ta’ diversi musicals u matul is-snin rebaħ bosta unuri f ’dan ir-rigward. Fost dawn il-musicals, f ’din is-silta ser nisimgħu I don’t know how to love him minn Jesus Christ Superstar, Don’t cry for me Argentina minn Evita u anki parti minn The Phantom of the Opera.

Warren Barker li twieled fl-1923 u miet fl-2006, kien kompożitur Amerikan, l-aktar magħruf għall-mużika ta’ sensiliet tat-televiżjoni bħal Bewitched, u bosta arranġamenti oħra li għamel għall-baned.

Andrew Lloyd Webber1948-

79

Fernando Francia1935-

Mużika u Banda

Page 82: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

80

Page 83: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

81

Page 84: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 85: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

83

Melvin CallejaSegretarju, Kummissjoni Żgħażagħ

Beda l-istudji tiegħu fl-iskola Primarja tal-Kalkara, u wara fil-

Liċeo ta’ Verdala. Aktar tard studja fil-Higher Secondary tan-Naxxar. Bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Seg-

retarju fil-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja.

u moralità.

Wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kummissjoni Żgħażagħ kom-plejna fuq ix-xogħol tal-kolonna ta’ San Ġużepp, li huwa l-ikbar impenn finanzjarju li għandha bħalissa l-ist-ess Kummissjoni. Din is-sena, bħal ma jaf kulħadd, kien imiss l-iskultura fl-injam sabiex biha nlibbsu din il-biċċa arti li f ’raħalna għad m’ hawnx bħalha!

Kellna diversi taħdidiet mas-Sur Ed-die Hili, l-iskultur li qed jaħdmilna l-iskultura. Wara diversi pariri li ħadna iddeċidejna li l-injam li ser nużaw għall-iskultura ser ikun tulip. B’hekk mill-ewwel inxtara l-injam u ġie mogħti lill-mastrudaxxa s-Sur Law-rence Cini sabiex jagħmlilna l-bażi tal-iskultura. Wara ġie mgħoddi kol-lox lill-iskultur u infatti lejn l-aħħar ta’ Ottubru diġà kellna xi skultura lesta.

Xahar wara xahar komplejna ndaħħlu ġewwa l-maħżen tal-armar aktar skul-tura fl-injam u sal-festa għandkom taraw il-maġġoranza tal-iskultura imwaħħla mal-kolonna. Nirringrazzja b’mod speċjali lis-Sur Mario Attard tal-ħidma volontarja li qed jagħmel fit-twaħħil ta’ din l-iskultura.

Minn hawn nixtieq nirringrazzja wkoll lil bosta benefatturi li ħallsu xi biċċa minn din l-iskultura, b’mod speċjali permezz tal-iskema li bdejna wara l-festa tas-sena l-oħra li kienet suċċess. Minn hawn inwiegħed li la l-kolonna tkun lesta minn kollox, bħala Kummissjoni Żgħażagħ ser inkunu qed nippubblikaw isem kull min kellu sehem fl-iffinanzjar tagħha.

Matul din is-sena komplejna ukoll naħdmu fuq il-liedna tal-parti t’isfel ta’ Triq is-Sienja. Minn hawn irrid ngħid grazzi lis-Sur Joe Stivala li kompla bħal kull sena jaħdem fuq metri twal ta’ liedna. Irrid ngħid ukoll li l-liedna fi Triq is-Sienja ġiet kollha iffinanzjata mill-Kummissjoni Żgħażagħ.

Iżda sabiex isir dan ix-xogħol kollu tellgħajna diversi attivitajiet matul is-sena. Dawn jinkludu diversi ikliet, pasta nights, get togethers, barbeques u l-football tournament annwali. Bħal kull sena, il-Kummissjoni Żgħażagħ se tkun qed tippreżenta lill-pubbliku l-Lejla Maltija ta’ qabel il-Festa, li din is-sena minħabba l-ewwel quddies solenna ta’ Patri Deo Debono kellna nċaqalqu d-data originali kif ukoll minħabba diversi impenji internaz-zjonali kellna nagħmlu din l-attività fuq skala iżgħar.

Minn hawn ukoll nieħu din l-op-

Għaddiet sena oħra u wasal iż-żmien li fih niċċelebraw u nagħtu ġieħ lill-Patrun tagħna San Ġużepp u l-wisq maħbuba Sagra Familja. Kienet sena iebsa li fiha kellna nagħmlu ħafna sagrifiċċji, forsi iktar minn snin ta’ qabel. Kienet sena b’ ħafna tlagħjjiet u nżul, iżda fl-aħħar mill-aħħar kienet sena importanti ħafna, għaliex fiha tgħallimna u mmaturajna ħafna u apprezzajna ħafna aktar ix-xogħol ta’ xulxin.

Tgħallimna ħafna mhux biss mil-lat fejn jidħol każin, iżda anke b’ mod personali f ’ħajjitna. Dan kien perjodu importanti ħafna għalina ż-żgħażagħ għaliex bħalissa ħafna minna għadna qed nikbru, nimmaturaw, qed insiru nafu x’toffri l-ħajja u b’hekk l-isfidi u l-intoppi li kellna f ’din is-sena żgur li qawwew il-karattri tagħna u rab-bew ċerta qoxra fina li biha kapaċi nidħlu għal kull sfida neċessarja anke f ’ħajjitna.

Minn din il-paġna nixtieq ngħaddi il-messaġġ li l-każin mhux qiegħed hemm biss sabiex nieħdu pjaċir u nallegraw fil-festi, iżda ukoll sa-biex jagħmilna irġiel u nisa ta’ għada b’karattru sod f ’soċjetà li aktar ma’ tmur aktar tidgħajjef fejn jidħlu valuri

Żvilupp għalina ż-żgħażagħ

Kumitat tal-Kummissjoni Żgħażagħ 2009/10Quddiem: Melvin Calleja (Segretarju), Andrew Cilia (Chairperson),

Gerald Spiteri (Kaxxier)Wara: Jonathan Calleja (Ass. Chairperson), Melanie Darmanin (Ass. Segretarja)Neqsin mir-ritratt: Brady Bugeja (Delegat Sports), Josette Xuereb (Ass. Kaxxiera)

Page 86: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

84

portunità biex f ’isem il-Kummiss-joni Żgħażagħ nawgura u nifraħ lil Patri Deo Debono tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.

Dawn l-impenji kolllha ma jwaqqfu-niex ukoll biex bħala Kummissjoni ma ngħatux daqqa t’id meħtieġa fejn tidħol l-organizzazzjoni ġenerali tal-festa. Għalhekk din is-sena ħassejna d-dmir li minflok bħas-snin l-imgħoddija nħallsu parti mill-marċ tal-ewwel tridu, din is-sena se nkunu qed niffinanzjawh b’mod sħiħ. Dan ikompli juri li meta intom partitarji tas-Soċjetà tagħna tgħinuna b’mod finanzjarju, tkun qed tgħinu wkoll l-organizzazzjoni tal-festa. Għalhekk nieħu din l-opportunità ukoll biex minn din il-paġna nirringrazzja lil diversi sponsors u lil min ta s-sehem tiegħu sabiex isiru dawn l-attivita-jiet. Fost dawn nixtieq pubblikament nirringrazzja lis-Sinjura Janet Bar-bara DeBrincat tal-għajnuna li sikwit tatna.

Iżda fuq kollox nirringrazzja u nuri l-apprezzament tiegħi u ta’ sħabi lejn dawk il-partitarji tas-Soċjetà li ma jfallux attività waħda li ntellgħu ma-tul is-sena kollha. Minn hawn nir-ringrazzjakom minn qalbi tas-sap-port u l-għajnuna li dejjem sibna mingħandkom. Nixtieq niġbed l-at-tenzjoni li kull min jgħin lill-Kum-missjoni Żgħażagħ jew xi fergħa oħra fis-Soċjetà, ikun qed jagħmlu għall-każin u għall-ebda individwu ieħor personali. Bħala Kummissjoni Żgħażagħ attendejna diversi funzjoni-jiet fil-Parroċċa kif ukoll fix-xahar ta’ Marzu attendejna laqgħa flimkien ma’ żgħażagħ minn każini oħra madwar Malta dwar diversi fondi li hemm al-lokati għalina ż-żgħażagħ mill-Unjoni Ewropea. Aktar ‘il quddiem ser inkunu qed nevalwaw dawk il-possibiltajiet sabiex inkomplu nsaħħu l-preżenza tagħna mhux biss fil-Kalkara, iżda anki f ’pajjiżi barranin.

Ma nistax ma nsemmix li matul din is-sena kellna diversi diskussjonijiet bħala Kummissjoni fuq is-sena d-dieħla: is-sena li fiha l-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed tiċċelebra l-15-il anniversarju mit-twaqqif tagħha

Il-Bażi tal-Kolonna ta’ San Ġużepp, il-kanċell artistiku tagħha, il-mazzarelli bl-iskultura fl-injam u l-umbrella l-kbira, kollha proġetti tal-Kummissjoni Żgħażagħ.

Page 87: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

bħala l-ewwel Kummissjoni Żgħażagħ fil-Kalkara u bla ebda dubju l-iktar waħda attiva. Ħriġna b’diversi ideat x’ nistgħu nagħmlu, iżda għall-pro-gramm dettaljat se nħallu għas-sena d-dieħla peress anki li għadna għadejjin bid-diskussjonijiet tagħna. Biss naċċertakom li bħala Kummissjoni Żgħażagħ se nkunu qed niċċelebraw dan l-anniversarju bi kbir, u għalhekk nappella sabiex kull min jista’ jagħti l-għajnuna tiegħu biex jagħmel dan mill-aktar fis.

Wasalt sabiex nagħlaq dan il-messaġġ u nixtieq nerġa’ nirringrazzja l-par-titarji kollha, speċjalment dawk li ta’ kull sena jħallsu l-menswalità tal-Kummissjoni Żgħażagħ, dawk li jgħinu kemm b’mod finanzjarju kif ukoll b’mod manwali, lil dawk il-parti-tarji li jattendu kull attività li titella’ fil-każin, u b’mod speċjali lil dawk li qed jgħinu fil-gbir ta’ flus għall-proġett tal-kolonna ta’ San Ġużepp u minn hawn nuri l-aprezzament tiegħi lejkhom, u

il-Kummissjoni Żgħażagħ nieħu din l-okkażjoni sabiex nawgura kull suċċess lill-Kaxxier Gerald Spiteri li fil-festa ta’ din is-sena u tul is-sena kollha mhux ser ikun magħna minħabba sena ta’ studju li ħa jkun qed iwettaq barra min pajjiżna.

dan għaliex f ’raħal żgħir bħalma hu tagħna, intom tistgħu tissejħu l-pat-rimonju tas-Soċjetà tagħna. Għaliex intom dawk li tkomplu tagħtu l-ħajja lill-festa kbira tagħna, għax mingħajr l-għajnuna tagħkom kull sforz tagħna jisfaxxa fix-xejn. Nagħlaq billi f ’isem

Soċjetà

85

Skultura fl-injam qed tiġi mwaħħla mal-Kol-onna ta’ San Ġużepp.

Page 88: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 89: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

87

Maria XuerebSegretarja, Kummissjoni Nisa

Ħadet l-edukazzjoni tagħha fi skola sekondarja privata, filwaqt li kom-

pliet l-istudji ġewwa l-iskola se-kondarja ogħla tan-Naxxar. Serviet

għal diversi snin fil-Kummissjoni Żgħażagħ u anki fil-Kummissjoni Nisa, fejn ilha sentejn fil-kariga ta’ Segretarja tal-Kummissjoni Nisa.

ħafna attivitajiet fil-każin b’riżq dan il-proġett, filwaqt li ngħinu kemm nistgħu fil-ġbir ta’ fondi li jsir minn żmien għal żmien b’risq l-istess proġett li se jbiddel id-dehra tal-każin tagħna kompletament.

Ma nistgħux ma nsemmgħux li Soċjetà bħal tagħna m’għandiex biss l-ispejjeż tal-każin, imma wkoll l-ispejjeż għall-festa. Bħala Kummissjoni Nisa nieħdu ħsieb li kull ġimgħa nagħmlu prumis-trati u ġbir ieħor b’riżq l-ispejjeż tal-marċ ta’ filgħodu li jiġi mħallas min-nha bħala Kummissjoni. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Jane Camen-zuli u Carmen Stivala tax-xogħol kbir li jagħmlu f ’dan ir-rigward.

Minbarra dan, nagħmlu ġbir ieħor matul is-sena u b’hekk intaffu ftit mill-ispejjeż tal-marċ tal-Ġimgħa: il-marċ tas-Sagra Familja. Nixtieq infakkar li din il-ħidma kollha ssir mill-mem-bri tal-Kummissjoni Nisa, u minn hawn nirringrazzjahom għaliex bħala nisa tad-djar, bil-familji u x-xogħol tagħhom xorta waħda jirnexxielhom isibu hin imprezzabli għall-każin u għall-festa tagħna. J’Alla nisa bħal dawn, b’ħeġġa u entużjażmu jiżdiedu u jingħaqdu magħna dejjem iktar.

Sfortunatament, minħabba ħafna impenji, ma tantx għadek issib bħal dawn in-nisa, iżda għalhekk inħeġġeġ aktar nisa u tfajliet biex ikunu bħan-nisa tagħna.

Meta jkollna xi attività napprezzaw wisq il-preżenza tal-partitarji ta’ dan il każin. Bil-preżenza tagħkom nagħmlu aktar kuraġġ biex norganizzaw attivi-tajiet u nieħdu gost iktar għax qatt ma jkunu mmaqdra.

Ħbieb, ejjew ħalli nagħmlu festa mill-isbaħ sabiex inqimu lill-Qaddis Patrun tagħna San Ġużepp u nirringrazzjawh talli tagħna l-għajnuna u s-saħħa biex nirsistu u ngawdu l-festa kif jixraq.

Inħeġġeġ lil kulħadd biex jingħaqad magħna bħas-soltu waqt il-marċijiet u anki waqt il-programm mużikali tal-banda. Inħeġġiġkom ukoll biex iġġibu lit-tfal tagħkom f ’dawn il-marċijiet li libbsuhom bl-uniku kulur ta’ San Ġużepp: il-blu. Barra minn hekk inħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi l-funzjonijiet liturġiċi ġewwa l-Knisja Parrokkjali tagħna.

Minn hawn f ’ismi u f ’isem il-Kum-missjoni Nisa, nixtieq il-festa t-tajba lil kulħadd.

Viva is-Sagra Familja u Viva San Ġużepp għal dejjem!

Għeżież membri u partitarji ta’ din is-Soċjetà Ġużeppina,

Reġgħet waslet festa oħra u bħal de-jjem, il-ħidma ma tieqaf qatt fi ħdan is-Soċjetà tagħna. Din is-sena kienet waħda iebsa għas-Soċjetà imma xejn ma huwa impossibli u xejn ma jiġi bla sagrifiċċju!

Il-każin tul dawn l-aħħar snin kien f ’kundizzjoni xejn komda u li tolqot l-għajn. Il-Kumitat Ċentrali ħa d-deċiżjoni għaqlija li nibdlu din it-tieni dar tagħna ta’ taħt fuq, u għalhekk sar ħafna xogħol sabiex il-każin jieħu dehra atrajenti. Dan kollu grazzi għal diversi sponsors u voluntiera li ħadmu bla heda matul is-sena kollha f ’dan il-proġett.

Naħseb imma bħal issa qegħdin tistaqsu: il-Kummissjoni Nisa x’għandha x’taqsam u x’inhu xogħolha f ’dan il-proġett?

Bħala Segretarja ta’ din il-Kummiss-joni nista’ ngħidilkom b’wiċċi minn quddiem li xogħolna n-nisa huwa im-portanti ħafna fis-Soċjetà tagħna!

Ġimgħa wara l-oħra qegħdin isiru

Xejn ma jiġi bla sagrifiċċju!

Kumitat tal-Kummissjoni Nisa 2009/10Maria Xuereb (Segretarja), Jane Camenzuli (Chairperson),

Rita Cilia (Kaxxiera), Maria Persico (Ass. Segretarja)Neqsin mir-ritratt: Carmen Stivala (Ass. Kaxxiera),

Luana Zammit (Viċi Chairperson)

Page 90: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

88

Page 91: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

89

aħħar jinkludu badges sbieħ ħafna fil-metall. Din tkompli żżid is-serjetà fil-banda tagħna, banda li meta ddoqq ħafna drabi tuża l-uniformi minħabba li jkunu servizzi importanti, jew nhar jew lejliet il-festa.

Il-ħidma tagħna ma kinitx biss l-uniformi imma bħala Kummissjoni, flimkien mas-Surmast tal-banda Mro. Ugo Buhagiar ħadna ħsieb l-allievi tal-post tagħna. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalija nirrimarka li in-numru ta’ allievi li tħaddan din il-banda huwa kbir, meta tieħu in konsiderazzjoni li r-raħal tal-Kalkara hu wieħed żgħir. Dawn l-allievi jiġu mgħallma b’tant paċenzja mill-istess surmast darba fil-ġimgħa. Ħadna ħsieb ukoll li nagħmlu kuntratti ġodda ma’ dawk l-allievi li għandhom strument propjetà tal-każin, biex b’hekk kollox ikun in ordni u kif għandu jkun.

Kummissjoni bħal din, tara u tieħu ħsieb li l-banda tkompli tifrex leħinha mal-gżejjer Maltin u għal sena oħra erġajna ser naraw lill-banda tagħna iddoqq f ’ħafna mill-festi tal-gżejjer Maltin. Minn din il-paġna inħeġġeġ lilkom sabiex intom ukoll tattendu mal-banda tagħna kull fejn din tkun

ser iddoqq sabiex inkompli nagħmlu isem mhux biss lil raħalna imma anki lill-każin u l-banda li tant inħobbu.

Ovvjament mhux kollox ikun ward u żahar, problemi jinqalgħu ukoll, speċjalment tip ta’ problemi li qas biss ikollok kontroll fuqhom. Però ninsab kuntent li flimkien mal-membri l-oħra kollha irnexxielna ngħelbu dawn il-problemi. L-għan tal-Kummissjoni Banda ser ikun dejjem li niddefendu l-isem tal-banda tagħna u mhux nidde-fendu biss iżda naraw li isimha ikom-pli jkun dominanti f ’raħalna u tkun imsemmija ukoll mall-baned Maltin.

Il-Kummissjoni Banda ħadet ħsieb li hi ukoll ikollha kalendarju bl-attivitajiet u bil-lotteriji, kieku dan kollu msem-mi hawn fuq ma kienx ikun possibbli. L-attivitajiet ma jkunu jfissru xejn ma jkunx hemm intom u dawn huma l-aħħar kelmiet tiegħi, lilkom għeżież ammiraturi u partitarji tas-Soċjetà f ’isem il-Kummissjoni ngħidilkom grazzi kbira u mill-qalb.

Mat-tperipira ħelwa ta’ standard tas-satin bil-lewn kaħlan, għaddejja miexja timla bil-briju t-toroq imżejna nistħajjel lin-nies itennu halenija:‘‘Inti l-għaxqa ta’ dan ir-raħalInti ġawhra tilma bid-dijaIl-Banda Sagra FamiljaTistħoqq kull ġieħ, foħrija!’’

Man-noti melodjuża tal-istrumenti, mad- daqq ferrieħ tal-banda Kalkariża, intenni l-għajta li tidwi f ’windejja daż-żmienijiet, l-għajta: ‘‘Jidwi nstema’ dak leħnek qalbieni, tul meddet il-Gżejjer Maltin...”

Ftaħt dan l-artiklu tiegħi bi kwo-tazzjoni mill-lirika tal-Innu tal-Banda (kitba tal-Kav. Duncan Brincat). Din il-kwotazzjoni li tant togħġobni għax tiddeskrivi l-banda tagħna, li hi l-iskop ewlieni li għaliha taħdem din il-Kummissjoni. Din hija l-ewwel es-pejrenza tiegħi bħala Segretarju tal-Kummissjoni Banda u meta nħares lura nittama li nkompli fuq dawk ta’ qabli u meta nixħet ħarsti l-quddiem, nara futur sabiħ għal din il-Kummiss-joni kif ukoll għall-banda tagħna.

Kif kulħadd jaf, is-sena li għaddiet din il-kummissjoni bdiet proġett sabiħ u importanti ħafna fejn bdiet il-bidla tal-uniformi tal-banda. Propju is-sena li għaddiet qalgħet tifħir mingħand kulħadd l-ingravata li żanżanna għax kienet waħda serja u oriġinali fl-istil tagħha. Però ma waqafniex hemm u din is-sena ħdimna ħafna u ser naraw din l-uniformi lesta mill-ispalletti u l-faxex tal-briereret, fejn dawn ta’ l-

Mat-tperpira tal-istandard kaħlan

Kumitat tal-Kummissjoni Banda 2009/10Quddiem: Mario Attard (Chairperson u Delegat tal-Banda), Mro. Ugo Buhagiar

(Surmast Direttur), Andrew Cilia (Segretarju)Wara: Marco Calleja, Mario Vassallo (Ass. Kaxxier), Jonathan Calleja (Kaxxier),

Paul Bongailas (Ass. Segretarju), Joseph Camenzuli (Viċi Chairperson)

Andrew CiliaSegretarju, Kummissjoni Banda

Żgħażugħ ta’ 19-il sena li qed jis-tudja fl-Università ta’ Malta fil-kors

tal-Edukazzjoni bħala għalliem tal-Matematika. Bandist mal-

Banda Sagra Familja bl-istrument tal-klarinett, u jokkupa l-kariga

ta’ Chairperson tal-Kummissjoni Żgħażagħ u Segretarju tal-Kum-missjoni Banda fl-istess Soċjetà.

Page 92: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

90

Page 93: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

91

Page 94: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

f ’din il-ħidma, fejn il-qliegħ kollu li sar mar b’riżq parti mill-proġett kbir li qed isir bħalissa ġewwa l-każin.

Għaldaqstant, sakemm kien għaddej l- armar tal-fustumi ġewwa San Ġwann, l-Għaqda tal-Armar ħadet ħsieb li jiżżarma l-armar l-ieħor li kien għad baqa’ fit-toroq tagħna.

Mill-banda l-oħra hekk kif ġie żarmat l-armar kollu kemm mir-raħal ta’ San Ġwann kif ukoll minn ġewwa raħalna bdejna l-istivar tal-armar ġewwa l-maħżen tal-armar. Qattajna iljieli sħaħ nistivaw l-armar bl-aħjar mod biex nipriservaw l-armar tagħna sew-wa għas- sena ta’ wara. F’dan iż-żmien bdejna ninnutaw dawk il-ħsarat li kienu saru fuq l-armar fil-festa li kienet għada kif għaddiet biex qabel ma nkomplu l-proġetti l-oħra jkun jaqbel li nirranġaw dawn il-ħsarat.

Fost ħafna ħsarat li kellna, l-istatwa taż-żwieġ ta’ San Ġużepp mal-Madon-na kienet f ’sitwazzjoni kritika ħafna minħabba li l-Madonna tal-istess vara kellha ż-żebgħa tagħha kollha kienet mfaqqa’ u għalhekk kellha bżonn ta’ restawr immedjat.

F’Settembru li għadda l-Għaqda tal- Armar ħadet ħsieb tarma l-Pjazza tas- Salvatur kif ukoll l-akwati tal-Ka-ppella tas-Salvatur bl-arbli, fustumi, kif ukoll bid-drapp għall-attività Il-Fiera tas-Salvatur li ġiet organizzata mill-Parroċċa bil-għan li jinġabru fondi b’riżq il-proġetti tal-Knisja. Fl-istess żmien ħadna ħsieb li ntellgħu l-istatwa tal-Patrijarka Ġużeppi ġewwa Ħal Tarxien għal attività mill-Għaqda tal-Armar tal-istillieri. Ta’ min ngħidu li bħala Soċjetà dejjem nipparteċipaw

Għeżież membri u partitartji,

Din hija l-ewwel sena tiegħi li qed inħaddan din il-kariga bħala Delegat u kuratur tal-armar tagħna. Għalkemm hija l-ewwel sena tiegħi, ili nagħti se-hmi fl-armar ta’ barra sa minn età żgħira, u ħasra li xi ftit għadhom ma jistgħux iniżżlu l-fatt li noqgħod barra r-raħal u xorta nibqa’ nagħti sehmi bl-aħjar mod li nista’ u nagħmilha ċara mal-partitarji opposti (li ma jħaddnux il-kulur tal-Patrun!) li ħadd u xejn m’hu ser ibegħdni mill-festa għażiża tagħna.

Kienet sena impenjattiva ħafna kif tistgħu taraw minn dan ir-rapport, iżda xejn m’hu impossibbli meta hemm ir-rieda u hekk ser taraw kif kull ma pjanajna li jseħħ matul din is- sena, diġà twettaq mill-bidu sal-aħħar!

Ma nistax ma nibdiex dan l-artiklu billi ma nifriskax ftit il-memorji sbieħ li ġarrabna flimkien fil-festa 2009. Kienet sena memorabbli ħafna fejn jgħaddu kemm jgħaddu snin ser tibqa’ sena imfakkra matul is-snin. Komple-jna nibnu fuq dak li konna bdejna naħdmu fuqu fis-snin l-imgħoddija fosthom: il-proġett tal-Pjazza Sagra Familja bit-tkomplija tal-kolonna tal-vara artistika ta’ Missierna San Ġużepp, kif ukoll bil-proġett tal-ħdax il-panew maħduma kollha fl-injam tal-unika planċier Kalkariż, il-proġett ta’ Triq ir-Rnella, kif ukoll il-proġett ta’ Triq is-Sienja.

Hekk kif intemmet il-festa titulari tas- sena li għaddiet żgur li kulħadd seta’ jinnota li l-fustumi kollha li għandha l-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju

f ’dawn it-tip ta’ attivitajiet f ’irħula oħra, kemm permezz ta’ armar, kif ukoll permezz tal-istandard. Kburin li, ħafna drabi waħedna, nirrapreżentaw lill-Kalkara għażiża tagħna.

F’dan iż-żmien ukoll ġie deċiż il-pro-gramm tal-armar għal din is-sena li ġejja biex hekk kif fl-aħħar ta’ Ottu-bru ġie maħtur il-Kumitat Ċentrali, stajna nivverifikaw dawn il-proġetti u jingħata l-kunsens tal-istess ku-mitat biex nibdew dawn il-proġetti għax tajjeb li wieħed isemmi illi qa-bel ma niddeċiedu li nagħmlu xi ħaġa ġdida, hija l-prassi tas-Soċjetà li l-ew-wel iridu jsiru il-laqgħat adegwati biex naraw l-aħjar mod kif dan jista’ jkun ta’ suċċess. Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li aħna l-istess membri ta’ din l-Għaqda ħadna ħsieb li ma jinbeda’ ebda proġett ġdid qabel ma jiġu mit-muma dawk li konna bdejna fis-snin l-imgħoddija.

Minnufih, ħadna ħsieb li jindeba ir-restawr tal-istatwa taż-żwieġ ta’ San Ġużepp mal-Madonna fejn inbeda l-ixkatlar tal-vara. Wara ħafna żmien li għaddejt naħdem bil-għaqal fuq ir-restawr tagħha u bdil ta’ xi par-tijiet bħal ma huma is-swaba, inbeda ukoll il-proċess tal-induratura biex ikompli jikkumplimenta lil din l-istess

92

RAPPORT TA’ ĦIDMA MILL-GĦAQDA TAL-ARMAR ĠILJU TA’ LULJU

ġew imżarma fi żmien qasir ħafna, għaliex eżattament ġimagħtejn wara kellu jkoll-na l-fustumi kollha armati ġewwa r-raħal ta’ San Ġwann għall-festa tal-Madonna ta’ Lourdes. Minn din il-paġna nixtieq nirringrazzja lill-pati-tarji kollha li taw sehemhom

Ryan Stivala waqt ir-restawr tal-istatwa taż-Żwieġ bejn San Ġużepp u l-Madonna.

Page 95: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

93

żebgħa apposta kontra x- xemx biex b’hekk ikunu aktar protetti mix-xemx. Minn hawn nixtieq ukoll insemmi li għas-sena li ġejja dan l-istess restawr ser ikompli billi jinbeda s-sett tal-Patrijarki li jintramaw ġewwa Triq ir-Rnella fejn mistenni jkollna am-mont sostanzjali minnhom lesti għall-festa tas-sena d-dieħla. M’għandniex għaġġla f ’dan il-qasam, l-importanti li jsir xogħol adegwat kif ukoll xogħol li wieħed jista’ jitpaxxa bih u jammirah!

Fl-istess żmien deherilna li jkun aħjar jekk nerġgħu nirrestawraw ukoll l-armi tat-trufej ta’ Triq Santa Filom-ena fejn kienu ġarrbu ħafna ħsara wara l-festa li għaddiet. Dawn reġgħu ġew indurati mill-ġdid, miżbugħa, kif ukoll ġew mogħtija żebgħa apposta kontra ix-xemx. Ġew ukoll maħduma sett pumi ġodda għall-istess arbli minn Paul Persico minħabba li dawk eżistenti ġarrbu bosta ħsarat u kien jaqbel li jsiru mill- ġdid.

Mill-banda l-oħra beda dieħel ix-xa-har ta’ Diċembru, xahar li jġib miegħu l-festa tal-Milied. Għal dan iż-żmien, bl-għajnuna ta’ Joseph Grech, Bjorn Mifsud u Stefan Farrugia ħadna ħsieb li narmaw disjinji tad-dawl kemm għal mal-faċċata tas-sede tas-Soċjetà kif ukoll għal Triq ir-Rnella. Għal dan il-proġett ġew ukoll iddisinjati id-disinji kemm tal-faċċata tal-każin kif ukoll ta’ Triq ir-Rnella, u wara beda it- tgħawwiġ tal-vireg tal-ħadid minn Bjorn Mifsud fuq dawn l-ist-ess disinji. Wara inbeda jiġi mgħoddi id-dawl ġdid ma’ dawn id-disinji kif ukoll inħadmet xi liedna biex tkom-pli tikkumplimenta mal-istess disinji. Kienu bosta li faħħru ħafna dan l-ist-ess xogħol li sar għal dan iż-żmien u l-inzjattivi li aħna biss nieħdu fil-Ka-lkara.

Wara li żarmajna kollox għall-attivita-jiet tal-Milied jien flimkien ma’ Joseph Grech bdejna l-qtugħ tas-supraporti tal-Ġimgħa l-Kbira biex b’hekk din is-sena kellna l-istess sett ta’ bandal-ori lesti. Wara li nqatgħu s-suprap-orti kollha mill-ġdid Joseph Grech ħa

ħsieb iż-żebgħa tagħhom. Sadanittant Duncan Brincat flimkien ma’ Etienne Camilleri ħadu ħsieb li titlesta’ l-ħjata kollha ta’ dawn l-istess bandalori. Ġew ukoll maħduma brackets apposta għal mall-bandalori biex jintramaw aktar faċilment mas-supraporti tagħhom. F’ dan l-istess żmien jien stess ħadt ħsieb li nibda’ l-isfumar ta’ dawn il-bandalori fuq dissin ta’ Silvio Pace fejn f ’nhar it-tifkira tad-Duluri ġew imżanżna erbgħa mill-bandalori lesti minn kollox barra l-oħrajn li kienu lesti mill-ħjata. Ġew ukoll armati sett ta’ slaleb biex ikomplu jikkumplimen-taw mall-bandalori għal dan iż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa. Kienu ħafna li ġew javviċinawna u jinkoraġġuna fix-xogħol li qegħdin inwettqu. B’ dawn il-bandalori urejna fejn kapaċi verament naslu, kollox xogħlna, kol-lox xogħol idejn iż-żgħażagħ ta’ din l-istess għaqda tagħna! Għas-sena d-dieħla jekk Alla jrid ser naraw dan il-proġett finalizzat ukoll minn kollox! Ma’ dan ix-xogħol nixtieq insemmi wkoll ix-xogħol kbir ta’ ħjata li qed isir mill-membri tal-Għaqda tal-Armar għal irħula oħra, fosthom għal San Ġiljan, bil-qliegħ imur kollu b’riżq il-proġett tal-każin.

Fil-festa liturġika tad-dsatax ta’ Marzu, inawgurajna arma mill-isbaħ għall-għaqda tagħna bl-isem ta’ Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju. Din l-

statwa tant mirquma ġewwa l-pjazza tagħna. Eżattament wara ġew imħallta l-istess kuluri li din l-istatwa kel-lha oriġinarjament biex ma jsir ebda taħlit ta’ kuluri, u bdiet tiġi misbugħa bl-akbar reqqa biex toħroġ l-artistrija tagħha aktar fil-beraħ wara dan ir-re-stawr intensiv li sarilha.

F’dan l-istess żmien kellna bżonn ta’ assistenza aktar matura f ’dan ix-xogħol minħabba li kellna anġlu li jiġi mtella’ fit-triq wara l-kolonna tas- Sagra Familja li kien f ’kundizzjoni kiefra ħafna u ried restawr kbir ħafna. Kellimna lil Vince Cauchi biex jagħtina daqqa t’id u dan aċċetta mill-ewwel. Qattajna siegħat twal naraw kif kien l-aħjar mod li jinbeda’ r-re-stawr minħabba l-kundizzjoni li kien fiha dan l-anġlu, fejn prattikament xi partijiet minnu kellhom jerġgħu jinħadmu. Vince ħa ħsieb li jaħdimlu xi partijiet fil-fibre li ġew nieqsa maż- żmien. Wara ħafna ġimgħat ta’ xogħol bla ebda waqfien stajna naraw dan l-anġlu tal-istatwarju qatt minsi Wistin Camilleri, lest miż-żebgħa fejn ħadna ħsieb ukoll illi jinżammu l-kuluri oriġinali tiegħu biex jikkomplimen-ta mas-sett ta’ sitt anġli u għalhekk din is- sena ser nerġgħu narawh ar-mat fuq il- kolonna tiegħu. Tajjeb li wieħed isemmi li l-istatwi li qed jiġu rrestawrati qed jiġu kollha mogħtija

Sena ta’ ħidma ma taqta’ xejn

Ryan StivalaDelegat tal-Armar

Żgħażugħ ta’ 19-il sena li qed jis-tudja ġewwa l-MCAST fil-kors tal-

Inġinerija Elettronika u Elettrika. Għamel żmien jokkupa l-kariga ta’ Viċi-Chairperson fil-Kummissjoni

Żgħażagħ, filwaqt li f ’Ottubru 2009 inħatar Delegat tal-Armar.

Vince Cauchi waqt ir-restawr estensiv li sar fuq anġlu li jintrama’ fi Triq ir-Rnella, wara l-kolonna tas-Sagra Familja.

Page 96: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

f ’ dak li huwa sfumar ġewwa Triq ir-Rnella kif ukoll fi Triq is-Sienja, din is-sena b’wiċċna minn quddiem nistgħu ngħidu li l-bandalori ta’ Triq ir-Rnella ġew iffinalizzati mil-isfu-mar minn David Borg. Għal din is- sena nitlobkom ma titilfux il-marċ tal-ewwel tridu fejn ser tiġi mżanżna sorpriża oħra f ’din l-istess triq biex b’hekk inkomplu mixjin lejn it-tm-ien ta’ dan il-proġett. Għall-ewwel darba ser naraw ukoll sett kukkardi imtellgħin mal-bandalori biex ikom-plu jikkumplimentaw mas-sbuħija ta’ dan is-sett. Min-naħa ta’ Triq is-Sienja b’dispjaċir ikolli ngħid li għal din is-sena kien pjanat li jinħareġ almenu pavaljun ieħor lest minn kollox iżda fl-aħħar mumenti qabel il-festa il-pittur David Borg avviċinana li dan ma setax ikun possibbli minħabba li ma kienx se jleħħqu. Hija ħasra kbira li għal din is-sena erġajna waqafna min-naħa tal-isfumar iżda hekk kif tgħaddi l-festa dan il-proġett ħa jkun punt prinċipali f ’waħda mid-diskusjonijiet tagħna biex nagħlqu wkoll dan il-proġett fl-inqas żmien possibbli.

Ġewwa Triq is-Sienja Joe Stivala ħa ħsieb li jaħdem il-liedna kollha tal- parti id-dejqa. Din il-liedna ġiet iffinanzjata mill-Kummissjoni Żgħażagħ, fejn nixtieq nieħdu din l-opportunità biex nirringrazzjahom għal din l-għajnuna finanzjarja tagħhom. Rigward Triq is-Sienja ħadna ħsieb li jiġu rranġati ż-żewġ supraporti eżistenti tal-pavaljun li kien diġà lest biex b’hekk tkun aktar ta’ preġju u b’iktar preċiżjoni armata fuq il-pavaljun tagħha. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Mario Aquili-na li ħa ħsieb jippressa l-istess suprap-orti fuq injam ieħor biex tiġi ssudata. Wara li tlesta’ dan il-proċess, ħadna ħsieb li naqtgħu s-supraporti tal-pav-aljuni kollha u Josepħ Grech ħa ħsieb li dawn jinżebgħu biex b’hekk ikollna dan il-proġett lest min-naħa tagħna. Nixtieq mill-ġdid niskuża ruħi min-naħa tat-tkomplija tal-istess sfumar ta’ dawn il-pavaljuni iżda ċertament dan ma jiddependix minna, għaliex il-parti tagħna hija kollha mitmuma.

Rigward Triq is-Sibi tajjeb li wieħed isemmi li ġew iffinalizzati l-pavaljuni kollha mill-ħjata minn Duncan Brin-

arma saret mid-disinjatur żgħażugħ Jeremy Cachia fejn fiha naraw anġlu li f ’idu qiegħed iżomm il-fjamma li tirrapreżenta ir-raħal tal-Kalkara u f ’idu l-oħra qed iżomm l-arma tas- Soċjetà. Fl-isfond naraw ukoll il-ġilju li jirrapreżenta is-safa ta’ Missierna San Ġużepp. Għal dan il-jum tant importanti għalina ħadna ħsieb nar-maw ukoll it-toroq li jagħtu għas-sede tas-Soċjetà tagħna fejn tellajna ukoll sett bandalori. Min-naħa l-oħra fl-okkażjoni tal-miġja tal-Papa Benedit-tu XVI fir-raħal tagħna, ħadna ħsieb ukoll narmaw Pjazza Sagra Familja fejn tellajna sett arbli bi bnadar tal-Papa u ta’ Malta biex ikunu jistgħu jagħtu atmosfera ħelwa u ferriħija hekk kif tidħol mill-mina tal-Kalkara.

Minbarra dan kollu, tkompla wkoll l-isfumar tal-pavaljuni ta’ Triq San Mikiel minn, filwaqt li Rowena Far-rugia flimkien ma’ Stefan Farrugia ħadu ħsieb li jiżbgħu l-ġmiemen kif ukoll ir-rużuni kollha li għandna biex b’hekk ikollna uniformità ta’ kwalità fil-qasam tad-drapp. Fl-istess żmien ġew irranġati l-bandalori kollha kif ukoll il-pavaljuni biex ikunu stivati u impustati kif għandu jkun ġewwa l- maħżen tagħna.

Wara li sena l-oħra ma nħareġ xejn

cat bl-għajnuna ta’ Etienne Camilleri u għal din il-festa li ġejja wieħed jista’ jammira dan is sett ta’ seba’ pavaljuni lesti mill-ħjata fuq disinn ta’ Silvio Pace. Ġewwa l-istess triq, Joe Stivala ħa ħsieb ukoll li jaħdem liedna ġdida għal-fustumi ġodda li ġew maħduma għall-parti d-dejqa ta’ din l-istess triq.

Fi Triq il-Luqqata għall-ewwel sena ġew imħaffra toqob ġodda bit-tap-pieri minn Paul Persico fejn għal din is-sena ser jiġu armati sett pavaljuni antiki. Michael Xuereb ħa ħsieb li ji-weldja sett arbli ġodda għal din l-istess triq kif ukoll Jesmond Stivala ħa ħsieb ukoll li jaħdem sett fustumi ġodda.

Naħseb li kienet ħaġa għaqlija ħafna li kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-parti tan-naħa ta’ fuq tal-Kalkara tiġi armata kollha b’armar ta’ livell u dan qed narawh ta’ kull sena. Il-parti ta’ fuq ta’ Triq is-Sienja ġiet immodifika-ta biex tintrama aħjar kif ukoll fi Triq Melchiorre De Robles ġew miżjuda xi fustumi ġodda.

Min-naħa l-oħra ġewwa l-pjazz-etta tas-Salvatur l-arbli kollha li jin-tramaw f ’din il-parti ġew irrestawrati mill- ġdid minni flimkien ma’ Joseph Grech. Għal din is-sena ser naraw uħud mill-pilandri armati bejn l-ar-bli, l-istess pilandri li kienu jiġu ar-mati ġewwa l-Pjazza Sagra Familja, biex b’hekk inkunu nistgħu inkomplu din il-pjazzetta wkoll. Għall-ewwel sena quddiem il-Kappella tas-Salvatur ser taraw żewġ bandalori antiki li ġie deċiż li jintramaw biex nagħtu wkoll aktar ħajja lil din il-kappella. L-arbli ġew maħduma minn Michael Xuereb u nixtieq nirringrazzjah tal-għajnuna li dejjem jagħtina meta mmorru fuqu. Min-naħa l-oħra ġewwa Triq is-Sal-

94

Ryan Stivala waqt li qed jisfuma l-bandalori tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Xena mill-isbaħ ta’ Triq ir-Rnella armata għall-Ġimgħa Mqaddsa.

Ryan Stivala, Joseph Grech u Stefan Farrugia waqt il-qtugħ tas-supraporti.

Page 97: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

tagħna tal-Kalkara, tal-Ordni tal-Kav-allieri ta’ San Ġwann, tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp kif ukoll dik uffiċjali tas-Soċjetà. Diversi armi minnhom ġew iddisinjati minni, iżda kollha saru fuq stil antik, bħal ngħidu aħna l-arma propja tal-Kalkara, kif ukoll dik tal-Fratellanza li ġiet meħudha mill-istandard l-antik li nsibu fil-Knisja Parrokkjali. Dan sar biex jik-komplimenta mal-istil li fuqhom qed tieħu dehra l-pjazza. Il-ħjata ta’ dawn il-bnadar saret minn Duncan Brincat fuq tifsila tiegħu stess, bl-għajnuna ta’ Etienne Camilleri. Ġie deċiż li bħala drapp nużaw is-suf, sabiex bħal de-jjem inkomplu nuru li kull ħaġa li ssir qed issir bi kwalità liema bħalha. Jien ħadt ħsieb ukoll li jsiru sett kukkardi għal ma’ dawn l-istess bnadar biex ik-tar jieħdu forma denja.

Wara l- festa mistenni li jsiru bosta at-tivitajiet fejn il-fondi kollha miġbura ser imorru għal dan il-proġett tat-trufej fejn issa jmiss lilu li jieħu spin-ta sewwa l-quddiem wara li bdejna naraw il-finali tal-proġett tal-kolonna ta’ San Ġużepp. Kif tennejt diġà, din is- sena tistgħu tammiraw ix-xogħol li sar b’tant reqqa fuq l- istatwa taż-Żwieġ li tiġi armata fil-ġenb tal-istess pjazza. Mill-banda l-oħra it-taraġ ta’ taħt il-Pjazza, jiġifieri Triq San Ġużepp, gie irranġat mill-ġdid fejn ġew miżjuda xi fustumi kif ukoll inħadmu sett ta’ su-praporti żgħar armati mal-istess fustu-mi. Dan sar wara li aktar kmieni matul din is-sena saret laqgħa li matulha, fil-preżenza tas-Sindku u anki tal-Kap-pillan, saret mappa tat-toroq li turi kif dawn għandhom ikunu maqsuma bejn iż-żewġ każini Kalkariżi. B’hekk issa l-affarijiet huma ħafna iżjed ċari għal kulħadd.

vatur, Joseph Grech u Paul Persico ħadu ħsieb li titlesta l-iskultura taż-żewġ kolonni tal-anġli li jiġu armati eżatt fid-daħla ta’ din l-istess triq. Mill-banda l-oħra Joseph Camenzuli ħa ħsieb li jisboħ l-antarjoli kollha li tħaddan l-Għaqda tal-Armar mill-ġdid biex b’hekk ikunu aktar unifor-mi.

Rigward Pjazza Sagra Familja għal din is-sena l-Kummissjoni Żgħażagħ ħadmet bis-sħiħ biex tiġbor il-fondi meħtieġa biex il-ħolma li titlesta’ l-iskultura kollha fl-injam għall-kolon-na artistika u maestuża ta’ San Ġużepp issir realtà u titlesta’ parti minna sew sal-festa.

Hekk kif tistgħu taraw għandna mon-ument ta’ preġju mirqum ġewwa l-pjazza tagħna eżatament quddiem is-sede tas-Soċjetà tagħna, għall-waħda mill-isbaħ xbiehat ta’ Missierna San Ġużepp fil-gżejjer Maltin, monument li kulħadd jixtieq li jkollu fir-raħal tiegħu.

Tkompla ukoll ix-xogħol fuq il-proġett tat-trufej fejn din is-sena ser naraw għall-ewwel darba l-ewwel sett ta’ sitt bnadar ta’ wieħed mit-trufej. Dan il-bnadar se jkunu dawk ta’ Malta, tal-istat tal-Vatikan, tar-raħal

Ma nixtieqx inħalli barra is-sagrifiċċju li kemm Duncan Brincat kif ukoll Etienne Camilleri qegħdin jagħtu biex jleħħqu wkoll mal-ħjata ta’ posti-jiet oħra. Dan minbarra li l-għaqda tagħna bl-għajnuna ta’ bosta mem-bri, fosthom Saviour Persico u Bjorn Mifsud, tieħu ħsieb ukoll tarma irħula oħra bħal ngħidu aħna armar ta’ dawl fl-attività li saret fl-aħħar ta’ Mejju ġewwa Ħaż-Żabbar bl-isem Lejl f ’Belt Hompesch. Dan minbarra li matul il-festa ta’ Corpus Christi ġewwa l-Ka-lkara ħadna ħsieb li narmaw tribuna, kif ukoll xi bandalori u pavaljuni fi Triq ir-Rnella. Grazzi lil kull min tana l-għajnuna.

Fl-aħħar mill-aħħar, permezz ta’ din il-paġna stajtu taraw kemm l-għaqda tagħna hija waħda impenjata mhux ħażin, b’mod speċjali meta tqis kemm ninsabu ġo Soċjetà li hija impenjata b’affarijiet oħra fosthom nar, każin u banda. Nixtieq minn qalbi nappella lil dawk id-delettanti li dejjem baqgħu lura milli jagħtu l-għajnuna tagħhom biex jagħmlu sforz u jiġu jagħtu d-daqqa t’id tagħhom, għaliex kull qatra tgħodd! Nixtieq nagħlaq dan il-messaġġ billi nirringrazzja lil dawk kollha illi meta mort fuqhom dejjem għenuni kif setgħu biex b’hekk il-pro-gramm ta’ din is-sena nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li kollu twet-taq mill-bidu sal-aħħar taħt il-ħarsa ta’ San Ġużepp Kap tas-Sagra Familja.Viva l-Ġilju ta’ Lulju, Viva s-Sagra Familja!

95

Duncan Brincat waqt il-ħjata tal-pavaljuni ta’ Triq is-Sibi.

Etienne Camilleri waqt il-proċess ta’ qtugħ tad-drapp tal-pavaljuni ta’ Triq is-Sibi.

Joseph Grech waqt ir-restawr tal-arbli ta’ Triq is-Salvatur.

It-tribuna li ġiet armata fil-festa ta’ Corpus Christi biex tingħata l-Barka Sagramentali minn fuqha fi Triq ir-Rnella.

Page 98: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 99: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 100: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

98

RAPPORT TA’ ĦIDMA MILL-GĦAQDA TAN-NAR SAGRA FAMILJA

Il-ballun tal-blalen waqt il-kaxxa spettakolari tal-Ġimgħa 2009.Joseph Persico, Joe Debono u Joseph Schembri waqt il-ħidma tan-nar fil-Kamra tan-Nar La Stella tal-Gudja.

Membri tal-Għaqda tan-Nar jagħtu sehmhom fl-armar tan-nar tal-art ġewwa l-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Duminku,mix-xellug għal-lemin: Joseph Schembri, Dennis Grech, Shawn Cauchi, Mario Zammit u Joseph Grech.

Membri tal-Għaqda tan-Nar jagħtu sehmhom fl-armar tal-kaxxa infernali tal-Ġimgħa ġewwa l-Bajja tar-Rnella, mix-xellug għal-lemin:Joe Debono, Joseph Persico, Justin Farrugia. Tidher ukoll parti żgħira mill-istess kaxxa armata.

Joseph Persico b’murtal tal-bebbux li nħaraq matul l-istess kaxxa.

Alan Grech jidher qed jaħdem xi xogħol ta’ ħadid fuq waħda mill-irdieden il-ġodda għaldin is-sena, filwaqt li tidher ukoll waħda mill-irdieden il-ġodda armata bħala prova.

Page 101: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

99

il-Belt Valletta. Għall-għaqda tagħna din il-ħidma kollha żgur li hija ta’ unur kbir.

Minn din il-paġna nixtieq nirrin-grazzja lill-Kamra tan-Nar La Stella tal-Gudja għall-għajnuna tagħhom talli jħalluna naħdmu magħhom. Nir-ringrazzja b’mod speċjali lill-Licencee Horace Camilleri.

Din is-sena ma qagħdnix inħarsu lura u niftaħru bis-suċċessi biss imma saret ħidma kbira mill-membri liċenzjati tal-għaqda tagħna. Saru xi rdieden ġodda u se jintrama’ tapit ġdid u dif-ferenti li żgur li ta’ madwarna kollha qatt ma joħolmu li jagħmlu. Dawn saru kollha minn Alan Grech, Joseph Schembri u Shawn Cauchi.

Din is-sena ukoll se jkollna ħarqa ta’ nar tal-ajru mill-aqwa, b’kaxxa l-Ġimgħa flgħaxija li żgur se terġa’ tbellah lil kulħadd. Ma nistax hawn ma nirringrazzjax lil Joseph Debono tax-xogħol li jwettaq b’mod speċjali billi jipprepara wires u tant affarijiet oħra bżonjużi. Infakkar lil kulħadd li għall-ħruq tal-kaxxa tintuża sistema elettrika ta’ switches li nħadmet ap-posta mill-għaqda stess u li kull sena tiġi pperfezzjonata.

Ta’ min ifakkar sabiex taraw il-ħarqa kollha, b’mod speċjali dik tal-Ġimgħa flgħaxija għax mhux se jonqsu s-sorpriżi bħal ma nafu nagħmlu biss aħna tas-Sagra!

Din is-sena reġa’ nħolqu xi problemi dwar il-post minn fejn naħarqu ġewwa Bighi, minbarra li s-sena l-oħra dehru xi ittri fuq il-gazzetti kontra l-ħruq tan-nar mill-bajja tar-Rnella. Irrid minn hawn nuri l-bżonn li aħna l-Kalkariżi jkollna minn fejn naħarqu, għaliex fl-aħħar minn l-aħħar, il-Ka-lkara hija artna u mhux art dawk li jiġu jispekulaw fiha. Nisperaw li kulħadd jifhem li aħna ma naħarqux kuljum, imma ġimgħa darba fis-sena! Nixtieq ukoll nirringrazzja lill-Pulizija u lis-Sindku tal-għajnuna li jagħtuna f ’dan ir-rigward.

Din is-sena wkoll, flimkien mal-għaqdiet kollha tan-nar ta’ Malta, ġejna affaċjati bil-problema ta’ insur-ance aktar għolja, li iżda ftit ġimgħat qabel il-festa tbaxxiet xi ftit. Anki hawn hemm bżonn li kulħadd jifhem li l-logħob tan-nar huwa tradizzjoni li hemm bżonn li nibżgħu għalih. Aħna bħala Għaqda tan-Nar nem-mnu f ’sigurtà f ’dak kollu li nagħmlu, u għalhekk nappellaw lill-pubbliku preżenti, b’mod speċjali tul il-ħarqa tan-nar tal-art, biex josserva l-instruz-zjonijiet li nkunu qed nagħtu. Ma nistax ma nagħlaqx billi ma nsemmix kif spiċċat il-kaxxa tas-sena l-oħra b’dak il-ballun mil-isbaħ li qasam il-qlub ta’ kulħadd. Kif diġà għidt aktar ’il fuq, din is-sena reġa’ se jkollna xi sorpriżi, għalhekk nappella lil kulħadd biex jagħtina donazzjoni matul il-ġabra li se tkun qed issir fil-ġranet tal-festa.

F’isem l-Għaqda tan-Nar nixtieq nir-ingrazzja lil kull min tana daqqa t’id f ’dak li għandu x’jaqsam in-nar ta’ l-art kif ukoll dak ta’ l-ajru. Nixtieq nir-ringrazzja wkoll lil dawk li għenuna f ’xi donazzjonijiet.

Grazzi ħafna u l-festa t-tajba lil kulħadd. Viva San Ġużepp u Viva s-Sagra Familja l-ġawhra veru tal-Ka-lkara.

Għeżież membri, partitarji u ħbieb tal-Għaqda tan-Nar Sagra Familja.

Reġgħet waslet festa oħra u għalhekk ifisser li għaddiet sena oħra mim-lija ħidma fejn il-membri kollha ta’ l-Għaqda tan-Nar inkunu għaddejin sena sħiħa bla waqfien.

Din is-sena reġgħet kienet waħda im-penjativa sew għalina għax f ’Awwissu li għadda, meta konna waqt laqgħa ddeċidejna li għal din is-sena nieħdu taħt idejna l-bar tal-każin biex inkunu nistgħu nnaqsu xi ftit mill-ispejjeż u anki biex ikollna xi ħaġa taħt rasna bħala għaqda. Dan għamilnieh ukoll minħabba li bħalissa għaddej proġett kbir ġewwa l-każin tagħna, u għalhekk ħassejna d-dmir li aħna wkoll nagħtu s-sehem tagħna.

Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Joseph Grech u Joseph Mifsud u xi membri oħra tal-għaqda li ħdimna bħall-katina waħda tul sena sħiħa biex niftħu l-bar kuljum, u b’mod volon-tarju.

Illum irrid niftaħar ngħid li din is-sena nagħlqu ħames snin mit-twaqqif ta’ din l-unika Għaqda tan-Nar ġol-Kalkara. Kienu ħames snin ta’ suċċess u ħidma bla waqfien fejn kull sena kien hemm xi sorpriżi kemm fin-nar ta’ l-art u anki dak nar ta’ l-ajru li kull min jiġi matul il-festa tagħna żgur li jibqa’ ċċassat bl-ispettaklu ta’ kwalità ta’ nar li jkollna, speċjalment il-Ġimgha fil-għaxija meta nagħlqu bl-isbaħ kaxxa infernali tan-naħat tagħna li tkun imżewqa minn kollox.

F’dawn il-ħames snin ma tistax tinsa meta fil-5 ta’ April 2008 ħadna sehem fil-Festival Nazzjonali tan-Nar ta’ l-Art li sar fuq il-fossos tal-Furjana fejn konna ġejna fit-tieni post fl-għażla tal-poplu. Ma ħarisnix lura u f ’dik is-sena ġejna mistiedna għall-ew-wel darba biex naħdmu xi nar tal-art għall-festa tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla, kif għamilna anki s-sena l-oħra, fejn għall-ewwel darba wkoll ħdimna nar tal-art għall-festa ta’ San Duminku

Ħarqa eċċezzjonali: sena wara l-oħra!

Joseph PersicoDelegat tan-Nar

Serva sa mis-sena 1995 f ’diversi karigi fil-Kumitat Ċentrali tas-

Soċjetà, fosthom f ’dik preżenti ta’ Delegat tan-Nar li ilu jokkupa għal

dawn l-aħħar snin. Ħadem f ’diversi proġetti, fosthom dawk li jinvolvu

kostruzzjoni fis-sede tas-Soċjetà.

Page 102: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 103: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 104: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

102

Page 105: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

103

Sadanittant, nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju saret il-festa tradizzjonali tat-tfal, filwaqt li l-għada l-Ħadd 5 ta’ Lulju filgħodu saret il-ġabra annwali b’riżq il-festa u t-tqassim tal-ktieb tal-fes-ta 2009 (għall-ewwel darba f ’Malta stampat kollu bil-kulur), filwaqt li flgħaxija sare get together mill-Għaqda tan-Nar.

It-Tnejn 6 ta’ Lulju filgħaxija saret il-quddiesa ta’ l-ewwel jum tal-festa fejn bosta membri mill-kumitat u l-kum-missjonijiet attendew bi ħġarhom. Wara dan sar il-ħruġ ta’ San Ġużepp minn ġewwa n-niċċa bis-sehem ta’ l-elementi bandistiċi miż-żewġ għaqdiet mużikali tar-raħal. Wara l-vara ta’ San Ġużepp tqiegħdet taħt il-mant tagħha għall-qima tad-devoti Ġużeppini. Wara dan sar kunċert Ġenerali mill-Banda Sagra Familja u l-Għaqda tan-Nar tat bidu għall-armar tal-ħarqa tan-nar ta’ l-art tal-Ġimgħa.

It-Tlieta 7 ta’ Lulju il-Banda Sagra Fa-milija bdiet marċ qasir fl-akwati tal-każin u wara esegwixxiet programm strumentali fuq il-planċier Ġawhra Ġużeppina fi Pjazza Sagra Familja.Din is-sena żżanżnu fl-injam il-panewi-jiet ta’ dan il-planċier, u standard ġdid għall-banda fost l-oħrajn. Wara sar ir-riċeviment annwali tal-festa ġewwa s-sede tas-Soċjetà. L-għada fit-8.30pm ingħata bidu għall-marċ tal-Erbgħa. Il-banda San Leonardu ta’ Ħal Kirkop għamlet marċ mat-toroq tal-Kalkara fejn il-qofol tiegħu intleħaq minn fejn iċ-Ċentru Parrokkjali sa Pjazza Sagra Familja, bil-briju ma jaqta’ xejn tal-partitarji. Fit-tmien ta’ dan il-marċ il-vara artistika ta’ San Ġużepp ġiet imtellgħa fuq il-kolonna tagħha u nħarqet kaxxa infernali. Wara, ġie ppreżentat feature dwar il-ħidma tas-Soċjetà tul l-aħħar sena.

Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju sebaħ il-jum tant mistenni, il-jum tas-Sagra Famil-ja fejn wara nofsinhar il-partitarji inġabru għall-ikla tal-festa filwaqt li

filgħaxija il-Banda Sagra Familja tat bidu għall-marċ wisq popolari tas-Sa-gra Familja li akkumpanja l-vara tas-Sagra Familja, ġawhra tal-Ġużeppini Maltin sa Misraħ Arċisqof Gonzi fejn il-partitarji numerużi sellmu lil Knisja Parrokkjali bl-innijiet tradizzjonali tagħna, fosthom il-kapulavur ta’ Mro. Lorenzo Gonzi l-Innu Marċ ‘La Sacra Famiglia’.

Wara dan, il-banda akkumpanjat l-istatwa tas-Sagra Familja sa quddiem is-sede tas-Soċjetà fejn hemmhekk membri differenti mill-Parroċċa sell-mu l-istatwa tas-Sagra Familja bil-kuruni tradizzjonali tal-fjuri. Il-marċ kompla fi Triq ir-Rnella sa quddiem il-kolonna fejn hemmhekk l-istatwa tas-Sagra Familja ġiet imtella’ fuq il-kolonna fost il-briju u l-entużjażmu tal-partitarji. Wara l-attenzjoni daret lejn is-smewwiet fejn ingħata bidu għall-ispettaklu pirotekniku Thunders of Fire li fetaħ b’kaxxa infernali spetta-kolari u ntemmet bi spettaklu tan-nar tal-art mekkanizzat.

Il-Ħadd 12 ta’ Lulju, Jum il-Festa, l-Għid tal-Parroċċa, filgħodu dele-gazzjoni mill-Kumitat u l-fergħat tas-

Mid-Djarju tas-SoċjetàBħal kull sena permezz ta’ din il-pubblikazzjon, se nagħtu ħarsa ħafifa lejn dawk l-attivitajiet u avvenimenti li kkaratterizzaw sena ta’ ħidma fi ħdan is-Soċjetà tagħna.

ĠUNJU 2009Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju saret Quddiesa fi Pjazza Sagra Familja bħala parti mit-tħejjija għall-festa, filwaqt li il-Ħadd 14 ta’ Ġunju saret il-purċissjoni ta’ Corpus Christi, fejn is-Soċjetà armat tribuna kif ukoll xi pavaljuni u bandalori fi Triq ir-Rnel-la.

LULJU 2009L-iktar xahar impenjattiv għas-Soċjetà huwa bla ebda dubju huwa x-xahar sabiħ u sajfi ta’ Lulju għax miegħu iġib il-festa titulari ta’ San Ġużepp. Il-pro-gramm għas-Soċjetà ngħata bidu nhar l-Erbgħa 1 ta’ Lulju meta saret il-qud-diesa tal-Aħħar Erbgħa, filwaqt li wara l-Kumitat Ċentrali organizza barbeque fi Pjazza Sagra Familja. L-għada, il-Ħamis 2 ta’ Lulju l-Għaqda tal-Ar-mar ħadet ħsieb l-ewwel mixgħela ġenerali tat-toroq, filwaqt li aktar tard il-Kummissjoni Nisa organizzat Pasta Night fil-pjazza. Imagħad kien imiss lill-Kummissjoni Żgħażagħ biex nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju jorganizzaw The Invincible Street Concert: lejla ta’ di-vertiment mill-aqwa kif tista’ tixhed il-folla li attendiet fi Triq ir-Rnella. Għal din is-serata ħadu sehem bosta kantanti u żeffiena, fosthom Chiara, Christabelle Borg, Renato, Ina u Do-menic.

miġbur minn Duncan Brincat

Il-kantant Renato f ’mument allegruż waqt The Invincible Street Concert 2009.

Maria Xuereb u Rita Cilia f ’isem il-Kum-missjoni Nisa jidhru qed jippreżentaw

standard ġdid lill-Banda Sagra Familja waqt il-programm mużikali.

Page 106: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

104

Page 107: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

105

Sagra Familja ppreżentat ħruq ta’ nar tal-art fil-festa ta’ San Duminku ġewwa l-Belt Valletta. It-Tlieta 11 t’Awwissu s-Segretarju Duncan Brincat ġie in-tervistat fuq Radju San Leonardu tal-Għaqda Mużikali San Leonardu ta’ Ħal Kirkop dwar l-operat tas-Soċjetà u ħidma tal-banda.

L-impenji tal-Banda Sagra Familja matul dan ix-xahar ma naqsux tant li nhar is-Sibt 15 t’Awwissu sar marċ ta’ akkumpanjament mal-vara titu-lari ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq, l-Erbgħa 19 t’Awwissu sar marċ madwar it-toroq ta’ Ħal Kirkop fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Leonardu u s-Sibt 22 t’Awwissu sar marċ t’akkumpanjament mat-translazzjoni fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes ġewwa r-Raħal Ġdid u wara marċ madwar it-toroq bl-istatwa ta’ Bernardina.

Is-Sibt 29 t’Awwissu, l-istandard tas-Soċjetà ġie esebit f ’wirja ta’ standardi ġewwa l-każin tal-Banda Immaku-lata Kunċizzjoni ġewwa l-Ħamrun, filwaqt li l-għada l-Ħadd 30 t’Awwissu sar marċ t’akkumpanjament mal-vara ta’ San Ġiljan ġewwa San Ġiljan mill-Banda Sagra Familja.

SETTEMBRUIl-Kumitat Ċentrali fetaħ ix-xahar ta’ Settembru permezz ta’ Lejla Sajfija fil-Bajja tar-Rnella li saret nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru u li kienet ta’ suċċess kbir. Mill-banda l-oħra, il-Kummiss-joni Żgħażagħ organizzat Pasta Night nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru. Dak-inhar stess, delegazzjoni mis-Soċjetà attendiet għal-Laqgħa Ġenerali An-nwali tal-Għaqda Każini tal-Banda l-Ħamrun. Is-Soċjetà reġgħet ġiet rappreżentata f ’attività oħra barra r-raħal, din id-darba ġewwa Ħal Tarx-ien nhar is-Sibt 26 ta’ Settembru fejn ġie esebit l-istandard u anki l-istatwa tal-Patrijarka Ġużeppi waqt l-attività bl-isem Epoka. Matul dan it-tmiem il-ġimgħa, is-Soċjetà kienet preżenti wkoll f ’wirja Ġużeppina fl-Oratorju tal-Knisja Parrokjali ta’ Santa Katerina ġewwa ż-Żejtun.

OTTUBRUNhar il-Ġimgħa 2 t’Ottubru saret Lej-la Maltija mill-Għaqda tan-Nar bis-

sehem ta’ diversi kantanti u żeffiena. Minħabba l-maltemp din kellha ssir ġos-sede tas-Soċjetà minflok fil-pjaz-za. L-għada s-Sibt 3 t’Ottubru il-Banda Sagra Familja ħadet sehem permezz ta’ marċ fil-belt Valletta fl-okkażjoni ta’ Notte Bianca. Dan il-marċ sar flim-kien mal-Banda Sant’Anna ta’ Wied il-Għajn.

Il-Ħadd 11 t’Ottubru filgħodu saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali, fil-waqt li l-għada saret intervista minn Where’s Everybody? għall-programm Deal or No Deal fuq Television Malta dwar il-kompetitur Gerald Spiteri u s-sehem tiegħu fis-Soċjetà u l-festa. Il-Ġimgħa 16 t’Ottubru rappreżentanza tas-Soċjetà attendiet għar-riċeviment “Insaħħu l-Festi Flimkien” organiz-zat mill-Onor. Dr. Marlene Pullicino, President Onorarju tas-Soċjetà. Min-naħa l-oħra s-Sibt 17 t’Ottubru s-Soċjetà ħadet sehem f ’Casal Fornaro ġewwa Ħal Qormi permezz ta’ bandal-ora u pavaljun fit-toroq, kif ukoll bl-istatwa ta’ San Ġużepp ġewwa l-każin tas-Soċjetà Mużikali Pinto Banda San Sebastjan.

Il-Ġimgħa 23 t’Ottubru s-Segretarju Duncan Brincat attenda għal-laqgħa mill-Għaqda Każini tal-Banda dwar id-dokument propost mill-Kurja biex jirriforma l-festi. Din il-laqgħa saret ġewwa l-Każin tal-Banda Trinità tal-Marsa. L-għada, is-Soċjetà kienet rappreżentata f ’laqgħa fejn twaqqfet l-Għaqda Nazzjonali Armar tal-Festi fit-Toroq bħala Soċjetà fundatriċi. Il-Ħadd 25 t’Ottubru s-Soċjetà ħadet se-hem f ’wirja ġewwa l-każin tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq, fil-waqt li l-Ħamis 29 t’Ottubru saret l-elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali preżenti.

Soċjetà attendew bi ħġarhom għall-quddiesa solenni tal-festa u ftit wara li spiċċat il-quddiesa ngħata bidu għall-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu bis-se-hem tal-Banda Sagra Familja.

Filgħaxija imbagħad wasal dak il-mument li kull Ġużeppin Kalkariż tant ikun qed jistenna hekk kif mas-salut tal-bomba tibda ħierġa l-istatwa meraviljuża ta’ San Ġużepp mill-Knis-ja fost id-daqq ta’ l-innijiet u t-taq-biliet mid-devoti. Hekk kif il-vara ta’ San Ġużepp waslet quddiem is-sede tas-Soċjetà ingħatat merħba bl-in-nijiet u t-taqbil sakemm wara fost l-entużjażmu tal-miġgħema miġbura sar id-dħul trijonfali tal-vara titulari lura ġewwa l-knisja fost il-kant ta’ ka-pulavur ieħor ta’ Mro. Lorenzo Gonzi l-Antifona Iosef Figlii David. Wara saret il-barka sagramentali fil-Knisja u l-funzjoni intemmet bil-kant tal-Innu ta’ San Ġużepp. Kif intemmet din iċ-ċelebrazzjoni liturġika, il-Banda Sa-gra Familja għamlet il-marċ tal-aħħar fejn l-istatwa tas-Sagra Familja ġiet imniżżla minn fuq il-kolonna tagħha lura lejn is-sede tas-Soċjetà.

It-Tnejn 13 ta’ Lulju saret ix-xalata tradizzjonali tal-għada tal-festa, fejn bosta partitarji rħewlha lejn il-ba-jja tal-Għadira għal ftit mumenti ta’ mistrieħ. Lura lejn ir-raħal, filgħaxija l-Kumitat Ċentrali organizza barbeque fi Pjazza Sagra Familja li temmew b’mod grandjuż dawn il-ġimgħatejn ta’ festi.

Is-Sibt 18 ta’ Lulju s-Segretarju Dun-can Brincat ġie intervistat fuq il-pro-gramm Matinee fuq One Television waqt programm li ġie rrekordjat mill-Kalkara. L-għada l-Ħadd 19 ta’ Lulju filgħodu sar l-għoti tad-demm qud-diem il-Knisja Parrokkjali filwaqt li filgħaxija l-Banda Sagra Familja es-egwiet marċ u programm fil-festa tal-Madonna tad-Duttrina ġewwa Ħal Tarxien. Sadanittant, nhar il-Ħamis 30 ta’ Lulju delegazzjoni mill-Kumi-tat Ċentrali attendiet għal programm mużikali fil-ftuħ tal-każin tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq.

AWWISSUIs-Sibt 1 t’Awwissu l-Għaqda tan-Nar

Is-sitt baned li ħadu sehem f ’Notte Bianca 2009, skjerati quddiem il-Kon-Kattidral.

Page 108: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

106

Page 109: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

107

u fergħat attendiet għall-quddiesa u kunċert ta’ Jum il-Kalkara mill-Kun-sill Lokali, filwaqt li l-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru sar il-Party tat-tfal mill-Kummissjoni Nisa. Delegazzjoni tas-Soċjetà attendiet ukoll għal Kunċert fil-Knisja Parrokkjali mill-Joy Gospel Singers u Angels’ Voices nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru.

Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru saret il-ġabra annwali bil-kalendarju li ta’ kull sena jinħareġ mis-Soċjetà, filwaqt li l-Ħamis 31 ta’ Diċembru sar in-New Year’s Eve Dinner Dance li kellu attendenza tajba ħafna, tant li l-każin kien miżgħud bin-nies u kulħadd faħħar il-kwalità u l-kwantità ta’ ikel li kien provdut.

JANNARL-Erbgħa 6 ta’ Jannar il-President Noel Mallan u s-Segretarju Duncan Brin-cat attendew għal riċeviment mgħoti mill-Għaqda Każini tal-Banda ġewwa l-Ħamrun fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena 2010 filwaqt li s-Sibt 9 ta’ Jannar delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali u fergħat attendiet għall-quddiesa fil-Knisja Parrokkjali fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena l-ġdida, u wara għal riċeviment bl-istess għan.

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar s-Soċjetà ħadet sehem permezz tal-istandard tal-banda matul kunċert mużikali imtella’ mill-Banda Lourdes ta’ Raħal Ġdid ġewwa s-sala prinċipali tal-MCAST fl-istess lokalità u l-Ġimgħa 29 ta’ Jan-nar il-Kummissjoni Banda organiz-zat Wine & Pizza Party ġewwa s-sede tas-Soċjetà b’riżq l-ispejjeż tal-istess kummissjoni. Il-Ħadd 31 ta’ Jannar l-Għaqda tan-Nar qassmet il-kalen-darju annwali tagħha mat-toroq tal-Kalkara u saret ġabra b’riżq il-ħarqa tal-festa 2010.

FRARIl-Ġimgħa 19 ta’ Frar saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda Każini tal-Banda li għaliha attenda s-Seg-retarju tal-Kumitat Ċentrali filwaqt li s-Sibt 20 ta’ Frar il-Kummissjoni Żgħażagħ organizzat Get Together fis-sede tas-Soċjetà fejn intweriet fuq big screen is-serata finali tal-Malta Song for Europe. Imbagħad is-Sibt 27 ta’ Frar ġiet organizzata Abba & Beatles

Night ġewwa s-sede tas-Soċjetà fuq inizjattiva tal-bar tenderers.

MARZUIl-Ħadd 7 ta’ Marzu s-Segretarju tas-Soċjetà kien intervistat minn Joe Chetcuti fuq l-istazzjon tar-radju tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Mar-tri ta’ Ħal Qormi, Radju Leħen il-Belt Ġorġjana. Matul din l-intervista, barra tagħrif dwar l-istorja tas-Soċjetà in-daqqu wkoll bosta marċi mir-repertor-ju tal-Banda Sagra Familja. L-Erbgħa 10 ta’ Marzu s-Segretarju Duncan Brincat flimkien mal-Viċi President Joseph Camenzuli attendew f ’isem is-Soċjetà għall-quddiesa konċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Pawlu Cremona li saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re f ’Raħal Ġdid fl-okkażjoni tal-bidu tal-istaġun tal-festi. Matul dan ix-xahar inħarġet il-pubblikazzjoni Il-Ġilju Rebbieħ li ġiet imqassma mad-djar kollha tal-Kalkara.

Il-Ġimgħa 19 ta’ Marzu kien jum speċjali għalina għaliex niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Ġużepp. Filgħodu ġie maħruq salut mill-Għaqda tan-Nar, filwaqt li filgħaxija delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali u fergħat attendiet għall-Quddiesa Solenni Konċelebrata fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ Missierna San Ġużepp. Wara l-quddiesa, il-Kumitat Ċentrali organizza Ikla Ġużeppina fis-sede tas-Soċjetà, fejn kien hemm attendenza kbira ta’ partitarji li lit-teralment ħonqu il-parti t’isfel kollha tal-każin. Matul din is-serata ntwerew filmati tal-festa fuq big screen, flimk-ien ma’ mużika adegwata. L-Għaqda tal-Armar ħadet din l-okkażjoni wkoll biex żanżnet b’mod esklussiv arma ġdida tal-istess għaqda fuq disinn ta’ Jeremy Cachia. L-għada s-Sibt 20 ta’

Is-Sibt 31 t’Ottubru u l-Ħadd 1 ta’ Novembru s-Soċjetà ħadet sehem fil-Fiera tas-Salvatur, attività organizzata mill-Parroċċa, permezz ta’ armar fit-toroq ta’ madwar il-Kappella tas-Sal-vatur.

NOVEMBRUIl-Ġimgħa 6 ta’ Novembru saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kum-missjoni Żgħażagħ filwaqt li s-Sibt 7 ta’ Novembru saret quddiesa għal ruħ is-soċji mejtin tas-Soċjetà ġewwa l-Knisja Parrokkjali. Delegazzjoni tas-Soċjetà attendiet għall-Ordinazzjoni bħala Djaknu ta’ Bro. Deo Debono fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re ġewwa Raħal Ġdid nhar il-Ħadd 8 ta’ Novem-bru. Il-Ħadd 15 ta’ Novembru saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kum-missjoni Nisa filwaqt li s-Sibt 21 ta’ Novembru delegazzjoni mis-Soċjetà attendiet għall-Quddiesa u wara marċ fil-belt Valletta fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja ġewwa l-belt Val-letta, organizzati mill-Għaqda Każini tal-Banda. Is-Sibt 28 ta’ Novembru s-Segretarju attenda għal Konferenza Stampa mill-Għaqda Nazzjonali tal-Armar fit-Toroq ġewwa l-każin tas-Soċjetà Mużikali Santa Marija ġewwa l-Qrendi.

DIĊEMBRUIx-xahar tal-Milied infetaħ propju nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru per-mezz ta’ Pasta Night mill-Kummiss-joni Żgħażagħ, filwaqt li l-Ħadd 6 ta’ Diċembru saret fiera tal-Punzjetti fi Pjazza Sagra Familja mill-Ku-mitat Ċentrali. L-Għaqda tan-Nar ippreżentat ħarqa Nar tal-Art ġewwa Bormla nhar it-Tnejn 7 ta’ Diċembru fl-okkażjoni tal-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Is-Sibt 12 ta’ Diċembru delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali

Armar fl-inħawi tal-Kappella tas-Salvatur fl-okkażjoni tal-Fiera tas-Salvatur.

Uħud minn dawk preżenti waqt l-Ikla Ġużeppina li saret fid-19 ta’ Marzu.

Page 110: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 111: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

109

16 t’April ġiet organizzata Messikana Night ġewwa s-sede tas-Soċjetà fuq inizjattiva tal-bar tenderers.

Il-Ħadd 18 t’April: dan il-jum żgur se jibqa’ ttimbrat bħala jum ferm impor-tanti fl-istorja ta’ raħalna: iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI fil-Kalkara. Fit-3.30pm beda marċ miż-żewġ baned Kalkariżi madwar ix-xatt tal-Kalkara għal fuq planċier armat apposta fil-viċinanzi tal-katamaran li kellu jwas-sal lill-Papa mill-Kalkara għall-Val-letta Waterfront. Il-Papa Benedittu XVI sellem lill-banda hekk kif għadda minn quddiem il-planċier, u din min-naħa tagħha sellmitlu lura permezz tal-Innu Pontifiċju.

Il-Ġimgħa 23 u s-Sibt 24 t’April l-Għaqda tal-Armar tellgħat fiera ta’ af-farijiet differenti fi Pjazza Sagra Famil-ja b’riżq l-ispejjeż tal-armar filwaqt li l-Ġimgħa 30 t’April il-Kummissjoni Żgħażagħ organizzat get together fl-okkażjoni tal-Malta Fireworks Fes-tival. Dan il-get together sar ġewwa Bighi, ftit passi bogħod mill-maħżen tal-armar u kien suċċess fl-attendenza numeruża.

MEJJUIs-Sibt 1 ta’ Mejju l-istess Kummiss-joni Żgħażagħ organizzat 5-a-side Football Tournament ġewwa l-grawnd tal-Foss ta’ Ħaż Żabbar filwaqt li bejn il-Ġimgħa 14 u l-Ħadd 16 ta’ Mejju, is-Soċjetà ġiet rappreżentata permezz tal-istandard f ’wirja li saret ġewwa l-Każin tal-Banda San Bartilmew tal-Għargħur u permezz tal-abbozz tas-Sagra Familja ta’ Wistin Camilleri f ’wirja li saret ġewwa l-Kunvent tad-Dumnikani ġewwa l-Birgu.

Il-Ġimgħa 14 ta’ Mejju l-Kummissjoni

Nisa organizzat Wine & Pizza Party ġewwa s-sede tas-Soċjetà filwaqt li l-Ħadd 16 ta’ Mejju sar it-tberik an-nwali tas-sede tas-Soċjetà mill-Kap-pillan tal-Parroċċa l-Kan. Onor. An-ton Galea-Scannura. Il-Ħadd 23 ta’ Mejju s-Segretarju Duncan Brincat u l-Viċi President Joseph Camenzuli at-tendew għal serata kommemorattiva li saret f ’Misraħ Arċisqof Gonzi fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twelid ta’ Patri Wistin Born. Din kienet organ-izzata mill-Kunsill Lokali bl-għajnuna tal-Parroċċa.

Sadanittant, nhar l-Erbgħa 26 ta’ Me-jju delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali u mill-fergħat tas-Soċjetà attendiet għall-Quddiesa tal-Ewwel Erbgħa bi tħejjija għall-festa titulari ta’ San Ġużepp. Wara l-quddiesa, il-Kap-pillan Kan. Anton Galea-Scannura ippreżenta lill-President tas-Soċjetà Noel Mallan tifkira fl-okkażjoni tal-miġja tal-Papa Benedittu XVI fil-Kalkara. Delegazzjoni mis-Soċjetà, fosthom il-President u s-Segretarju attendew għall-quddies tal-Erbgħat l-oħra sussegwenti li saru matul ix-xhur ta’ Mejju u Ġunju.

Il-Ħadd 30 ta’ Mejju, il-Banda Sagra Familja kellha servizz mużikali ġewwa l-Marsa fl-okkażjoni tal-festa tat-Trin-ità Qaddisa. Waqt dan is-servizz, il-banda l-ewwel għamlet marċ madwar it-toroq, u wara programm mużikali fuq il-planċier tal-Banda Trinità Qad-disa.

ĠUNJUIl-Ħamis 3 ta’ Ġunju s-Segretarju at-tenda f ’isem is-Soċjetà għal-laqgħa li saret mill-Għaqda Piroteknika Maltija dwar regolamenti ġodda tan-nar tal-ajru u tal-art, u anki dwar il-polza tal-insurance l-ġdida. Din il-laqgħa saret fil-Każin tal-Banda San Piju X f ’Ħal Lija.

Il-Ħadd 6 ta’ Ġunju saret il-purċissjoni ta’ Corpus Christi madwar it-toroq tal-Parroċċa, fejn ġiet armata tribuna fit-tarf ta’ Triq ir-Rnella, kif ukoll xi pavaljuni u bandalori fl-istess triq. Finalment il-Ġimgħa 25 ta’ Ġunju l-Kummissjoni Żgħażagħ organizzat barbeque fi Pjazza Sagra Familja.

Marzu s-Segretarju attenda laqgħa tal-Għaqda Każini tal-Banda l-Ħamrun li kienet tirrigwarda l-każini u l-armar ta’ barra fid-dawl tad-diskussjonijiet li għaddejjin mal-Kurja.

Il-Ħadd 21 ta’ Marzu saret ġabra mad-war ir-raħal b’riżq il-festa. Matul din il-ġabra ġie imqassam sett ta’ stickers ġodda mill-isbaħ li juru l-arma tas-Soċjetà, il-vara titulari ta’ San Ġużepp u l-istatwa tas-Sagra Familja. It-Tne-jn 22 ta’ Marzu s-Segretarju attenda laqgħa tal-Għaqda Nazzjonali tal-Ar-mar tal-Festi fit-Toroq fil-każin tal-Banda San Mikiel ta’ Ħaż Żabbar dwar il-proposti tal-Kurja fuq l-armar.

It-Tlieta 23 ta’ Marzu delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali attendiet għall-ftuħ tal-wirja Golgota imtella’ mill-Familja Zammit, filwaqt li l-Ħamis 25 ta’ Marzu delegazzjoni oħra attendiet għall-ftuħ tal-wirja Lachrymae imtella’ mill-Familja Vella, u l-Ġimgħa 26 ta’ Marzu għal dik imtella’ minn Joseph Camenzuli.

Sadanittant, il-Ħamis 25 ta’ Marzu nfetħet il-wirja annwali tal-Ġimgħa Mqaddsa ġewwa s-sede tas-Soċjetà bl-isem Il-Fidwa, li baqgħet miftuħa sa nhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħodu. Din il-wirja, l-unika waħda ta’ Soċjetà Mużikali Kalkariża, ġiet armata ġewwa s-Sala Loretu Mintoff. B’rabta ma’ dawn l-istess festi tal-Ġimgħa Mqadd-sa, il-Ġimgħa 26 ta’ Marzu saret il-purċissjoni tad-Duluri madwar it-to-roq tal-Kalkara bis-sehem ta’ reffiegħa u forċini membri tas-Soċjetà, flimkien ma’ oħrajn rappreżentanti tas-soċjetà l-oħra. F’dan il-jum ġew imżanżna diversi bandalori ġodda tal-Ġimgħa Mqaddsa fi Triq ir-Rnella.

APRILIl-Ħamis 1 t’April il-Kummissjoni Nisa organizzat trasport għas-seba’ viżti filwaqt li l-għada l-Ġimgħa 2 t’April, delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali mmexxija mill-President żaret il-wirji-et kollha tal-Ġimgħa Mqaddsa ġewwa l-Kalkara bħala sinjal ta’ apprezzament lejn is-sagrifiċċju ta’ dawn l-individwi b’riżq il-kultura f ’raħalna. Il-Ħadd 11 t’April saret ġabra madwar it-toroq b’riżq l-ispejjeż tal-banda u l-Ġimgħa

Iż-żewġ baned Kalkariżi magħquda flimkien fl-okkażjoni tal-miġja tal-Papa fil-Kalkara.

Page 112: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 113: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

111

ġilda, li bħalna kienu imxenqin biex jilgħabu l-futbol, għalhekk meta kienu jiġu jixxuttjaw “l-Għalqa tal-Futbol” u kienu jsibu lilna nilgħabu, kienu jissuġerrixxu li ngħaqqdu partita bil-ballun tagħhom. Din kienet l-hena tagħna għax f ’daqqa waħda konna ngħaqqdu żewġ timijiet bi ħdax kull naħa waqt li nużaw ballun tagħhom li kien ta’ għola kwalità.

Is-sistema biex tingħaqad partita futbol kienet li l-ewwel jintgħażlu iż-żewġ captains. Imbagħad kull captain jagħżel player u l-kaptan l-ieħor jagħżel ieħor u jibqgħu jagħżlu player kull wieħed sakemm il-players jintgħażlu kollha u jiffurmaw iż-żewġ timijiet.

F’din is-sistema kienet tidħol ċertu diskriminazzjoni u l-aħjar players jingħażlu minn tal-ewwel u dawk li jkunu anqas imbierkin b’talent jibqgħu għal-aħħar. Imma madankollu, il-fatt li wieħed jiġi ikluż fil-logħba kienet biżżejjed għal dawk li jippreżentaw ruħhom biex jilgħabu.

Ġieli kien hemm iżjed tfal milli kien hemm bżonn, għalhekk kienu jew jibqgħu barra, jew jingħaddu bħala reserves. Dan naturalment kien ikun diżappunt kbir għal dawk li jibqgħu barra, imma fuq kollox ikun hemm min weġġa’ li ġew ikklassifikati bħala

Mis-sensiela “Stejjer Mill-Gżejjer” li ġew ipproduċuti u ppreżentati fuq l-SBS Radio Melbourne (l-Awstralja), mill-aw-tur Manuel Casha.

Din hi sensiela ta’ stejjer tat-tfulija fil-Kalkara, fejn trabba u kiber l-awtur.

F’Malta, fi tfuliti, konna neqsin minn għelieqi u meddiet ta’ art fejn sta-jna nilgħabu l-futbol, logħba li konna nilgħabu kuljum ta’ ħajjitna fil-ħin liberu tagħna. Konna nilgħabu x-xatt, il-pjazza, fl-isqaqijiet, f ’mogħodijiet, u quddiem il-bibien ta’ djarna.

Fis-snin ħamsin u kmieni fis-snin sittin, f ’pajjiżi, il-Kalkara, kull meta konna nkunu grupp ta’ tfal u xi ħadd ikollu ballun, ibqa’ żgur li kienet tingħaqad partita. U meta ngħid bal-lun m’hinix infisser ballun tal-futbol kif nafuh illum. Dak iż-żmien f ’pajjiżi rari kien hemm dawk fostna li kienu jipposjedu xi T-ball jew xi ballun tal-ġilda, għalhekk konna nużaw dak li konna nsibu. Billi fejn konna ngħixu aħna konna qrib il-quarters tas-servizzi Ingliżi, kien hemm numru ta’ tfal mir-Ren-ju Unit, li kien ikollhom blalen tal-

Leħen l-Emigrant Kalkariż: L-Għalqa tal-Futbol

Manuel Casha ġewwa l-SBS Radio.

Grupp ta’ żgħażagħ Kalkariżi fis-snin 50.

Grupp ta’ żgħażagħ Kalkariżi fis-snin 60.

Manuel Casha fis-snin 50.“L-Għalqa tal-Futbol” qabel ma sar il-bini taż-Żona Residenzjali l-ġdida (1973).

Page 114: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

112

Page 115: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

113

kbira li nerġa’ nara il-grawnd fejn qat-tajt tfuliti nilgħab il-ballun ma’ sħabi. Kont mort ma’ ħabib biex nerġa’ nżur il-grawnd ta’ tfuliti, li kienet għadha hemm. Hawn kont żgur li ħadt ritratt biex jibqa’ memorja.

Għaddew sittax-il sena qabel erġajt żort Malta fl-1989. Meta mort lura fil-pajjiż fejn kbirt kelli s-soltu xewqa biex immur sal-għalqa biex nerġa’ nġedded il-memorji ta’ tfuliti. Meta wasalt fuq il-post sibt proġett ta’ bini li issa kien biddel l-għalqa, f ’ġebel u konrit. Kull ma għaraft kienu xi bibien li kien hemm fil-periferija tal-għalqa.

Għalkemm fhimt il-ħtieġa li kien hemm għall-familji li kellhom bżonn djar fejn jabitaw, aċċettajt ukoll il-bidla li serqitilna memorja ta’ tfulitna. Kull ma baqa’ llum huma memorja fuq ri-tratt li kien meħud snin ilu, imma nemmen li għad hemm ġenerazzjoni, li kibru fil-Kalkara, fis-snin ħamsin u sittin li għadhom jiftakru dan il-post li konna nsjeħu “l-Għalqa tal-Futbol”.

Din is-silta hi meħudha mis-sensiela ta’ stejjer li ktibt, ipproduċejt u ppreżentajt għal SBS Radio f ’Melbourne. Din is-sensiela ta’ stejjer saret is-sena li għaddiet u kienet popolari ħafna fost is-semmiegħa.

Nota Editorjali: Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lis-Sur Manuel Casha

mhux tajbin biżżejjed.

L-għalqa fejn konna nilgħabu, kien fiha wkoll simenta li kienet tintuża bħala wicket għal-logħbiet tal-cricket li kien jorganizza l-Każin tal-Cricket li kien hemm f ’tarf l-għalqa. Imma kien hemm użu ieħor għal din l-għalqa. Billi din kienet qrib l-isptar ta’ Bighi, ġieli f ’nofs il-logħba tal-futbol konna naraw ħelikopter ġej biex jillandja fl-għalqa. Fl-istess ħin kienet tiġi am-bulanza mill-isptar ta’ Bighi li kienet issuq f ’nofs l-għalqa biex tieħu lil dak il-pazjent li jkun ġab il-ħelikopter tan-Navy. Dawn kienu waqfiet li konna drajniehom u li konna naċċettawhom bħala parti mill-proċess tal-logħob tal-futbol fl-“Għalqa tal-Futbol”.

F’din l-għalqa lagħbna mijiet ta’ logħobiet fiha minn tfulitna sa żogħżitna u konna nafu kull żrara u kull blata li kien hemm. Ġieli lagħbna kontra timijiet oħra mill-inħawi ta’ pajjiżna, imma l-aktar logħob akkanit kien bejn ta’ fuq u t’isfel tal-pajjiż.

Naturalment, mhux l-ewwel darba li nqala’ xi argument jew xi ġlieda, imma ġeneralment il-logħob kien akkanit u fi spirtu sportiv.

Ta’ tmintax-il sena ħallejt il-Kalkara u sifirt lejn l-Awstralja. Għaddew għaxar snin qabel ma erġajt żort art twelidi għall-ewwel darba fl-1973. Kelli xewqa

Manuel Casha f ’Malta fis-sena 2003.

Manuel Casha ma’ sħabu ta’ tfulitu.

Veduta mill-isbaħ illum il-ġurnata minn dik li kienet tissejjah “l-Għalqa tal-Futbol”.

talli għoġbu jaqsam magħna din il-kit-ba li ċertament hija ta’ interess mhux biss għal dawk li jafuh, iżda wkoll għal dawk li forsi ma jiftakrux il-Kalkara ta’ dari.

Bħala Bord Editorjali għandna l-ħsieb li nsaħħu aktar il-kuntatt tagħna mal-emigranti Kalkariżi madwar id-dinja, li nafu kemm għadhom iħobbu lil raħal twelidhom. Għaldaqstant, napprez-zaw ħafna li kull min għandu xi mezz ta’ kuntatt ma’ emigranti Kalkariżi jgħaddihulna sabiex inkunu nistgħu nagħmlu kuntatt magħhom.

Page 116: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

114

It-twaqqiegħ tat-taraġ l-antik. L-armar għat-taraġ elissi l-ġdid.

Simon Paris waqt il-kisi bil-ġibs tal-ħitan. Joe Debono u Jesmond Stivala waqt it-tqegħid ta’ dawl ġdid filwaqt li Joseph Camenzuli ħa ħsieb il-kisi tas-saqaf.

Joseph Persico u Vince Pace waqt il-livellar tal-art tal-bar area. Ħajr lil bosta membri oħra li taw sehmhom.

Joseph Persico u Joe Mifsud waqt it-tisħiħ tal-art tal-bar area. Jidher ukoll Joseph Grech li ta l-għajnuna tiegħu.

Fuq: Joseph Persico waqt it-tqegħid tal-membrane għal

mal-art tal-każin.

Xellug: Mario Pace jidher waqt il-ġarr ta’ briks għall-istess proġett.

Page 117: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Soċjetà

115

Mario Vassallo

Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Ka-lkara, fil-Junior Lyceum ta’ Verdala

u fl-Istitut Tekniku Mikelanġ Sa-piano fejn kiseb eżamijiet tas-City & Guilds. Wara kors tal-MCAST,

illum għandu l-professjoni ta’ draughtsman ma’ perit privat.

Iservi bħala Ass. Kaxxier fil-Kum-missjoni Banda Sagra Familja.

Għeżież ħbieb u partitarji, għat-tieni sena ġejt mistieden nikteb f ’din il-ħarġa annwali ta’ dan il-ktieb li s-Soċjetà tagħna toħroġ għal żmien il-festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp.

Kif bosta minnkom jafu, is-sena l-oħra tajna bidu għal proġett ambizzjuż li kellu jwasslna għal tisbieħ fil-bar area tal-każin, bħala parti minn proġett usa li permezz tiegħu se nagħtu de-hra isbaħ lill-partijiet kollha tal-każin tagħna. F’dan il-messaġġ fil-ktieb tas-sena l-oħra rajna kif il-Kumitat Ċentrali ddeċieda fuq liema stil kel-lna naħdmu, għażilna designer pro-fessjonali biex jaħdem fuq il-pjanti, u tajna bidu għax-xogħolijiet. Dan il-proġett konna nafu li ser jieħu am-mont ta’ żmien biex jitlesta għaliex ridna nagħmlu xi ħaġa sabiħa u kif jixraq lis-sede tas-Soċjetà, u ridna li kull parti tal-proġett issir bil-galbu adegwat u bl-aktar mod professjonali, anki għalkemm diversi xogħlijiet qed issir minn volontarji soċji tal-każin.

Wara li qabel il-festa tas-sena l-oħra konna kissirna l-madum, u baxxejna wkoll il-livell ta’ l-art, eżattament wara l-festa, dan il-proċess tkompla fil-parti ta’ fejn hemm il-bar. B’hekk issa l-art kollha ġiet fuq livell wieħed u ngħatat il-konkos.

Għall-ħabta ta’ Settembru 2009 saru disinji għal taraġ ġdid li jagħti għall-ewwel sular, u fix-xhur ta’ wara tkisser it-taraġ tal-konkos li kellna, u beda x-xogħol fuq it-taraġ il-ġdid. Id-disinn tat-taraġ sar fuq forma ta’ taraġ elissi, taraġ li għalija juri ċertu klassi: taraġ li jwasslek għall-parti ta’ fuq tal-każin, li hija parti li aħna ħassejna li għandha tibqa’ fuq l-istil oriġinali tagħha, jiġifieri li turi l-istorja antika tal-każin u b’hekk tas-Soċjetà. Dan it-taraġ inħadem kollu kemm hu mill-membri voluntiera tas-Soċjetà, bil-ħidma ta’ Joseph Persico, ħlief għall-form work (shutter) tat-taraġ, li ġie deċiż li jsir min-nies aktar professjonali sabiex ix-xogħol isir sew u bl-aqwa mod.

Kif tlesta t-taraġ, il-membri voluntiera

li kienu qed jagħtu sehemom f ’dan il-proġett, komplew wittew l-art kollha u taw art ġdida tal-konkos fejn kien meħtieġ, sintendi wara li kien inqala’ l-madum l-antik. Wara li tkompla xi xogħol ieħor, bħall-arranġament ta’ kamra bħala maħżen għall-bar, inbdi-et is-sistema ta’ dawl ġdida. Bdew isiru t-trinek u jingħaddu l-pipes għal mas-saqaf kollu. Infakkar li dawn ser jitgħattew kollha bil-gypsum soffit ak-tar ’il quddiem. Ix-xogħol tad-dawl sar taħt is-superviżjoni ta’ Jesmond Stivala. Kif tlestew il-pipes tad-dawl, il-Kumi-tat ħa ħsieb li jqabbad lil Simon Paris biex tieħu ħsieb tibda tiksi il-ħitan bil-ġibs. Sadanittant il-Kumitat avviċinani sabiex fil-kantunieri tat-taraġ il-ġdid nagħmlu xi disinn, sabiex inkomplu nsebbħuh. Għalhekk flimkien mal-Kumitat hejjejna disinn ta’ żewġ ar-kati, li fihom inkunu nistgħu npoġġu żewġ ornamenti. Diġà ħadna ħsieb ukoll li nġibu lil tal-irħam sabiex ikun jista’ jkejjel it-taraġ, u jagħtina l-par-iri tekniċi tiegħu, ħalli dan ikun jista’ jinbeda mill-aktar fis ukoll. Bħalissa l-Kumitat qiegħed jaħdem fuq id-disinn tal-poġġaman ta’ dan it-taraġ. Il-poġġaman ser ikun magħmul minn ħadid u injam. Id-disinn jinħareġ aktar ’il quddiem, hekk kif ikun ifinal-izzat u approvat mill-istess Kumitat. Dan ix-xogħol u ħafna iktar qed issir minn membri voluntiera tas-Soċjetà tagħna u għalhekk għandna nroddu ħajr lil kull min qed jagħti sehemu, għaliex kieku dan il-proġett kien jiġi jiswa’ ħafna aktar flus. Dawk il-mem-bri kollha li jixtiequ aktar informazzjo-ni dwar dan il-proġett, m’għandhomx għalfejn joqgħodu jistennew il-laqgħa ġenerali ta’ kull sena, imma jistgħu jagħmlu kuntatt miegħi jew ma’ xi membru tal-Kumitat.

Wara l-festa ta’ din is-sena ser inkunu qegħdin nwaħħlu l-madum kollu tal-art, kif ukoll dak tat-toilets, u wieħed jista’ jgħid li jkollna parti min dan il-proġett lesta. Imbagħad ser ikun fadal li jsir u jitwaħħal il-gypsum soffit, kif

ukoll li jsir id-disinn tal-bar il-ġdid. Biex ikomplu jsiru dawn l-affari-jiet kollha is-Soċjetà għandha bżonn ħafna flus, u ħafna aktar għajnuna. Għalhekk kull min jista’ jagħti sehe-mu f ’ħaġa jew oħra huwa mitlub biex javviċina lil xi membru tal-Kumitat. Kull għajnuna hija ċertament apprez-zata!

Dan hu proġett tas-soċji kollha, mhux tal-President jew tas-Segretarju jew tal-Kumitat biss, għalhekk għandna nirringrazzjaw lil kull min ta u qed jagħti sehemu, min fix-xogħol man-wali u min finanzjarjament. Minn din il-paġna nixtieq minn qalbi ngħid grazzi lill-membri tal-Kumitat Ċentrali, għall-ħidma bla waqfien, kif ukoll għall-mod tajjeb li bih dejjem ħdimna id f ’id. Nixtieq nieħu din l-okkażjoni wkoll sabiex minn hawn nifraħ lil Deo Debono li din is-sena ġie ikkonsagrat Saċerdot. Awguri Deo, min qalbi! Grazzi lil kulħadd. Viva San Ġużepp Kap tas-Sagra Familja.

Il-Proġett tal-Każin

It-taraġ bit-3D, kif qed ikun propost.

Page 118: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 119: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 120: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

118

Il-Papa Ġwanni Pawlu IICarrie Mitchell, żejt fuq bord masonika.

Page 121: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Josefoloġija

119

Andrew BorgB. Ed. (Hons), M. Ed., DEAM

Preżentament jokkupa l-kariga ta’ Assistent Kap ta’ Skola. Kien editur

ta’ Il-Mixja, u l-ktieb tal-festa tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan. Awtur

ta’ bijografija u ġabra ta’ kitbiet għall-kbar, kif ukoll ta’ kotba għat-

tfal. Devot kbir ta’ San Ġużepp, u fi ħsiebu jieħu l-istudju tal-

Josefoloġija fil-livell Universitarju.

• 19 ta’ Marzu 2010, Malta tieqaf mill-ħajja ordinarja tagħha ta’ kuljum biex tfakkar, għal darb’oħra, il-festa ta’ San Ġużepp, Patrun tal-Knisja Universali.• 17 ta’ April 2010, Malta tilqa’ fostha lill-Papa Benedittu XVI, imsemmi Joseph fi twelidu, u l-Kalkara fuq qud-diemnett, tagħti l-ġieh li jistħoqqlu dan il-Mexxej Spiritwali tal-Knisja Kattolika Appostolika Rumana, meta ssellimlu mix-xatt pittoresk tagħha, hekk kif jitla’ fuq il-katamaran, li bih il-Qdusija Tiegħu jittieħed lejn ix-Xatt tal-Belt fejn kellu jistennewh eluf ta’ żgħażagħ Maltin.1 • 25 ta’ Mejju 2010, Malta tiftakar b’għożża kbira l-għoxrin anniversa-rju mill-ewwel żjara li kien għamel il-Kbir Papa Ġwanni Pawlu II, filwaqt li mal-kumplament tad-dinja tistenna bil-ħerqa li jkun ddikjarat qaddis.2 • 18 ta’ Lulju 2010, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp fil-Kalkara, ħsibijietna jittajru lejn is-snin twal u sbieħ tal-papat preċedenti għal dak preżenti, li matulu, mhux darba jew tnejn, iżda għal tal-anqas tlettax-il dar-ba3, il-Papa Ġwanni Pawlu II jitkellem fit-tul biex jesprimi l-ħsibijiet profon-di tiegħu u tal-Knisja li huwa jmexxi, dwar San Ġużepp. U dan minbarra l-Eżortazzjoni Appostolika miktuba mill-imsemmi Papa, dwar ir-rwol ta’ San Ġużepp bħala Kustodju tar-Re-dentur, Redemptoris Custos4.• Fi tmiem ta’ dan l-artiklu nittama li tkunu konvinti bħali li dan il-Papa, li ġie fostna darba darbtejn5, u li tant daħal fil-qlub tagħna, jixraqlu, flim-kien ma’ tant titli oħra, it-titlu ta’ “il-Papa ta’ San Ġużepp.”

Tidher kemmxejn stramba din l-af-fermazzjoni tiegħi, fil-bidu ta’ dan l-artiklu, l-aktar meta wieħed iqis li dan il-Papa tant kien magħruf għad-devozzjoni tiegħu lejn il-Madonna, li saħansitra daħħal l-inizjali tagħha fl-arma uffiċċjali tiegħu, u għażel bħala motto uffiċċjali l-kliem Totus Tuus, kliem li jesprimi d-devozzjoni qaw-

wija li kellu fil-konfront tal-Verġni Mbierka. Iżda din l-affermazzjoni nagħmilha b’konvinzjoni, fid-dawl tal-kitbiet u d-diskorsi tal-imsemmi Papa, u anke fil-kuntest tal-istqarrijiet tiegħu fir-rigward tal-familja, mfissra bħala l-pedament tas-soċjetà – familja li tinbena minn relazzjoni ta’ raġel ma’ mara u li tagħti l-frott tagħha fl-ulied – familja li tirnexxi biss jekk temula, jew umilment timita l-virtujiet espressi fir-relazzjonijiet tal-persuni tas-Sagra Familja, Sidna Ġesù Kristu, Ommu Marija Santissima, u San Ġużepp, ir-Raġel Kastissimu tagħha u Missier Le-gali ta’ Binha u Bin Alla.

Tul il-Papat tiegħu, Ġwanni Pawlu II, ma waqaf qatt jgħallimna dwar l-importanza tas-Sagra Familja, bħala l-fus ewlieni tar-Reliġjon li aħna nħaddnu. Is-Sagra Familja hija rifless-joni tat-Trinità Qaddisa fuq din l-art: L-Iben Inkarnat fil-persuna ta’ Sidna Ġesù Kristu, permezz tal-Ispirtu li għammar fil-ġuf tal-Verġni Marija, li ġej mill-Missier Etern, li fuq din l-art m’għażel lil ħadd ħlief lil San Ġużepp, biex iwettaq il-missjoni “tal-Missier” fl-isfond tal-Pjan tas-Salvazzjoni, li l-istess Missier fassal biex jeħles lill-Bniedem mit-telfien dejjiemi. Mhux ta’ b’xejn l-imsemmi Papa jmur isejjaħ lil Ġużeppi tagħna “ix-Xbieha tal-Imħabba Paterna ta’ Alla”.6

Dan biss wieħed mit-titli li bih imur iżżejjen lill-Qaddis Tagħna, dan il-Papa maħbub, li jsejjaħlu wkoll Raġel ta’ Fiduċja; Bniedem ta’ Fidi u Talb, ix-Xhud tal-Wegħda Mwettqa, il-Pro-tettur tal-Ġisem ta’ Kristu, il-Ħaddiem Eżemplari u l-Ħarries u l-Maħbub tal-Knisja ta’ Kristu. L-ispazju limitat li għandna hawnhekk mhux biżżejjed biex wieħed jidħol fil-fond ta’ dawn it-temi, iżda li se nipprova nagħmel hu li nfissirhom fil-qosor u nikkwota l-im-semmi Papa biex inħajjarkom taqraw iżjed dwar x’qal u x’kiteb Papa Ġwanni Pawlu II dwar San Ġużepp.

San Ġużepp: Raġel ta’ FiduċjaHija fiduċja reċiproka, dik li jitkellem minnha l-Papa Ġwanni Pawlu II meta jmur issejjaħ lil San Ġużepp “raġel ta’ fiduċja”. Huwa Alla l-Imbierek li wera fiduċja f ’dan ir-raġel, meta għażel lilu minn fost l-irġiel kollha tal-bieraħ, tal-lum u ta’ għada, biex ikollu taħt il-ħarsien tiegħu ‘il-Misteru, li t-twet-tiq tiegħu kien ilu mistenni għall-ġenerazzjonijiet sħaħ mir-razza ta’ David u mid-dar kollha ta’ Israel, u fl-istess ħin jafdalu f ’idejh dak kollu li minnu jiddependi t-twettiq proprju ta’ dan il-Misteru fl-istorja tal-Poplu t’Alla.’7 Min-naħa tiegħu Ġużeppi wera fiduċja reċiproka f ’Alla l-Imbierek, u quddiem dak il-Misteru kbir flok ma pprova jifhmu loġikament, ħalla l-id t’Alla tmexxih, u ‘Kif (Ġużeppi) qam mir-raqda – kif naqraw fil-Vanġelu ta’ San Mattew8 – għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej.’ F’din is-sentenza, jgħidilna l-Papa Ġwanni Pawlu II, ‘hemm kollox. Hemm deskrizzjoni kompluta tal-ħajja ta’ Ġużeppi u l-karatteristika ewlenija tal-qdusija tiegħu. Għamel! Ġużeppi, kif nafuh mill-Vanġelu, huwa raġel ta’ azzjoni.’9 U f ’din l-azzjoni hemm espressa l-fiduċja għamja li kellu Ġużeppi f ’Alla l-imbierek, fiduċja li kkaratterizzat patrijarki kbar fl-istorja tas-salvazzjo-ni, bħal Abraham, Mosè u Ġakobb, fiduċja li ssib l-ogħla espressjoni tagħha fl-iva ta’ Ġużeppi.

F’Għeluq l-20 Sena miż-Żjara tal-Kbir Papa Ġwanni Pawlu II f ’Malta...

PAPA ĠWANNI PAWLU IIIl-Papa ta’ San Ġużepp

Page 122: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

120

San Ġużepp: il-Ħaddiem, ir-Raġel ta’ Fidi u TalbDan ir-raġel ta’ fiduċja, mela, huwa raġel ta’ azzjoni. Huwa dak il-bniedem li darba tafdalu xi ħaġa f ’idejh, tista’ tmur torqod b’moħħok mistrieħ, għax taf li se jieħu ħsieb iwettaqha bl-aħjar mod possibbli. Issa Ġużeppi, l-ew-wel u qabel kollox kien ħaddiem, u bl-għaraq ta’ ġbinu u ‘bix-xogħol ta’ jdejh, ipprovda dak kollu li kienet teħtieġ il-Familja Mqaddsa.’10 Lejn Ġużeppi jħeġġiġna nduru dan il-Papa, għax bil-li kien ħaddiem bħalna, u billi bħalna wkoll kien preokkupat bil-bżonnijiet kollha li jkollha kull familja, ‘jista’ jif-hem il-problemi tagħkom (il-ħaddiema u kapijiet ta’ familji), jerfa’ l-piż tal-anzjetajiet tagħkom, u jidderiġi l-isfor-zi tagħkom lejn il-bini ta’ futur aħjar.’11 U x’kien dak li kien jagħti s-saħħa lil Ġużeppi biex ma jaqtax qalbu fil-perkors tal-ħajja tiegħu u tal-familja fdata lilu. Kienet il-fidi. Kien it-talb. Il-Papa jimmedita fuq il-ħajja ta’ kuljum ta’ Ġużeppi u jistqarr ‘Min jaf kemm-il darba matul dawk il-ġranet twal tax-xogħol, Ġużeppi refa’ ħsibijiet ’l fuq lejn Alla u sejjaħlU, invokaH, biex jof-frilu t-toqol tal-ġurnata, u biex jitolbu jagħtih id-dawl, l-għajnuna, il-faraġ. Min jaf kemm-il darba!’12

Ġużeppi, b’dak kollu li għamel u f ’dak kollu li għamel, irrikonoxxa ’l Alla bħala missieru. Alla l-Missier, li sa mill-eternità għaraf lil Ġużeppi

bħala ‘ir-raġel ġust’13, jagħtih l-ak-bar grazzja, dik li l-Iben t’Alla nnifsu, magħmul bniedem, jittratta lilu, lil Ġużeppi, bħala missier. ‘Ġużeppi jin-voka ’l Alla bil-ħeġġa kollha ta’ ruħu u jsejjaħlu “missieri”14, u Ġesù, li ħadem maġenbu bl-għodod ta’ mastrudaxxa, jmur jindirizza lilu bħala “missieri.”’ Teoloġija tabilħaqq sabiħa u profonda li hawnhekk m’aħniex ħlief nimirħu fil-wiċċ tagħha: Ġesù li jġarrab l-espe-rjenza tal-Paternità Divina fi ħdan it-Trinità Qaddisa, jġarrab ukoll l-esper-jenza tal-Paternità Umana permezz ta’ Ġużeppi, li fi ħdan is-Sagra Familja, ir-riflessjoni tat-Trinità Qaddisa fuq din l-art, taH il-wens kollu meħtieġ, wens imnissel mill-kapaċitajiet ta’ Ġużeppi daqskemm mill-virtujiet tiegħu.

San Ġużepp: il-Protettur tal-Ġisem ta’ KristuF’omelija oħra tiegħu, li bħal dik ta’ qabilha, il-Papa kien ta nhar San Ġużepp15, Ġwanni Pawlu II jitratta dak il-mument fil-Pjan tas-Salvazzjoni li fih Alla jinvolvi lil ‘dak ir-raġel jismu Ġużeppi, li lilu jafdah b’parteċipazzjoni singulari fil-Paternità tiegħU stess.’16 Iva hu proprju dan li qed nisimgħu minn fomm il-Papa, li Ġużeppi jipparteċipa fil-Paternità ta’ Alla l-Imbierek. Għaliex meta permezz tal-messaġġier tiegħu huwa amarlu biex jieħu lil Marija b’martu u biex ikun hu li jagħti l-isem lil binha Ġesù, kien qed jagħmel proprju dan, jiġifieri kien qed jagħżlu biex ‘jipparteċipa b’mod speċjali fil-paternità eterna tiegħu.’17 F’dan il-kuntest Alla ppermetta li t-tfajjel Ġesù jsejjaħ lil Ġużeppi “missier” kull darba li hu kien jeħtieġ xi ħaġa minnu, fil-mumenti tat-trobbija tiegħu fid-dar ta’ Nażaret, u fil-mumenti li qasam miegħu esperjenzi ta’ xogħol fil-ħanut tal-mastrudaxxa. Anke Marija tipparteċipa f ’dan ir-rikonoxximent li Alla jagħti lil Ġużeppi, meta hija tmur tistqarr ‘Ibni għaliex għamiltilna hekk? Missierek u jien konna qegħdin infit-txuk b’anzjeta’ kbira’18 U b’ “missierek”, hawn il-Madonna żgur li ma kinitx qed talludi għall-Missier Etern, iżda għal Ġużeppi. Proprju f ’dan il-mu-ment Ġesù nnifsu mur jiżvela l-Mis-teru tal-Paternità Divina tiegħu, meta jistqarr ‘Għalfejn qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena neħtieġ li nkun fid-dar ta’

Missieri?’19 Fil-għajnejn dgħajfa tagħna din taf tidher bħala ċaħda tal-pater-nita’ ta’ Ġużeppi min-naħa ta’ Ġesù, iżda l-għajnejn ta’ Ġwanni Pawlu II jħarsu aktar fil-fond, u jaraw fil-kliem ta’ Ġesù, iva, l-iżvelar tal-Misteru tal-Paternità Divina tiegħu, iżda magħha, l-affermazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ Ġużeppi f ’din il-Paternità Eterna. Ifhmu jekk tridu tifhmu, bħal qed igħidilna Ġesù, il-kobor tal-missjoni fdata f ’idejn Ġużeppi, li jostor għal għajnejn id-dinja dal-misteru tant kbir, sakemm jasal il-mument li jkun żvelat fit-totalità kollha tiegħu!

Fid-dawl tat-Tagħlim tal-Knisja, il-Papa Ġwanni Pawlu II jistqarr li hekk kif Alla għabba lil Ġużeppi ta’ Nażaret bir-responsabbiltà li jieħu ħsieb lil Ġesù Kristu bħala bniedem, fi kliem ieħor li jkun il-protettur tal-“ġisem ta’ Ġesù Kristu”, jsegwi loġikament u anke b’neċessita’ li dan l-istess qaddis jissejjaħ ukoll biex iħares lill-Knisja, li skond San Pawl hija wkoll “il-ġisem ta’ Kristu”. L-għażliet li tagħmel il-Knisja mhumiex mibnija fuq ix-xejn. Hemm studji profondi warajhom. L-għażla ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali hija waħda msejsa fir-rivelazzjoni tal-Ġdid Testment.

San ĠużeppFederico Barocci, 1580.

San Ġużepp ĦaddiemKnisja ta’ San Duminku, Messina (Italja)

Page 123: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Josefoloġija

121

San Ġużepp: ix-Xbieha tal-Imħabba Paterna ta’ AllaHija tabilħaqq grazzja kbira, li tkun magħżul mill-Ħallieq, li la għandu bidu u l-anqas tmiem, iżda li jaf il-bidu u t-tmiem ta’ kollox u ta’ kulħadd, biex tipparteċipa miegħu b’mod speċjali fir-rwol Patern tiegħu. Rajna kif Ġużeppi kien magħżul biex jinterpreta din il-Paternità fil-konfront tal-Iben t’Alla Inkarnat permezz ta’ Marija Verġni. Wieħed jista’ jara din l-interpretazzjo-ni bħala xbieha; xbieha li tirrifletti l-Imħabba Paterna ta’ Alla l-Imbierek. Dan hu li għamel Papa Ġwanni Pawlu meta tkellem nhar il-festa tal-qaddis imsemmi fis-sena 1999, li kif igħid hu stess kienet taħbat, “għaxar snin wara (li) ddedikajt Eżortazzjoni Ap-postolika lil dan il-bniedem u l-mis-sjoni tiegħu bħala Kustodju tar-Re-dentur u tal-Knisja”20 u li kienet ukoll “l-aħħar...(waħda) ta’ tħejjija għall-Ġublew il-Kbir, dedikata preċiżament lil Alla l-Missier.”21

Ġużeppi huwa missier Ġesù għax huwa kien ir-raġel veru ta’ Marija (u mhux biss l-għarus). Tabilħaqq il-konċepiment fi ħdanha kien wieħed verġinali u ġej minn Alla, iżda l-iben li tat lid-dinja kien ta’ Ġużeppi, li kien żewġha skond il-Liġi. Għalhekk il-Vanġelu nnifsu jmur isejħilhom “il-ġenituri ta’ Ġesù”22. Il-Papa jfakkar lill-udjenza quddiemu, dak li kien stqarr fl-imsemmija Redemptoris Custos, li bit-twettiq tar-rwol patern tiegħu, Ġużeppi kkoopera, fil-milja taż-żminijiet, fil-Misteru l-Kbir tas-Salvazzjoni, u jfisser ukoll kif Ġużeppi għamel dan “billi rrenda ħajtu f ’servizz... lill-Misteru tal-Inkarnaz-zjoni u lill-missjoni redentiva marbuta miegħu; ...billi bidel il-vokazzjoni uma-na tiegħu ta’ mħabba domestika f ’offerta superumana tiegħu nnifsu, ta’ qalbu u tal-abbiltajiet kollha tiegħu, imsarrfa fl-imħabba li biha serva lill-Messija, li kien qed jikber ġewwa daru.”23

Ġużeppi kien ta’ eżempju għal Ġesù tfajjel, u minnu tgħallem, bħalma jitgħallem kull iben ieħor imrobbi tajjeb minn ġenituri tajbin l-ubbidjen-za għar-rieda tal-missier; tali ubbid-jenza li eventwalment kellu jipprattika f ’ċirkustanzi ferm aktar drastiċi fl-is-

fond tal-passjoni li kellu jgħaddi min-nha biex isalva lill-bnedmin, kif kien imfassal fil-Pjan tal-Missier Divin: ‘Missier, jekk inti trid, biegħed minni dan il-kalċi! Iżda tkun magħmula r-rieda tiegħek, u mhux tiegħi.”24

San Ġużepp: ix-Xhud tal-Wegħda MwettqaDiġa’ kellna l-okkażjoni niddiskutu l-mewt ta’ San Ġużepp, li probabbilment seħħet qabel ma’ Ġesù beda l-ħajja pubblika tiegħu, iżda li storikament m’għandna xejn dwar dan.25 Mingħajr ma nidħlu f ’din id-diskussjoni mill-ġdid, ejja nżommu mat-Tagħlim tal-Knisja u nifhmu li Ġużeppi ma rax lil Ġesù jagħti lilu nnifsu għalina fuq is-salib. Madanakollu, xorta waħda jibqa’ l-fatt li Ġużeppi ra dik il-Wegħda l-Kbira li Alla għamel lill-Bniedem fil-Ġnien tal-Eden, titwettaq quddiem għajnejh. ‘Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-Waħdieni.’26 Dan seħħ fid-dar ta’ Ġużeppi ta’ Nażaret.27 U Ġużeppi dan kien jafu. Kien jaf li huwa qed ikun xhud ta’ wegħda li qed titwettaq, iżda kien jaf ukoll, li l-ħidma tiegħu kellha tkun li jostor din il-wegħda mwettqa sakemm jasal il-waqt li tkun żvelata. Forsi għalhekk, darba li tibda l-missjoni pubblika ta’ Ġesù, Ġużeppi ma jidhirx u ma jissemmix aktar, għax il-missjoni li għaliha ngħażel biex jiżvolġi, sa mill-eternità, kien issa żvolġieha sal-aħħar, kif kien mistenni minnu.

F’omelija li Ġwanni Pawlu II għamel lill-miġemgħa ta’ Livorno fil-festa ta’ San Ġużepp tal-1982 huwa jmur jagħti tifsira ferm sabiħa għall-qari tal-ġurnata li jitratta l-wegħda li saret lill-Abraham u għall-fidi li biha Abra-ham wieġeb għas-sejħa t’Alla.

Ippermettuli nikkwota s-silta tal-It-tra lir-Rumani li jfisser l-imsemmi Papa f ’din l-omelija: ‘Lil Abraham jew lin-nisel tiegħu, l-wegħda li jirtu d-dinja, ma saritilhomx permezz tal-Liġi, imma permezz tal-ġustizzja bil-fidi... Għalhekk il-wegħda hi marbuta mal-fidi, biex tkun mogħtija bħala grazzja, u hekk tibqa’ sħiħa għal uliedu kollha, mhux biss dawk li jgħixu bil-Liġi, imma wkoll dawk li jgħixu bil-fidi ta’ Abra-ham –il-missier tagħna lkoll.’28

Il-maħbub Papa jistedinna nerġgħu naqraw dan il-kliem u napplikawh għal Ġużeppi ta’ Nażaret. Proprju fil-mument kruċjali fl-istorja tas-Sal-vazzjoni, meta l-Missier Etern, biex iwettaq il-wegħda li kien għamel lil missierna Abraham, “bagħat lil Ibnu f ’din id-dinja”, proprju f ’dan il-mu-ment kellha tkun manifestata l-fidi kbira li kellu Ġużeppi ta’ Nażaret, fidi li titqabbel jekk mhux ukoll tiżboq dik ta’ Abraham. Hekk kif taqa’ fi ħdan Ġużepp l-aħbar li Marija – li huwa kien għadu m’għarafx għalkemm kien diġà miżżewweġ lilha – kienet qed tistenna tarbija, mill-ewwel jara kif se jipproteġiha mill-qilla tal-ilsna u tal-Liġi ta’ żmienhom. Imbagħad mat-tifsira li jagħtih l-anġlu tal-Mulej fil-ħolm, Ġużeppi mhux jifhem, iżda jemmen li għal Alla xejn mhu impos-sibbli. Bla ebda eżitazzjoni Ġużeppi jgħaddi mill-eżami tal-fidi hekk kif kien għadda Abraham meta msejjaħ joffri lil Ibnu Iżakk b’sagrifiċċju. Kien jixraqlu, jsostni Ġwanni Pawlu II, ‘li jingħata lilu li jsir l-iktar xhud dirett, xhud li, nistgħu ngħidu, ra b’għajnejh, it-twettiq tal-wegħda li darba ngħatat lil Abraham li laqagħha bil-fidi.’29

San Ġużepp: Patrun tar-rabta bejn ix-xogħol u l-familjaGħidna li Ġużeppi ngħata l-grazzja li jara t-twettiq tal-wegħda l-kbira pro-prju fid-dar tiegħu ġewwa Nażaret. Kienet din id-dar li tat il-wens lill-familja tiegħu, il-familja li maż-żmien

San Ġużepp, dell tal-Missier EternAntoni Guerra, 1699

Page 124: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

122

bdiet tissejjaħ u titqies bħala l-Familja Mqaddsa, u aktar popolarment, is-Sa-gra Familja. Ma nkun qed ngħid xejn ġdid meta nistqarr li l-Papa Ġwanni Pawlu II kellu ħafna għall-qalbu l-familja – li huwa kien iqis bħala ċ-ċellula tal-ħajja li minnha hija mibnija l-Knisja ta’ Kristu. Forsi l-fatt li huwa tilef lil oħtu qabel ma kien għadu twieled hu30, imbagħad ’l ommu, meta kien għadu tifel tal-iskola31, imbagħad lil ħuh, li miet fuq xogħlu, kawża ta’ xogħlu32, u fuq kollox, bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, tilef anke lil mis-sieru kmieni fil-ħajja tiegħu33, dan kollu żgur li għenu jifhem aktar l-im-portanza tal-familja.

Tkellem kemm-il darba dwar il-familja34 u meta għamel dan, ħafna drabi ffoka l-attenzjoni tad-diskors tiegħu fuq il-persuna ta’ San Ġużepp. M’aħniex se nidħlu fil-fond ta’ din it-tema għax dan jirrikkjedi artiklu għalih waħdu. Nistgħu, iżda, nisiltu xi punti li semma, anke biex inkomplu d-diskors li qed niżvolġu hawnhekk. Meta titkellem fuq il-familja, essenjal-ment issemmi l-għaqda, l-imħabba, il-ħajja u r-rispett li jixirqilha, u sin-tendi t-talb, li huwa ż-żejt li jżomm il-magna għaddejja bla skossi.

F’laqgħa sabiħa li kellu ġewwa stadi-um kbir f ’Terni, l-Italja, proprju f ’Jum San Ġużepp tal-1981, il-Papa Ġwanni Pawlu II, li kien għadu kif żar diversi postijiet tax-xogħol, għaqqad il-figura ta’ San Ġużepp ħaddiem ma’ dik ta’ kap tad-dar u kap ta’ familja. ‘Hemm rabta intima,’ qal lill-miġemgħha, ‘bejn ix-xogħol u l-familja: bejn x-xogħol tagħkom u l-familja tagħkom. San Ġużepp huwa, bi dritt speċjali, il-Qaddis Patrun ta’ din ir-rabta.’35 Fil-kliem fqir tiegħi, li qed jipprova jfisser diskors rikk ta’ Papa kbir, San Ġużepp huwa patrun tar-rabta bejn ix-xogħol u l-familja, għax lilu ngħatalu li jieħu ħsieb it-trobbija ta’ Sidna Ġesù Kristu u Ommu Marija. Lilu ngħatalu li jaħseb biex jagħti kenn lill-Verb li sar bnie-dem permezz ta’ Marija. ‘Il-Verb sar bniedem u għammar fostna.’36 Din hi l-istqarrija tal-evanġelista Ġwanni. Il-Verb sar bniedem, tabilħaqq, permezz tal-intervent divin fil-ġuf tal-Verġni Marija. Iżda l-Verb, ukoll, għammar

fostna, u dan għamlu permezz, bis-saħħa u bil-ħidma ta’ Ġużeppi ta’ Nażaret. Il-mastrudaxxa umli bil-ħidma għaqlija tiegħu ta’ kuljum, u bl-għaraq ta’ ġbinu, ipprovda l-għajxien, il-kenn, it-tagħlim, is-sapport, il-wens lit-tarbija li saret tifel li sar ġuvni li żviluppa f ’raġel, lest biex iwettaq il-Wegħda l-Kbira li Alla għamel mal-Bniedem sa mill-bidu taż-żmenijiet. ‘Il-familja tistrieħ fuq id-dinjità tal-pa-ternita umana – fuq ir-responsabilità tar-raġel, li hu żewġ (il-mara) u missier, kif ukoll (tistrieħ) fuq ix-xogħol tiegħu. San Ġużepp jagħtina xhieda biżżejjed ta’ dan.’37

għassies, il-gwardjan, il-kustodju ta’ din l-imħabba. Kemm tkun aħjar ħajjitna, li kellna nippruvaw imqar ftit minn din l-imħabba li tgħaqqad, li tagħmel il-familja. Ir-rejaltà tal-familja bħala komunità ta’ mħabba mhijiex xi ħaġa fantastika li ma tistax isseħħ. Min irnexxielu jżomm komu-nita’ bħal din ma kienx għajr sempliċi mastrudaxxa minn Nażaret.

Il-Papa jħeġġiġna sabiex nħarsu lejn San Ġużepp u l-familja tiegħu, għaliex is-Sagra Familja tgħallimna dak li hu essenzjali. F’diskors ieħor sabiħ li ta fl-ewwel festa ta’ San Ġużepp tal-mil-lennju l-ġdid il-Papa Ġwanni Pawlu II stedinna biex niltaqgħu ‘ma’ Ġesù, Ġużeppi u Marija, u nidħlu fid-dar u fil-ħanut modest tax-xogħol (ta’ Ġużeppi) ta’ Nażaret. F’din l-iskola straordinarja tas-Sagra Familja, nitgħallmu ir-re-jaltajiet essenzjali kollha tal-ħajja, u nakkwistaw għarfien aktar profond ta’ xi jfisser li timxi wara Kristu.’39 Din l-istedina biex nidħlu fid-dar ta’ Nażaret kien qed jagħmilha proprju ġimgħa qabel il-vjaġġ tiegħu lejn l-Art Im-qaddsa, li sintendi kellha tinkludi żjara hemmhekk ukoll. Il-Papa għamlu dan il-pellegrinaġġ, għamlu fiżikament, iżda l-istedina li għamlilna aktar ‘il fuq hija waħda spiritwali. Huwa pellegrinaġġ spiritwali lejn il-Familja, dak li kellu f ’moħħu l-kbir Papa.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien jemmen bis-sħiħ fil-familja: ‘O Familji Nsara, intom għandkom tkunu it-teżor tas-soċjetà, u ir-refuġju tagħha.’40 Ifirħu meta jitwildilkom iben, jgħidilna l-Papa, ftakru li dan il-wild huwa l-frott u s-siġill tal-imħabba. Kull wild, bl-identita’ unika tiegħu, huwa rigal mingħand Alla u għandu xbieha tiegħu. Bħal Ġużeppi għandna nieħdu ħsieb li ‘nqabbduhom il-vjaġġ li jwas-salhom għall-fidi’41 u dan nagħmluh bi kliemna u bl-eżempju tagħna.

San Ġużepp: il-Gwardjan tal-Knisja bħala Komunità ta’ MħabbaIl-Papa Ġwanni Pawlu II filwaqt li jimmedita fuq id-devozzjoni li kibret matul is-snin, lejn is-Sagra Familja, ifakkarna li kien il-Papa Ljun XIII li għażel lil San Ġużepp biex ikun il-Protettur ta’ din il-komunità kbira ta’

Sagra FamiljaCaesar Van Everdingen, ċ. 1660

San Ġużepp: il-Gwardjan tal-Famil-ja bħala Komunità ta’ MħabbaF’okkażjoni oħra l-Papa Ġwanni Pawlu II jerġa’ jaċċenna fuq il-fiduċja kbira li Alla mar juri fil-persuna ta’ Ġużeppi meta lilu fdalu ‘l-Iben Etern Tiegħu, ...lil Marija, il-virġinita’ tagħha u l-maternita’ tagħha... Fdalu l-Famil-ja Mqaddsa. Alla fada f ’idejn Ġużeppi dak li hu l-aktar mbierek u mqaddes fl-istorja kollha tal-ħolqien. U dak ir-raġel umli, dak il-mastrudaxxa, ma ddiżappuntax il-fiduċja t’Alla l-Im-bierek.’38 Ma ddiżappuntahx għax sal-aħħar nifs ta’ ħajtu huwa ma waqafx jaħdem għal din il-familja, jipprovdilha, jsostniha, jgħallimha, jgħożżha u jħobbha. L-imħabba bejn it-tliet persuni tas-Sagra Familja hija riflessjoni kważi perfetta tal-imħabba bejn it-tliet persuni tat-Trinità, anzi li hija t-tliet persuni tat-Trinità. Għax Alla huwa mħabba. U l-familja ta’ Nażaret hi mħabba. Is-Sagra Familja hija mħabba. U San Ġużepp kien l-

Page 125: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Josefoloġija

123

mħabba.42 U llum, daqskemm kien fi żmien il-Papa Ljun XIII, il-Knisja għad għandha bżonn il-protezzjoni ta’ San Ġużepp.43 Fid-dawl tal-polemiki koll-ha li nqalgħu frott l-aġir irresponsab-bli ta’ xi wħud mill-membri tal-Knisja fil-konfront taż-żgħar innoċenti, (rap-porti dwar dan ġà kienu qed jiddis-turbaw il-Papat ta’ Ġwanni Pawlu II, u għadhom illum) żgur li aktar minn qatt qabel għandna nirrikorru lejn San Ġużepp biex jieħu ħsieb li tinbena, titkattar, u tissaħħaħ din il-komunità ta’ mħabba li hija, jew li għandha tkun il-Knisja.

Ġużeppi nkwieta, tħasseb u aġixxa minnufih kull darba li l-Familja Mqaddsa jew xi membru tagħha kien fil-periklu. Hekk għamel meta sar jaf b’dak li kien seħħ fi ħdan Marija. Hekk għamel meta sar jaf bil-ħsara li ried jagħmel Erodi fil-konfront ta’ Ġesù Tarbija. Hekk għamel meta Ġesù, issa tfajjel ta’ tnax-il sena baqa’ jiddiskuti mal-għorrief fit-tempju mingħajr il-għarfien u l-kunsens tal-ġenituri tiegħu. Hekk jinkwieta llum Ġużeppi, u jitħasseb u jaġixxi, meta jara lill-Knisja ta’ Kristu tiġi mminata minn dawn l-attakki kontinwi ta’ min jagħżel id-dgħufija ta’ xi wħud mill-membri tagħha u jxandar dnubhom, mhux biex dawn jitħallsu u jkunu mħallsa ta’ għemilhom, imma aktar biex iħammġu u jippruvaw ikissru l-Knisja ta’ Kristu. Imma Ġużeppi għadu hemm. Għax fi kliem il-Papa Ġwanni Pawlu II, din ta’ Ġużeppi ‘hija missjoni li għadu jwettaq għall-Knisja, li hija l-Ġisem Mistiku ta’

Kristu, li lilha qatt ma jieqaf jagħtiha l-kura għaqlija tiegħu, kif kien għamel mal-familja umli ta’ Nażaret.’44

Il-Papa Ġwanni Pawlu II: il-Papa ta’ San ĠużeppKtibt iżżejjed u ma ktibtx biżżejjed. Ktibt iżżejjed, fis-sens li pubblika-zzjoni bħal din ma tiflaħx ċertu tul ta’ kitba, għax għandha għanijiet oħra wkoll warajha. Ma ktibtx biżżejjed, għax il-minjiera ta’ tagħlim dwar San Ġużepp, li għadda lill-Knisja l-Kbir Papa Ġwanni Pawlu II, żgur li ma stajtx nirriduċih f ’dan il-ftit ħsibijiet fqajrin li qsamt magħkom hawnhekk. Nispera, tal-anqas, li tajtkom ħjiel ta’ kemm ħabbu lil San Ġużepp, dan il-Papa. Kemm kellu stima għolja lejh. L-istess bħal meta ħareġ b’apoloġija wara l-oħra, f ’isem il-Knisja Kattolika Ap-postolika Rumana, rigward nuqqasi-jiet kbar tagħha li sfortunatament ġew imnaqqxa fil-paġni tal-istorja – mhux dejjem sabiħa – tagħha; l-istess ħassejt li għamel fil-konfront ta’ San Ġużepp, li għal sekli sħaħ kien imwarrab għal kollox mill-istess Knisja. Din id-darba l-apoloġija, il-Papa Ġwanni Pawlu II, interpretaha f ’tagħlim, talb, medi-tazzjonijiet u riflessjonijiet dwar l-imsemmi qaddis, kif ukoll fil-famuża Eżortazzjoni Appostolika tiegħu, li fiha ta lil San Ġużepp it-titlu sabiħ ta’ Kustodju tar-Redentur, Redemptoris Custos.

F’għeluq l-għoxrin sena miż-żjara indimentikabbli tal-Papa Ġwanni Pawlu II f ’Malta, nixtieq li nibqgħu niftakruh ukoll, għax hekk jixraqlu, bħala l-PAPA TA’ SAN ĠUŻEPP: il-Papa li tul aktar minn seba’ u għoxrin sena niseġ l-isbaħ paniġierku lil San Ġużepp.

Noti u Referenzi1 Minn informazzjoni li għandi, anke l-Papa Ġwanni Pawlu II, waqt l-ew-wel żjara tiegħu f ’Malta, kellu jkollu laqgħa fil-misraħ biswit ix-xatt tal-Ka-lkara, iżda din, għal raġunijiet li jafu l-organizzaturi, kienet spostata għal dak l-ispazju li hemm barra mill-bieb tal-Birgu fit-tarf ta’ Bormla.2 L-ewwel żjara tal-Papa Ġwanni Paw-lu II seħħet il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju

1990. Huwa dam hawn sal-Ħadd 27 ta’ Mejju 1990.3 Dawn id-diskorsi jew siltiet minn diskorsi sibniehom fuq is-sit catholic-culture.org imbagħad ikkonfermajnie-hom ukoll mis-sit uffiċċjali tal-vatikan, u wieħed jista’ jfittixhom f ’dan is-sit: http://www.vatican.va/holy_father/john_paul_ii/angelus, jew /homilies jew /audiences, skond x’tip ta’ diskors tal-Papa wieħed ikun qed ifittex.4 L-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II, Redemptoris Cus-tos, kienet imxandra fil-15 t’Awwissu 1989.5 Nistgħu ngħidu anke li ġie tliet dar-biet, billi darba minnhom l-ajruplan li kien fuqu kellu jitniżżel fl-ajruport ta’ Malta għax kellu xi problemi tekniċi. Dak inhar iżda l-Papa ma niżilx huwa stess fuq l-art Maltija.6 Diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II waqt it-Talba tal-Angelus tal-Ħadd, 21 ta’ Marzu 1999.7 Diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II waqt l-udjenza ta’ nhar id-19 ta’ Mar-zu 1980. Il-Papa fil-bidu tad-diskors tiegħu jfisser l-importanza tal-festa tad-19 ta’ Marzu li sa mis-seklu X insi-buha mmarkata f ’diversi kalendarji u li kienet imbagħad aċċettata mill-Papa Sixtux IV u daħħalha fil-kalendarju tal-Knisja ta’ Ruma mis-sena 1479 biex imbagħad mill-1621 ddaħħlet fil-kal-endarju tal-Knisja Universali. F’Malta s-sena l-oħra ċċelebrajna l-500 sena minnu bdiet tiġi ċċelebrata b’solennità din il-festa f ’Malta. Ta’ min iżid igħid hawnhekk, li l-Papa Ġwanni Pawlu II kellu l-ħabta jorganizza l-udjenzi ta’ nhar t’Erbgħa f ’sensiela ta’ taħditiet fuq tema partikolari li huwa kien jiżviluppa minn ġimgħa għall-oħra. Ninnutaw li meta kien jaħbat id-19 ta’ Marzu, kien jinterrompi din is-sensie-la ta’ taħditiet biex jitkellem dwar San Ġużepp. F’din it-taħdita partikolari li qed nikkwotaw hawnhekk jistqarr, “mela allura jeħtieġ nitterrompu s-sensiela ta’ meditazzjonijiet tagħna, li issa ilna niżviluppaw għal xi żmien, u llum induru lejn din il-figura tant għażiża u qrib sew ta’ qalb il-Knisja...” (catholicculture.org)8 Mattew 1:249 Diskors tad-19 ta’ Marzu 1980, op. cit.10 Omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II

San ĠużeppGuido Reni, 1640-1642

Page 126: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

124

f ’quddiesa ċċelebrata nhar San Ġużepp tal-1983, f ’Termoli, waqt żjara pasto-rali fid-Djoċesi ta’ Chieti.11 Ibid.12 Ibid.13 Mattew 1: 1914 Ġwanni Pawlu II fl-omelija tal-1983, op. cit.15 Ġwanni Pawlu II f ’omelija waqt qud-diesa fl-Istadium ta’ Monterotondo nhar id-19 ta’ Marzu 1993, waqt viżta pastorali fid-Djoċesi ta’Suburbicaria di Sabina-Poggio-Mirteto16 Ibid.17 Ibid.18 Luqa 2: 48 Kliem il-Madonna jsegwi dak ir-rakkont li fih l-ġenituri ta’ Ġesù jitilfu lil binhom fit-tempju u jsibuh wara tliet ijiem u tliet iljieli.19 Luqa 2: 4920 Diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II waqt it-talba tal-Angelus, nhar il-Ħadd, 21 ta’ Marzu 199921 Diskors tal-1999, op. cit. L-aħħar tliet snin tal-Millennju l-Papa Ġwanni Pawlu II kien iddedikahom lit-tliet persuni tat-Trinità qaddisa, l-Iben, l-Ispirtu s-Santu u l-Missier.22 Luqa 2: 27, 4123 Redemptoris Custos, nru. 824 Luqa 22: 4225 Ara l-pubblikazjoni tas-sena l-oħra maħruġa miċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, pp. 103-109.26 Ġwanni 3: 1627 Dwar dan jitkellem Papa Ġwanni Pawlu II fid-19 ta’ Marzu 1982 f ’omelija li ta f ’quddiesa waqt iż-żjara pastorali

tiegħu fid-Djoċesi ta’ Livorno.28 Rum., 4: 1, 1629 Omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1982, op. cit.30 Dwar oħtu li mietet qasir il-għomor, fl-età ta’ ftit ġimgħat m’hemmx tagħrif la ta’ twelid, la ta’ magħmudija u lan-qas ta’ mewt, però tagħrif miġbur lokalment isemmi dan il-każ pjetuż ta’ mewt infantili, magħmudija t’emerġenza fid-dar u anke difna fiċ-ċimiterju tal-lokal, mingħajr lapida, kollox kif kienet id-drawwa għall-ċirkostanzi bħal dawn f ’dak iż-żmien. Ara Weigel, G. (1999), Witness to Hope, p.2731 Ommu, Emilia Kaczorowska Wojty-la miet fit-13 t’April 1929, jiġifieri ftit qabel ma’ Karol (il-futur Papa Ġwanni Pawlu II) għalaq id-disa’ snin. Ara Weigel, G, (1999), op. cit., p. 29.32 Edmund Wojtyla, ħu Karol, imut fil-5 ta’ Diċembru 1932. Kien tabib u miet bl-iskarlatina li ħa minn wieħed mill-pazjenti tiegħu stess. Ara Weigel, G. 1999, op. cit., p. 32.33 Missieru, li kien jismu Karol bħalu, miet fit-18 ta’ Frar 1941, fi żmien meta Karol ta’ wieħed u għoxrin sena kien jaħdem fil-minjiera ta’ Zakrzowek. Ara Weigel, G., 1999, p. 4434 Biss biss fis-sit catholicculture.org sibna dawn li ġejjin: ‘Unity of the Family and Respect for Life’, March 19, 1981; ‘The Family is a Community of Love, Life and Prayer’, March 19, 1987; ‘Holy Family Teaches Us What is Essential’, March 19, 200035 Omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II,

nhar id-19 ta’ Marzu 1981, waqt qud-diesa għall-familji, fiż-żjara pastorali tiegħu fid-djoċesi ta’ Terni.36 Ġwanni 1: 1437 Omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II, 19.03.1981, op. cit38 Ibid.39 Omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II nhar id-19 ta’ Marzu, 2000, f ’quddiesa ddedikata għall-Ġublew tan-Nies tas-Sengħa, li jikkwota mir-Redemptoris Custos, n. 27.40 Omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II nhar id-19 ta’ Marzu, 1992, f ’quddiesa ċċelebrata f ’Castellammare di Stabia ġewwa Napli, waqt żjara pastorali fl-Arċidjoċesi ta’ Sorrento-Castellam-mare di Stabia. F’dan l-istess diskors il-Papa jistqarr li din tad-19 ta’ Marzu kienet saret ‘tradizzjoni stabbilta tal-Papa li jżur xi belt fl-Italja’. Għalhekk ħafna mill-kwotazzjonijiet li tajnie-kom aktar ’il fuq huma meħudin minn żjajjar ġewwa l-Italja, aktar milli x’imkien ieħor fid-dinja. Dan ma jfis-sirx li lil San Ġużepp ma semmiehx bnadi oħra wkoll.41 Ibid.42 Il-Papa Ġwanni Pawlu II fil-21 t’Awwissu 199643 Ibid. Il-Papa jitlob biex ‘San Ġużepp, il-Patrun tal-Knisja Universali, iħares il-komunita’ kollha ekkleżjali...’44 Omelija tal-Papa Ġwanni Pawlu II nhar id-19 ta’ Marzu 2001 waqt l-Quddiesa tal-Ordinazzjoni ta’ Disa’ Isqfijiet.

Page 127: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 128: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 129: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Kav. Duncan BrincatB.Com. (Hons.), OBSS

Gradwat fl-Ekonomija mill-Uni-versità ta’ Malta, ilu jokkupa l-

kariga ta’ Segretarju tal-Kumitat sa mis-sena 2001. Għamel żmien Ret-tur tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp u

anki Segretarju tal-Grupp Fratel-lanzi Maltin. Kavallier tal-Ordni

Biżantin tas-Santu Sepulkru.

Josefoloġija

127

IntroduzzjoniHuma bosta dawk l-insara li jaħsbu li d-dehriet huma assoċjati biss mall-Verġni Marija. Ftit huma dawk li jafu li hemm diversi każi fejn xi insara jemmnu li raw lil San Ġużepp f ’dehra partikolari.

Waħda minn dawn id-dehriet seħħet propju fl-Irlanda, eżattament fir-raħal ta’ Knock li jinsab fil-Punent tal-Ir-landa ġewwa l-konteja ta’ Mayo: viċin Knisja Parrokkjali ordinarja li spiċċat fuq fomm kulħadd flgħaxija tal-Ħamis 21 t’Awwissu 1879, lejlet l-Ottava ta’ Santa Marija. Din id-dehra smewwija seħħet eżattament quddiem il-Knisja, bl-isfond tagħha jkun il-frontispizju tal-istess binja.

Id-dehra minnha nnifisha kienet qisha pittura: tliet figuri ta’ daqs uman dehru mdawra b’dawl qawwi li bdew ħerġin minnu. Il-persuna tan-nofs mal-ew-wel ġiet identifikata bħala l-Madonna: b’għajnejha jħarsu lejn is-sema u ide-jha mgħollija sa spallejha. Kienet lieb-sa mantell sħiħ imdawwar magħha u kellha kuruna mill-isbaħ fuq rasha. Fuq il-lemin tagħha kien hemm San Ġużepp, b’rasu baxxuta lejha b’mod ta’ rispett. Fuq ix-xellug deher persunaġġ ieħor qisu isqof, liebes mitra żgħira, b’id waħda mgħollija qisu qed jip-priedka. Mary Byrne, waħda mill-persuna li raw din id-dehra, identi-fikat lil dan l-isqof bħala San Ġwann l-Evanġelista, għaliex skontha huwa kien żgħir, sabiħ u kien liebes diversi lbies, minbarra li kien jixbah statwa tal-istess qaddis li tinsab ġewwa Le-canvey.

Fuq ix-xellug ta’ San Ġwann deher ar-tal, u fuqu ħaruf u salib. Xi wħud mad-war dan l-artal raw ukoll xi ġwienaħ tal-anġli. Meta sar il-lejl, il-frontispizju tal-Knisja tgħatta bi sħaba kollha dija, qisha bid-dawl tal-qamar. It-tliet figuri, dehru qishom magħmulin mid-dawl, kull figura tagħti dija differenti. Din il-

viżjoni damet xi sagħtejn, minn x’ħin kien għadu d-dawl sakemm dalam, u rawha tal-inqas tnejn u għoxrin per-suna li kien hemm preżenti. F’dak il-ħin kienet nieżla x-xita, u għalhekk dawn il-persuni spiċċaw imxarrba.

Madankollu, l-ebda taqtir ta’ xita ma waqa’ fuq il-figuri nfushom, jew fuq il-ħajt tal-Knisja li kien hemm wara-jhom, għalkemm ir-riħ isfel li kien qed jonfoħ suppost tefa’ x-xita kollha lil dik in-naħa. Anki l-art ta’ taħt id-dehra ma kienetx imxarba.1

Sfortunatament, din id-dehra ta’ San Ġużepp ma tantx tingħata im-portanza mill-Irlandiżi, l-aktar minħabba l-fatt li jqisu din id-dehra bħala waħda Marjana, li tikkumpli-menta dawk li saru f ’Rue du Bac f ’Pariġi fl-1830, f ’La Salette fl-1846, f ’Lourdes fl-1858, f ’Pontmain fl-1871, f ’Pellevoisin fl-1876, ġewwa Fatima fl-1917, f ’Beauraing fl-1932 u fl-1933, u f ’Banneux fl-1933. Il-“qaddis tas-silenzju” ħafna drabi jiġi injorat fid-dehriet tiegħu, u għalhekk, mingħajr ma ntellfu d-devozzjoni lejn id-de-hriet tal-Madonna, tajjeb li nagħtu ħarsa lejn il-preżenza ta’ San Ġużepp f ’din id-dehra, f ’kuntest ma’ dehriet oħra tiegħu li seħħew, u anki naraw x’messaġġ huwa jixtieq jgħaddilna.

Id-dehra ta’ San ĠużeppL-ewwel studju dwar id-dehra li seħħet f ’Knock ġiet kummisjonata lil Dr. John MacHale xi xahrejn wara li seħħet. Baqgħet għaddejja sas-sena 1880.2 Kummissjoni oħra saret fl-1936 li baqgħet għaddejja sal-1939. Mill-konklużjoni ta’ din il-Kummissjoni, ġie mwaqqaf tribunal speċjali mill-Arċisqof ta’ New York fis-6 ta’ Lulju 1937 biex jieħu x-xhieda ta’ John Cur-ry3 li fi żmien id-dehra kellu ħames snin u nofs.4 Hawnhekk se nġibu ftit mix-xhieda dwar San Ġużepp, fejn ta’ min jinnota li ħadd minn dawk li

rawh ma kellu dubju dwar li din il-fig-ura kienet San Ġużepp, bid-differenza għal dak li ġara ma’ San Ġwann l-Evanġelista.5

Skond Mary Byrne O’Connell,6 fil-fig-ura ta’ San Ġużepp, rasu kienet baxx-uta u inklinata lejn il-Verġni Marija, bħal li kieku biex jagħtiha rispett. Il-qaddis kien rappreżentat bħala xiħ, b’daqna u xagħar griż.7 Fit-tieni Kum-missjoni, meta hi kellha 86 sena, Mary Byrne O’Connell tenniet li dan il-qaddis deher xiħ u l-kulur tiegħu ma kienx bajdani daqs dak tal-Madonna, iżda kulħadd induna li dan kien San Ġużepp.8 Xhieda simili għal dan taha Dominick Beirne.9

Patrick Hill, tifel ta’ ħdax-il sena dak-inhar tad-dehra, ta din ix-xhieda tmintax-il sena wara: “Rajt lil San Ġużepp fuq il-lemin tal-Madonna, b’rasu baxxuta lejn spallejh, qed jagħtiha rispett. Rajtlu d-daqna griża. Bejn il-Madonna u San Ġużepp kien hemm spazju mudlam, b’tali mod li San Ġużepp kien jingħaraf sewwa. Rajtlu saqajh u idejh kienu miġbura għat-talb.”10

Finalment, Bridget Trench ta’ 75 sena tat din ix-xhieda: “Tant kont mitlufa nħares lejn il-Madonna li ma tantx qagħdt attenta lejn il-figuri l-oħra, imma żgur li rajt żewġ figuri: San

Dehriet ta’ San Ġużepp (1)

Knock, l-Irlanda

Page 130: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

128

Ġużepp fuq il-lemin tal-Madonna, jew fuq ix-xellug min-naħa li bdejt inħares lejhom jien, b’rasu baxxuta lejha u idejh miġbura għat-talb, u l-figura l-oħra li ħsibt li huwa San Ġwann l-Evanġelista kien fuq in-naħa tax-xellug. Smajt lill-oħrajn ta’ mad-wari jgħidu li kien San Ġwann.”11

Ta’ min jinnota li waqt li Mary Byrne O’Connel qalet li San Ġużepp deher xiħ, id-deskrizjoni li taw persuni oħra fejn id-daqna kienet griża, setgħet tfisser ukoll raġel li kellu xi 40 sena.

In-Natura tad-DehraSa minn żmien Santu Wistin, teologi tal-ħajja spiritwali kklassifikaw id-de-hriet bħala:1. Korporali, jiġifieri fejn l-għajnejn jaraw oġġett li normalment huwa inviżibbli;2. Immaġinattiv, fejn ir-rappreżentazzjoni tad-dehra hija pro-dott supernaturali fl-immaġinazzjoni;3. Intelletwali, fejn il-moħħ jifhem verità spiritwali mingħajr l-għajnuna tal-użu tas-sensi.12

Il-maġġoranza tad-dehriet tal-Ma-donna fl-aħħar żewġ sekli, li jidhru bħala kredibbli mill-Knisja, huma kważi kollha tat-tieni tip.13 Għalhekk, per eżempju ġewwa Fatima u anki Lourdes, in-nies preżenti ma kienux qed jaraw id-dehra fiha infisha, imma kienu jaraw l-effett li qed jgħidulhom il-viżjonarji. Il-każ ta’ Knock huwa

differenti: kulħadd beda jara l-istess dehra. Dak li ġara flgħaxija ġewwa Knock qisu kien rigal “mgħoti mill-Providenza Divina lil miġgħema ta’ erwieħ ordinarji.”14,15 Dan kollu huwa miġbur permezz tax-xhieda, anki ta’ xi wħud li kienu iktar minn nofs mil ’il bogħod mill-Knisja u raw dawl qawwi fil-bogħod.16 Id-dehra ta’ Knock kienet viżjoni korporali.17

Il-Knisja u KnockL-awtorità biex issir investigazzjoni dwar kull tip ta’ dehra hija dejjem fda-ta f ’idejn l-isqof tad-djoċesi fejn din tkun seħħet. Wara l-investigazzjoni meħtieġa, l-Isqof tal-post jista’:1, Jiddikjara li d-dehra taqbel mal-fidi u għalhekk tajjeb li wieħed jemminha u jħalli li jsir kult lokali; jew 2. Jiddikjara li d-dehra mhux tajba jew qarrieqa u għalhekk ma jħalliex li jsir l-ebda tip ta’ kult lokali; jew3. Joqgħod lura milli jesprimi approv-azzjoni jew disapprovazzjoni dwar id-dehra jew inkella milli jieħu xi deċiżjoni formali dwarha.18

Kienet din it-tielet għażla li ħadu l-Arċisqfijiet ta’ Tuam u l-ġerarkija Irlandiża fil-każ ta’ Knock, minħabba diversi raġunijiet,19 fosthom minħabba l-fatt li kienu ħafna dawk li kienu qed jemmnu jew diġà emmnu din il-ġrajja.20,21

Madankollu, kull dubju dwar dan tneħħa matul iż-żjara li l-Papa Ġwanni Pawlu II għamel fl-okkażjoni tas-sena ċentinarja, fejn indirizza folla kbira fosthom nies morda u voluntiera. Huwa għolla l-Knisja l-ġdida ta’ Marija Sultana tal-Irlanda fil-grad ta’ Bażilka u ppreżenta warda tad-deheb.22

Il-Messaġġ wara d-Dehra Minħabba li l-ebda kelma ma tlissnet f ’din id-dehra, il-messaġġ warajha jista’ joħroġ biss permezz tad-dixxerniment tal-Knisja. B’differenza għad-dehriet tal-Madonna f ’La Salette, Lourdes u Fatima, id-dehra ta’ Knock tixbaħ iżjed lil dawk li seħħew f ’Rue du Bac, Pontmain, Beauraing u Banneux, fejn jidher li l-għan prinċipali huwa biex tissaħħah il-fidi tal-poplu t’Alla.

Catherine Rynne tisħaq dan meta tgħid li, “Għalkemm il-messaġġ ta’ Knock huwa mistoqsija li tikkonfondi lil xi wħud, huma ħafna dawk li qa-blu li l-Verġni Marija, San Ġużepp u d-dixxiplu l-maħbub ġew biex jagħtu serħan lill-ġens li ġarrab ħafna. Dan hu dak li dawk li kienu xhieda tad-de-hra jemmnu. Fil-konteja ta’ Mayo dak iż-żmien, in-nies kienet qed issofri l-ġuħ, l-għaks u l-mard, kien hemm ħafna faqar u bosta kienu dawk li qed jaħarbu. Pontmain kien fuq l-għatba ta’ gwerra. Lil dawn iż-żewġ postijiet, f ’temp ta’ tmien snin, il-Madonna ġiet bis-sbuħija u bis-silenzju biex tagħti faraġ lill-poplu tagħha.”23

Ta’ min jinnota wkoll li f ’Knock, b’differenza ta’ dehriet oħra, ningħataw togħma tal-liturġija li sseħħ fil-Ġenna skond il-Ktieb tal-Apokalissi (Apok. 5:6) Il-Kattoliċi Irlandiżi minn de-jjem urew fidi kbira, xi drabi anki b’ħajjithom stess, permezz tal-Qud-diesa, li hija l-liturġija tad-dinja. F’Knock huma ġew ippremjati tal-fidi tagħhom. L-istess ħsieb joħroġ mill-kitba ta’ Dun Francis Sullivan S.J., li jara d-dehra ta’ Knock bħala, “sejħa għall-kontemplazzjoni”, jew in-vit li anki l-foqra u l-illitterati jistgħu jaċċettaw u jidħlu għalih.24

Dehriet oħra ta’ San Ġużepp Qabel ma nistħarrġu l-għala l-preżenza ta’ San Ġużepp ġewwa Knock, tajjeb li nagħtu ħarsa lejn dehriet oħra jew manifestazzjonijiet ta’ dan il-qaddis. Wieħed mill-ftit kotba li jitratta dan is-suġġett huwa dak miktub minn Joseph Perrin bl-isem Un Juste Nommé Joseph25 filwaqt li Patri Tarcisio Stra-mare, O.S.J. jipprovdi lista qasira ta’ dak li hu jsejħilhom l-aqwa dehriet.26

L-ewwel referenza ta’ Perrin hija t-

Santa tad-Dehra ta’ Knock.

Il-Knisja ta’ Knock fejn ġrat din id-dehra.

Page 131: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Josefoloġija

129

tradizzjoni ta’ dehra tas-Sagra Familja lil patri vjaġġatur fil-qrib ta’ Montser-rat, żewġ sekli qabel it-twaqqif tal-ab-bazija. Madankollu, ma teżisti l-ebda dokumentazzjoni dwar dan.27

L-ewwel dehra reġistrata ta’ San Ġużepp tidher dik li seħħet matul il-lejl tad-19 ta’ Marzu 1448, fil-belt assedjata ta’ Novara.28 Perrin jagħti deskrizzjoni fid-dettall tad-dehra ta’ San Ġużepp lil ragħaj bl-isem ta’ Gasp-ard Ricard d’Estienne f ’Mont Bessillon viċin Cotignac fid-7 ta’ Ġunju 1660.29

Fis-sħana ta’ nofsinhar, d’Estienne kien bil-għatx u sab ftit dell taħt siġra flimkien man-nagħaġ tiegħu. F’ħin minnhom, raġel ta’ statura kbira qam quddiemu u qallu, “Jien Ġużeppi. Qandel dik il-blata u tixrob.” Huwa ma qabilx għax il-blata kienet kbira, imma Ġużeppi insista, u b’għaġeb kbir, kif ċaqlaq il-blata, sab nixxiegħa ilma ħierġa minn taħtha. Wara li qata’ l-għatx, ir-ragħaj mar biex jirringrazzja lil dan l-istranġiet misterjuż, iżda dan kien sparixxa. Minn dak iż-żmien, il-qima lejn San Ġużepp li qatt m’eżistiet f ’dawk l-inħawi bdiet tikber, tant li wara ftit inbniet kappella li ġiet fdata f ’idejn l-Oratorjani.30 Ir-Re Lwiġi XIV, li kien ġej lura minn Spanja dakinhar stess tad-dehra, bir-reġina l-ġdida Maria Teresa, baqa’ mistgħaġeb b’dak li sema’ li ġara, u minħabba li missieru kien kkonsagra r-renju lill-Madonna tal-Grazzja 23 sena qabel, fid-19 ta’ Marzu 1661 huwa kkonsagra r-renju tiegħu lil San Ġużepp.31

Patri Stramare jinfurmana li seħħet dehra ta’ San Ġużepp ġewwa Mon-tagnaga di Pinè fi Trento fl-1728, iżda mingħajr ma jagħti dettalji dwarha.32 Perrin jirrakonta wkoll dehra ta’ San Ġużepp fis-seklu 19 lil raħħala mara fil-qrib ta’ Locminé fi Franza, fiż-żona fejn aktar tard kellu jinbeda l-kunvent tas-Sorijiet Ulied ta’ Ġesù ta’ Kerma-ria, iżda anki f ’dan il-każ ma teżisti l-ebda informazzjoni dokumentata.33

Fl-istess seklu niltaqgħu mal-istorja li daret id-dinja tal-bini tat-taraġ spi-rali ġewwa l-kappella tas-Sorijiet ta’ Loretto f ’Santa Fe, New Mexico, fl-1873. Il-mastrudaxxa xwejjaħ wasal fil-kappella fl-aħħar ġurnata tan-no-

vena ta’ San Ġużepp, u offra li jaħdem dan it-taraġ li ħaddieħor kien qal li impossibbli biex isir. Huwa ħadmu u telaq mingħajr ħadd ma rah iżjed biex almenu jitħallas ta’ xogħlu. Il-kostruz-zjoni ta’ dan it-taraġ għadu sal-lum il-ġurnata jħawwad bosta arkitetti, għax idur darbtejn b’360° kull dawra, mingħajr m’għandu arblu fin-nofs, ma għandux fih la msiemer u lanqas ċingi jew klampi, u huwa magħmul minn tip ta’ injam li ma ssibux fl-Istati Uni-ti. Ħafna qalu li dan il-mastrudaxxa misterjuż ma kien ħadd ħlief San Ġużepp innifsu.34

Għalkemm huma bosta dawk li semgħu dwar id-deriet tal-Madonna ġewwa Fatima fit-13 ta’ kull xahar minn Mejju sa Ottubru tal-1917, ftit jafu li, skont ix-xhieda li Swor Luċija tagħti fir-raba’ memoir tagħha, San Ġużepp deher ukoll fit-13 t’Ottubru 1917 waqt il-“miraklu tax-xemx”. Minn kliemha stess: “Meta s-Sinjura għebet fis-sema, ma’ ġenb ix-xemx rajna lil San Ġużepp iżomm lill-Bambin Ġesù u lis-Sin-jura liebsa l-abjad b’mantell blu. San Ġużepp u l-Bambin dehru qed ibierku d-dinja billi jagħmlu s-sinjal tas-sal-ib.”35

Il-ġrajja ta’ Knock, li qegħdin nir-rakuntaw f ’dan l-artiklu, hija waħda mid-dehriet ta’ San Ġużepp, fejn iżda ma sar l-ebda diskors.

Finalment, San Ġużepp deher diversi drabi ma’ ġenb il-Madonna u Ġesù tfajjel f ’età ta’ xi tnax-il sena, fuq il-Knisja Ortodossa Kopta f ’Zeitoun, subborg tal-Kajr fl-1968.36 Dawn id-dehriet dehru litteralment minn miljuni ta’ nies u l-Knisja Ortodossa Kopta taċċettahom bħala ġenwini.37 Il-Patrijarka Kattoliku Kopt, il-Kardi-nal Stephanos I, isostni li, “m’hemm l-ebda dubju li din hija dehra reali konfermata minn bosta membri Kopti Kattoliċi tal-affari tagħhom.”38 Interes-santi l-fatt li dawn id-dehriet, bħal fil-każ ta’ Knock kienu korporali, “qishom magħmulin mid-dawl,” fejn seta’ jara-hom kulħadd u anki fotografati.39

Sfortunatament, anki f ’dan il-każ, in-sibu biss sentenza waħda bħala ref-erenza lejn San Ġużepp.

Il-Messaġġ ta’ San ĠużeppHemm xi ħaġa komuni f ’dawn id-de-hriet ta’ San Ġużepp li seħħew f ’medda ta’ mijiet ta’ snin, u fi żminijiet u posti-jiet mhux relatati? Ovvjament, kull dehra ta’ dan il-qaddis, temfasizza il-kobor traxxendentali ta’ San Ġużepp f ’termini ta’ kemm kien qrib ta’ Ġesù u ta’ Marija, u ċ-ċokon tiegħu li jagħmilna aktar qrib tagħna. Sintendi, l-istess dehriet iwassluna biex nagħrfu bħala Knisja l-kobor ta’ San Ġużepp fir-rwol tiegħu fl-istorja tas-salvazzjo-ni u l-qawwa tal-interċessjoni tiegħu.

Il-Preżenza ta’ San Ġużepp f ’Knock Wara li investigajna d-dehra f ’Knock u anki d-dehriet preċedenti ta’ San Ġużepp, jifdlilna mistoqsija waħda: Għala San Ġużepp jifforma parti minn din id-dehra? X’messaġġ trid twassal il-preżenza tiegħu? Ċertament li huwa diffiċli biex tagħti risposta eżatta għal din il-mistoqsija, iżda nistgħu nagħmlu referenza għal Marjoloġista Irlandiż, Dun Michael O’Carroll C.S.Sp. li tkel-lem fuq dan il-fatt fit-tul, “Nara Knock bħala mezz ta’ providenza kif nistgħu nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq il-qaddis kbir San Ġużepp, li qed jiste-dinna biex naħsbu u nirriflettu fuqu, li nfittxu l-għajnuna permezz tat-talb billi nifhmu r-rwol tiegħu fil-ħajja tal-Knisja u fil-ħajja personali tagħna.

Il-Bażilka fi ħdan is-Santwarju ta’ Knocku l-Kappella tad-Dehra illum.

Page 132: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

130

Naħseb li f ’din id-dehra irid iwassal żewġ messaġġi: wieħed korrettiv u l-ieħor ta’ tagħlim pożittiv. Il-korrettiv huwa għaliex San Ġużepp jiġi muri fiċ-ċentru tal-misteru Nisrani. Id-de-hra ppreżentat il-misteru tal-Għid, il-ħaruf fuq l-artal, u l-Medjatriċi ma’ ġenbu liebsa s-simbolu tal-qawwa tagħha, bħala Reġina tal-univers u tal-medjazzjoni quddiem Alla. Li tara lil dan il-qaddis fil-preżenza ta’ Kristu joffri sagrifiċċju u ta’ Marija bħala avukata tagħna, huwa l-għarfien li l-pożizzjoni tiegħu fix-xirka tal-qaddi-sin, hija, wara dik ta’ Ġesù u ta’ Marija, ċentrali, vitali, neċessarja...”

“It-tagħlim pożittiv huwa għaliex il-mod ta’ kif ġab ruħu dan il-qad-dis lejn il-Madonna impressjona tal-inqas ħames xhieda li taw det-talji dwaru waqt l-inkjesta kanonika fuq id-dehra... Nikkwota lil Mary Beirne (aktar tard Sinjura O’Connell), għaliex nikkunsidraha bħala waħda mill-aqwa xhieda ta’ din id-dehra, ‘Ras San Ġużepp kienet baxxuta u inklinata lejn il-Verġni Marija, bħal li kieku qed jagħtiha rispett.’ Xi jfisser dan? Jien naħseb li jikkonferma dak li tgħallimna... li l-grazzji u l-glorji koll-ha ta’ San Ġużepp ġew mir-rabta taż-żwieġ ma’ Marija. Din hija tagħlima importanti wkoll għalina l-Insara, sabiex nibbażaw ħajjitna u l-mod ta’ kif inġibu ruħna fuq relazzjoni qrib ta’ Marija, Reġina tal-univers.”40

Dun O’Carroll iqabbel ukoll il-preżenza ta’ San Ġużepp f ’Knock mal-Ewkaris-tija. Għalkemm huwa “ma għixx biex ra b’għajnejh l-ikla tal-Għid li kel-lha tkun l-ewwel Quddiesa,” hawn-hekk huwa, “daħal fi ġrajja tal-istorja tal-poplu tiegħu... Ħadd ieħor wara Marija m’għandu relazzjoni daqsekk qrib ma’ Ġesù bħala vittma tal-Għid u r-rebħa tiegħu (għaliex il-Misteru tal-Għid iwaħħad il-mewt u l-qawmien tas-Salvatur) daqs Ġużeppi, ruħ fidila lejn il-liġi Lhudija, it-tradizzjoni u l-osservanza ritwali.”41

Hemm konklużjoni oħra li d-dehra ta’ San Ġużepp f ’Knock tista’ twasslilna: il-konferma tas-sema stess ta’ dak li jsir mill-Vigarju ta’ Kristu fuq din l-art. Bħalma l-Venerabbli Piju IX id-

dikjara d-domma ta’ Marija Immaku-lata Kunċizzjoni fit-8 ta’ Diċembru 1854 u l-Madonna stess ikkonfermata fid-dehriet lil Bernadette Soubirous f ’Lourdes erba’ snin wara, hekk ukoll l-istess Papa ddikjara solennement lil San Ġużepp Patrun tal-Knisja Univer-sali fit-8 ta’ Diċembru 1870, u dan ir-rwol ta’ San Ġużepp ġie muri f ’Knock disa’ snin wara.

Il-Kapuċċin Irlandiż Dun Hubert kiteb meditazzjoni evokattiva lil “San Ġużepp devot ta’ Marija bħala l-ideal divin tal-Knisja”,42 li speċifikament tirrifletti fuq ir-rwol ta’ Ġużeppi fid-dehra ta’ Knock bħala Protettur tal-Knisja Universali. Huwa qal li, “id-dehra ta’ Knock toffri lid-dinja togħma żgħira ta’ San Ġużepp li qed ikompli l-ħidma importanti tiegħu fis-salvazzjoni tagħna. Hemmhekk hu jidher qed jissodisfa l-uffiċju di-vin li lilu ġie mogħti fis-silenzju u r-riserva fl-intenzjoni li jwettaq ħidma kbira. Dan ix-xogħol huwa xejn ħlief l-interċessjoni tiegħu b’riżq il-Knisja sabiex din tilħaq il-milja u l-perfez-zjoni tagħha... Ġaladarba San Ġużepp jaf li l-Knisja għad trid issir bħalma l-Madonna hija bħalissa, xi trid tkun it-talba tiegħu jekk mhux li l-Knisja nnifisha tikber fix-xebħ mal-għarus tagħha, u b’hekk tevolvi lejn id-destin finali tagħha.”43

Fl-aħħar, ma nistgħux nagħlqu mingħajr ma nemmnu li ż-żewġ figuri madwar il-Madonna f ’Knock huma l-iktar tnejn min-nies viċin tal-Qalb ta’ Ġesù u l-Qalb ta’ Marija:44 l-ew-wel jiġi San Ġużepp, il-magħżul biex jieħu post il-Missier fuq din id-dinja u r-relazzjoni tiegħu ma’ Kristu u Mar-ija, u wara San Ġwann, id-dixxiplu maħbub ta’ Ġesù u “bin” Marija b’wirt ta’ Ġesù (Ġw. 19:25-27; Lq. 2:7).

Fit-toroq moħbija tal-providenza, li huma magħrufa minn dawk li huma mmexxija mill-Ispirtu t’Alla (I Kor. 2:12-14), id-dehra ta’ San Ġużepp mal-Għarusa Verġni tiegħu, id-dixxiplu l-maħbub u l-Ħaruf, hija revelazzjoni tas-saltna ta’ dak li skont San Mattew li b’mod sempliċi iżda bi preċiżjoni assoluta ddeskriva bħala “ġust” (Mt. 1:19).

Referenzi1 Catherine Rynne, Knock 1879-1979 (Dublin: Veritas Publications, 1979) 10-11. Dan il-ktieb huwa ferm riċerkat u jiddependi fuq dokumenti oriġinali.2 Rynne 15 ff.3 Rynne 31.4 Rynne 15, 30-32.5 Cf. Rynne 20, 26, 27, 34, 37, 38, 45, 51.6 Hija żżewġet lil James O’Connell fl-1882.7 Rynne 20.8 Rynne 24.9 Rynne 40.10 Rynne 42.11 Rynne 51.12 Cf. Jordan Aumann, O.P., Spiritual Theology (Huntington, Indiana: Our Sunday Visitor, 1980) 425-427; An-tonio Royo, O.P. u Jordan Aumann, O.P., The Theology of Christian Perfec-tion (Dubuqe, Iowa: The Priory Press, 1962) 655-656; Adolphe Tanquerey, S.S., The Spiritual Life: A Treatise on Ascetical and Mystical Theology trans. Herman Branderis, S.S. (Tournai: Desclée & Co., 1930) 701-702; Regi-nald Garrigou-Lagrange, O.P., The Three Ages of the Interior Life, Vol. II trans. Sr. M. Timothea Doyle, O.P. (St. Louis: B. Herder Book Co., 1948) 577, 586-588; Benedict J. Groeschel, C.F.R., A Still, Small Voice (San Francisco: Ig-natius Press, 1993) 156-159.13 Cf. Groeschel 157.14 Groeschel 149.15 Cf. Groeschel 156.16 Rynne 52-54.17 Cf. Groeschel 156.18 Rynne 122.19 Cf. Rynne 123-135.20 Cf. Sandra L. Zimdars-Swartz, En-countering Mary: Visions of Mary from La Salette to Medjugorje (New York: Avon Books, 1992) 10.21 Mark Miravalle, S.T.D., Introduction to Mary: The Heart of Marian Doc-trine and Devotion (Santa Barbara, CA: Queenship Publishing Company, 1993) 137-138.22 Michael O’Carroll, C.S.Sp., The-otokos: A Theological Encyclopedia of the Blessed Virgin Mary (Wilmington, DE & Dublin: Michael Glazier, Inc. & Dominican Publications, 1982) 212. 23 Rynne 121. Għal interpretazzjoni simili cf. Joan Ashton, Mother of Na-

Page 133: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Josefoloġija

131

tions: Visions of Mary (Dublin: Ver-itas Publications, 1988) 71.24 Cf. Francis Sullivan, S.J., “Knock Vi-sion of Contemplation” Knock Shrine Annual 54 (1992) 49-52.25 (Paris: Médiaspaul, 1985) 167-188.26 Tarcisio Stramare, O.S.J., San Giuseppe Virgulto Rigoglioso: rassegna storico-dottrinale (Casale Monferrato: Edizioni Piemme, 1987) 122.27 Perrin 169-170.28 Stramare 66.29 Perrin 182-185. Kappella lill-Ma-donna tal-Grazzji kienet digà teżisti f ’dan il-post wara dehra tal-Madonna fl-1519. Cf. Perrin 174-176; Maurice Vloberg, “Bibliographie des Pèlerinag-es de Notre-Dame en France,” Hubert du Manoir, S.J. Maria: Études sur la Sainte Vierge, 4 (Paris: Beauchesne et Ses Fils, 1956) 317-318; Bernard Chevallier et Bernard Gouley, Je vous salue, Marie: Guide pratique et his-torique de la dévotion mariale (Paris: Fayard, 1981) 297-298.30 Cf. Michel Dupuy, S.S., “L’Oratoire de

France et Saint Joseph,” San Giuseppe nel Seicento: Atti del Terzo Simposio Internazionale (Roma: Libreria Edi-trice Murialdo, 1981) 830-831.31 Cf. Perrin 184.32 Stramare 122.33 Perrin 172-173, 158-160.34 Cf. Patrick Madrid, “The Miraculous Staircase of Loretto,” Extension, May 1991, 24-27.35 António Maria Martins, S.J. (ed.), Memórias e Cartas (Porto, Portugal, 1973) 351.36 Cf. Jerome Palmer, O.S.B., Our Lady Returns to Egypt (San Bernardino, CA: Culligan Publications, Inc., 1969) 15; Francis Johnston, When Millions saw Mary (Chulmleigh, Devon: Augus-tine Publishing Company, 1980) 5.37 Palmer 42; Johnston 12-13. René Laurentin fil-ktieb tiegħu The Appari-tions of the Blessed Virgin Mary Today trans. Luke Griffin (Dublin: Veritas Publications, 1990) p. 72 kummenti: “While continuing to favour the more rigorous methods adopted in Catholic

procedures, I do, of course, respect the oriental method, which is much more direct, less suspicious and more open to the astonishing spontaneity of God’s gifts to humanity.” 38 Palmer 38; Johnston 13-14.39 Il-kotba ta’ Palmer u Johnston huma miżgħuda bir-ritratti.40 Michael O’Carroll, C.S.Sp., “The Im-portance of St. Joseph,” Knock Shrine Annual 54 (1992) 46-47.41 O’Carroll, “The Importance of St. Joseph,” 47.42 Father Hubert, O.F.M. Cap., Knock, Vision of Hope (Knock Shrine Society, 1959) 13-24.43 Hubert 19. Il-Marjoloġija ekkleżjotipika ppreżentata hawnhekk tantiċipa t-tagħlim tal-Konċilju Va-tikan it-Tieni fil-kapitlu dwar il-Ma-donna fil-Lumen Gentium.44 Cf. Berchmans Walsh, O.C.S.O., Knock, Mary’s International Shrine of the Lamb of God (Knock Shrine Soci-ety, 1985) 11.

Page 134: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

132

Page 135: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Josefoloġija

133

Joe ChetcutiArtikolista magħruf f ’bosta kotba

tal-festi madwar Malta kif ukoll ġurnali, u preżentatur ta’ programmi

dwar festi u marċi fuq stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni. Devot

kbir ta’ San Ġużepp. Preżentement jokkupa l-kariga ta’ Delegat tal-

Banda, Chairperson Kummissjoni Banda u PRO mal-Banda 12th May

ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Għalkemm San Ġużepp kien ċert li l-Verġni Marija ma kienitx obbligata li toqgħod għal-liġi Ebrajka ta’ Mosè, iġifieri, dik il-liġi li tobbliga lil kull mara li hi għandha tgħodd ruħha mniġġsa sa erbgħin ġurnata wara li tkun welldet tarbija, b’dana kollu ried li hi timxi skond il-liġi ta’ Mosè. Ried li wara erbgħin jum mit-twelid tat-tarbija, il-familja mqaddsa jmorru fit-tempju, jaħtnu lit-tifel u jagħtuh isem, biex isir kollox bħat-trabi subien l-oħra tal-Lhud.

X’għamel Ġużeppi f ’dawk l-erbgħin jum qabel iċ-ċirkonċiżjoni ta’ Ġesù? L-apokrafi jgħidulna li l-familja mqadd-sa damet tgħix fil-għar fejn twieled il-Bambin għall-inqas mal-40 jum. Ma ninsewx li Ġużeppi kien mastrudaxxa u bħala tali żgur li rranġa kif seta’ dak il-għar. Għandna nifmhu li għamel benniena ta’ l-injam biex Ġesù ma jittpoġġiex iżjed fil-maxtura minn fejn jieklu l-annimali. Din il-benniena ta’ l-injam li ġo fiha kien jitpoġġa u jorqod il-Bambin għadha teżisti sal-lum u tinsab b’għożża kbira fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore ġewwa Ruma. Fil-fatt ħafna nies, speċjalment Ruma-ni, jsejjħu din il-bażilika bħala “Santa Maria del Presepe”.

Kif il-benniena kienet lesta, l-Verġni Marija poġġiet lit-tarbija ġewwa fiha. Fil-qiegħ għamlet ftit tiben artab u fuq it-tiben biċċa ċarruta tal-għażel abjad. Jingħad li ż-żewġ annimali li kienu preżenti waqt it-twelid ta’ Ġesù, baqgħu ġewwa l-għar. Baqgħu bin-nifs isaħħnu xi ftit dak l-għar fil-ġranet kesħin tal-qieragħ tax-Xit-wa. Marija, dejjem skond l-apokrafi, kienet tgħatti lill-Bambin bil-mantell ta’ San Ġużepp. Kuljum, anzi spiss għarkubtejhom, huma kienu jaduraw lil dik il-ħelwa tarbija li kien għad ma kellux isem uffiċċjali skond il-liġi tal-Lhud. Dan l-isem kien jingħata waqt iċ-ċerimonja taċ-ċirkonċiżjoni. Kien dmir tal-missier li jagħti dan l-isem.

Skond il-liġi ta’ Mosè, il-verġni Mar-

ija ma setgħetx toħroġ barra minn fejn tkun twieldet it-tarbija qabel 40 ġurnata, lanqas biex tixtri l-bżonnijiet ta’ l-ikel u timla’ l-ilma. San Ġużepp kien jaħseb għall-ikel, imma l-ġarr ta’ l-ilma kien problema. Billi kel-lhom nuqqas ta’ ilma, dejjem skond ir-rivelazzjoni, Alla l-imbierek ipper-metta li minn blata fil-qrib beda jnixxi l-ilma l-aktar safi. San Beda jgħid li din in-nixxiegħa kienet għadha tnixxi sa żmienu. Forsi xi ħadd isaqsi: “Jekk il-Madonna kienet imnissla f ’ Ġerusalemm u għexet għal xi żmien f ’din il-Belt, dawn ma sarux jafu bit-twelid ta’ Ġesù?” Dażgur li saru

l-għar fejn twieled il-Bambin. Bdew jaslu xi ftit qraba ta’ San Ġużepp, iġifieri ħuh Kleofa flimkien ma’ martu Marija Kleofa. Propjament dawn ma kienux minn Betlehem, imma kienu ġew f ’din il-belt biex jobdu l-editt ta’ Cesare Augusto u jinkitbu, l-ist-ess raġuni li Marija u Ġużeppi kienu marru Betlehem. Wara ħafna mis-toqsijiet u tkixxif l’hawn u l’hemm, il-familja Kleofa rnexxielhom isibu lil Ġużeppi u Marija u l-Bambin Ġesù

Il-Preżentazzjoni ta’ Kristu fit-TempjuPhilippe de Champaigne, Bruce Museum, Greenwich (1648)

San Ġużepp ta l-isem lil Ġesùwaqt iċ-ċeremonja taċ-ċirkonċiżjoni

jafu, Sant’ Anna u San Ġwakkin, il-ġenituri ta’ Marija saru jafu bit-twel-id ta’ Ġesù. Ma kienux joqgħodu ħafna bogħod minn Betlehem. Kienu joqgħodu fil-qrib ta’ dik li tissejjaħ il-pixxina pro-batika, anzi xi għorrief jgħidu li l-art fejn kienet il-pixxina kienet prop-jetà ta’ Sant’ Anna u San Ġwakkin. F’dan il-post, fis-sitt seklu ġiet mibnija knisja kbira u sabiħa bi tliet navati.

Il-kittieb Gerebrardo jgħidilna li meta Ġesù kien ikkonċeput, kien sar terremot żgħir, theżżiża, u beda ħiereġ gelgul ta’ ilma u hekk ifformat il-pixxina. L-Evanġelju jgħidilna li dan l-ilma kien prodiġizju. Minn żmien għal żmien kien jiġi anglu jħarrek l-ilma u min jintefa’ fil-pixxina jekk ikun mar-id ifieq. Issa biex nitkelmu ta’ bnedmin li aħna, din il-pixxina kienet propjetà ta’ Ġesù ukoll la darba l-art kienet tan-nanniet tiegħu.

Imma ħalli nerġgħu mmorru għal Betlehem. Mela għidna, li San Ġużepp, naturalment mgħejjun mill-Verġni Marija, irranġaw xi ftit u kif setgħu

Page 136: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

ġewwa l-għar. Nistgħu naħsbu x’ferħ kbir ġarrbu dawn il-qraba meta raw

dik il-ħlewwa ta’ tarbija fil-benniena. Nistħajlu ukoll li Ġużeppi semmielhu lil ħuħ Kleofa dwar it-tarbija Ġesù, li ma kienx iben ta’ raġel bħat-trabi l-oħra kollha li jitwieldu, imma kien l-iben ta’ l-istess Alla. Żgur li dan it-tagħrif qanqal lil Kleofa u martu biex jinżlu għarkubtejhom u flimkien ma’ Ġużeppi u Marija għaddew xi ħin ja-duraw lil Ġesù.

Mela, kif għidna, wara 40 ġurnata mit-twelid tat-tarbija, wasal il-jum taċ-ċirkonċiżjoni jew kif ngħidu bil-Malti, ‘wasal il-jum tal-ħtim’. Iċ-ċirkonċiżjoni kienet rit sagru ħafna għal-Lhud, kważi l-istess bħal ma hi l-magħmudija fi żmiennha. F’din iċ-ċerimonja li kienet issir fit-tempju, l-qassis il-kbir kien jaqta’ biċċa ġilda mill-ġisem teneru tat-tarbija u joħroġ xi ftit demm. Dan kien sagrifiċċju kbir għal ġenituri jaraw it-tarbija tagħhom xi ftit feruta fost il-biki tat-tarbija u

d-demm iqattar. Għall-ħatna tat-tar-bija kienu jattendu fit-tempju l-qra-ba u l-ħbieb tal-ġenituri tat-tarbija. Nistħajlu li ma naqsux li jattendu l-kuġini Żakkarija u Eliżabetta u t-tifel tagħhom Ġwanni li kellu biss ftit an-qas minn seba’ xhur.

Kien dmir tal-missier li waqt din iċ-ċerimonja jagħti l-isem lit-tarbija, u nafu mill-Evanġelju li l-isem ta’ Ġesù ma vvintahx San Ġużepp imma kien ġie ssuġerit lil San Ġużepp mill-anġlu tal-Mulej. Qallu l-anġlu: “Martek Mar-ija jkollha tifel u int issemmieh Ġesù.” Mela l-isem Ġesù għażlu Alla stess.

San Pawl jgħidilna, “(Alla) żejnu b’isem li hu fuq kull isem, biex fl-isem ta’ Ġesù fis-sema, fl-art u f ’qiegħ l-art il-ħlejjaq kollha jinżlu għarkubtejhom u kull ilsien jistqarr ‘Ġesù Kristu hu l-Mulej għall-glorja t’Alla l-Missier.” (San Pawl, II Ittra lill-Filippin 6-9)

134

San Ġużepp jippreżenta lil Ġesù fit-TempjuP. Verri, Italja

Page 137: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

135

Page 138: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

136

Page 139: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Josefoloġija

137

Gerald SpiteriPreżentement jokkupa l-ka-

riga ta’ Kaxxier tal-Kummissjoni Żgħażagħ tas-Soċjetà, kariga li

ilu jservi fiha mis-sena 2007, wara li għamel xi żmien Assistent Kaxxier. Din is-sena huwa se jkun

qed jistudja barra minn Malta, u għalhekk nawgurawlu kull suċċess

għall-futur tiegħu.

San Ġużepp magħruf bħala Ġużeppi mid-Dar ta’ David, jew Ġużeppi l-mastrudaxxa ta’ Nażaret. Fit-Testment il-Ġdid huwa magħruf bħala r-raġel ta’ Marija, omm Ġesù. Għalkemm għall-Insara, San Ġużepp ma kienx il-missier bioloġiku ta’ Ġesù, huwa mexa bħala l-missier adottiv tiegħu, billi ħa ħsiebu f ’kull bżonn, u għalhekk huwa meqjus bħala l-kap tas-Sagra Familja.

Minn dak li nsibu fl-Evanġelji, San Ġużepp jisse-jah bħala r a ġ e l ġust, u

għalhekk naraw kif b’mod ispirat, San Ġużepp jitqies bħala qaddis. Dan mhux biss mill-Knisja Kattolika, imma anki f ’dik Ortodossa, Anglikana u Knejjes oħra Luterani, fejn id-devozzjoni lejn San Ġużepp ma tonqosx.

L-Evanġelist San Mattew jippreżenta lil Ġesù bħala iben τεκτων (tekton) li bil-Malti tfisser ħaddiem tas-sengħa. Sorsi apokrifi jelaboraw iżjed mill-kit-ba ta’ l-Evanġelji. Dak iż-żmien kienu

jsibu lil Ġesù jaħdem fl-injam flimkien ma’ missieru l-pro-

tettiv tiegħu: San Ġużepp il-mastrudaxxa ġewwa

Nażaret. Jgħidu wkoll kemm San Ġużepp kien għaqli meta aċċetta lil Marija bħala martu meta hi kienet qegħda iġġor lill-Iben ta’ Alla ġewwa ġufha.

Il-Knisja Ortodossa Orjen-tali tgħallem li San Ġużepp kien armel u li allura ħut Ġesù kienu ulied San Ġużepp

mill-ewwel mara. Skond ir-reliġjon Nisrani-

ja, San Ġużepp

jagħmel parti mit-tliet persuni li jif-furmaw is-Sagra Familja.

Minn meta San Ġużepp jidher fil-Bibbja waqt it-twelid ta’ Ġesù, Kristu huwa deskritt bħala it-tifel ta’ Ġużeppi meta dan ikun miegħu. Għalhekk minħabba li l-Insara jqisu lil Ġesù bħala t-tieni persuna tat-Trinità Qad-disa, nistgħu ngħidu illi San Ġużepp u l-Madonna, flimk-ien ma’ Ġesù jiffur-maw “it-trinità ta’ Nażaret.”

San Ġużepp

Page 140: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

138

Page 141: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 142: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

140

Ir-Rotunda tal-Mosta, magħrufha bħala t-tielet l-ikbar koppla fid-dinja, wara li tlestiet il-binja tagħha fis-sena 1871, b’dijametru ta’ 45 metru u li ġiet mibnija fuq il-pjanta ta’ George Grongnet de Vassé, twaqqfu ġo fiha seba’ kappelli bl-artali tagħhom li fosthom hemm dik ideddikata lil San Ġużepp.

Nistgħu ngħidu li dan l-artal li għandna illum twaqqaf minn Ġorġ Galea fl-1680, minħabba li qabel dan, meta l-Mosta kienet għadha sservi mill-Knisja Parrokjali l-antika, kien diġà hemm ieħor: wieħed mill-ewwel artali li qatt inbnew ġewwa r-Rotun-da.

Sas-sena 1668, l-inkwatru ta’ dan l-ar-tal kien għadu jissejjah ‘Santa Marija ta’ l-Eġittu’ għax fuq din il-pittura tant sabiħa insibu lil San Ġużepp flimk-ien mal-Madonna u Ġesù fil-ħarba tagħhom lejn l-Eġittu. Iżda wara ż-żjara pastorali tal-isqof Fra Luqa Buenos fit-18 ta’ Mejju 1668 dan l-inkwatru beda jissejjah dak ‘Ta San Ġużepp’.

Kien dan l-inkwadru li fil-Knisja l-antika kien isebbah il-kappella ta’ San Ġużepp. Illum dan tqiegħed fuq il-lemin tal-kappella filwaqt li fuq ix-xellug insibu pittura oħra meravilja dik tal-mewt ta’ San Ġużepp, impitter minn Salvatore Barbara fl-1861. Il-pittura li tinsab fuq l-artal hi dik ta’ l-għerusija ta’ San Ġużepp u Marija. Din il-pittura tlestiet min Giuseppe Bonnici fl-1859 ġewwa Ruma. Sal-ġurnata tal-lum, ġewwa din il-kap-pella wieħed għadu jista’ jara l-lam-pir antik tal-fidda li kien sar fis-seklu ħmistax, l-istess lampier li kien jintuża

Page 143: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Josefoloġija

141

Etienne Camilleri

Żgħażugħ Mosti ta’ 23 sena li jaħdem bħala System Administrator f ’kumpanija internazzjonali. Bħala

passatemp iħobb ħafna r-riċerka fuq affarijiet storiċi, speċjalment

fejn jirrigwardja r-raħal tal-Mosta u t-tradizzjonijiet tiegħu.

fil-Knisja l-antika.

Il-prospettiva tal-kappella ta’ San Ġużepp ġiet indurata u tlestiet fl-1885 filwaqt li fl-1887 din ġiet irħamata fejn nafu li swiet madwar 670 skud. Il-ventartal ta’ dan l-artal huwa opra magħmul minn metall li fin-nofs tiegħu tista’ tara lil San Ġużepp bħala il-Kap tas-Sagra Familja kif ukoll bħala il-Protettur tal-Knisja. Id-dissin ta’ dan il-ventartal ġie magħżul minn katalgu li wara nħadem barra minn xtutna speċifikament l-Italja fis-snin għoxrin u ġie mħallas mill-Kavallier Carmelo Dimech, wieħed mil-fun-daturi ewlenin tar-Rotunda. Dan jiġi armat fil-festa titulari ta’ Santa Marija f ’Awwissu kif ukoll xi drabi fil-festa ta’ San Ġużepp f ’Marzu. Iżda nafu li mhux min dejjem kien hemm dan il-ventar-tal. L-ewwel ventartal li qatt sar għall-

kapella ta’ San Ġużepp kien magħmul mid-drapp imbrukkat b’inkwatru tal-injam u fidda ikkumpanjat bi skul-tura mil-isbaħ mad-dawra tiegħu. Il-ventartal oriġinali kien jintrama fit-tridu ta’ San Ġuzepp, li sfortunata-ment inqgħatet id-drawwa li dan isir ġewwa l-Mosta min qabel ma nbidel f ’dak il-ventartal li nsibu lum, filwaqt li wkoll kien jintrama’ għall-Milied. Għalkemm ma għandniex infor-mazzjoni ta’ meta twaqqfet il-fratel-lanza ta’ San Ġużepp fil-Mosta xorta nistgħu nikonkludu li din l-għaqda kienet diġà mwaqqfa sas-sena 1794. Dan nafuh għax fl-1794 fi żjara li għamel l-isqof Labini fis-16 ta’ Mejju, tniżżel xi tagħrif ta’ ħidmiet fil-Knis-ja, flimkien ma’ tagħrif dwar qassisin tal-Mosta u ħames prokuraturi lajċi li fost dawn jissemmew Tumas Chet-cuti u Ġamri Chetcuti bħala l-Proku-raturi tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp. Madwar 70 sena ilu, ftit qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, din il-fratellanza meta kienet għadha fl-aqwa tagħha b’numru kbir ta msieħba, għamlu standard blu irakkmat bid-deheb.

Bħal kull fratellanza oħra ta’ San Ġużepp madwar Malta, dik tal-Mos-ta ukoll ideċidiet li jordnaw statwa għall- qaddis. Infatti din l-istatwa tant sabiħa inxtrat fis-sena 1889 min għand fabbrika Franċiża gewwa Mar-silja li ġib l-isem ta’ Gaillard et Fils. Statwa sabiħa fejn San Ġużepp qed iżomm lill-Bambin ċkejken Ġesù rieqed f ’idu. Din l-istatwa bdiet tintuża għall-purċissjoni fit-toroq tal-

Mosta li kienet issir fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp li dak iż-żmien kienet taħbat it-tielet Ħadd ta’ fuq l-Għid. Illum il-ġurnata din il-festa tiġi iċċelebrata fid-19 ta’ Marzu.

L-erba’ anġli puttini li jakkumpan-jaw l-istatwa inħadmu fis-sena 1890, sena wara l-ħidma ta’ l-istatwa mill-istess fabbrika filwaqt li l-pedestall fi stil barokk inħadem mil-iskultur Malti Paolo Bugeja ġewwa r-Rabat fl-1889. Dan jista’ jiġi kkonfermat ukoll billi wieħed jista’ jara din id-data fuq wiħed mil-iskudetti tal-faċċata tan-naħa ta’ wara. Però kemm l-anġli kif ukoll il-pedistall ma narawhomx is-sena kollha għax dawn fin-niċċa flimkien ma’ l-istatwa ma joqgħodux,

L-istandard prim tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp ġewwa l-Parroċċa tal-Mosta.

Il-Ħarba lejn l-Eġittu.Dan kien jintuża bħala kwadru tal-artal Ġużeppin qabel l-1859.

Il-Mewt ta’ San Ġużepp.Salvatore Barbara, 1861.

Page 144: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

142

imma jinħarġu biss fi żmien il-festa ta’ San Ġużepp li sal-lum il-ġurnata din għadha issir madwar it-toroq. Fl-1890 tlesta l-bastun bil-ġilju magħmul mill-fidda li San Ġużepp iżomm f ’idu. Dan ġie mgħoti minn Ġużeppi Buhagiar.

Fl-1974 din l-istess statwa ġiet indu-rata fil-Belt Valletta. Sakemm din il-vara kienet assenti minn ġon-niċċa, wasal fil-Mosta d-digriet tal-inkuru-nazzjoni tal-kwadru titulari ta’ Santa Marija, u dan ġie mqiegħed fin-niċċa ta’ din l-istatwa. Kopja ta’ din l-istess statwa imma magħmulha mill-ġebel tinsab fi Triq il-Kbira u din ukoll fiż-żmien kienet tiġi armata fil-festa ta’ San Ġużepp.

Ġewwa din il-kappella insibu xi la-pidi fejn taħthom hemm midfuna ċertu familja Chetcuti. Is-sur Danjiel Chetcuti, li kien tabib u l-kap ta’ din il-familja kien il-benifattur ta’ l-inkwadri li jżejnu din l-istess kappella fil-waqt ukoll li kien hu li ħallas għall-gandlieri tal-metall li jinsabu hawn ġew. Dawn tlestew u ġew imqgħedha ġol-kappella

fl-aħħar tas-seklu dsatax.

Għalkemm fil-Parroċċa tal-Mosta hemm għożża kbira lejn il-Verġni Marija bla tebgħa, Omm Alla mtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem, hemm ukoll devozzjoni qawwija mill-Mostin lejn l-għarus tal-Madonna, il-Patrijar-ka San Ġużepp u dan jiġi kkonfermat bl-ammont ta’ niċċeċ u statwi oħra li jinstabu fit-toroq mal-madwar tal-Mosta kollha.

Referenzi: 1. L-Informazzjoni tar-ref-erenzi min numru 3 sa numru 9 ġew ġentilment mogħtija lili mis-Sur Joseph Borg, Storiku Mosti. Nir-ringrazzjah mil-qalb ta’ l-għajnuna tiegħu.

2. http://en.wikipedia.org/wiki/List_of_largest_domes_in_the_world

3. The life and Glories of Saint Joseph, paġni 475, 476 – ta’ Edward Healy.

4. Il-Kobor tal-Glorjissimu Patri-jarka San Ġużepp tal-Knisja Katto-lika ikkunsidrat fix-xahar ta’ Marzu, paġna 130.

5. Leħen l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, Rabat, paġna 3 – Du-minku Micallef.

6. Storja ta’ Malta fi Ġrajjiet il-Knisja / Il-Mosta u l-Parroċċa f ’ġieh l-Assunta, paġna 126 – Alexander Bon-nici OFM Conv.

7. Il-Vista Pastorali tal-Isqof De Bussan fil-Parroċċa tal-Mosta, paġni 16 u 17 – Stanley Mangion.

8. Il-Qima lejn San Ġużepp fil-Mosta – Gazzetta Il-Mosta ta’ Frar u Marzu, 1971 – Joseph Borg.

9. It-tagħrif dwar l-istatwa ta’ San Ġużepp kien miġbur mill-arkivju tal-Knisja Arċipretali minn Dun Salv Magro (R.I.P.) ex-Prokuratur tar-Ro-tunda tal-Mosta.

L-artal ta’ San Ġużepp ġewwa l-Knisja tal-Mosta armat għall-festa liturġika tal-istess qaddis fid-19 ta’ Marzu.

L-istatwa ta’ San Ġużepp armata fl-okkażjoni tal-festa fid-19 ta’ Marzu, fuq

il-pedistall bl-anġli madwaru.

Dettall mill-isbaħ tal-wiċċ tal-istatwa ta’ San Ġużepp ġewwa l-Mosta, maħduma mid-

ditta Franċiża Gaillard et Fils.

Page 145: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

143

Page 146: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

144

Page 147: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Spiritwalità

145

Patri Deo DebonoOSA

Trabba fir-raħal tal-Kalkara u ħa l-edukazzjoni primarja fl-istess

raħal, fejn wara kompla l-istudji tiegħu ġewwa l-Kulleġġ Santu Wis-

tin. Gradwat fl-Istudji Umani, il-Filosofija, u t-Teoloġija Sagra. Sar

qassis propju din is-sena, bl-ewwel quddiesa fid-9 ta’ Lulju 2010.

Din is-sena, il-qdusija tiegħu, il-Papa Benedittu XVI għoġbu jiddedika-ha għas-saċerdozju. Quddiem is-saċerdoti tpoġġa San Ġwann Marija Vianney, il-kurat ta’ Ars, ġewwa Fran-za; li għex il-ħajja saċerdotali tiegħu fi tbatija u bi qdusija kbira. San Ġwann ma kienx bniedem intelliġenti u allura hdejn ħbiebu ma tantx kien jibbrilla.Kien intbagħat f ’parroċċa ċkejkna u fqira, fejn ħafna mill-parruċċjani kienu tilfu l-interess tagħhom fil-knis-ja u fil-ħajja spiritwali. Hemmhekk Ġwanni ma kienx ser jaqla’ problemi għas-superjuri tiegħu. Fil-fatt prob-lemi ma kienx hemm iżda grazzji kbar bdew isiru f ’dan ir-raħal. Il-mod kif Ġwanni kien iġib ruħu mal-poplu t’Alla u l-imħabba li kien juri lejn il-knisja ta’ Kristu, ġibdu ħafna nies lura lejn il-Knisja. Il-parroċċa kienet reġgħet bdiet tissaħħah spiritwalment u ovvjament dan ma kienx ta’ pjaċir għax-xitan li mallewwel mhux biss daħħal denbu fil-parroċċa iżda daħal kollu kemm hu. Dan is-saċerdot fqa-jjar u umli kien jiġi msawwat u mw-erwer mix-xitan iżda l-qdusija li biha kienet mimlija qalbu ħarġitu rebbieħ fuq il-ħażen. Illum, snin wara li Ġwanni ttajjar lejn is-sema biex igawdi l-premju tal-ħajja ta’ dejjem, il-Knisja Mqaddsa qed tħares lejh bħala xempju għas-saċerdoti. Fuq il-passi tiegħu is-saċerdoti mistiedna jirriflettu fuq dan id-don hekk kbir. Is-saċerdozju iżda mhux don għal dak li jirċevieh biss iżda huwa don għall-knisja kollha. Minn fost il-membri kollha tal-Knisja, Alla l-Missier jagħżel lil xi uħud fos-thom biex filwaqt li jibqgħu membri tal-Knisja, jkunu jistgħu jagħtu direz-zjoni lil ħuthom li flimkien magħhom jiffurmaw il-knisja. Huwa importanti li dak li jħossu msejjaħ għad-don tas-saċerdozju jħossu li hu għadu mem-bru sħiħ tal-Knisja daqs ħaddieħor. Bis-saċerdozju la tiġi inqas u lanqas aktar minn ħaddieħor. Huwa veru li s-saċerdot irid jagħti direzzjoni iżda

mhux id-direzzjoni li jaħseb jew jix-tieq hu, iżda dik li Alla jrid. Is-saċerdot irid ikun ‘Alter Christus’ għall-poplu t’Alla u biex ikun qisu Kristu, irid jgħix bħalu. Irid ikun bniedem li jaf iħobb, bniedem li lest jingħata għall-oħrajn u fuq kollox irid ikun dejjem bniedem ta’ talb. Il-bniedem ta’ talb huwa bniedem li jagħraf iċ-ċokon tiegħu ħdejn il-ko-bor ta’ Alla. Meta s-saċerdot ma jitk-abbarx bih inniffsu, il-knisja tagħraf lil Alla fih iżda meta saċerdot jimtela bih inniffsu, ma jħallix post lil Alla biex jixgħel fih. Għalkemm is-saċerdot għall-knisja jidher bħala Kristu ieħor, qatt ma għandu jipprova jkun Kristu ieħor għax Kristu wieħed biss kien, għadu u jibqa għal dejjem. Is-saċerdot ikun Kristu ieħor biss jekk iħalli lil Kristu jirrifletti fih. Is-saċerdot huwa dak li jikkoopera ma’ Kristu u mhux joħloq proġetti oħra li jiġuh f ’moħħu.

Is-saċerdoti din is-sena għandhom sejħa speċjali biex jirriflettu fuq dan kollu. Jiena personalment inħossni ixxurtjat li din is-sena, propju fis-sena saċerdotali ser inkun ġejt ordnat saċerdot. Is-sena saċerdotali ser tkun intemmet propju f ’dik il-ġimgħa li fiha, jiena u tmienja oħra niġu ord-nati saċerdoti. Hija sinjal speċjali tas-sejħa saċerdotali tagħna. Hija rigal mis-sema li propju f ’din is-sena ta’ talb speċjali għas-saċerdoti, aħna ser ningħataw dan id-don hekk kbir. Il-

Page 148: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

146

lum nifhem li dak li jiena ġejt mogħti b’rigal mingħand Alla għaxar snin ilu ma kenitx sejħa għalija biss iżda għalikom ukoll. Is-saċerdozju kif diġa għedt qabel, mhux don tas-saċerdot biss iżda huwa ukoll don għall-Knisja. Intom il-Knisja li Alla għoġbu jaqsam magħkom dan id-don li ried jagħtini. Inthom ukoll ġejtu magħżula biex fiż-żmien tad-djakonat tiegħi, jiġifieri fiż-żmien li fih jiġi magħġun il-ka-rattru saċerdotali tiegħi, jien ngħix magħkom u allura niġi magħġun minnkom ukoll. Dak li jien għamilt magħkom seħħ ukoll bl-għajuna u bit-talb tagħkom.

Jien nħossni xxurtjat ukoll li ġejt afdat minn Alla l-Missier f ’idejn familja li dejjem ippruvat tgħix il-valuri nsara mill-aħjar li tista. Għoġbu jagħtini familja li setgħet issawwarni b’tali mod li nkun kapaċi naqra s-sinjali taż-żmien u nisma is-sejħa li l-Mulej kien qed jagħmilli fis-skiet ta’ qalbi. Għoġbu jagħtini familja li taf tħobb

u tgħader, tisma u tifhem, tgħin u timxi b’mod ġust ma’ kulħadd. Iktar u iktar iżda nħossni ixxurtjat li bil-magħmudija, ingħaqadt fil-Knisja u b’mod speċjali fil-komunità Kalkariża taħt il-ħarsien tal-Kbir Qaddis Patri-jarka San Ġużepp. Għalija San Ġużepp kien eżempju kolossali. Ngħid hekk għax San Ġużepp dejjem ħassejtu qrib tiegħi, dejjem preżenti fil-ħajja tiegħi, dejjem jintervjeni fil-problemi tiegħi. Għalija San Ġużepp huwa dak li kien dejjem eżemplari għalija. Fil-ħarsa ħelwa tal-vara tagħna dejjem sibt il-wens mingħand missier li kien dejjem miegħi iżda li permezz ta’ xbiehat tiegħu dejjem messli qalbi, kkunslani u għamilli l-kuraġġ biex inħares ‘il quddiem. San Ġużepp riedni nkun tiegħu, għax jekk inkun tiegħu, inkun għall-qalb ta’ ibnu Ġesù.

Meta kont dħalt mal-Provinċja Ago-stinjana Maltija ma kontx naf li San Ġużepp huwa il-Patrun Speċjali ta’ l-

ordni Agostinjan. Meta sirt naf, għalija dak kien sinjal ieħor tal-mixja li jien kont bdejt. Illum, li jien saċerdot, inħars lejn missierna San Ġużepp iktar minn qatt qabel, għax fih, jien bħala saċerdot, nista nsib l-aħjar eżempju. Bħalu, jiena llum ħarries ta’ Ġesù fl-Ewkaristija. Bħalu, jiena llum inwassal lil Ġesù f ’qalb il-poplu tiegħu. Bħalu, jiena llum inżomm il-knisja ma’ qalbi. Bħalu, jiena llum nilqa kull ħaġa li Alla l-Missier ilesti għalija b’fidi kbira. Bħalu, jiena llum inrodd ħajr lil Alla tal-ħajja, l-imħabba u l-fidi.

Għalija, San Ġużepp kien u jibqa’ l-aqwa eżempju, l-aqwa missier, l-aqwa ħabib, l-aqwa saċerdot!

San Ġwann Maria VianneyProtettur tas-Saċerdoti.

San Ġużepp mal-BambinLodovico Pogliaghi, Knisja ta’ San Ġervasju u

San Protasju, Trezzo, l-Italja.

San Ġużepp: l-ewwel Saċerdot.

Il-Kumitat Ċentrali, il-Kummissjonijiet u fergħat ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja,

flimkien mal-Bord Editorjali ta’ dan il-ktieb,jixtieq jawguraw u jifirħu lil

Patri Deo Debono OSAtal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu u l-ewwel quddiesa solenni ġewwa l-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Kalkara.

Page 149: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

147

Page 150: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

148

Page 151: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

Spiritwalità

149

Paula Buttigiegmill-Kalkara

li marret tiltaqa’ mal-Mulejfl-14 ta’ Lulju 2009fl-età ta’ 85 sena.

Obitwarjuis-Soċjetà ssellem lil dawn il-membri, partitarji, familjari u Kalkariżi li ħallewna f ’din l-aħħar sena:

Joseph Zammitli mar jiltaqa’ mal-Mulej

fil-5 ta’ Ġunju 2010fl-età ta’ 71 sena.

Emmanuel Cassarli mar jiltaqa’ mal-Mulej

fl-4 ta’ Jannar 2010fl-età ta’ 82 sena.

Maria Debonomill-Kalkara

li marret tiltaqa’ mal-Mulejfis-6 t’Ottubru 2009

fl-età ta’ 60 sena.

Rachel Mifsudmill-Kalkara

li marret tiltaqa’ mal-Mulejfid-19 ta’ Ġunju 2010

fl-età ta’ 38 sena.

Carmelo Pisanimill-Kalkara

li mar jiltaqa’ mal-Mulejfl-14 ta’ Frar 2010fl-età ta’ 81 sena.

Mark Alan Aquilinamill-Kalkara

li mar jiltaqa’ mal-Mulejfil-31 ta’ Diċembru 2009

fl-età ta’ 35 sena.

Permezz ta’ din il-paġna nitolbu għal dawn kollha li jidhru f ’din il-paġna sabiex jiltaqgħu fis ma’ dak li tant kienu jħobbu fuq din l-art. Sadanittant napprezzaw jekk dawk il-familjari li jkunu jixtiequ li persuna tidher fuq din il-paġna sabiex jgħaddulna santa jew ritratt.

Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. Amen.

Page 152: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 153: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 154: Ktieb Festa Sagra Familja 2010

152

Page 155: Ktieb Festa Sagra Familja 2010
Page 156: Ktieb Festa Sagra Familja 2010