familja wahda sep

2
PUBLIKAZZJONI TAL-KUMITAT PN MELLIEĦA L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill- Kumitat Sezzjonali ta’ din l-opportunità li tani li nesprimi ruħi f’din il-pubblikazzjoni lokali. Għalkemm għad għandi 14-il sena, ninteressa ħafna ruħi f’dak li jkun qed jiġri madwari, kemm fuq livell lokali u kemm fuq livell ta’ pajjiż. Fil-lezzjonijiet tal-Istudji Soċjali li jkollna l-iskola, dejjem nisimgħu fuq id-drittijiet u d-dmirijiet taċ-ċittadini, fosthom id- dmir li jipparteċipaw u jsegwu dak li jkun qed jiġri biex jinfurmaw ruħhom tajjeb. Nitgħallmu dwar id-dritt li fl-elezzjonijiet lokali u nazzjonali jsemmgħu leħinhom u jagħżlu lil dawk li jħossu li huma l-aħjar nies biex jirrappreżentawhom. Id-dritt tal-vot, dejjem jgħallmuna, huwa pilastru essenzjali tad-demokrazija li jagħti vuċi liċ-ċittadini u jwassal biex ikunu huma, il-poplu, id- demos li minnu ħarġet il-kelma demokrazija innifisha, li fl-aħħar mill-aħħar ikollhom poter fuq dawk li jmexxu. Ftit tax-xhur ilu segwejt b’interess l-introduzzjoni tal-liġi li biha fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, żgħażagħ setgħu jivvutaw mill-età ta’ 16-il sena. Idea tajba u jekk magħha aħna ż-żgħażagħ jkollna aktar preparazzjoni fl- iskejjel, tista’ twassal għal aktar interess fil- politika miż-żgħażagħ. Kien anke inħatar Ambaxxatur Lokali għalina ż-żgħażagħ biex iwassal il-vuċi tagħna direttament fil-Kunsill u jqajjem kuxjenza fuq dan il-proċess. Idea li qablu magħha, anzi wegħduha qabel l-elezzjoni ġenerali, il-partiti kollha. Din il- proposta kienet tfisser li żgħażagħ tampari konna ħa nivvutaw fl-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla, jew fl-2017 fil-każ tagħna u nofs il- lokalitajiet l-oħra. Allura skantajt meta smajt li issa l-Gvern irid joħdilna dan id-dritt u joħdilna l-vuċi tagħna fuq min nagħżlu biex jirrappreżentana fil- lokalitajiet tagħna. F’liema demokrazija teleġġi rappreżentant għal suppost 4 snin, u b’deċiżjoni minn fuq, mingħajr ma ID-DEPUTATI TAGĦKOM Min jixtieq jagħmel kuntatt ma’ xi deputati tagħkom, jista’ jagħmel dan permezz tal- mowbajl jew e-mail: Claudette Buttigieg: [email protected] Mowb: 79496627 Robert Cutajar: [email protected] Mowb: 79262101 Censu Galea: [email protected] Mowb: 99423149 Michael Gonzi: [email protected] Mowb: 99293777 Tonio Fenech: [email protected] Mowb: 79428353 Żagħżugħ Mellieħi Il-Kumitat tal-PN Mellieħa jixtieq jawgura l-Festa t-tajba lill-poplu Mellieħi kollu. TKOMPLI FUQ WARA > “Id-dritt tal-vot, dejjem jgħallmuna, huwa pilastru essenzjali tad-demokrazija li jagħti vuċi liċ-ċittadini ” ĦARĠA NUMRU 10 - SETTEMBRU 2014 tintalab terġa’ tivvota, dan jagħmel 8 snin? Din tmur kontra kull sens ta’ demokrazija li għadhom jgħallmuni s’issa. Skantajt aktar li l-Ministru Owen Bonnici, meta mistoqsi fil-Parlament mid-Deputat Robert Cutajar, qal li mhux veru li l-liġi tal-vot 16 li daħlet ftit ilu tgħid li dawn se jibdew fl-2015. Qiegħda hemm ċar u tond! Kif jista’ membru tal-Gvern ma jgħidx il-verità lill-Parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż? Jiddispjaċini li dan il-Gvern, għal raġunijiet li jaf hu biss, jidher li jrid jieħu din id-deċiżjoni anti-demokratika u qed jipprova jiżvija lin-nies u liż-żgħażagħ fuqha. Kont ħerqan li fl-elezzjoni li jmiss nuża l-vot tiegħi biex neleġġi lil dawk il-Kunsilliera li juru li jridu jkomplu inizjattivi favur iż-żgħażagħ li kienu nbdew mill-Kunsill preċedenti immexxi minn Robert Cutajar: l-exchanges f’pajjiżi tal-Ewropa grazzi wkoll għall-ġemellaġġi li saru u l-programmi u l-proġetti Ewropej li ħadna sehem fihom u anke li jkun hawn Kunsill taż- Żgħażagħ ħaj u attiv. X’sar minnhom dawn it-tip ta’ inizjattivi għalina ż-żgħażagħ? X’sar minnha l-Ambaxxatur Lokali tagħna, u kif qed tagħmel biex tisma’ x’għandna xi ngħidu u twassal il-vuċi tagħna fil-Kunsill? Nittama li l-Gvern ma jkomplix bil-pjan tiegħu li jisirqilna l-vuċi tagħna u jagħmel att anti-demokratiku li jmur kontra kull kunċett ta’ demokrazija u ta’ parteċipazzjoni attiva li aħna l-istudenti jgħallmuna fl-iskola. -minn Żagħżugħ Mellieħi “Kif jista’ membru tal-Gvern ma jgħidx il-verità lill-Parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż?” SILTA MILL-MALTA INDEPENDENT TAL-25 TA’ AWWISSU

Upload: stephen-borg

Post on 03-Apr-2016

269 views

Category:

Documents


6 download

DESCRIPTION

 

TRANSCRIPT

Page 1: Familja wahda sep

PUBLIKAZZJONI TAL-KUMITAT PN MELLIEĦA

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat Sezzjonali ta’ din l-opportunità li tani li nesprimi ruħi f’din il-pubblikazzjoni lokali. Għalkemm għad għandi 14-il sena, ninteressa ħafna ruħi f’dak li jkun qed jiġri madwari, kemm fuq livell lokali u kemm fuq livell ta’ pajjiż.

Fil-lezzjonijiet tal-Istudji Soċjali li jkollna l-iskola, dejjem nisimgħu fuq id-drittijiet u d-dmirijiet taċ-ċittadini, fosthom id-dmir li jipparteċipaw u jsegwu dak li jkun

qed jiġri biex jinfurmaw ruħhom tajjeb. Nitgħallmu dwar id-dritt li fl-elezzjonijiet lokali u nazzjonali jsemmgħu leħinhom u jagħżlu lil dawk li jħossu li huma l-aħjar nies biex jirrappreżentawhom. Id-dritt tal-vot, dejjem jgħallmuna, huwa pilastru essenzjali tad-demokrazija li jagħti vuċi liċ-ċittadini u jwassal biex ikunu huma, il-poplu, id-demos li minnu ħarġet il-kelma demokrazija innifisha, li fl-aħħar mill-aħħar ikollhom poter fuq dawk li jmexxu.

Ftit tax-xhur ilu segwejt b’interess l-introduzzjoni tal-liġi li biha fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, żgħażagħ setgħu jivvutaw mill-età ta’16-il sena. Idea tajba u jekk magħha aħna ż-żgħażagħ jkollna aktar preparazzjoni fl-iskejjel, tista’ twassal għal aktar interess fil-politika miż-żgħażagħ. Kien anke inħatar Ambaxxatur Lokali għalina ż-żgħażagħ biex iwassal il-vuċi tagħna direttament fil-Kunsill u jqajjem kuxjenza fuq dan il-proċess. Idea li qablu magħha, anzi wegħduha qabel l-elezzjoni ġenerali, il-partiti kollha. Din il-

proposta kienet tfisser li żgħażagħ tampari konna ħa nivvutaw fl-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla, jew fl-2017 fil-każ tagħna u nofs il-lokalitajiet l-oħra.

Allura skantajt meta smajt li issa l-Gvern irid joħdilna dan id-dritt u joħdilna l-vuċi tagħna fuq min nagħżlu biex jirrappreżentana fil-lokalitajiet tagħna. F’liema demokrazija teleġġi rappreżentant għal suppost 4 snin, u b’deċiżjoni minn fuq, mingħajr ma

ID-DEPUTATI TAGĦKOMMin jixtieq jagħmel kuntatt ma’ xi deputati tagħkom, jista’ jagħmel dan permezz tal- mowbajl jew e-mail:

Claudette Buttigieg: [email protected] Mowb: 79496627Robert Cutajar: [email protected] Mowb: 79262101

Censu Galea: [email protected] Mowb: 99423149Michael Gonzi: [email protected] Mowb: 99293777Tonio Fenech: [email protected] Mowb: 79428353

Żagħżugħ Mellieħi

Il-Kumitat tal-PN Mellieħa jixtieq jawgura l-Festa t-tajba lill-poplu

Mellieħi kollu.TKOMPLI FUQ WARA >

“Id-dritt tal-vot, dejjem jgħallmuna, huwa pilastru essenzjali tad-demokrazija li jagħti vuċi liċ-ċittadini ”

ĦARĠA NUMRU 10 - SETTEMBRU 2014

tintalab terġa’ tivvota, dan jagħmel 8 snin? Din tmur kontra kull sens ta’ demokrazija li għadhom jgħallmuni s’issa. Skantajt aktar li l-Ministru Owen Bonnici, meta mistoqsi fil-Parlament mid-Deputat Robert Cutajar, qal li mhux veru li l-liġi tal-vot 16 li daħlet ftit ilu tgħid li dawn se jibdew fl-2015. Qiegħda hemm ċar u tond! Kif jista’ membru tal-Gvern ma jgħidx il-verità lill-Parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż?

Jiddispjaċini li dan il-Gvern, għal raġunijiet li jaf hu biss, jidher li jrid jieħu din id-deċiżjoni anti-demokratika u qed jipprova jiżvija lin-niesu liż-żgħażagħ fuqha. Kont ħerqan li fl-elezzjoni li jmiss nuża l-vot

tiegħi biex neleġġi lil dawk il-Kunsilliera li juru li jridu jkomplu inizjattivi favur iż-żgħażagħ li kienu nbdew mill-Kunsill preċedenti immexxi minn Robert Cutajar: l-exchanges f’pajjiżi tal-Ewropa grazzi wkoll għall-ġemellaġġi li saru u l-programmi u l-proġetti Ewropej li ħadna sehem fihom u anke li jkun hawn Kunsill taż-Żgħażagħ ħaj u attiv. X’sar minnhom dawn it-tip ta’ inizjattivi għalina ż-żgħażagħ? X’sar minnha l-Ambaxxatur Lokali tagħna, u kif qed tagħmel biex tisma’ x’għandna xi ngħidu u twassal il-vuċi tagħna fil-Kunsill?

Nittama li l-Gvern ma jkomplix bil-pjan tiegħu li jisirqilna l-vuċi tagħna u jagħmel att anti-demokratiku li jmur kontra kull kunċett ta’ demokrazija u ta’ parteċipazzjoni attiva li aħna l-istudenti jgħallmuna fl-iskola.

-minn Żagħżugħ Mellieħi

“Kif jista’ membru tal-Gvern ma jgħidx il-verità lill-Parlament, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż?”

SILTA MILL-MALTA INDEPENDENT TAL-25 TA’ AWWISSU

Page 2: Familja wahda sep

Ir-Rwol tal-Kunsilliera fil-minoranza

COFFEE MORNING FIL-KAZINL-ewwel Ħamis ta’ kull

xahar fil- Każin tal-PN, Il-Mellieħa

Il-Kunsilli Lokali ilhom iktar minn għoxrin sena mwaqqfin, grazzi għad-determinazzjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista fil-gvern sabiex idaħħal is-sussidjarjetà fit-tmexxija, jiġifieri li l-politika titmexxa mil-lokalità għal-lokalità fejn il-kunsilliera jifhmu iktar dak li għandha bżonn il-lokalità. Il-kunsilliera għandhom ir-rwol li jkunu l-vuċi tan-nies li eleġġewhom, kif ukoll dawk li jilqgħu l-ilmenti u s-suġġerimenti sabiex jgħadduhom lill-kunsill. Ta’

min isemmi li huma għandhom jaġġornaw ruħhom fuq dak li qiegħed isir fil-kunsill sabiex jagħtu l-opinjonijiet u l-ideat tagħhom sabiex il-komunità tmur ’il quddiem.

Kull kunsillier jista’ jipproponi servizzi, proċeduri, proġetti, u attivitajiet sabiex il-ħajja fil-komunità titjieb. Huwa għandu jħares lejn il-ġid komuni u mhux il-ġid ta’ xi grupp jew ieħor. Biss tajjeb ukoll li fejn jidhirlu li għandu jikkritika jew ma jaqbilx fuq suġġett jew ieħor għandu jagħmel dan bi kritika kostruttiva. Flimkien, il-kunsilliera għandhom jassiguraw li jsiru żviluppi ambjentali, żvilupp ekonomiku, żvilupp soċjali u żvilupp kulturali li jkunu sostenibbli.F’din il-leġiżlatura, il-kunsilliera qed jaraw li l-Kunsill ikompli jmexxi fuq l-inizjattivi li kienu saru mill-Kunsill preċedenti. Komplew l-attivitajiet bħall- Iljieli Melleħin, il-Milied Mellieħi u l-Ħuġġieġa ta’ San Ġwann. Fl-istess ħin tneħħiet l-attività l-Isportiv tas-Sena u ġiet introdotta l-Mellieħa International Music Festival. Proġetti bħall-Park tal-Familja, l-estensjoni tal-binja tal-Kunsill u t-tisbiħ ta’ Misraħ iż-Żjara tal-Papa, kienu l-frott tal-Kunsill preċedenti u issa qiegħed jitgawdew mir-residenti kif ukoll minn diversi għaqdiet volontarji, bl-organizzazzjoni ta’ numru ta’ attivitajiet. Naħsbu li kull wieħed u waħda minkom taqblu li l-investiment li sar, ta’ qrib il-35 miljun ewro, mill-amministrazzjoni preċedenti, kemm dik tal-Gvern Ċentrali kif ukoll mill-Kunsill Lokali kienet waħda sostanzjali u r-riżultati jidhru. Ir-rwol tagħna bħala Kunsilliera tal-minoranza huwa li naraw li jitkomplew jitwettqu dawk l-inizjattivi li nbdew diġà u kienu qed iħallu l-frott bħas-sensiela ta’ kotba Ħannieqa Kulturali fejn anke konna l-uniku kunsill li ħadna sehem fil-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb. Ftaħna ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-anzjani, bdejna l-idea ta’ ‘one stop shop’ mill-Kunsill, billi introduċejna fost l-oħrajn l-Uffiċċju tas-Servizzi Soċjali. Rajna wkoll li inizjattiva oħra għat-tfal, dik tal-fuljett Mill-Qiegħa għat-Tfal, titkompla. Il-konferenzi li saru mill-Kunsill preċedenti għadhom jagħtu l-frott sal-lum u dan rajnieh anke fl-Iljieli Melleħin ta’ din is-sena fejn il-mistiedna li kellna, barra dawk ġemellati magħna, ħafna minnhom kienu ħadu sehem fil-proġett Terra Mirabilis li kien sar fl-2011. Għalhekk meta taħdem bil-għaqal il-frott jiġi u jgawduh dawk ta’ warajk ... Konna aħna li b’viżjoni rajna li l-Mellieħa ssir destinazzjoni għal kull staġun u fil-fatt wasalna li, b’dan il-proġett, l-Ewropa tonora lill-Mellieħa bħala ‘European Destination of Excellence’ li llum tintuża minn kull entità kummerċjali li għandha x’taqsam mat-turiżmu. Barra minn hekk irnexxielna wkoll, bl-impenn ta’ diversi entitajiet, inġibu l-Blue Flag għall-bajja tagħna u huwa dmir tagħna li naraw li dan il-livell jinżamm.

Dwar il-finanzi, konna dejjem insostnu sabiex jiġu ppubblikat ir-Rapport Finanzjarju tal-Kunsill ħalli nxejnu darba għal dejjem id-diċerija li bħala Kunsill preċedenti ħallejna d-dejn. Illum, b’wiċċna minn quddiem, l-Awditur Ġenerali tana raġun u mhux talli tana raġun imma wkoll sostna li l-Finanzi tal-Kunsill dejjem baqgħu fuq bażi soda - il-Kunsill qatt ma kellu jagħmel xi djun biex jaħdem jew jagħmel proġetti, iżda dejjem kellu flus biżżejjed fil-kontijiet tal-bank tiegħu.

Fl-aħħarnett nixtiequ nawguraw il-Festa t-tajba lil kulħadd u jalla kollox jimxi b’wiċċ il-ġid.

Hilary Fenech, Emvin Bartolo, Patrick Cutajar, Joe GauciKunsilliera PN Mellieħa

Nibda dan il-messaġġ qasir tiegħi billi nawgura l-festi t-tajba lill-komunità kollha Melleħija. Irreferejt għall-kelma festi għax filwaqt li b’”festa” ħafna minna nifhmu dik tat-8 ta’ Settembru, it-twelid ta’ Marija Bambina, hemm ukoll festa oħra tant għażiża għalina, dik tal-Madonna tal-Mellieha – festa li niċċelebraw ħmistax-il ġurnata wara l-Vitorja.

F’dawn il-jiem ta’ festi rrid insellem lil dawk l-għexieren ta’ għaqdiet u soċjetajiet volontarji li l-ħidma tagħhom tilħaq il-qofol tagħha f’dawn il-ġranet. Huwa mertu ta’ dawn l-għaqdiet u oħrajn bħalhom, li tul is-snin ħadmu volontarjament, li żammejna valuri sodi ħajjin fil-Mellieħa. Minkejja li nibqa’ ngħożż is-snin li għamilt bħala Sindku tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013, illum f’kariga differenti iżda b’responsabbilità akbar, bqajt xorta viċin il-poplu Mellieħi. Mill-Parlament bqajt inwassal il-vuċi tal-poplu Mellieħi li jifforma parti mit-12-il distrett. Bqajt nattendi attivitajiet ta’ għaqdiet u soċjetajiet kull meta ġejt mistieden. Irrid nassigura lil kulħadd li l-ebda kariga mhi se tnaqqas l-imħabba, ir-rispett u l-obbligi tiegħi lejn il-Mellieħa.

Minkejja li m’għadnix Sindku tal-Mellieħa xorta rrid nagħti sehmi u nara li dak li wellidna flimkien tul is-snin ma jmutx mewta naturali. Jien obbligat, kemm bħala deputat iżda fuq kollox bħala Mellieħi li nara li l-inizjattivi li ħloqna tul l-aħħar snin ma jiġux traskurati jew li jonqos l-interess fihom. Jien fid-dover li nikkritika b’mod kostruttiv fejn naħseb li l-poplu Mellieħi mhux jieħu dak li ħaqqu, sew jekk mill-Kunsill kif ukoll mill-Gvern Ċentrali. Illum għaddew aktar minn sena u nofs minn meta l-pajjiż, kif ukoll il-Mellieħa, bidlu t-tmexxija tagħhom. Wieħed jista’ jiddibatti jekk il-Mellieħa marritx ’il quddiem jew lura f’dawn l-aħħar xhur. Nitlob lilkom għeżież residenti li tiġġudikaw kif mar ir-raħal tal-Mellieħa fl-aħħar sena u nofs. Saru proġetti kapitali kif saru fis-snin ta’ qabel? Insemmi biss uħud minn dawn il-proġetti bħall-Park tal-Familja, Misraħ iż-Żjara tal-Papa, id-dawl permanenti mal-knisja, il-grawnd jinkesa bil-ħaxix artifiċjali, Dar il-Madonna tal-Mellieħa bis-servizzi kollha li toffri fosthom id-day centre , il-berġa u n-night shelters u kilometri ta’ toroq bħalm’huma toroq residenzjali, il-by pass tal-Għadira kif ukoll it-toroq tal-Armier u ċ-Ċirkewwa.

Nistaqsi: illum hawn iktar dixxiplina fuq il-bajjiet tagħna jew aktar indafa milli kien hawn fis-snin ta’ qabel? Li l-Mellieħa rbaħna l-unur tal-aktar raħal nadif f’Malta għal tliet snin sħaħ bejn l-2009 u l-2012 ma kienx b’kumbinazzjoni. Jew inkella l-unur ta’ l-aktar lokalità f’Malta li ġġenerat kummerċ bejn l-2009 u l-2012 b’attivitajiet li ħoloq u organizza l-Kunsill Lokali. Anke li l-Mellieħa tpoġġiet fuq il-mappa internazzjonali meta rbaħna flimkien l-unur ta’ Destinazzjoni ta’ Eċċellenza fl-Unjoni Ewropea fl-2009 ma kienx kumbinazzjoni. Dan kollu ngħata ċertifikat importanti mill-awditur ġenerali ftit tax-xhur ilu meta f’rapport li ġie ppreżentat fil-Parlament intqal ċar u tond li l-kunsill tal-Mellieħa tħalla f’qagħda finanzjarja b’saħħitha u mingħajr ċenteżmu dejn. U b’hekk sfumat fix-xejn l-impressjoni li ppruvat tingħata li l-Mellieħa kienet tinsab mifnija b’dejn qawwi.

Il-ħidma kollha li wettaqna kienet ta’ sodisfazzjon għalija u għal sħabi l-kunsilliera kollha li flimkien mexxejna l-Mellieħa ‘l quddiem b’responsabbilità bejn l-2008 u l-2013, għalkemm naturalment ma konniex perfetti. Dejjem emminna li l-Mellieħa jixraqilha l-aqwa u l-aħjar kif ukoll fi kmandament ewlieni, li jien dejjem żammejt quddiem għajnejja, dak li mill-ġid igawdi kulħadd.

Nawgura li l-Kunsill Lokali preżenti jaħdem qatigħ u jara li dak li jista’ jinkiseb għall-Mellieħa mill-Gvern Ċentrali, jinkiseb u ma jintilifx. Sinċerament nemmen li dak li rajna jseħħ fil-Mellieħa u f’pajjiżna inġenerali fl-aħħar snin ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista huma xempju ta’ dak li jixraq verament lill-poplu Mellieħi. Ir-riżultati fil-proġetti u l-inizjattivi li ttieħdu huma xhieda għal dan kollu.

Nagħlaq dan il-messaġġ tiegħi billi nistieden lil dawk il-Melleħin li jkunu jixtiequ jiltaqgħu miegħi sabiex jew jibagħtuli email fuq [email protected] inkella jċempluli fuq 79262101. Jien inkun lest niltaqa’ magħkom kemm billi niġi nżurkom inkella nilqagħkom fl-uffiċċju tiegħi.

Mill-ġdid nawguralkom il-festi t-tajba li apparti dawk tal-lokal, irrid nawgura wkoll l-isbaħ xewqat fl-okkażjoni tal-festi tal-50 sena anniversarju li se nkunu qed niċċelebraw fil-jiem li ġejjin. 50 sena mit-twelid ta’pajjiżna, 50 sena ta’ Malta Indipendenti.

Robert CutajarDepuat Parlamentari ghat-12-il Distrett

Editorjal

Min jaf kemm il-darba tieħu deċiżjoni li wara riflessjoni tinduna li r-riżultat tagħha ma kienx dak mixtieq. Tista’ tkun deċiżjoni li l-effett jista’ jkun minimu jew negliġibbli imma tista’ tkun waħda li kapaċi jkollha riperkussjonijiet bil-ferm akbar. Din kapaċi tbiddillek l-istil tal-ħajja, l-impjieg, id-dehra u bosta sitwazzjonijiet oħra. Tinħoloq inċertezza kemm għalik u l-familjari tiegħek u tista’ twassal għal nuqqas ta’ serħan il-moħħ.

Tibdil mis-sitwazzjoni li tkun tinsab fiha kapaċi tieħu ż-żmien biex titranġa u xi drabi din ma tkunx tiddependi minnek biss. Wara li tixtarr bi kwietek dik id-deċiżjoni u tevalwa f’liema stat tkun ġabitek u tinduna bl-iżball li tkun għamilt, hemmhekk jibda l-proċess ta’ tranżizzjoni biex terġa’ lura għal li kont qabel jew possibilment aħjar. Dan il-proċess ikun jeħtieġ sagrifiċċju u rieda soda.

B’dawn id-deċiżjonijiet il-Partit tagħna beda l-proċess ta’ tranżizzjoni u tiġdid. Dan kien ifisser ħafna tibdil strutturali u amministrattivi u kien jeħtieġ sagrifiċċju, li mingħajr ebda dubju beda jħalli l-frott meħtieġ. Partit li ra tibdiliet radikali kemm mill-ogħla organu tat-tmexxija, kif ukoll bl-ideat li jirriflettu l-esiġenzi tal-elettorat.

Fuq bazi lokali l-Kumitat kompla bil-ħidma tiegħu li jirrikjedi partit politiku. Ħidma li finalment trid issarraf f’ġid komuni għar-residenti tar-raħal għażiż tagħna. Il-Kumitat il-ġdid ġie ffurmat aktar kmieni din is-sena u hu mżewwaq b’membri ta’ esperjenza u żgħażagħ b’entużjażmu u ideat ġodda. B’din it-taħlita għandna nsibu r-riċetta li tista’ tagħti r-riżultati.

Dan ix-xogħol isir kollu fuq bażi volontarja u minn hawn ma nistax ma nirringrazzjax lill-membri kollha tas-servizz tagħhom lejn il-partit u l-lokalità tagħna.

Fi ftit jiem oħra se nkunu qed niċċelebraw il-festa għażiża ta’ Marija Bambina. Festa li hi tant għall-qalb ir-residenti tar-raħal tagħna. Bħas-snin preċedenti m’għandi l-ebda dubju li tkun festa ta’ suċċess u għaqda. Bid-diversità kollha li għandu r-raħal tagħna, biżżejjed issemmi li hawn ’il fuq minn 50 għaqda volontarja, il-poplu hu matur biżżejjed li jikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħu waqt din il-festa u jwarrab il-piki kollha li jistgħu jinħolqu.

Minn hawn nixtieq nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd u nirringrazzja lil dawk l-għaqdiet kollha li jagħtu s-servizz dirett tagħhom f’dan iż-żmien.

Ir-raħal tagħna hu ġawhra f’din il-gżira u l-għan tagħna għandu jkun li b’ħidma sfiqa nħalluh aħjar milli sibnieh. Hekk għamlu missirijietna u hekk irridu nagħmlu aħna għal uliedna.

David BonannoPresident PN Mellieħa

Awguri għall-festi ... u aktar

Xahar bi tliet ċelebrazzjonijiet: il-Bambina, il-festa tal-Madonna tas-Santwarju u 50 sena Indipendenti

Għaddiet sena oħra u bi pjaċir qiegħed nerġa’ nwassal messaġġ qasir f’din ir-rivista ‘Familja Waħda’. X’isem sabiħ! ‘Familja Waħda’ għaliex aħna tal-Partit Nazzjonalista verament aħna familja waħda. ‘Familja Waħda’ għaliex il-poplu Malti u Għawdxi jaf kif għandu jingħaqad u jkun familja waħda. ‘Familja Waħda’ għax il-Melliħin huma verament familja waħda u huma kburin bil-lokalità pittoreska tagħhom.

Kif tafu, issa għaddiet sena minn meta fdajtuni biex immexxi l-Partit Nazzjonalista. Kienet sena ta’ sfidi kbar għall-Partit li ried jinbena mill-ġdid. Bdejna l-proċess, iżda għad baqa’ xi jsir. Ftaħna fergħat ġodda li fihom attirajna persuni ġodda minn faxex differenti tas-soċjetà. Bdejna wkoll inizjattivi ġodda, kif ukoll għamilna proċess ta’ ristrutturar f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzi.

Sfidi baqa’, imma mhux qed naqta’ qalbi. Anzi, l-kuraġġ li tagħmluli intom jimlieni b’enerġija akbar biex naħdem ħalli l-Partit Nazzjonalista jerġa’ jkun id-dar naturali tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Numru ta’ deċiżjonijiet li ħa l-Gvern fl-aħħar sena u nofs xejn ma kienu tajbin, ġusti u li jirriflettu dak li jiġri f’pajjiż demokratiku. Aħna waqafnielu, u kull darba li kien hemm xi ħaġa li ma qbilniex dwarha, tkellimna. Imbagħad kien hemm ħafna ċirkostanzi wkoll fejn qbilna u appoġġjajna l-Gvern. Ma nistax, f’dan il-messaġġ, ma nirreferrix għall-anniversarju li qegħdin niċċelebraw din is-sena, u li naf li hu għal qalbkom, mhux biss bħala Melliħin, iżda bħala Maltin u Għawdxin – il-50 sena mill-kisba tal-Indipendenza. Dawn kienu 50 sena li biddlu l-pajjiż, li wasslu biex dħalna fl-Unjoni Ewropea u llum inkunu stmati bħal kull pajjiż ieħor. Kienu 50 sena ta’ riformi kbar, kemm dawk ekonomiċi, soċjali u anke politiċi. Inħeġġiġkom biex tingħaqdu fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena anniversarju.

Pajjiżna għandu storja biex ikun kburi biha, u għalhekk inħarsu b’entużjażmu lejn il-futur. Matul din is-sena, kelli ċ-ċans li niġu nżurkom fil-Mellieħa, u għadni niftakar sew b’liema passjoni kellimtuni dwar il-Mellieħa. U bir-raġun. Għandkom verament biex tkunu kburin b’dak li għandkom, u b’dak li rnexxielkom tibnu matul is-snin. Nemmen li bħala lokalità, il-Mellieħa għandha fejn tagħti eżempju lil lokalitajiet oħra għall-inizjattivi u l-akkoljenza li toffru.B’sodisfazzjon ngħid ukoll li l-istazzjon televiżiv tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed ixandar b’mod dirett l-ispettaklu tan-nar lejliet il-festa tal-Bambina, fis-7 ta’ Settembru. Huwa sabiħ u importanti li inizjattivi bħal dawn, li naf kemm eluf ta’ nies jiddedikaw sigħat twal matul is-sena biex ikunu suċċess, ikunu apprezzati mhux biss minn dawk li jattendu, iżda anke dawk li jsegwu dak kollu li jkun qed jiġri permezz tal-media.

Nirringrazzja wkoll lill-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fil-Mellieħa li naf kemm huwa Kumitat Sezzjonali li jaħdem u jorganizza attivitajiet fil-lokal. Din it-tip ta’ inizjattiva għandu bżonn il-Partit Nazzjonalista minn kull attivist u minn kull min jemmen li pajjiżna jista’ jerġa’ jibda jitmexxa b’mod serju u ġust. Inħeġġiġkom mhux biss tkunu attivisti f’partit politiku, f’dan il-każ il-Partit Nazzjonalista, iżda tinvolvu ruħkom f’diversi għaqdiet oħra tal-lokal. Żgur li l-Mellieħa mhux nieqsa minn dawn it-tip ta’ għaqdiet, fejn naf jien tal-Knisja, taż-żgħażagħ, tal-festa, eċċ. Nieħu gost meta nara żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jiddedikaw il-ħin liberu tagħhom biex joffru servizz fil-komunità. Is-servizz ikunu qed jiħduh huma wkoll, għaliex aktar milli tagħti, tkun qed tieħu.

Fl-aħħarnett, issa li waslet il-festa, ma nistax ma nawguralkomx il-festa t-tajba. Min jaf kemm se jiġu turisti u Maltin ukoll minn barra l-lokal biex jiċċelebraw magħkom din il-festa, b’veduti mill-isbaħ u fuq kollox, Melliħin dejjem b’idejhom miftuħin biex jospitawna.

Għal darb’oħra, l-festa t-tajba lil kulħadd!

Simon BusutillKap Partit Nazzjonalista

Xahar bi tliet ċelebrazzjonijiet