nru. 519 marzu 2020...via sagra djoċesana fuq l-għolja ta’ għammar fil-4.30pm) films...

2

Upload: others

Post on 08-Feb-2021

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • Segretarjat għall-Katekeżi tal-Adulti ~ Djoċesi ta’ Għawdex

    Nru. 519Marzu 2020

    ILPAPA SE JŻUR GŻIRITNA

    Silta mill-Ittra Pastorali tal-Isqfijietdwar il-Vjaġġ Appostoliku f’Maltamill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku

    EJJEW NILQGĦU B’QALB KBIRA LILL-PAPA FRANĠISKU

    Għeżież,HuwaHuwa b’ferħ kbir li lqajna l-aħbar li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku se jżur Malta fil-31 ta’ Mejju 2020, nhar Għid il-Ħamsin.Meta f’Jannar li għadda kien qed jagħmel ir-riflessjoni tiegħu fuq is-silta mill-Atti tal-Appostli, li titkellem fuq kif l-Appostlu Missierna San Pawl wasal Malta fin-nawfraġju, il-Papa kellu kummenti sbieħ ħafna fuq il-Maltin li laqgħu lil Pawlu u lin-nies tal-ġifen. Hu qal: “Il-Maltin huma twajba, huma ġentili, huma akkoljenti, diġà sa minn dak iż-żmien.” Sejħilna “poplu hekk qalbu tajba”. Hu reġa’ kkummenta fuq din is-silta meta għamel ir-riflessjoni waqt il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda bejn l-Insara. Il-Papa qal: “meta rifsu Malta, daqu l-ospitalità tan-nies tal-gżira, il-ħlewwa u l-umanità tagħhom.” Malta, daqu l-ospitalità tan-nies tal-gżira, il-ħlewwa u l-umanità tagħhom.”

    Bi ħlewwa liema bħalhaB’rabta ma’ din is-silta li tant laqtet lill-Papa Franġisku, it-tema magħżula għal din iż-żjara tiegħu fostna hi: “ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2). Iż-żjara tas-suċċessur ta’ Pietru fil-gżira ta’ Pawlu għandha tgħinna biex dak li l-Kelma ta’ Alla tgħid fuqna l-Maltin ikompli jkun ta’ ispirazzjoni kontinwa f’ħajjitna. Il-Papa Franġisku għamel din ir-riflessjoni fuq kif Pawlu u n-nies tal-ġifen intlaqgħu mill-Maltin: “F’kuntrast mal-vjolenza qalila tal-baħar f’tempesta, jirċievu x-xhieda tal-‘ħlewwa liema bħalha’ tan-nies tal-gżira. Dawn in-nies, li għalihom kienu barranin, jidhru attenti għall-ħtiġijiet tagħhom. Iqabbdulhom in-nar biex jisħnu, joffrulhomjoffrulhom kenn mix-xita u l-ikel x’jieklu. Imqar jekk għadhom ma rċivewx l-Aħbar it-Tajba ta’ Kristu, juruhom l-imħabba ta’ Alla f’għemejjel konkreti ta’ ħlewwa. Fil-fatt, l-ospitalità spontanja u l-ġesti ta’ għożża jwasslu xi ħaġa mill-imħabba ta’ Alla. U l-ospitalità tal-Maltin titħallas lura bil-mirakli ta’ fejqan li Alla jwettaq permezz ta’ Pawlu fuq il-gżira. Għalhekk, jekk in-nies ta’ Malta għall-Appostlu kienu sinjal tal-Providenza ta’ Alla, huwa wkoll kien xhud tal-imħabba ħanina ta’ Alla għalihom.”

    Aqra l-Ittra sħiħa: www.papafrangisku.mt

    SAN ĠUŻEPP150 anniversarju minn meta l-Papa Beatu Piju IX iddikjarah

    Patrun tal-Knisja Universali

    “San“San Ġużepp ikellimna dwar il-paternità f’soċjetà li fiha l-figura tal-missier qed tiġi nieqsa, dwar l-imħabba vera fi żmien meta hawn xewqa għal eżempji ta’ imħabba awtentika, dwar il-fedeltà fi żmien meta aħna lkoll ittentati naħarbu quddiem it-tbatiji u l-isfidi li jiġu fuqna, dwar is-sejħat ta’ Alla meta l-vokazzjonijiet qegħdin jonqsu, dwar is-skiet fi żmien li fih min m’għandux vuċi qisu ma jeżistix, dwar il-fiduċja f’Alla Missier kontra t-tentazzjoni li nħarsu lejn Alla bħala xkiel għalina, dwar kif il-bniedem huwa msejjaħ jieħu ħsieb Dak li hu ta’ Alla mingħajr ma jagħmlu tiegħu kontra t-tentazzjoni tar-regħba u l-egoiżmu.”

    Silta mill-Messaġġ tal-Isqof Mario Grech fil-bidu tas-Sena Ġużeppina fil-Parroċċa tal-QalaSilta mill-Messaġġ tal-Isqof Mario Grech fil-bidu tas-Sena Ġużeppina fil-Parroċċa tal-Qala

    APPUNTAMENTI

    Irtir għas-Saċerdoti minn P.Paul Chetcuti S. J.: mit-Tnejn sal-Erbgħa, 16--18 ta’ Marzu, Manresa.Acies għal-Leġjunarji kollha tal-Leġjun ta’ Marija: il-Ħadd 15 ta’ Marzu, 3.00pm, Ta’ PinuVia Sagra Djoċesana fuq il-Għolja ta’ Għammar: il-Ħadd, 29 ta’ Marzu, fl-4.30p.m.

  • MARZU 2020 KALENDARJU PASTORALI Numru 519

    1.Il-Ħadd L-Ewwel Ħadd tar-Randan.(Sena A). / / It-12-il dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes. Films għall-familja (Oratorju Don Bosco - 5.30pm).

    2.It-Tnejn Santa Anjeże ta’ Praga – Tifkira.// It-13-il dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes.

    3.It-Tlieta Santa Kunegunda Reġina – Tifkira.// L-14-il dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes

    4.L- Erbgħa San Każimiru Prinċep- Tifkira. Laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani. / Il-15-il dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes

    5.Il- Ħamis San Ġwann Ġużeppi tas-Salib – Tifkira. Ġurnata Adorazzjoni Ewkaristika b’talb għall-Vokazzjonijiet (Seminarju - 6.30am- 8.00pm).

    6.Il- Ġimgħa Santa Rosa ta’ Viterbo jew Santa Koletta ta’ Corbie – Tifkira. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Adorazzjoni u Tqarbina Riparatriċi.

    7.Is- Sibt Santa Perpetwa u Santa Feliċita martri – Tifkira. Lejl Adorazzjoni miIl-Mov. Ewk. fil-Knisja ta’ Ħamet Ii jibda b’quddiesa fit-8.00pm u oħra f’nofs il-Lejl.

    8.Il- Ħadd It-Tieni Ħadd tar-Randan.(Sena A) Festa ta’ San Girgor il-Kbir (Parroċċa Kerċem). Jum Internazzjonali tan-Nisa (ĠM). Films għall-familja (Oratorju Don Bosco - 5.30pm).

    9.It- Tnejn Santa Franġiska Romana, reliġjuża - Tifkira

    10.It-Tlieta San Ġwann Ogilvie, Ġiżwita, matrtri – Tifkira, jew Beatu Elija tas-Sokkors Nieves, martri - Tifkira

    11.L- Erbgħa San Kostantinu- jew San Ewloġju, Isqof – Tifkira.

    12.Il- Ħamis San Alwiġi Orione , Saċerdot – Tifkira

    13.Il-Ġimgħa Santa Patrizja , Verġni u Martri jew san Rodrigo, Martri – Tifkira . Is-7 Anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku.

    14.Il- Sibt. Santa Matilde Reġina- Tifkira Lejl Adorazzjoni mill-Mov. Ewkaristiku fil-Knisja ta’ Savina, , Victoria (8.00pm Quddiesa u oħra f’nofsillejl).

    15.Il- Ħadd It-Tielet Ħadd tar-Randan. (Sena A). Acies għall-membri kbar tal-Leġjun ta’ Marija (Ta’ Pinu fit-3.00p.m.) Films għall-familja (Oratorju Don Bosco – 5.30pm).

    16-18. Tnejn-Erbgħa

    Irtir tar-Randan għas-Saċerdoti minn P.Paul Chetcuti S. J. (Manresa).

    16.It- Tnejn San Ġwann De Brebreuf, martri –Tifkira.

    17.It- Tlieta San Patrizju, Isqof - Tifkira

    18.L- Erbgħa San Ċirillu ta’ Ġerusalem,Isqof u Duttur tal-Knisja -Tifkira

    19.Il- Ħamis San Ġużepp L-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija- Solennità. Jum il-Papa: Is-7 Anniversarju mill-bidu tal-Pontifikat ta’ Papa Franġisku.

    20.Il- Ġimgħa Il-Qaddisin martri ta’ San Saba- Tifkira.

    21.Is-Sibt

    Santu Wistin Zhao Rong, martri -Tifkira Jum Internazzjonali biex titneħħa d-Diskriminazzjoni Razzjali (ĠM). Lejl Adorazzjoni mill-Mov. Ewk. Kappella tal-Oratorju Don Bosco , Victoria – fit- 8.00pm.Quddiesa u oħra f’nofsillejl.//Adorazzjoni għall-Persuni kkonsagrati (Parroċċa tax-Xewkija - 6.30pm Quddiesa u wara Adorazzjoni sat-8.30pm.// Attività tar- Randan għall-membri tal-A. K. Għaż-Żgħar.

    22.Il- Ħadd Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan. (Sena A) Jum Dinji tal-Ilma (ĠM) Films għall-familja (Oratorju Don Bosco - 5.30pm).

    23.It-Tnejn San Turibju ta’ Mongrovejo –Tifkira. Jum ta’ Talb u Sawm b’tifkira tal-Missjunarji Martri.

    24.It-Tlieta Santa Katerina tal-Iżvezja - Tifkira

    25.L-Erbgħa Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej. Festa fil-Knisja tal-Lunzjata, Victoria. Is-16-il Dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes.

    26.Il-Ħamis Santa Katerina ta’ Ġenova – Tifkira.

    27.Il-Ġimgħa San Rupert , Isqof ta’ Salzburg – Tifkira.

    28.Is-Sibt San Ġużepp Bastjan Pelezar –Tifkira. Lejl Adorazzjoni miIl-Moviment Ewkaristiku fil-Knisja ta’ Santu Wistin, Victoria,, li jibda b’quddiesa fit-8.00pm. u oħra f’nofsillejl.

    29.Il-Ħadd. Il-Ħames Ħadd tar-Randan. (Sena A) Via Sagra Djoċesana fuq l-Għolja ta’ Għammar fil-4.30pm) Films għall-familja (Oratorju Don Bosco – 5.30pm).

    30 It-Tnejn San Pietro Regalado, presbiteru jew San Ġwannh Klimaku – Tifkira.

    31. Tlieta. San Benjamin jew Santa Balbina - Tifkira Jum il-Ħelsien. Festa Nazzjonali.