mrra rapport sena ta' hidma 2011

52
Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali

Upload: george-pullicino

Post on 10-Mar-2016

241 views

Category:

Documents


13 download

DESCRIPTION

Sena ta' hidma 2011

TRANSCRIPT

Page 1: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

www.mrra.gov.mt Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali

Page 2: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali

Page 3: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011
Page 4: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

Bix-xogħol ninvestu f‘soċjetà b‘saħħitha. Għalik.

Għadna kemm għalaqna it-tielet sena ta’ ħidma ta’ dan il-Gvern. Sena li għall-Ministeru li mmexxi jien offriet sfidi li b’għaqal irnexxielna ndawruhom f’opportunitajiet sabiex inkomplu nibnu soċjetà b’saħħitha.

Din is-sena ta’ ħidma bdiet tara r-riżultati ta’ numru ta’ proġetti frott il-ħidma li wettaqna fix-xhur ta’ qabel. Qed nirnexxu u niksbu s-suċċessi f’kull qasam.

Wettaqna numru ta’ proġetti bl-għan li nkomplu nagħtu aktar spazji miftuħa għar-rikreazzjoni tal-familji tagħna. F’dawn it-3 snin ta’ din il-leġislatura d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u d-Dipartiment tar-Restawr wettqu xejn anqas minn 75 proġett ta’ tisbiħ u restawr. Ftaħna Park f’Xrobb l-Għaġin, Ċentru San Franġisk għall-ħarsien tal-annimali, sebbaħna l-promenade ta’ Qui Si Sana u Marsaxlokk u għamilna ġnien ġdid fi Qui Si Sana fost ħafna oħrajn. Komplejna wkoll b’ħidma mportanti ta’ restawr. Bħalissa qegħdin naraw ħafna mis-swar tagħna jiġu rrestawrati b’proġett li fih investiment ta’ €36 miljun biex isir xogħol fuq 6km ta’ swar fil-Birgu, l-Belt Valletta, l-Imdina u c-Citadella f’Għawdex.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-immaniġġjar tal-iskart f ’pajjiżna, din l-aħħar sena ta’ ħidma tibqa’ mfakkra għal ftuħ tal-kumpless ambjentali ta’ Sant’ Antnin. Proġett li permezz tiegħu qegħdin niġġeneraw l-enerġija nadifa mill-iskart. Permezz tal-investiment ta’ €27 miljun li sar f’dan il-kumpless f’din il-leġislatura daħħalna numru ta’ skemi biex

il-familji tagħna jissepparaw l-iskart. Introduċejna l-Bring in Sites, bnejna 5 ċentri biex jilqgħu fihom skart goff u f’Mejju tal-2008 bdejna l-iskema irriċikla t-tlieta. Fl-2010 ġbarna kważi d-doppju ta’ skart isseparat mid-djar minn dak li nġabar fl-2008. Minkejja li f’dan is-settur qed nirnexxu u niksbu s-suċċess xorta fadal xi jsir. Kien għalhekk li f’Ġunju tal-2010 ressaqna fil-Parlament l-ewwel reviżjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-immaniġjar tal-iskart solidu, li tistabbillixi pjan ta’ ħidma għas-snin li ġejjin biex inkomplu niġġeneraw aktar enerġija nadifa mill-iskart.

Il-Gvern hu mpenjat biex niġġeneraw aktar enerġija nadifa f’pajjiżna. B’sodisafazzjon fi Frar ta’ din is-sena ħabbart li mill-istudji preliminarji li qed isiru fuq il-livelli tar-riħ fuq is-Sikka l-Bajda, sit propost biex fuqu issir wind farm, jidher li l-ammont tar-riħ li jgħaddi minn din iż-żona huwa biżejjed biex tiffunzjona wind farm. Qed naħdmu wkoll biex nisfruttaw ix-xemx bħala riżorsa biex b’aktar pannelli fotovoltajiċi niġġeneraw l-enerġija. Kien f’dan il-kuntest li f’dawn l-aħħar 3 snin għinna ‘l fuq minn 6,000 familja li nvestew f’tagħmir li jgħinhom inaqqsu l-konsum jew jiġġeneraw l-enerġija. Apparti din l-għajnuna mis-sena 2010 waqqafna sistema ta’ feed-in-tarrif għal dawk li jiġġeneraw l-enerġija minn pannelli fotovoltajiċi. Bil-feed-in-tarrif dak li jkun se jinvesti f’din it-teknoloġija jkun jista’ jikkalkula r-ritorn fuq l-investiment tiegħu.

Fis-settur tal-Agrikoltura u s-Sajd ukoll wettaqna żvilluppi mportanti. Bdejna noħorġu l-iskemi marbuta mal-Fond Ewpropew tas-Sajd 2007 – 2013, filwaqt li s-sena li għaddiet l-Aġenzija għall-Pagamenti ħallset ‘il fuq minn €27 miljun f’għajnuniet finanzjarji lill-bdiewa u r-raħħala u s-settur rurali. Mill-Pjan għall-Iżvillupp

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet RuraliGeorge Pullicino

Page 5: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

Rurali ġew allokati wkoll €13-il miljun biex isiru proġetti f’22 lokalità b’rabta mal-agrituriżmu. Komplejna bil-kampanja tagħna favur il-konsum ta’ dak kollu li hu Naturalment Malti, filwaqt li bdejna l-ewwel suq tal-bdiewa f’Ta’ Qali.

Qed nagħmlu ħidma siewja sabiex inkomplu nħarsu l-ilma tal-pjan, nagħtu aktar spazji ta’ rikreazzjoni, nikkumbattu l-effetti tat-tibdil fil-klima u ngawdu minn aktar arja nadifa. Dan kollu jpoġġi quddiemna sfidi kbar li flimkien kapaċi ndawruhom f’aktar opportunitajiet ta’ xogħol fl-ambjent. Biex ikolna soċjetà b’saħħitha rridu ninvestu mhux biss fil-pajjiż iżda wkoll fil-kapaċitajiet u l-ħiliet ta’ kull individwu.

George PullicinoMinistru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali

Page 6: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

1

75 Proġett ta’ restawr u tisbiħ fi 3 snin

F’dawn l-aħħar snin il-Gvern għaraf li jkompli jinvesti fil-pajjiż billi jkompli joħloq ix-xogħol, isebbaħ l-ambjent ta’ madwarna u jtejjeb il-livell tal-għixien tal-poplu permezz ta’ numru kbir ta’ proġetti ta’ tisbiħ u restawr. It-tisbiħ ta’ pajjiżna u l-ħolqien ta’ proġetti huma investiment fil-pajjiż, fil-familji tagħna u fil-prodott turistiku ta’ pajjiżna. Għalhekk għas-snin li ġejjin il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali se jkompli fuq is-suċċess miksub fl-aħħar snin fejn il-Gvern ta lura lill-familji spażji miftuħa għar-rikreazjoni filwaqt li nvesta fil-passat għall-futur. Dan sar fl-aħħar snin bil-proġetti bħal ma huma:

• xogħol ta’ tisbiħ fuq l-estensjoni tal-Park tas-Salina• tlestija tal-promenade u l-Pjazza ta’ Paceville• bidu tax-xogħol fuq il-proġett tas-Salini b’investiment b’għajnuna minn fondi ewropej ta’ €6

miljun• Pjazza Sant’Anna f’Tas-Sliema• Ġnien George Bonello Dupuis f’Tas-Sliema• Pjazza San Ġorġ fil-Belt

• l-Adventure Park f’Ta’ Qali• Triq it-Torri f’Tas-Sliema• Tisbiħ ta’ spazzju pubbliku f’Sa Maison• Park fi Xrobb l-Għaġin

Page 7: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

2

Tlesta xogħol estensiv ta’ restawr fost l-oħrajn:

• Villa Francia f’Ħal Lija• Il-polverista f’Sant’ Anġlu• Il-Faċċati tal-mużew ta’ Wignacourt fir-Rabat, u• Is-Swar ta’ Falsabraga f’Sa Maison• il-funtana tas-Saqajja fir-Rabat

Ġew installati 19-il funtana ġdida madwar pajjiżna fi 3 snin. Dawn jinsabu:

• 2 funtani fil-Mosta• funtana f ’Pjazza Sant’ Ubaldeska

f’Raħal Ġdid• 5 funtani fl-Adventure Park• f u n t a n a o ħ r a ġ d i d a f i l - Pa r k

Nazzjonali f’Ta Qali• 2 f’Ġnien George Bonello Dupuis fi

Qui Si Sana• 2 f’Pjazza Sant’ Anna Tas-Sliema• funtana f’Tas-Sliema ddedikata għal

John Navarro• funtana fi Pjazza San Gorg• 3 funatani f’Kennedy Grove

Page 8: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

3

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali matul it-tielet sena ta’ ħidma investa ‘l fuq minn €6 miljun f’proġetti bħal ma huma:

• ix-Xatt ta’ Marsaxlokk• il-promenade ta’ madwar il-bajja ta’ San Ġorġ f’Paceville• iz-zuntier tal-knisja tal-Mosta• il-promenade u l-ġnien fi Qui Si Sana• il-Pjazza tal-Ursolini fi Gwardamanġa• il-pavimentar f’Ta’ Liesse il-Belt, u • numru ta’ proġetti ta’ restawr

Il-Ministeru għas-snin li ġejjin se jkompli bir-ritmu li qabad u għalhekk se tkompli titwettaq il-ħidma biex isir:

• Water Park f’Buġibba • estensjoni oħra fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali• pavimentar ta’ Triq Santu Wistin fir-Rabat

Page 9: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

4

• Park Nazzjonali f’Delimara• Il-proġett tal-Collacchio fil-Birgu• Petting farm f’Ta Qali

Flimkien ma’ dan ix-xogħol b’fondi Nazzjonali, se jsiru numru ta’ proġetti b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea. Fost dawn insibu;

• Il-Proġett tar-riabilitazzjoni tas-Salini • Restawr tal-irziezet tal-Buskett

Il-promenade fix-xatt f’Marsaxlokk

Ġnien George Bonello Dupuis fi Qui Si Sana

Page 10: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

5

• Tisbiħ f’Ħad-Dingli biex tinħoloq mixja fuq l-irdum• Park għall-familja f’Wied il-Għajn• Park għall-familja l-Magħtab• Park għall-familja fil-Qortin Għawdex• Proġett nazzjonali kontra l-għargħar

Il-proġett tas-salini

Il-Proġett tar-riabilitazzjoni tas-Salini, li diġà nbeda, jikkonsisti fir-restawr tas-Salini, il-wooden huts u x-Ximenes Redoubt li ser jinbidel f’Interpretation Centre taż-żona tas-Salini kollha li għandha importanza ekoloġika u kulturali. Ser jerġgħu jinbnew mill-ġdid il-wooden huts li bħalissa jinsabu fi stat ħażin ħafna u ma jistgħux jiġu restawrati. Waħda mill-wooden huts ser tintuża bħala Visitors Centre sabiex ikunu esibiti prodotti tal-melħ għal min iżur dan il-post filwaqt li ż-żewġ wooden huts l-oħra ser jintużaw għall-ipproċessar u l-istivar tal-melħ. Dan il-proġett se jara wkoll ir-riabilitazzjoni tas-Salt Marsh u t-tindif tal-garigue sabiex iż-żona kollha terġa’ tieħu l-ħajja u dan il-proġett iservi wkoll t’attrazzjoni turistika. Dan il-proġett hu stmat li se jiswa mas-€7 miljun.

Restawr tal-irziezet tal-Buskett

Ir-restawr tat-tliet irziezet fil-Buskett se jsir b’investiment ta’ nofs miljun. Ir-Razzett tal-Bagħal ser jintuża bħala Interpretation Centre għaż-żona tal-Buskett u l-viċinanzi, filwaqt li r-Razzett tal-Ispirtu ser jintuża bħala bażi għall- ‘wardens ekoloġiċi’. L-użu tar-Razzett tal-Bosk għadu qed jiġi diskuss mal-MEPA biex ikun kompatibbli mal- area tal-Bosk li hi żona ekoloġika importanti.

Proġett f’Ħad Dingli

Ser isir ukoll tisbiħ f’Ħad Dingli, f’żona li hija meqjusa bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni u importanza. Saret applikazzjoni lill-MEPA sabiex isir ‘footpath’   biex min iżur din iż-żona ikun jista’ japprezza l-irdum ta’ Ħad-Dingli mingħajr ma jagħmel ħsara lill-garigue billi jirfes bil-karozza jew bir-riġel fuq żoni li huma protetti. Hu intenzjonat li l-ħitan tas-sejjieh jiġu mantnuti u li din iż-żona tingħata d-dehra li jistħoqqilha. Dan il-proġett li ser jiswa madwar €650,000.

Proġett nazzjonali għal kontra l-għargħar

Dan il-proġett hu maħsub biex itaffi l-problemi tal-għargħar, bl-effetti negattivi kollha li dawn iġibu magħhom fuq ir-residenti u kull min juża ż-żoni ta’ disa’ lokalitiajiet li huma Birkirkirkara, l-Imsida, Ħal Balzan, il-Gżira, Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Qormi u l-Marsa.

L-iżvilupp innifsu ser jinkludi t-tħaffir ta’ numru ta’ mini fil-fond taħt l-art u t-titjib fil-kanali, pontijiet u culverts jew infrastruttura oħra. Hu stmat li n-nefqa ser tkun ta’ madwar €56 miljun li madwar €49 miljun minnhom ser ikunu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Bħala parti minn dan il-proġett, ser isir ukoll proġett pilota li permezz tiegħu ser ikun qed jinġabar l-ilma f’ġibjun li ser jinbena apposta fil-Gżira. Għal dan il-għan, ħareġ il-permess tal-MEPA u ġiet aġġudikata t-tender għall-iskavar ta’ dan il-ġibjun. Dan il-ġibjun ser jiswa madwar €600,000 u ser ikun kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Din ir-riżerva se tkun qed tilqa’ fiha mal-10,000 metru kubu ta’ ilma li jkun ġej minn Wied Għollieqa kif ukoll ilma mill-mini tal-proġett ta’ kontra l-għargħar. Dan għaliex din ir-riżerva tal-Gzira għandha sservi biex l-ilma minn hemm jinżel fil-water table.

Il-Proġett Nazzjonali biex jittaffa l-Għargħar tnissel minn Pjan Nazzjonali għall-Ilma tax-Xita (Storm Water Master Plan ) u minn sensiela ta’ proposti li ħarsu lejn soluzzjonijiet għall-problemi tal-għargħar u l-ħażna

Page 11: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

6

tal-ilma tax-xita f’daqqa.   Matul dan il-proċess u fuq bażi ta’ diversi studji, deher ċar li l-proġetti jkunu aktar vijabbli jekk ma tintużax l-istess infrastruttura biex tiġbor l-ilma tax-xita biex jittaffa l-għargħar kif ukoll biex taħżen, tittratta, u/jew tiffiltra l-ilma biex ikun jista’ jintuża.

Dan iseħħ minħabba l-fatt li l-akbar ammonti tax-xita li jikkawżaw l-aktar dannu jkunu ta’ kwalità ħażina u jakkumulaw fejn u meta m’għandniex bżonnhom (jiġifieri fix-xitwa u fiż-żoni urbani).  Madanakollu, il-Proġett kif propost jista’ jiġbor l-ilma tax-xita ta’ intensita medja li taqa’ għal madwar tletin ġurnata fis-sena.

Dan l-ammont ta’ ilma se jlaħħaq madwar 650,000 metru kubu, li jammontaw għal madwar darbtejn l-ammont ta’ ilma tax-xita li hu kkalkolat li jinżamm f’Malta permezz ta’ digi u ġibjuni li huma taħt ir-responsabilità tal-Gvern.

Dan il-proġett fil-fatt ser ikun l-ewwel fażi ta’ proġett ħolistiku biex titkabbar il-ħażna tal-ilma tax-xita. Biex isir dan ser isiru studji ekoloġiċi u ambjentali fuq numru ta’ widien li ġew identifikati madwar Malta li fihom ikunu jistgħu jsiru lqugħ ġodda jew ikunu mkabbra lqugħ eżistenti biex mingħajr ma ssir ħsara kbira lill-ekoloġija ta’ dawn il-widien ikunu jistgħu jitwettqu progetti biex titkabbar il-ħażna tal-ilma tax-xita.

Rijabilitazzjoni tal-miżbliet magħluqa tal-Magħtab, il-Qortin, Wied il-Għajn u l-Fulija

Il-Magħtab għaddiet minn żewġ proċessi fit-triq għar-riabilitazzjoni tagħha, l-ewwel ma sar kien li ġew inċaqqalqa madwar 700,000 tunnellata terrapin biex tiżdied l-istabbilità, jinħoloq spazju għal passaġġi u tingħata l-forma meħtieġa. It-tieni proċess, kien l-estrazzjoni tal-gassijiet li jniġġsu l-ambjent. Għal dan il-għan, ġew installati 55 kilometru ta’ pajpijiet u madwar 400 bir li huma fondi madwar 12-il metru kull wieħed. Dawn il-bjar mxerrda madwar is-sit qed jiżguraw li l-gassijiet li hemm ġol-miżbla jinqabdu.

B’kollox mil-Magħtab jinġabru madwar 6,000 metru kubu ta’ gassijiet ħżiena fis-siegħa u minn meta beda jopera ir- Regenerative Thermal Oxidizer (RTO) ġabar aktar minn 130 milljun metro kubu ta’ gas ħażin liema gas gie trattat.  Permezz tal-gas tajjeb li ħiereġ minn partijiet żgħar tal-miżbla magħluqa tal-Magħtab, l-impjant ta’ trattament tal-gassijiet tossiċi (RTO) qed jopera bi spiża ta’ konsum tal-enerġija ferm baxxa. Dan l-użu ta’ enerġija minn sorsi nodfa wassal biex anke jkunu ffrankati aktar minn 50,000 tunellata ta’ CO2

equivalents kieku l-methane tħalla joħroġ fl-arja u ma ntużax f’dan l-impjant. Dawn ir-riżultati wasslu wkoll biex il- kwantità ta’ diossina fl-arja tal-madwar naqset b’99%.  Dan juri kemm tjiebet il-kwalita’ tal-arja tal-madwar fejn qed ikun hemm aktar arja nadifa.

Wara l-implementazzjoni ta’ din il-fazi, issa bdiet l-aħħar fażi li ser iwassal ghar-riabilitazzjoni ta’ dan is-sit. Il-proġett ser jinvolvi li l-Maghtab titgħatta b’capping apposta biex b’hekk jiġu kontrollati aktar l-emissjonijiet kif ukoll jonqos l-ammont ta’ leachate li jiġi ġġenerat. Wara titqieghed il-ħamrija sabiex jkun jistghu jitħawlu aktar siġar. Apparti hekk, ġie nstallat ukoll Reverse Osmosis sabiex jitratta l-ilma. L-ilma ta’ dan ir-RO qiegħed jintuża għat-tisqija tal-istess żona. Dawn il-proġetti ta’ riabilitazzjoni tat-tliet miżbliet, qed isiru b’ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea. Hemm ivvutati €28 miljuni għar-riabilitazzjoni tat-tliet miżbliet il-magħluqin.

Family Park f’Wied il-Għajn

Il-miżbla l-magħluqa ta’ Wied il-Għajn sejra tinbidel f’park għar-rikreazzjoni tal-familji. Din hi l-politika ta’ dan il-gvern li jagħti lura lin-nies spazji li kienu jintużaw sabiex fihom jiġi ddepożitat l-iskart fis-snin sebgħin, fi spazji miftuħa u msebbħa.

Page 12: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

7

inbdew ix-xogħlijiet neċessarji mal-iżvilupp ta’ dan il-park li jinsab bejn l-impjant ta’ Sant’ Antnin u r-Razzett tal-Ħbiberija, li ġaladarba jkun lest, se jkun qed jiġbed lejh mhux biss Maltin iżda wkoll aktar turisti lejn in-nofsinhar ta’ Malta. Dan il-park li se jkun mifrux fuq 85,000 metru kwadru ta’ art. Apparti l-fatt li se joffri spazju miftuħ u msebbaħ, se jipprovdi biżżejjed spazji biex fihom ikunu jistgħu jintlagħbu tliet dixxipplini sportivi f’daqqa. L-Attrazzjonijiet f’dan il-park se jkunu landscaped mazes u rock climbing wall. Il-pjanti ta’ dan il-park jipprovdu wkoll parkeġġ filwaqt li razzett li jinsab fl-istess żona fejn se jsir dan il-park se jkun irrestawrat, u miftuħ għall-pubbliku bħala mużew ħaj tal-annimali li se jkunu qed jitrabbew f’dan l-istess razzett, li se jservi wkoll ta’ vetrina għall-prodotti agrikoli Maltin.

F’dan il-park se jkun qed jinbena wkoll Ċentru ta’ Informazzjoni għall-viżitaturi. Dan iċ-ċentru għandu l-iskop li jipprovdi informazzjoni dwar l-ekoloġija u l-ħidma kollha li qed issir sabiex l-iskart ikompli jkun riżorsa li minnu tiġi ġġenerata l-enerġija nadifa. Dan iċ-ċentru għandu jkompli jgħin sabiex tkompli tinbidel il-mentalità tal-mod kif inħarsu lejn l-iskart. Matul dawn l-aħħar snin, twettqet rivoluzjoni siekta fl-immaniġġjar tal-iskart, inħolqu is-Civic Amenity Sites, l-Bring in Sites, l-iskema Irriċikla t-Tlieta, ingħalqu l-miżbliet u nbew faċilitajiet moderni.Dan l-investiment ta’ ‘l fuq minn €7 miljun, qed isir ukoll b’fondi mill-Unjoni Ewropea.

Ninvestu fil-passat għall-futur

Ir-riżultati fir-restawr ta’ ġojjelli storiċi li aħna mogħnijin bihom huma imprezzabbli. Matul din l-aħħar sena bdejna naraw diġà r-riżultat tal-proġett estensiv ta’ restawr tas-swar fil-Belt, il-Birgu, l-Imdina u ċ-Ċitadella f’Għawdex li qed isir b’investiment ta’ €36 miljun b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea. Uħud mill-faċċċati tas-swar li diġà bdew jinkixfu qed jerġgħu jagħtu l-ħajja lil dan il-patrimonju kbir li pajjiżna għandu frott il-ħidma tal-Kavallieri f’Malta. Dan il-proġett se jkun wassal biex sas-sena 2013 nkunu rrestawrajna mas-6km ta’ swar.

Page 13: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

8

Tlesta t-twaqqiegħ ta’ dik li kienet l-Oil Depot fil-Birgu u b’hekk reġgħu nfetħu s-swar f ’din il-lokalita’. Wara li jiġu restawrati s-swar, ser isir landscaping f’din il-lokalità.

Għaddej ukoll xogħol sabiex jerġa’ jinfetaħ id-ditch tal-Birgu u tal-Imdina. La darba jitlesta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet f’dan is-sit, id-ditch ser jinbidel fi ġnien għat-tgawdija tal-pubbliku.

Konsolidament tas-Swar tal-Imdina

Fl-Imdina qed issir ħidma partikolari fuq il-bastjun ta’ San Pawl u fuq is-Sur ta’ taħt il-Palazz Vilhena.  Fil-Bastjun qed jidaħħlu mal-40 micropile, b’tul ta’ 30 metru l-waħda biex is-swar jibqgħu stabbli. Taħt il-Palazz Vilhena s-sistema ta’ konsolidament tinkludi deep piles ta’ 16-il metru, flimkien ma’ post-tensioned tendons. Dan ix-xogħol qed jikkumplimenta dak li diġà sar fuq parti oħra tas-swar tal-Mdina fejn tlesta proġett pilota fejn ukoll numru ta’ piles iddaħlu fis-saffi ta’ taħt is-swar, flimkien ma’ post-tensioned tendons sabiex il-bastjun ikun konsolidat. Qed isir kontinwament moniteraġġ fuq il-ftuħ li hemm

fil-bastjun sabiex kull moviment ikun irrekordjat sabiex ikun studjat kontinwament il-moviment li jista’ jsir fuq dan il-bini hekk storiku u importanti. Fi Frar tas-sena 2011 itellgħet Open Day fejn il-pubbliku li attenda bi ħġaru seta’ jara x-xogħol estensiv li qed isir fuq dawn is-swar partikolari.

Il-kontragwardja ta’ San Mikiel fil-Belt Valletta

Fost dawk il-partijiet tas-swar tal-belt Valletta li qed jiġu irkuprati u rrestawrati bis-saħħa tal-proġett ta’ l-ERDF (European Regional Development Fund) hemm Il-Kontrogwardja ta’ San Mikiel.Dan huwa wieħed mill-ispazji l-aktar interessanti u importanti tas-swar tal-Belt li sal-lum kienu kważi dejjem micħuda lill-pubbliku.

Dan it-tip ta’ sur fuq in-naħa ta’ barra tal-foss tal-belt Valletta kien inbena fl-1640 fuq disinn tal-inġinier militari Taljan, il-Marquis ta’ Sant’ Anglu, Giovanni de Medici. Huwa wieħed minn erba’ counterguards li kienu nbnew apposta biex jipproteġu l-front tal-Belt Valletta minn attakki u bombardamenti tal-għadu min-naħa tal-Floriana u ta’ Ta’ Xbiex.

Bħala struttura, il-Kontrogwardja ta’ San Mikiel għandu ħafna features interessanti, fosthom, mina twila li twasslek mill-foss għal fuq it-tliet pjattaformi tal-bastjun, maħżen intern u numru ta’ trollijiet, kif ukoll kappella zgħira mġarfa (ta’ San Rokku) li minnha kienu jiġu ċċelebrati il-quddies għall-pazjenti li kellhom mard infettiv u li kienu jitpoġġew ġewwa l-isptar Lazzaret fuq il-Gżira Manuel faċċata tal-kontragwardja. Kien għalhekk, li f’Mejju tal-2010 din il-kontragwardja wara li tnaddfet infetħet għal pubbliku waqt open weekend li rat mijiet ta’ familji jżuru għall-ewwel darba dan il-post qabel ma ngħalaq biex isir il-proġett ta’ restawr sabiex jerġa’ jingħata lill-pubbliku fi spazju miftuħ.

Page 14: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

9

Biagio Steps - Ċentru Interattiv tal-Fortifikazzjonijiet

Matul l-2010 ingħata wkoll bidu għax-xogħol fuq iċ-Ċentru Interpretattiv tal-Fortifikazzjonijiet fi Biagio Steps fil-Belt. Ir-restawr tal-bini storiku u l-bini mill-ġdid tas-sular li kien imġarraf u tal-estensjoni tlestew, biex issa matul l-2011 ingħata bidu għax-xogħlijiet ta’ finishes. In-nefqa totali ta’ dan il-proġett hi stmata li taqbeż iż-€2 miljuni.

L-għan ta’ dan iċ-ċentru mhux biss biex juri x’patrimonju għandu pajjiżna iżda sabiex b’mod interattiv, jeduka u jgħallimna aktar dwar l-istorja u l-importanza ta’ dawn is-swar. Dan se jseħħ billi ċ-ċentru se jkollu wkoll teatru adio-viżiv, librerija kif ukoll spazju għall-workshops. It-teatru se jkun jesa’ mas-60 ruħ. Dan iċ-ċentru jmur lil hinn milli jiglorifika s-swar bħala bini li serva għal perijodu ta’ gwerrer u ġlied, iżda juri s-swar bħala bini kreattiv kif ukoll juri l-inġinerija u l-arkitettura inġenjuża ta’ dan il-bini.

Ninvestu fil-passat tagħna

Minbarra l-proġetti b’ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea, bdew wkoll diversi inizjattivi oħra ta’ xogħol ta’ restawr b’fondi Nazzjonali fuq swar fil-Belt, il-Furjana u Bormla. Tlesta x-xogħol fuq:

• is-Sur ta’ taħt il-qanpiena tal-Assedju l-Kbir taħt il-Barrakka t’isfel• għaddej xogħol fuq is-swar ta’ San Salvatur f’Marsamxett• għaddej xogħol fuq is-swar ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla• Wasal biex jitlesta wkoll il-bini mill-ġdid tal-parti tas-sur ta’ Notre Dame fil-Furjana li kien iġġarraf

bil-maltemp

Page 15: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

10

Proġetti fil-Belt Valletta

Il-Belt Kapitali tagħna mhijiex biss tal-Maltin u tal-Għawdxin iżda tad-dinja kollha peress li hija meqjusa bħala wirt storiku dinji. Il-Gvern għalhekk hass li jrid ikompli jsebbaħ din il-Belt u telaq b’numru ta’ proġetti maġġuri f’din il-Belt partikolarment b’rabta mad-daħla tal-Belt Kapitali. Apparti dan, f’dawn it-tliet snin ta’ ħidma milll-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijeit Rurali, fil-Belt Valletta qed iwettaq xejn anqas minn 25 proġett ta’ tisbiħ fosthom:

• Restaw tal-faċċati tal-Palazz tal-Gran Mastru • Restawr tal-faċċati tal-Berga ta’ Kastilja • Restawr tal-faċċati tal- Kon Kattidral ta’ San Ġwann • Restawr tal-faċċata tal-Bibljoteka Nazzjonali• Restawr tal-portiko tal-Bibljoteka• Restawr tas-Swar • Restawr tal-kontragwardja ta’ San Mikiel• Restawr minn barra tal-knisja ta’ Liesse• Restawr tal-Victoria Gate

• Restawr tal-Armarju tal-Knisja ta’ San Pawl• Restawr tal-istatwa ta’ San Korrado• Restawr ta’ statwa ta’ San Pawl fi Triq Melita• Pjazza San Gorg

Page 16: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

11

• Riabilitazzjoni ta’ Biagio biex isir Ċentru Interattiv tal-fortifikazzjonijiet• It-turġien ta’ Strada Sant’ Ursola u Triq San Ġwann• Pavimentar tax-xatt minn Ta’ Liesse sa Pinto Wharf.

Tindif u xogħol ta’ manutenzzjoni tal-widien

It-tindif u l-manutenzjoni ta’ widien, kif ukoll ta’ ġibjuni li jilqgħu fihom l-ilma tax-xita huwa xogħol ieħor importanti li jitwettaq tul is-sena. Fost il-ġibjuni li ġew imnaddfa mill-materjal li nġabar fihom kien hemm dawk ta’ Pembroke, iż-Żejtun, Bulebel, Ħal Għaxaq, Ħal Luqa, il-Marsa u Santa Luċija.

Il-widien li ġew imnaddfa minn ħaxix ħażin u materjal ieħor kienu jinkludu:

• Wied il-Kbir, Qormi• Wied Ħesri, Siġġiewi• Wied il-Luq, Siġġiewi• Wied Bidni, f’Wied il-Għajn• Wied Qannotta, Burmarrad u • Wied Għajn Riħana, Burmarrad

B’kollox ġew imneħħija mas-7,200 tunellata ta’ materjal. Barra minhekk, tneħħew mas-600 trakk ta’ ħamrija. Parti minn din il-ħamrija ġiet iddepożitata fiċ-Ċentru ta’ Riċerka u Żvilupp Agrikolu, fl-Għammieri u parti oħra ġiet mgħotija lill-bdiewa li kellhom l-għelieqi fil-viċinanzi tal-wied minn fejn tneħħiet dik il-ħamrija.

Inżommu pajjiżna nadif

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali għandu fost ir-responsabilitajiet tiegħu iż-żamma tal-indafa ta’ toroq arterjali, ż-żamma tal-indafa ta’ postijiet pubbliċi u spazji miftuħa, ż-żamma ta’ latrini pubbliċi, is-servizzi lill-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra, t-tneħħija ta’ skart illegali u t-tindif tal-bajjiet u l-kosta.

Page 17: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

12

Matul l-aħħar sena ta’ ħidma, fit-toroq arterjali hu kkalkulat li sar knis mekkanizzat fi kważi 16,000 kilometru.Sar knis manwali fi kważi 2,200 kilometru, u tneħħew 14,800 tunellata ta’ skart mormi illegalment. Fl-istess perjodu tneħħew ukoll mas-7,000 riklam (posters u materjal ieħor) li kien imwaħħal illegalment. L-istess Dipartiment kien involut ukoll fil-ġbir ta’ skart goff fejn inġabru ’l fuq minn 2,000 saqqu, 3,000 computer u television u ’l fuq minn 1,000 sufan.

Uħud mis-siti fejn sar it-tindif kienu Marsaxlokk fejn tneħħa mat-300 tunellata ta’ skart, il-Marsa fejn tneħħa mal-56 tunnellata u l-Imrieħel minn fejn tneħħew mal-51 tunnellata ta’ skart mormi illegalment.

Innaddfu l-bajjiet tagħna

It-tindif fuq il-bajjiet u l-kosta qed isir mhux biss fix-xhur tas-sajf iżda matul is-sena kollha sabiex sax-xhur tas-sajf ikunu tnaddfu.

Din is-sena ix-xogħol kien jikkonsisti f’manutenzjoni tal-għamara tal-baħar, tneħħija tal-alka li ammontat għal 5,500 tunellata, tbattil kuljum tal-kontenituri u t-tneħħija ta’ materjal goff li jidħol fuq il-bajjiet, installazzjoni ta’ għamara tal-baħar qabel is-sajf li terġa’ titneħħa wara l-istaġun tas-sajf. Din kienet tikkonsisti minn 900 kontenitur, 246 sellum u poġġamani u 200 kontenitur tal-faħam. Minn din is-sena il-kontenituri kollha, li jammontaw għal madwar 900, li hemm fuq ix-xtajtiet u fuq il-kosta, barra li jitbattlu kontinwament, bdew ikunu wkoll maħsula regolarment.

Biex ikompli jitjieb il-livell ta’ kwalità ta’ tindif li qiegħed joffri dan id-Direttorat tal-Indafa Pubblika, matul is-sena 2010 sar investiment ta’ €400,000 fuq xiri ta’ makkinarju. Dan il-makkinarju ġie mixtri mir-Renju Unit u jikkonsisti f’mechanical sweeper, vannijiet u trakkijiet, vetturi għal ġbir ta’ skart, mini excavator, karru sabiex jinġarru l-gafef u oħrajn.

It-toroq iwardu matul is-sena kollha

Livell ta’ ħajja aħjar jintlaħaq ukoll b’pajjiż isbaħ. Matul ix-xhur tas-sena kollha pajjiżna jkun imżejjen b’ammont ta’ fjuri u pjanti.

Mill-2002 ’l hawn, iġifieri f’dawn l-aħħar 9 snin it-tisbiħ fit-toroq ħa spinta’ ’l quddiem bit-twaqqif tal- ELC, Environment Lanscape Consortsium. F’dawn l-aħħar snin pajjiżna qed jara postijiet li kienu abbandunati jiġu kkultivati.

It-tisbiħ u ż-żamma tal-pajjiż huma wkoll parti importanti mill-prodott turistiku ta’ pajjiżna. Matul l-aħħar sena bħal ma ilu jsir minn meta twaqqaf l-Environment Lanscape Consortsium tkompla x-xogħol fejn żdiedu ż-zoni tal-manutenzjoni u postijiet msebbħa. L-ELC kull sena qed iżid fl-ammont ta’ fjuri, pjanti u siġar li qed isebbħu t-toroq ta’ pajjiżna. In-numri jitkellmu weħidhom, fejn fl-2007 tħawwlu ftit aktar minn 800,000 pjanta, is-sena li għaddiet tħawwlu 1.75 miljun pjanta.

L-ELC kellha mira li f’din is-sena (2011) tħawwel man-nofs miljun pjanta kull kwart tas-sena biex sal-aħħar tas-sena tkun sebħet pajjiżna b’xejn anqas minn 2 miljun pjanta. Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena l-ELC mhux biss żammet mal-mira tagħha iżda saħansitra qabżet il-mira b’100,000 pjanta oħra, iġifieri total ta’ 600,000 pjanta. Apparti dan ix-xogħol tal-Gvern l-ELC qed tagħmel xogħol f’diversi nħawi oħra li jkunu magħżulin mill-Kunsilli Lokali. Fil-preżent l-ELC isebbaħ 36 lokalita’.

Page 18: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

13

34U – b’aktar siġar inħarsu saħħitna, inħarsu l-ambjent

Minn kemm ilha li twaqqfet il-kampanja 34U, tħawwlu ‘l fuq minn 100,000 sigra, bil-100,000 siġra titħawwel fix-xahar ta’ Jannar 2011.

Dan hu dovut għall-impenn tal-poplu li minn dejjem ħabb din l-iskema. Matul dawn is-sitt snin, diversi nies, entitiajiet, kumpaniji, NGO’s u Kunsilli Lokali taw sehemhom fil-proġetti ta’ afforestazzjoni li bdejna tul is-snin. B’hekk inħolqu diversi siti, b’numru kbir ta’ siġar fihom, li illum qed jitgawdew mill-pubbliku. Fost dawn ta’ min isemmi s-sit tal-Foresta 2000 fil-Mellieħa, is-Salini,   Ta’ Qali – b’diversi estensjonijiet tal-Park Nazzjonali u anki fi Xrobb l-Għaġin.

F’Novembru tal-2010 itella’ wkoll tree planting weekend ġewwa żona ġdida fil-Park tas-Salini. Din iż-żona l-ġdida qed isservi biex ikompli jikber dan l-ispazju pubbliku miftuħ għar-rikreazzjoni tal-familji.

Page 19: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

14

SkartAkter enerġija nadifa mill-iskart

Fl-immaniġjar tal-iskart pajjiżna qiegħed jagħmel żvilluppi kbar li qed iwasslu biex pajjiżna jiġġenera l-enerġija nadifa mill-iskart li jipproduċi. F’dan ir-rigward, f’din it-tielet sena ta’ ħidma, ġie inawgurat il-kumpless ambjentali ta’ Sant’Antnin f’Wied il-Għajn.

Il-Kumpless ambjentali ta’ Sant’Antnin sar biex:

• tiżdied is-separazzjoni tal-iskart f’pajjiżna

• l-iskart ikun sfruttat bħala riżorsa u b’hekk parti mill-iskart tiġi esportata għar-riċiklaġġ

• parti oħra mill-iskart isir il-kompost minnhu

• mill-iskart nipproduċu l-elettriku

• b’anqas skart u b’anqas użu ta’ fuel intejbu l-ambjent ta’ pajjiżna, titjieb il-kwalità tal-arja u ngawdu saħħa aħjar

Il-Material Recovery Facility (MRF) kienet l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett tal-Kumpless Ambjentali ta’ Sant’ Antnin li bdiet topera fl-2008. Din il-parti tal-impjant kienet pass kruċjali biex beda jiżdied l-ammont ta’ skart riċiklabbli f’pajjiżna. Bl-intorduzzjoni ta’ dan l-impjant komplew jiżdiedu l-faċilitajiet għas-separazzjoni tal-iskart fosthom l-introduzzjoni ta’ madwar 1,000 kontenitur ta’ Bring-In Sites u l-borża l-griża li daħlet fis-seħħ minn Mejju tal-2008. Ħafna mill-materjali li jintgħażlu fl-MRF jiġu ppakkjati f’bales (pakketti kbar) sabiex jinbiegħu għall-esportazzjoni. Dawn jinbiegħu ta’ kull xahar għall-aħjar offerta. Il-WasteServ ħarġet madwar 774 container (tal-40 pied) ta’ prodotti bejn 2009 u l-aħħar t’Ottubru 2010.

Parti oħra fil-Kumpless Ambjentali ta’ Sant’ Antnin hi l-Mechanical Treatment Plant (MTP). Din tittratta l-iskart li jiġi mid-djar, jiġifieri dak li jintrema fil-borża s-sewda. F’din il-parti ssir separazzjoni tal-iskart b’mod mekkaniku

Page 20: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

15

sabiex jintagħżlu l-materjali bħal kartun, plastik u metall, minn dak organiku u bijodegradabbli. L-iskart organiku u bijodegradabbli jittieħed fl-aħħar parti tal-kumpless dik ta’ diġestjoni anerobika. Prodott ieħor minn dan il-process hu r-refuse derived fuel (RDF), li hu skart li la jista’ jiġi riċiklat u lanqas m’hu aċċettabli għad-diġestjoni. Dan it-tip ta’ skart hu potenzjalment riżors tajjeb ta’ enerġija. Din il-parti tal-impjant topera taħt sistema ta’ negative pressure; sistema fejn l-arja qatt ma tista’ toħroġ minn ġol-bini u għalhekk m’hemmx riskji ta’ rwejjaħ fil-madwar. Apparti dan, l-arja ta’ ġol-bini tiġi miġbuda u mgħoddija minn tipi ta’ filters, imsejjħa Regenerative Thermal Oxidisers (RTO), sabiex titnaddaf b’mod effettiv.

L-aħħar parti tal-kumpless tikkonsisti minn proċess ta’ diġestjoni anerobika, proċess fejn il-parti organika u bijodegradabbli tal-iskart tgħaddi minn trattament ta’ stabilizazzjoni ġo tankijiet magħluqa u jiġi prodott gass (imsejjaħ il-biogass) u materjal simili għall-kompost. Il-parti organika tal-iskart tgħaddi mill-MTP għal ġot-tankijiet, fejn tiġi esposta għal temperaturi sħan, meħtieġa biex ikissru dan il-materjal f’partijiet iżgħar. B’riżultat ta’ dan il-proċess, jiġi rkuprat il-biogass; gass li jintuża għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-iskart. Fl-aħħar tal-proċess, il-materjal organiku jinfired minn mal-ilma u l-prodott finali jkun lest sabiex jintuża għar-rijabilitazzjoni tal-landfills u siti simili, kif ukoll għal-landscaping. Kull sena, din il-parti tal-impjant se tiġġenera madwar 13,000,000 (Kwh) elettriku fis-sena, iġifieri b’kemm jikkunsmaw 1,400 familja.

F’Novembru tal-2010 ġie oranizzat ukoll Open Weekend fil-kumpless ambjentali ta’ Sant’ Antnin fejn eluf ta’ familji żaru dan il-kumpless biex jifhmu aħjar ir-rwol li kulħadd għandu biex jissepara l-iskart u l-proċess kollu li minnu jgħaddi l-iskart.

Page 21: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

16

Inċentiv għas-separazzjoni tal-iskart

Biex ikun hemm aktar separazzjoni tal-iskart, kif ukoll it-tnaqqis ta’ ħolqien ta’ skart żejjed, il-Gvern ħa d-deċiżjoni kuraġġuża li kulħadd jintalab iħallas l-ispiża reali għall-immaniġġjar tal-iskart. Ir-rata li kellna qabel, ta’ €0.77 kull tunellata ta’ skart imħallat, ma kienitx qed toffri inċentiv finanzjarju lil min jirriċikla. Għaldaqstant minn Ġunju tal-2010 r-rata ta’ €20 kull tunellata ġiet applikata fuq kull min juża l-faċilitajiet pubbliċi għar-rimi ta’ skart imħallat. Fl-istess waqt, l-iskart isseparat li qed jittieħed fl-Impjant ta’ Sant’Antnin għandu r-rata mnaqqsa minn €0.77 għal €0.50 kull tunellata.

Il-faċilitajiet għall-iskart goff u l-bring-in sites huma wkoll ħoloq importanti fil-katina twila ta’ immaniġġjar tal-iskart. Ilkoll nafu kemm dawn huma popolari u llum saru parti importanti mir-realta’ ta’ kuljum. Dawn is-siti qed jipprovdu opportunita’ biex tip ta’ skart jintrema sseparat u kull frazzjoni tiġi pproċessata għar-riċiklaġġ.

Fost dawn wieħed isib l-ammont kbir ta’ televisons u monitors li bħalissa hemm stock ta’ madwar 1,000 tunellata jew madwar

75,600 bħala numru ta’ units. L-istess japplika għall-fridges u freezers fejn huwa stmat li sa issa ġew maħżuna madwar 16,500 unit. Din is-sena l-WasteServ bagħtet għar-riċiċklaġġ mas-745 tunellata ta’ televisions u monitors u mal-122 tunellata ta’ fridges u freezers. Il-WasteServ esportat ukoll 13-il tunellata ta’ batteriji wżati.

Faċilitajiet għat-tnaqqis u s-separazzjoni tal-iskart

Il-politika tal-Gvern fl-immaniġġjar tal-iskart għandha bħala l-pern tagħha s-separazzjoni u t-tnaqqis tal-iskart li jintrema fil-landfill. L-ewwel tnaqqis sostanzjali qed isir permezz ta’ separazzjoni tal–iskart mid-djar residenzjali. Matul is-sena 2010 inġabru madwar 10,000 tunellata ta’ skart li ġej mill-borża l-griża biss.

Dan ifisser li sal-2010 nġabru total ta’ 41,000 tunellata ta’ skart isseparat mill-Bring-in Sites u l-Borża l-Griża, filwaqt li minn kemm ilhom joperaw is-Civic Amenity Sites inġabru madwar 65.000 tunnellata ta’ skart.

Bring in sites

  Kwantità (tunellati)  Malta Għawdex Total2003 158 - 158

2004 871 92 963

2005 1,594 195 1,788

2006 2,028 227 2,255

2007 2,724 275 2,998

2008 3,790 321 4,110

2009 3,247 320 3,567

2010 3,858 382 4,240

Page 22: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

17

Recycle Tuesdays

  Kwantità (tunellati)

  Malta Għawdex Total

2008 4,251 392 4,643

2009 6,764 512 7,275

2010 9,233 595 9,828

Civic Amenity Sites

  Kwantità (tunellati)

  Magħtab Mrieħel Ħal Far Luqa Għawdex Total

2007 4,847 4,845 - - - 9,693

2008 3,441 9,348 1,744 175 - 14,708

2009 3,727 9,185 2,400 3,738 445 19,496

2010 3,295 8,400 2,385 4,792 1,646 20,519

 L-ewwel reviżjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-immaniġġjar tal-iskart

Matul l-2010 tlestiet l-ewwel reviżjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Iskart Solidu li kienet ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika f’Jannar 2009. Din l-istrateġija tressqet fil-Parlament f’Ġunju 2010 u diġà beda x-xogħol fuq l-implimentazzjoni tagħha.

Il-kumpless għall-immaniġġjar tal-iskart fl-Għallis

Għalkemm l-iskop tal-Gvern huwa li jkompli jnaqqas l-ammont ta’ materjal li jintrema fl-engineered landfill, kulħadd japprezza li l-impjanti meħtieġa ma jiġux zviluppati fi żmien qasir. Għaldaqstant l-użu tal-landfill għadu importanti għall-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna.

L-engineered landfill tal-Għallis hija l-unika landfill fil-pajjiż li qed tieħu l-iskart mhux perikoluż. Il-kobor kien iddisinjat li għandu joffri spazju għall-iskart li pajjiżna jipproduċi fuq medda ta’ seba’ snin. Din il-landfill bdiet tieħu l-iskart fiha mill-2007 u kellha sservi sal-2014. Bil-miżuri li saru sa’ issa biex jonqos ir-rimi tal-iskart fil-landfill, kif ukoll bl-operat tal-impjanti l-oħra, issa hu kkalkulat li l-landfill se sservi sal-2016. Barra minn hekk, jekk il-pajjiż jiżviluppa aktar impjanti kif ippjanat fl-istrateġija, titwal aktar il-ħajja ta’ din il-landfill.

F’dan il-kumpless ukoll hemm l-ewwel engineered landfill li nbniet f’pajjiżna, magħrufa bħala Ta’ Żwejra. Din kienet tintuża sal-2006 u issa qed tiġi recountoured u qed jitħaffru aktar bjar għall-gas li ser ikun qed jipprovdi enerġija lill-impjant ta’ trattament tal-gass li hemm fuq il-Magħtab.

It-Thermal Treatment Facility (l-Inċineratur), Marsa

Dan l-impjant tal-inċineratur issa daħal fir-raba’ sena tiegħu wara li beda jipprovdi dan is-servizz essenzjali f’Diċembru 2007.

Page 23: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

18

Matul l-aħħar sena ta’ ħidma dan l-impjant tratta madwar 7,200 tunellata ta’ skart. It-tip ta’ skart li qiegħed jitratta jinkludi mad-39 frazzjoni differenti, li prinċiparjament hu skart li jirriżulta mill-biċċerija, skart kliniku tal-isptarijiet u skart ieħor bħal farmaċewtiċi, skart tal-irziezet u ta’ biċċeriji privati.

Hemm madwar 47 tunellata ta’ skart perikoluż li jintrema mid-djar tagħna bħal laned vojta taż-żebgħa, mediċina skaduta li qed jiġu ttrattati f’din il-faċilita’ u ma baqgħux jintremew mħallta ma’ skart ieħor. Ta’ min jinnota li fl-2010, 88% tal-iskart trattat f’dan l-impjant ġie kollu mill-industrija tal-laħam, fosthom mill-biċċerija pubblika, skart mill-biċċeriji privati kif ukoll annimali mejtin. B’dan l-iskart addizzjonali, l-ispiża tal-fuel fl-2009 niżlet għal €600,000 minn dik stmata ta’ €3 miljuni.

Kif kien imwiegħed, l-emissjonijiet li joħorġu miċ-ċumnija qed jiġu murija fil-website tal-WasteServ kif ukoll fuq monitor li twaħħal fi triq pubblika, biex b’hekk wieħed ikun jista’ jqabbel dawn iċ-ċifri ma’ dawk tad-direttivi Ewropej u kif ukoll ma’ dawk tal-MEPA (li huma aktar stretti).

Bil-ħolqien ta’ din il-faċilità, pajjiżna ħeles minn numru ta’ inċineraturi li kienu qed joperaw b’emissjonijiet għolja u li ma kienux konformi mal-istandards stabbiliti għal dawn it-tip ta’ faċilitajiet, bħalma huma dak li kien jopera fl-Isptar San Luqa u l-inċineratur l-antik li kien hemm fil-Biċċerija stess.

Intant f’Diċembru tas-sena 2010 saret Open Day f’din il-faċilita. Nurmu ta’ familji żaru l-post u raw kif jitħaddem dan l-impjant.

Edukazzjoni, taħriġ u opportunitajiet ta’ xogħol

Huwa stat ta’ fatt li l-edukazzjoni dwar dan is-suġġett qatt ma’ tista’ tieqaf minkejja l-fatt li l-poplu fehem u qed jagħti sehmu f’dan il-qasam billi jnaqqas u jissepara l-iskart. Il-Wasteserv matul din l-aħħar sena ta’ ħidma

Page 24: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

19

niedet il-proġett tal-Care Creates Change in People’s Lives and the Environment li qed jagħti l-frott mistenni u li qed jagħti taħriġ lil 60 trainee.

Dan il-proġett huwa kofinanzjat mill-fondi tal-Unioni Ewropea bl- ammont ta’ €1.2 miljun. L-għan prinċipali ta’ dan il-proġett huwa li jipprovdi taħriġ lil persuni li għandhom potenzjal kbir, biss ma kellhomx iċ-ċans qabel f’ħajjithom li jiżviluppaw it-talenti tagħhom. F’dan il-proġett qed jibbenifikaw kemm adulti kif ukoll żgħażagħ, nisa u rġiel, li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 16-il sena sa 50 sena. Fost dawn insibu nisa tad-dar li ma komplewx l-iskola, kif ukoll żgħażagħ li telqu mill-iskola ta’ età żgħira. Is-60 student li qed jattendu iċ-ċentru msejjaħ TREE Centre (Training of Resources for Environmental Employment) f’Ħal Luqa li ġie inawgurat f’Lulju 2010, qed jingħataw taħriġ fuq diversi aspetti relatati ma’ kif wieħed għandu jieħu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna.

F’dan iċ-ċentru, permezz ta’ staff professjonali, qed issir enfasi fuq l-abilitajiet tal-istudenti, imma fl-istess ħin qed jitgħallmu l-valuri fuq il-post tax-xogħol. Il- kunċett prinċipali ta’ dan iċ-ċentru huwa li jinħoloq ambjent fejn dawn l-istudenti jiżviluppaw l-abbilitajiet tagħhom, ikollhom għarfien dwar il-valuri tal-ħajja, kif ukoll il-mod ta’ kif għandhom jaġixxu fuq il-post tax-xogħol b’mod partikolari fis-settur tal-ambjent. Dan hu eżempju ċar ta’ green jobs li qegħdin jinħolqu fil-pajjiż.

L‐eko kontribuzzjoni

L-eko kontribuzzjoni wkoll hija komponent fundamentali fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart. Matul din is-sena l-Gvern wettaq il-wegħda elettorali fejn kumpaniji li jirriċiklaw persentaġġ għoli mill-ippakkjar li jpoġġu fis-suq ġew eżentati mill-ħlas tal-eko kontribuzzjoni. B’din il-miżura, l-Gvern eżenta numru ta’ kumpaniji milli jħallsu l-eko kontribuzzjoni għax issodisfaw il-kriterji stabbiliti bil-liġi. L-politika u l-viżjoni tal-Gvern wasslet sabiex pajjiżna llum għandu industrija stabbilita tar-riċiklaġġ tal-iskart. Dan għaliex mill-iskart qed jinħoloq valur li jsostni l-attivita’ ekonomika, filwaqt li jitħares l-ambjent. Il-Gvern ser ikompli jifrex din il-politika tiegħu sabiex jispinġi aktar kumpaniji jissieħbu f’dawn l-iskemi tar-riċiklaġġ billi jinforza kontra min jabbuża u jinċentiva aktar lil min qed jimxi mar-regolamenti.

Mindu ddaħħlet l-eko kontribuzzjoni, l-prodotti li huma koperti bid-direttiva tal-WEEE (Waste, Electrical and Electronic Equipment) kif ukoll tyres, ma baqgħux jiġu mormija fil-landfill iżda qed jiġu rkuprati u maħżuna sa ma jinħarġu l-permessi u l-kuntratti meħtieġa biex jiġu pproċessati. Hu kkalkulat li madwar 300,000 tyre jiġu proċessati kull sena minflok imorru għar-rimi fil-landfill.

Page 25: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

20

Tibdil fil-Klima u Enerġija Nadifa

F’Settembru 2009 ġiet finalizzata l-‘Istrateġija Nazzjonali ta’ Miżuri ta’ Politika u Tnaqqis tal-Emmissjonijiet tal- Gassijiet Serra’. Din l-istrateġija li hija riżultat ta’ konsultazjoni wiesa’ ma’ diversi setturi tippreżenta 96 rakkomandazzjoni li permezz tagħhom Malta tkun tista’ tieħu miżuri b’mod koerenti sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Diġà ttieħdu diversi passi biex ikunu implementati numru ta’ rakkomandazzjonijiet importanti fosthom it-twaqqif ta’ Unit ġdida fl-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi li hija l-entità prinċipali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-istrateġija.

Wieħed jista’ jsemmi wkoll:

• in-numru kbir ta’ skemi ta’ għajnuna biex aktar individwi u kumpaniji jitħajru jinvestu f’apparat li jiġġenera l-enerġija minn sorsi nodfa;

• l-istudji li qed isiru biex pajjiżna jkollu windfarms kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar; • l-inizjattiva tal-Gvern biex bini pubbliku jinkesa b’apparat li jiġġenera l-enerġija minn sorsi nodfa; • r-riforma tat-trasport pubbliku li għandha tagħmilha aktar attraenti li wieħed juża mezzi tat-trasport

pubbliku;• investiment massiċċ, minn fondi Ewropej u nazzjonali, f’impjanti li jiġġeneraw l-enerġija mill-iskart

likwidu u solidu; • l-egħluq tal-miżbliet mhux ikkontrollati u l-proċess ta’ rkupru ta’ gass ħażin li joħroġ minnhom u

r-riabilitazzjoni tagħhom• investiment f’titjib fil-prattiċi fil-biedja; u • l-inizjattivi favur is-sostenibbilita’ tal-ilma tal-pjan.

F’Novembru tas-sena 2010 ġie ppublikat id-dokument bl-abbozz għal Strateġija Nazzjonali ta’ Addattament għat-Tibdil fil-Klima. Dan tlesta minn Kumitat tekniku li kien twaqqaf is-sena ta’ qabel biex joħloq din l-istrateġija. Din l-istrateġija tiffoka prinċipalment fuq is-setturi tas-saħħa, tal-ilma u l-għargħar, il-biodiversita’ u l-agrikultura kif ukoll tiffoka fuq l-aspett soċjo-economiku.

Ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi nodfa oħrajn

Il-ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi nodfa tiffoka fuq tliet aspetti ewlenin, li huma l-iskart, ir-riħ u x-xemx.

Żvilupp ta’ Windfarms

Fir-rigward ta’ enerġija mir-riħ, ġew sottomessi tliet applikazzjonjiet lill-MEPA għall-iżvilupp ta’ windfarms fl-art u fil-baħar fl-inħawi ta’ Ħal Far, Wied Rini u s-Sikka l-Bajda.

Matul din l-aħħar sena bdew isiru numru ta’ studji ambjentali u studji oħrajn dwar l-impatti li proġetti bħal dawn jista’ jkollhom. Huwa faċli li wieħed jispekula fuq proġetti bħal dawn imma għalhekk qed isiru l-istudji kollha meħtieġa biex dawk il-biżgħat ikunu indirizzati.

Page 26: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

21

F’Novembru tal-2009 ġewwa l-Aħrax tal-Mellieħa kien ittella’ Wind Monitoring Mast sabiex ikunu studjati aktar fid-dettal il-livelli tar-riħ eżistenti fis-sit propost tas-Sikka l-Bajda. Studji simili permezz ta’ Mast li jikkalkula s-saħħa tar-riħ li jkun għaddej f’dik iż-żona matul is-sena qed isiru fis-siti l-oħra msemmija. Ir-riżultati tal-ewwel sena ta’ studju fuq ir-riħ bħala parti mill-proċess għall-installazzjoni ta’ wind farm fuq is-sikka l-bajda juru biċ-ċar li r-riħ li hemm fiż-żona tas-Sikka l-bajda huwa tajjeb biżejjed biex il-wind farm tiffunzjona.

Bir-riħ li ġie kkalkultat matul is-sena ta’ studju, il-wind farm tas-Sikka l-Bajda kienet kieku matul l-2010 tiġġenera madwar 200GWh ta’ elettriku li hu ekwivalenti għal 10.2% tat-total ta’ elettriku li ssupplixiet l-enermalta fl-istess perijodu. Dan l-elettriku iġġenerat ilaħħaq id-domanda ta’ madwar 40,000 familja.

Meta jitlestew, dawn it-tlett proġetti flimkien se jissupplixxu lil Malta u lil Għawdex b’enerġija biżżejjed biex taqdi madwar 48,000 dar. Dan il-proġett, li hu mistenni li jattira investiment privat ta’ ‘l fuq minn €300 miljun, se jiffranka madwar 220,000 tunellata ta’ CO2 kull sena.

Installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi fuq soqfa ta’ binjiet pubbliċi

Matul l-2010 ngħalqet is-sejħa pubblika għall-interess biex jiġu nstallati sistemi li jiġġeneraw id-dawl mill-panelli fotovoltajiċi billi jinksew 67,000 metru kwadru ta’ soqfa ta’ binjiet pubbliċi. Il-kumpaniji li ġew magħżula se jkunu mitluba biex jagħmlu l-offerti tagħhom. Din l-inizjattiva mistennija twassal għal investiment ta’ madwar €25 miljun mis-settur privat. Il-Gvern qed jippjana biex fix-xhur li ġejjin joħroġ sejħa oħra biex aktar soqfa pubbliċi, madwar 60,000 metru kwadru oħra, jiġu utilizzati għall-ġenerazzjoni tad-dawl bil-panelli fotovoltajiċi.

Permezz ta’ dawn il-proġetti, hu kkalkulat li pajjiżna se jipproduċi enerġija nadifa daqs kemm jużaw madwar 3,000 familija.

IRENA

Il-Gvern hu kommess li jilħaq il-miri tiegħu fil-ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi nodfa bil-fatti. Kien għalhekk li fl-aħħar sena ta’ ħidma ta’ dan il-Gvern ġiet approvata mozzjoni fil-Parlament, biex Malta tirratifika l-istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija li Tiġġedded magħrufa bħala IRENA. L-IRENA hi l-ewwel organizzazzjoni internazzjonali li tikkonċentra b’mod speċifku fuq l-enerġija li tiġġedded. L-iskop ewlieni tagħha hu biex toffri appoġġ fis-settur kemm lill-pajjiżi industrijalizzati kif ukoll lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Page 27: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

22

L-IRENA mistennija tiżviluppa knowledge base komprensiv, tagħti pariri dwar policies, tippromwovi t-trasferiment ta’ teknoloġiji u tagħti pariri dwar il-finanzjament ta’ dawn it-teknoloġiji kif ukoll tħeġġeġ u tinċentiva aktar ir-riċerka. L-IRENA għandha wkoll relazzjonijiet tajba ma’ organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet u networks oħra li jeżistu f’dan il-qasam.

Barra minhekk, b’din is-sħubija isem Malta qiegħed kull ma jmur isir aktar magħruf speċjalment fost dawk li jkunu qed ifittxu msieħba fi proġetti ta’ riċerka li jistgħu jwasslu għal titjib fit-teknoloġija u li jistgħu jgħinu lill-pajjiż jirbaħ il-limitazzjonijiet li għandu fl-użu ta’ riżorsi li jiġġeddu minħabba d-daqs tiegħu. Fid-dawl ta’ dan hu ċar li l-objettivi ta’ IRENA jistgħu wkoll jgħinu lil Malta tilħaq il-miri tal-enerġija li tiġġedded.B’din ir-ratifikazzjoni tal-istatut ta’ IRENA hemm iċ-ċans li Malta tattira lejha proġetti ta’ riċerka u boroż ta’ studju.

National Renewable Energy Action Plan

L-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi kienet involuta fit-tfassil u l-iffinalizzar tan-National Renewable Energy Action Plan (NREAP) li kien sottomess lill-Kummissjoni Ewropea. Fost l-oħrajn il-pjan jelenka t-twaqqif u d-definizzjoni ta’ korsijiet li jwasslu għaċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni li jinstallaw tagħmir ta’ enerġija li tiġġedded u t-tfassil ta’ strateġija biex Malta tkun tista’ tilħaq il-miri stabbiliti fl-użu tal-biofuels. Dan tal-aħħar għandu jgħin biex Malta tkun tista’ tilħaq il-mira li sal-2020 10% tal-enerġija użata fit-trasport ikunu ġejjin minn sorsi ta’ enerġija alternattiva.

L-NREAP involva wkoll il-ġbir ta’ informazzjoni u data dwar proġetti ewlenin, b’mod partikolari l-proġetti li minnhom se nieħdu l-enerġija mill-iskart, ir-riħ u l-proġetti tal-pannelli fotovoltajċi. Bħalissa qed issir ukoll it-transpożizzjoni fil-liġi Maltija tad-Direttiva dwar is-sorsi tal-enerġija li tiġġedded.

Energy Performance of Buildings Directive

Tkompla x-xogħol biex tiġi implimentata id-Direttiva 2002/91/EC f’Malta (Energy Performance of Buildings Directive - EPBD). Pajjiżna ippartecipa fl-inizjattiva maħsuba li tressaq l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bil-għan li kull pajjiż isegwi dak li qed jiġri fi Stati Membri oħra fl-implimentazzjoni tad-Direttiva. Ġew organizzati wkoll numru ta’ korsijiet għall-assessuri tar-rendiment tal-enerġija fil-bini biex dawn jitħarrġu fl-użu ta’ software apposta għal Malta sabiex ikunu jistgħu jinħarġu ċertifikati tar-rendiment tad-djar Maltin fl-użu tal-Energija. Sa llum ġew irreġistrati mal-162 assessur.

Saru wkoll numru ta’ testijiet fuq is-sistema tal-E Government għall-ħruġ u r-reġistrazzjoni ta’ dawn iċ-ċertifikati u fl-aħħar kwart tas-sena 2010 din is–sistema tpoggiet online. Tkompla għaddej ukoll xogħol sabiex jiġi addattat software ieħor, li qiegħed jintuża fl-Ingilterra, għal bini ta’ natura mhux residenzjali. Ġew organizzati wkoll numru ta’ seminars għall-għalliema li jaħdmu mal-Gvern dwar żvilupp ta’ bini sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija biex dawn jkunu jistgħu jgħaddu dan it-tagħrif lill-istudenti.

Għajnuna lil 6,700 familja f’sentejn

6,700 familja f’Malta u Għawdex f’dawn l-aħħar sentejn investew f’apparat li jiġġenera enerġija nadifa mix-xemx, permezz ta’ solar water heaters (3,940), panelli fotovoltajiċi (2,284), double glazing u roof insulation (445) permezz ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-Gvern.   Il-Gvern għen lil dawn il-familji b’€9 miljuni taħt skemi ta’ xiri ta’ solar water heaters, panelli fotovoltajiċi u għajnuna finanzjarja lil min jagħmel double glazing u roof insultation.

Page 28: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

23

Fl-aħħar skema, li nċentivat lill-familji jixtru pannelli fotovoltajiċi, applikaw mal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi 2,084 familja.  Kieku kellhom jingħaqdu flimkien il-panelli fotovoltajiċi li qed jiġu installati taħt din l-iskema ikunu inksew 6 grounds tal-football. 

Fi Frar tas-sena 2010 bdiet ukoll skema iffinanzjata minn fondi Ewropej biex il-familji jinvestu f’Solar Water Heaters u li hi restritta għal każi ta’ koeżjoni soċjali. L-iskema għadha miftuħa u sal-lum intlaqgħu ‘l fuq minn 500 applikazzjoni.

Għas-sena 2011, il-Gvern qed jalloka €800,000 minn fondi nazzjonali għal skema fuq xiri ta’ Solar Water Heaters u se jingħata sussidju sa’ massimu ta’ €400 fuq il-prezz ta’ dan l-apparat. B’hekk, mal-2,000 familja huma mistennija jibbenefikaw minn din l-iskema. Skont iċ-ċensiment tas-sena 2005 Solar Water Heaters f’pajjiżna kien hawn mal- 5,000 installati fuq il-bjut tal-familji Maltin u Għawdxin. Bl-iskemi tal-Gvern tul dawn l-aħħżr snin, dawn telgħu għal 13,000 fl-2010.

Feed-in tariff

Pass importanti li twettaq fl-aħħar sena ta’ ħidma kien it-twaqqif ta’ feed-in tariff għal dawk li jiġġeneraw l-enerġija minn pannelli fotovoltajċi. Il-feed-in tariff tgħin biex dak li jkun se jinvesti f’din it-teknoloġija jkun jista’ jikkalkula r-ritorn fuq l-investiment tiegħu. Il-feed-in tariff stabbiliet li għal kull unit li dar f’Malta tpoġġi fuq il-grid nazzjonali titħallas bir-rata ta’ €0.25, enerġija prodotta minn dar f’Għawdex u li titpoġġa fuq il-grid nazzjonali titħallas bir-rata ta’ €0.28 filwaqt li enerġija li tkun iġġenerata u trasmessa fuq il-grid nazzjonali minn entitajiet oħra bħalma hu s-settur kummerċjali r-rata hi ta’ €0.20. Ir-rata għal Għawdex hija marġinalment ogħla minħabba l-kunċett ta’ Eko Għawdex.

Filwaqt li l-feed-in tariff għas-settur domestiku hi garantita għal tmien snin, dik għas-setturi l-oħra hi garantita għal seba’ snin.

Page 29: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

24

Vetturi privati nodfa u vetturi li jaħdmu bl-elettriku

It-trasport huwa wieħed mis-setturi ewlenin li jikkontribwixxu għall-emissjonijiet u t-tniġġiż. Fl-2010 ġie maħtur kumitat ta’ esperti sabiex joħroġ bi strateġija għall-introduzzjoni ta’ vetturi elettriċi f’Malta u Għawdex. Dan il-Kumitat qiegħed jistudja l-iżviluppi li hemm preżentament fis-suq u se jippreżenta rapport bl-istrateġija proposta minnu.

Il-vantaġġi prinċipali ta’ dawn il-vetturi huma li jikkontribwixxu għal inqas emissjonijiet u tniġġis tal-arja, nuqqas ta’ ħsejjes, flimkien ma’ mod iktar effiċjenti ta’ trasport meta mqabbel ma’ vettura konvenzjonali.

Malta għandha oġġettiv indikattiv ta’ 5,000 vettura elettrika sas-sena 2020 bħala parti mill-pjan ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet. Biex jibda jiġi mwettaq dan il-pjan, fil-Budget għas-sena 2011 ġew ivvutati €400,000 bħala somma inizjali. Se jibdew jiġu installati wkoll numru ta’ charging points f’siti strateġiċi u se titwaqqaf unit li tkun responsabbli minn din il-katina ta’ charging points.

Peress li dawn huma karozzi li huma ogħla meta mqabbla ma’ vetturi konvenzjonali, persuna li tixtri vettura elettrika tista’ tibbenefika minn sussidju sa’ €5,000 għall-installazzjoni ta’ tagħmir li jiġġenera enerġija nadifa, apparti li l-liċenzja annwali ta’ ċirkolazzjoni niżlet minn €75 għal €10.

Il-Gvern hu mpenjat li f’pajjiżna jkun hawn aktar vetturi nodfa, żgħar u ġodda, għalhekk fil-Budget għas-sena 2011 tħabbret skema ta’ inċentivi biex il-pubbliku jkun imħajjar jiskrappja karozza qadima meta jixtri waħda ġdida.

Il-karozza l-ġdida jrid ikollha livell baxx ta’ emissjonijiet, tagħmel anqas ħsara lill-ambjent u ta’ daqs stipulat. Meta min jixtri karozza ġdida ma jkunx se jiskrappja karozza qadima, nofs il-benefiċċju jmur biex jitneħħew karozzi antiki mit-triq. Il-benefiċċju hu ta’ 15.25% fuq il-valur tal-vettura, sa’ massimu ta’ €2,000.

Ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-PortugallF ’ D i ċ e m b r u t a s - s e n a 2010 intlaħaq ftehim ta’ kollaborazzjoni mal-Portugall fil-qasam tal-mobilita’ elettrika biex fix-xhur li ġejjin pajjiżna jibda jara żviluppi ta’ twaqqif tal-infrastruttura meħtieġa għall-introduzzjoni ta’ vetturi elettrici moderni fis-suq. L-iffrimar ta’ mpenn bejn il-pajjiżi seħħ propju f’Liżbona fil-Portugal fil-preżenza ta’ Prof Carlos Zorrinho is-Segretarju tal- Istat Por tugiż għall-Enerġija u l-Innovazzjoni. Dan il-ftehim milħuq għandu fost affarijiet oħra jara l-bidu tal-implimentazzjoni f ’pajjiżna ta’ network ta’ charging points għall-vetturi elettriċi.

Page 30: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

25

Hu mistenni li fix-xhur li ġejjin fis-suq internazzjonali jkun hawn ferm aktar vetturi elettrici simili fid-daqs u fl-għamla tal-vetturi konvenzjonali. Dan se jseħħ permezz tal-investimenti kbar li l-manifatturi l-kbar tal-karozzi qegħdin jagħmlu. Numru ta’ kumpaniji kbar bhal Renault/Nissan, Vauxhall, Mitsubishi, Chrysler/FIAT diġa ħabbru li se jpoġġu fuq is-swieq internazzjonali numru kbir ta’ electric cars ġodda. Green jobs

Dan l-investiment kollu, proġetti u inizjattivi fil-qasam tal-ambjent u fil-ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi nodfa qed iwasslu biex f’pajjiżna jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol fl-ambjent.

Green jobs huma l-impjiegi li:

• jgħinu fil-ħarsien u l-iżvilupp sostenibbli tal-ambjent;

• inaqqsu l-konsum tar-riżorsi bħalma huma l-enerġija u l-ilma;

• jikkrejaw enerġija minn sorsi nodfa u sostenibbli;

• iżidu l-effiċjenza permezz tar-riċerka; u

• jgħinu fl-immaniġġjar tal-iskart biex nisfruttawh bħala riżorsa.

Impjiegi bħal dawn fl-Unjoni Ewropea qed jiżdiedu b’7% kull sena mis-sena elfejn ’l hawn. L-Unjoni Ewropea qed timmira biex tinċentiva mat-3 miljun green job sa’ 10 snin oħra. Dan kollu jista’ jsir biss jekk ikompli jsir investiment fit-tagħlim u fit-taħriġ taż-żgħażagħ. Jista’ jsir jekk pajjiżna jirnexxielu jegħleb l-isfidi u jdawwarhom f’opportunitajiet u ma jibżax jieħu d-deċiżjonjiet. Dan diġà qed narawħ iseħħ fil-qasam tal-immaniġar tal-iskart f’pajjiżna.

L-iżviluppi li qed iseħħu qed iwasslu wkoll għall-bżonn ta’ ħiliet ġodda. l-Istitut ta’ l-Enerġija Sostennibli tal-Universita’ ta’ Malta niehda kors ġdid fl-livell ta’ Masters fi Xjenza ta’ Enerġija Sostennibli. Dan il-kors, li qed jingħata fuq bażi part-time fuq medda ta’ tliet snin, huwa mmirat għal professjonisti li diġa’ qed jaħdmu fl-industrija u f’entitajiet Governattivi. Il-kors jitratta l-użu ta’ teknoliġiji effiċjenti tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, d-disinn ta’ bini li jikkonsma anqas enerġija u awditar tal-enerġija.

Il-korsijiet li dan l-Istitut qed joffri ġew imfassla ukoll sabiex jipprovdu l-informazzjoni u t-taħriġ meħtieġ biex l-installaturi jilħqu livell għoli ta’ kompetenza fit-twaħħil ta’ sistemi solari f’Malta. Il-korsijiet tal-fotovoltajċi se jiġu organizzati mad-Dipartiment tal-Industrial Electrical Power Conversion tal-Fakulta` tal-Inġinerija.

Il-korsijiet huma approvati mill-Awtorita` ta’ Malta għar-Riżorsi. Il-kandidati li se jtemmu dawn il-korsijiet b’suċċess se jkunu jistgħu japplikaw għaċ-ċertifikazzjoni ta’ installaturi mill-MRA. Din is-sistema ġdida ta’ ċertifikazzjoni se tkun konformi mar-regolamenti tad-Direttiva tal-Enerġija Sostenibbli tal-Unjoni Ewropea, li tisħaq li l-Istati Membri kollha għandu jkollhom skema taċ-ċertifikazzjoni tal-installaturi jew skemi ekwivalenti ta’ ċertifikazzjoni għas-sistemi tal-enerġija sostenibbli sa’ Diċembru 2012.

Għan ieħor prinċipali ta’ dawn il-korsijiet huwa li jipprovdi informazzjoni essenzjali għad-disinjaturi, l-bennejja u l-inġiniera, sabiex ikunu jistgħu jippjanaw bil-quddiem għall-inklużjoni tas-sistemi solari f’binjiet ġodda u rinnovati.

Page 31: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

26

Biex l-Ilma jibqa’ riżorsa sostenibbli

Azzjoni konkreta oħra li l-Gvern qed iwettaq b’għaqal hija l-konservazzjoni tal-ilma. F’dan il-qasam saru avvanzi kbar tul is-snin f’dan il-pajjiż. F’għoxrin sena sar progress sinifikanti tant li l-kwantita’ tal-ilma tax-xorb żdiedet minkejja li l-Water Services Corporation naqset l-estrazzjoni mill-ilma ta’ taħt l-art għall-ilma tax-xorb. Dan ġara għax fl-istess ħin li l-WSC naqqset il-ħela, żdiedet il-produzzjoni tal-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis sabiex jintlaħqu dejjem aktar standards ta’ kwalita’.

Bl-investiment li sar mill-Gvern f’dan il-qasam matul is-snin sabiex titjieb l-infrastruttura, bħal tibdil ta’ pajpijiet, meters, u l-infurzar tal-leakage detection, it telf tal-ilma mis-sistema naqas b’mod drastiku minn 1,000m3/hr fl-2004 għal 400m3/hr fl-2009. Dan juri l-importanza li qed tingħata fl-effiċjenza tas-sistema’ filwaqt li fadal xi jsir sabiex tonqos il-ħela.

Pajjiżna kien jeħtieġ li jkompli jaġixxi fuq pjan serju tal-ilma. Għalhekk f’din l-aħħar sena twettaq proċess ta’ konsultazzjoni pubblika fuq il-politika tal-ilma. Fuq din il-politika għadu għaddejj proċess ta’ Studju Strateġiku Ambjentali (SEA) filwaqt li l-dokument jinsab fl-aħħar stadju tiegħu biex ikun iffinalizzat. Biss dan ma jfissirx li l-Gvern ma bediex jatwa miżuri mportanti fid-direzzjoni li jkun ikkonservat l-ilma tal-pjan.

Fl-2008 kien tkompla il-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-boreholes u l-ispejjer li għandna fil-pajjiż, proċess li kien inbeda fl-1997. Dan il-proċess wassal biex ikun stabbillit li b’kollox f’pajjiżna hawn mat-8,000 sors tal-ilma. Daħal fis-seħħ morotarju fuq it-tħaffir ta’ aktar boreholes. Pass ieħor fit-twettieq ta’ politika serja sabiex l-ilma jkun trattat bħala riżorsa sostenibbli kienet it-tnehdija ta’ proċess ta’ liċenzjar għall-operaturi privati fis-settur ta’l-ilma (operaturi tal-bowsers). Dan il-proċess hu wkoll intiż sabiex jirregola u janalizza l-estrazzjoni tal-ilma tal-pjan minn dawn l-operaturi.

Permezz ta’ avviż legali fl-2010 sar obbligu li kull borehole u spiera jkollha meter installat magħha għal-skop ta’ moniteraġġ. Hu minnu li l-kalkoli kollha juri li qed ikun estratt aktar ilma milli għandu jkun biss sa’ llum ma għandniex stampa reali ta’ x’qed ikun verament estratt mill-ilma tal-pjan. Għalhekk issa permezz tal-meters u l-perijodu ta’ moniteraġġ se jkunu magħrufa verament is-sitwazzjoni kif inhi.

L-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi bdiet il-proċess tal-installazzjoni tal-meters fuq dawk li rreġistraw li l-borehole jew spiera tagħhom tintuża għall-attivita’ kummercjali. Sa llum ġew installati ‘l fuq minn 100 meter. Kif jitlesta dan il-proċess jibda t-twaħħil ta’ meters fuq il-boreholes tal-bdiewa u r-raħħala. L-Aġenzija tal-Pagamenti wettqet proċess fejn stiednet  lill-bdiewa u r-raħħala li kellhom is-sors tal-ilma tagħhom irreġistrat mal-MRA sabiex japplikaw biex jingħathalhom meter b’xejn li se jkun iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt il-programm tal-Iżvilupp Rurali.

Il-Gvern f’dan kollu jrid li l-bidwi jibqa jiġi mħares billi jkollu garanzija sostenibbli ta’ ilma filwaqt li ma jkunx hemm impatt negattiv fuq l-agrikoltura minħabba dawn il-miżuri. Kien għalhekk li l-Gvern ħa miżura oħra għal-bdiewa u r-raħħala, dik ta’ roħs sostanzjali fuq il-kirja tal-meter kemm tad-dawl kif ukoll tal-ilma. Illum għal meter tad-dwal biss, il-bidwi jħallas ‘il fuq minn €350 f’kirja fis-sena. Bil-meter tal-ilma l-ispiża kienet se titla’ għal €500 fis-sena. Għalhekk se titħallas biss nofs il-kirja taż-żewġ meters, jiġifieri se jibdew iħallsu effetivament ammont anqas minn dak li jħallsu llum għal-kirja annwali tal-meter tad-dawl biss.

Page 32: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

27

Permezz tal-moniteraġġ reali ta’ x’verament qed jittella’ mill-ilma tal-pjan, l-Awtorità se tkun f’pożizzjoni li tevalwa aħjar l-impatt li l-estrazzjoni minn setturi varji qed ikollu fuq is-sostenibbilità tal-ilma tal-pjan. Dan il-proċess se jgħin biex eventwalment jinħadmu kwoti li jippermettu estrazzjoni sostenibbli, sabiex filwaqt li tkun salvagwardjata l-ħidma tas-setturi importanti fl-ekonomija tal-pajjiż (bħall-agrikoltura), tkun żgurata is-sostenibbilità tal-istess akwiferi.

Programm t’ Azzjoni għan-Nitrati

Fl-istess waqt li l-Gvern qed jieħu l-inizjattivi msemmija hawn fuq dwar l-ilma, tnieda matul l-2010 proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati. Dan il-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati, li wasal biex ikun konkluż, għandu l-għan ġenerali li jitnaqqas it-tniġġis tal-ilma kkawżat min-nitrati, kif ukoll inaqqas l-ispejjeż żejda tal-bidwi. B’miżuri ta’ bidliet fl-implimentar ta’ fertilizzanti u fil-ħażna tad-demel għandna naslu sabiex primarjament is-settur agrikolu jkun jista’ jibqa jibbenefika minn ilma ta’ kwalita’ tajba.

Il-Programm ta’ Azzjoni ghan-Nitrati (PAN) ġie mfassal sabiex jimmitiga u jippreveni kontaminazzjoni tal-ilma tal-pjan minn nitrati li ġejjin minn sorsi agrikoli li jinkludu kemm demel tal-annimali kif ukol fertilizzanti inorganiċi. Dan il-programm ser ikun qed jattwa diversi miżuri sabiex tiġi kkontrollata il-ħażna ta’ demel fuq l-irziezet u jitrażżan l-użu eċċessiv ta’ demel u fertilizzanti li jistgħu jikkontaminaw is-sorsi tal-ilma. Ser ikun hemm pieni għal min jikser ir-regolamenti ta’ dan il-programm.

L-għan prinċipali tal-PAN ser ikun li jnaqqas l-impatt tan-nitrati fuq sorsi naturali tal-ilma billi jippreveni il-kontaminazjoni minn sorsi agrikoli. Il-proċess fejn nitrati preżenti fil-ħamrija jsibu ruħhom fl-ilma tal-pjan jieħu madwar 40 sena.

Il-miżuri prinċipali fil-PAN huma:

• Assigurazjoni ta’ faċilitajiet ta’ ħażna għal demel prodott minn irziezet fl-istaġun tax-xita li huwa stipulat għall perjodu ta’ 5 xhur bejn il-15 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Marzu ta’ kull sena. Il-faċilita ta’ ħażna għandha tkun impermejabbli u mgħottija. Kull razzett għandu jkollu din il-ħażna

• Assigurazjoni ta’ ħażna għall produzzjoni ta’ demel likwidu/ilma maħmuġ prodott fuq kull razzett (fossa) għal minimu ta’ 15 il-ġurnata. Kull razzett għandu jkollu il-fossa tiegħu

• Assigurazjoni li l-moviment ta’ demel u likwidi oħra minn fuq l-irziezet ikun ikkontrollat u irrekordjat matul is-sena kollha

• L-applikazjonji ta’ demel fir-raba tista’ ssir biss bejn is-16 ta’ Marzu u l-14 ta’ Ottubru sabiex jiġi evitat li d-demel jinfirex fl-istaġun tax-xita b’riskju ta’ kontaminazzjoni mal-ilma tax-xita

• Kull applikazzjoni ta’ fertilizzant organiku u inorganiku għandu jsir skont programm ta’ fertilizzazzjoni li għandu jagħmel il-bidwi għall-għelieqi tiegħu. Dan il-programm għandu jieħu f’kunsiderazzjoni in-nutrienti li hemm fil-ħamrija, l-ammont ta’ nitrati li jkun hemm fl-ilma tat-tisqija u l-uċuħ (prodotti) li ser jitkabbru fir-raba, biex b’hekk jiġi evitat għal kollox l-użu eċċessiv ta’ fertilizzanti u nitrati. L-applikazjoni ta’ demel tal-annimnali fir-raba ma tistax teċċedi l-limitu ta’ 170kg Nitroġgenu (mhux demel) kull ettaru kull sena, skont id-Direttiva tan-Nitrati tal-UE. Hemm il-ħsieb li l-bdiewa jiġu edukati u mgħejjuna biex ikunu jistgħu jagħmlu dawn il-pjanijiet ta’ fertilizazzjoni

• L-applikazjoni ta’ kull tip ta’ fertilizzant li fih in-nitroġenu ser ikun projbit f’żoni fejn hemm spieri, xtut, għejjun jew xi sorsi oħra tal-ilma

Page 33: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

28

B’dan il-programm huwa maħsub li jitwaqqaf l-akkumulu ta’ nitroġenu żejjed li jintefa fir-raba u li matul iż-żmien jista’ jsib ruħu fl-ilma tal-pjan. Madankollu, jeżisti ir-riskju u l-każ li jista’ jkun hemm eċċess ta’ demel tal-annimali li ma jkunx jista’ jitqassam fir-raba (dan għaliex f’Malta s-sistema ta’ trobbija tal-annimali hija waħda intensiva u n-nutrienti u l-ġwież huma kollha importati, u allura iċ-ċiklu naturali tal-ikel ma jsegwix). Għalhekk, il-kumpanija Wasteserv ġiet inkarigata sabiex tipprovdi faċilitajiet ta’ trattament ta’ demel tal-annimali u likwidi oħra minn fuq l-irziezet u fil-proċess tipprovdi enerġija nadifa, kompost u ilma għat-tisqija.

Bħala parti mill-Istrateġija Nazzjonali tal-Iskart, il-Wasteserv qed tiddisinja impjant ċentrali fil-Magħtab u ieħor fil-limiti tas-Siġġiewi. Huwa mahsub li l-impant tat-tisfija tad-drenaġġ ta’ Għawdex ikun jista’ jaħdem ukoll demel żejjed prodott fil-gżira ta’ Għawdex. L-impjant maħsub fil-limiti tas-Siġġiewi ser ikun qed jikkumplimenta pjan ta’ relokazzjoni ta’ numru ta’ rziezet li bħalissa ma jistgħux jirristrutturaw u jkunu konformi mal-coGAP ul-PAN u dan għax qegħdin fl-abitat jew f’zoni ta’ nteress kulturali.

Tiftix għaż-żejt

Id-Dipartiment għat-Tiftix taż-Żejt sar parti mill-MRA f’Jannar tal-2010. Ħidmet id-Dipartiment hu li jsegwi l-attivitajiet għat-tiftix taż-żejt fl-ibħra Maltin. Bħalissa hemm żewġ kumpaniji (Heritage Oil International (Malta) Ltd u Malta Oil Pty Ltd) li għandhom kuntratt għat-tiftix taż-żejt fl-ibħra Maltin u matul is-sena li għaddiet id-Dipartiment kompla b’diskussjonijiet ta’ livell tekniku ma dawn il-kumpaniji.

Matul l-aħħar sena ta’ ħidma saru aktar laqgħat ma’ kumpaniji taż-żejt li huma interessati li jesploraw il-possibbiltà li jsibu ż-żejt fl-ibħra Maltin. Miinħabba l-interess muri, matul l-2011 ser tiġi organizzata kampanja promozzjonali internazzjonali. Id-Dipartiment isegwi wkoll l-attivitajiet għat-tiftix taż-żejt li jkunu qed isiru fiċ-ċentru tal-Mediterran. Matul din is-sena ma kienu rappurtati ebda attivitajiet mhux awtorizzati f’dawk iż-żoni tal-blata kontinentali li fihom Malta għandha xi drittijiet.

Wara l-inċident sfortunat li sar fil-Golf tal-Messiku, id-Dipartiment għat-Tiftix taż-Żejt ħa sehem f’diversi laqgħat organizzati mill-Kummissjoni Ewropea għar-regolaturi nazzjonali fis-settur kif ukoll segwa mill-qrib l-inizjattivi proposti mill-Kummissjoni.

Page 34: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

29

Ħarsien tal-annimaliFil-qasam tal-ħarsien tal-annimali twettqet bidla sħiħa. Inbena ħafna u l-Gvern se jkompli jħares ’l quddiem fl-aħjar interess tal-annimali. Fl-aħħar 3 snin inbeda d-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali, ingħatat lis-santwarji tal-annimali għajnuna finanzjarja u nfetaħ l-ewwel Ċentru għall-Ħarsien tal-Annimali f’pajjiżna.

F’Jum il-festa tal-qaddis prottetur tal-annimali San Franġisk, infetaħ iċ-Ċentru għal-ħarsien tal-annimali li jġib l-isem ta’ dan l-istess Qaddis. Ċentru San Franġisk hu l-ewwel post tax-xorta tiegħu f’pajjiżna fejn kull annimal midrub, kemm li jgħix f’dar privata u kif ukoll dak abbandunat jista’ jingħata kura u attenzjoni 24 siegħa kuljum, sebat’ijiem fil-ġimgħa. Dan iċ-ċentru sar b’investiment ta’ ‘l fuq minn €600,000.

F’Kemm ilu mwaqqaf id-Dipartiment inġabru mal-2,000 kelb u qattus u kważi nofs dawn l-annimali sabu dar u familja li tilqagħhom. Matul is-sena li għaddiet id-Dipartiment ħa f’idejh l-immaniġġjar tal-ambulanza tal-annimali li topera seba’t ijiem fil-ġimgħa billejl u binhar. Għall-ewwel darba ukoll dan id-Direttorat ta aktar importanza fejn jidħol għarfien u edukazzjoni li tirrelata mal-annimali u l-ħarsien tagħhom. Dan ġara permezz ta’ parteċipazzjoni fi SkolaSajf u anke permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Istitut tal-Agribusiness tal-MCAST.

Inbeda wkoll proġett pilota li qed jagħti feedback pożittiv ħafna fejn klieb li nġabru u rkupraw lura saħħithom qed jittieħdu f’Dar tal-Anzjani partikolari u l-pazjenti joħorġuhom għal dawra żgħira. Dawn il-klieb li wara li ngħataw l-għajnuna huma, issa qed jagħtu l-għajnuna lil dawn il-pazjenti partikolari permezz ta’ pet therapy.

Għaddej ukoll xogħol, flimkien mad-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji, biex isir tibdil fl-Att dwar il-Ħarsien tal-Annimali, b’mod li din tkun tilqa’ għar-realtajiet ta’ llum.

Page 35: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

30

F’Marzu tal-2011 il-Ministeru niehda regolamenti ġodda sabiex kull kelb f ’pajjiżna ssirlu ċippa zgħira ħafna injettata taħt il-ġilda tal-kelb intrascapulae (bejn ix-shoulder blades). Din iċ-ċippa jkollha fiha numru t’identifikazzjoni uniku għal kull kelb. Dan in-numru hu abbinat mad-dettalji tas-sid fid-database nazzjonali (National Livestock Database).

Permezz ta’ din iċ-ċippa, sid ta’ Kelb jista’ jiġi identifikat b’mod faċli għax permezz ta’ apparat apposta l-informazzjoni ta’ ġewwa ċ-ċippa tista’ tinqara. għalhekk f’każijiet fejn kelb jintilef, jitħalla abbandunat, ikun involut f’xi inċident, u f’kull każ ieħor l-informazzjoni kollha marbuta mal-kelb u s-sid tkun aċċessibli.

L-għan prinċipali ta’ dawn ir-Regolamenti hu:

• Biex ikun hawn aktar kontroll fuq il-klieb ħalli jkollna anqas klieb mitluqa fit-toroq. • Anqas periklu għas-saħħa pubblika• Anqas tixrid ta’ mard serju fost il-klieb• Tinħoloq database ċentrali b’reġistru sħiħ tal-informazzjoni kollha rigward il-klieb u s-sidien tagħhom

Page 36: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

31

AgrikolturaIl-futur tal-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni Ewropea wara l-2013

Il-futur tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-Unjoni Ewropea wara l-2013 ukoll hija sfida oħra. Dan huwa mument importanti fejn għal darb’oħra l-PAK ser tiġi aġġornata u riformata sabiex tirrifletti l-bżonnijiet tas-settur agikolu u x-xewqat tal-konsumatur tal-lum.

Fix-xhur li għaddew kull ċittadin ġie msejjaħ biex jitkellem fuq l-irwol li l-agrikoltura għandu jkollha fis-soċjeta  tal-lum u dik tal-ġejjieni. Dan id-dibattitu pero għandu jsir billi jinżammu l-ghanijiet ewlenin ta’ din il-politika, jiġifieri li:

• jkun garantit qliegħ xieraq għall-bidwi; • tiffavorixxi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f’żoni rurali; • titħares il-kampanja u l-pajsaġġ rurali; u • tgħin sabiex il-produzzjoni agrikola tkun aktar sostenibbli u kompetittiva, kemm mil-lat ambjentali

kif ukoll dak ekonomiku.

Il-futur tal-PAK m’għandux jinteressa biss lill-produtturi imma wkoll liċ-ċittadini kollha. Illumkulħadd jiddependi mill-produzzjoni agrikola għall-għixien tiegħu u għaldaqstant is-suġġett għandu jkun ta’ interess għal kulħadd.

Ir-rilevanza tal-PAK ġejja wkoll mill-fatt li titkellem fuq l-effetti tat-tibdil fil-klima u l-ilma. Il-Gvern qed jieħu din ir-riforma bl-akbar serjeta’ u kien għalhekk li twaqqaf task force biex tkun hi li tikkordina l-pożizzjoni ta’

Page 37: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

32

pajjiżna, u fl-istess waqt tkun qed tixtarr il-proposti li jkunu ġejjin minn Brussels. Din it-task force qed tkun f’kuntatt kontinwu mas-settur biex ikun żgurat li qed jintlaħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Il-Ministeru flimkien mal-MEUSAC (Malta EU Steering and Action Committee) matul l-aħħar sena ta’ ħidma nieda kampanja ta’ informazzjoni dwar din il-Politika Agrikola Komuni b’fondi Ewropej. L-għan ta’ din il-

kampanja kien li l-pubbliku jkun aktar infurmat filwaqt li jkun imħeġġeġ jipparteċipa fid-djalogu pubbliku li l-Kummissjoni Ewropea għamlet bi preparazzjoni għall-politika l-ġdida li se tidħol fis-seħħ wara l-2013.

Saru diversi attivatijiet bit-tema EU’s CAP: Now and Beyond. Fost dawn insibu konferenza nazzjonali u workshops, tqassim ta’ informazzjoni waqt festi agrikoli bħall-Imnarja, programmi tar-radju u t-televizzjoni u tqassam fuljett dwar Organic Farming. Fil-bidu tas-sena 2011 tqassam kalendarju fl-iskejjel bi tpinġijiet agrikoli magħmula mit-tfal, ġew organizzati numru ta’ żjajjar fl-irziezet u fl-Għammieri għat-tfal tal-iskola kif ukoll ġie ppublikat ktejjeb dwar l-oqsma kollha li jappartjenu għal din il-Politka Agrikola Komuni.

L-Aġenżija għall-Pagamenti

Matul l-aħħar sena ta’ ħidma l-Aġenzija għall-Pagamenti ħallset ‘il fuq minn €27 miljun f’għajnuniet finanzjarji lill-bdiewa u lir-raħħala, kif ukoll lil setturi oħra marbuta mas-settur rurali mill-Fondi Ewropej dedikati għat-twettieq tal-Politika Agrikola Komuni (PAK).

Minn dawn, ftit aktar minn €14-il miljun ngħataw direttament lill-bdiewa u lir-raħħala taħt miżuri li jinkludu l-immodernizzar ta’ strutturi agrikoli, il-valur miżjud fuq prodotti agrikoli, u ħlasijiet lill-bdiewa fiż-żoni bi żvantaġġi naturali. Dan ifisser li mill-inqas, il-bdiewa u r-raħħala ħarġu €14-il miljun oħra minn bwiethom peress li din hija għajnuna li tagħti nofs l-ispiża totali. Dan ifisser li fl-aħħar tliet xhur mat-€28 miljun investiti dirett fis-settur agrikolu u fl-ekonomija Maltija!

Bħala għajnuna ta’ sussidju dirett minn fondi tal-Unjoni Ewropea matul din is-sena, l-Aġenzija għall-Pagamenti ħallset lill-bdiewa u raħħala is-somma ta’ aktar minn €8 miljuni li minnhom ibbenefikaw aktar minn 6,000 bidwi u raħħal. Dawn l-iskemi jinkludu għajnuna lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u għajnuna speċjali lill-produtturi tal-ħalib.

Barra minn hekk taħt l-iskema ta’ Sussidju Nazzjonali, l-SMPPMA, bejn Jannar u Settembru tal-2010 tħallsu ‘l fuq minn €8 miljun fuq sussidji lill-bdiewa u raħħala taħt diversi miżuri li jinkludu l-majjali, tiġieġ, bajd, frott, ħaxix u ħalib.

Għall-ewwel darba fix-xahar ta’ Marzu 2011 l-bdiewa u raħħala ġew innotifikati li sar il-ħlas tal-għajnuniet li kellhom jirċirevu permezz ta’ sms.  L-Aġenzija għall-Pagamenti qiegħda taħdem biex il-bdiewa u raħħala, anki mill-kumdita` ta’ djarhom, ikunu jistgħu japplikaw għall-għajnuniet u jirreġistraw l-art tagħhom permezz tal-internet.

Page 38: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

33

Permezz tas-sit elettroniku l-ġdid tal-Aġenzija għall-Pagamenti li ġie varat ftit tal-ġimgħat ilu, hemm aktar aċċessibilita` għall-informazzjoni għall-bdiewa u raħħala tant li ngħataw password personali biex  ikunu jistgħu jidħlu fis-sit elettroniku.  B’hekk ikunu jistgħu jaġġornaw id-dettalji marbuta mal-ażjenda agrikola tagħhom, filwaqt li jkollom aktar aċċess għall-opportunitajiet li l-Aġenżija tkun qed toffri.  Mill-istess sit eletroniku l-bdiewa u r-raħħala jkunu jistgħu wkoll jaraw id-dettalji tal-pagamenti tagħhom.

Proġetti f’żoni rurali

L-inizjattiva tal-LEADER ġiet imnedija fil-bidu tad-disgħinijiet bl-għan li ttejjeb l-iżvilupp ta’ żoni rurali filwaqt li tiġbor flimkien entitajiet lokali pubbliċi u privati. Malta, permezz ta’ €3.8 Miljun allokati mill-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta (2007 – 2013) taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, setgħat tibda timplimenta dan il-proġett innovattiv.

Il-Programm LEADER huwa bbażat fuq r-rwol importanti tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (GAL). Dawn huma sħubija bejn entitajiet pubbliċi bħal Kunsilli Lokali u entitajiet oħra tal-Gvern, ma’ entitajiet Privati bħall-komunità kummerċjali u NGO’s fost l-oħrajn.

Din hija l-ewwel darba li l-Programm LEADER qiegħed jiġi implimentat f’Malta u għalhekk ġew iffurmati tliet Gruppi ta’ Azzjoni Lokali li bejniethom għandhom il-maġġoranza taż-żoni rurali tal-pajjiż. Dawn il-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali huma:

• GAL Xlokk• GAL Majjistral• GAL Għawdex

Meta ġew ffurmati, kull GAL kellha tippreżenta Strateġija ta’ Żvilupp Lokali għar-reġjun rispettiv tagħha. Kull strateġija tinkorpora numru ta’ Azzjonijiet sabiex jiġi mtejjeb u żviluppat aktar ir-reġjun ta’ kull GAL fuq diversi livelli, inklużi dawk soċjali u ekonomiċi. Illum il-ġurnata dawn l-istrateġiji ġew approvati mill-Aġenzija tal-Pagamenti u bdew jiġu implimentati.

Kull GAL fasslet Strateġija ta’ Żvilupp Lokali li tkopri r-reġjun u l-lokalitajiet li jagħmlu parti mill-GAL. Din l-istrateġija hi riżultat ta’ proċess ta’ konsultazzjoni permezz ta’ numru ta’ laqgħat man-nies tar-reġjun u entitajiet involuti f’kull GAL biex jiġu evalwati l-bżonnijiet tar-reġjun. Sar ukoll studju sojco-ekonomiku dettaljat tar-reġjun ta’ kull GAL sabiex ikunu definiti l-prioritajiet marbuta mar-reġjun.

Permezz ta’ dawn l-istrateġiji ġew imfassla numru ta’ miżuri li fix-xhur li ġejjin se jibdew jitwettqu. Fost dawn hemm:

• fieri fuq ikel u crafts tradizjonali• il-GAL tax-Xlokk se jkun qed jagħmel sejħa għal-organizazzjonijiet volontarji li jipromwovu

attivitajiet kulturali u tradizzjonali b’enfasi fuq l-involviment taz-zgħazagħ biex jingħataw għajnuna fuq attivitajiet li jikkonċernaw liż-żgħażagħ

• Il-GAL t’Għawdex se toffri għajnuna fuq xiri ta’ makkinarju li jintuża għal crafts Għawdxin kif ukoll se ttela’ festival li jipromwovi l-wirt rurali ta’ Għawdex

• l-istrateġiji mressqa mil-GAL’s jinkludu wkoll proposti għal-tisbiħ fl-irħula rurali b’tħawwil ta’ aktar siġar, dawl dekorattiv u tisbiħ ġenerali kif ukoll tisħiħ ta’ aktar attivitajiet edukattivi u sportivi

Għalhekk dawn l-istrateġiji jikludu l-iżvilupp tal-identità ta’ kull reġjun, ħolqien ta’ networks ta’ nies involuti f’setturi partikolari, bħal dak tal-artiġjanat, żvilupp tal-qasam turistiku tar-reġjun tal-GAL, promozzjoni

Page 39: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

34

tal-prodotti tar-reġjun, għajnuna fuq livell soċjali lin-nies li jgħixu fir-reġjun kif ukoll ħolqien ta’ aktar opportunitajiet ta’ attivitiet rikreattivi.

Bħala parti mill-operat tagħha, kull GAL għandha l-opportunità li taħdem u tikkopera ma’ GALs oħrajn barra minn Malta. L-għan ta’ din il-koperazzjoni huwa sabiex jiġu ġġenerati ideat ġodda, u metodi ġodda ta’ kif tista’ taħdem il-GAL biex toħloq aktar attivià ekonomika permezz ta’ progetti innovattivi.

Għalhekk l-implimnetazzjoni tal-GAL tikkonsisti f’investiment ta’ aktar minn €8 miljuni maqsuma fuq 3 miżuri partikolari. €3.8 miljuni għall-implimentazjoni tal-istrateġija, €4.5 miljun f’miżura li tipromwovi attivitajiet ta’ agroturiżmu u €600,000 f’għajnuna relatata ma’ żvilupp u adattament għall-agrikoltura.

L-Għan ta’ Miżura 313 huwa li tippromwuvi t-tkabbir ekonomiku u l-wirt rurali bħala prodott turistiku fiż-żoni rurali. Għajnuna taħt din il-miżura se tkun applikabbli għal azzjonijiet li jinkoraġġixxu attivitajiet turistiċi fiż-żoni rurali li għandhom l-għan li jagħmlu lir-reġjun aktar popolari u attraenti.

Dawn il-fondi tal-miżura li tippromwovi l-agrituriżmu magħrufa bħala 313 huma t-tieni parti ta’ din il-miżura li f’Awwissu li għaddha minnha diġa tqassmu mat €13-il miljun f’proġetti b’rabta ma agrituriżmu. Il-progetti ffinanzjati mifruxa fuq 22 lokalità jkopru fost l-ohrajn it-twaqqif ta’ mixjiet fil-kampanja, titjib ta’ l-aċċess għal attrazzjonijiet arkeoliġiċi, naturali jew kulturali, monumenti, tempji u kappelli fost l-oħrajn kif ukoll it-twaqqif ta’ żoni ta’ rikreazzjoni bħal parks jew ċentri ta’ arti u kultura.

Page 40: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

35

Suq tal-Bdiewa u Pitkalija

Fit-2 ta’ Ottubru fetaħ l-ewwel Suq tal-Bdiewa f’ Ta’ Qali, liema suq kiseb suċċess kbir kemm bħala attivita kummerċjali għal-bdiewa, kif ukoll min-naħa tal-konsumatur li qiegħed jirrikorri bi hġaru biex jixtri prodott lokali frisk u bi prezzijiet vantaġjużi. F’dan is-suq jinbiegħu prodotti friski agrikoli lokali dirett mill-bidwi. Din l-esperjenza l-ġdida tas-Suq mill-Bdiewa għalhekk qed tlaqqa’ aktar mill-viċin ix-xogħol tal-bidwi mad-domanda tal-konsumatur.

Dan qed iwassal biex il-bidwi jatrezza ruħu u jifhem dejjem aħjar l-għażliet tal-konsumatur fl-għażla ta’ prodott frisk, ġenwin u ta’ kwalità. Permezz ta’ din l-iniżjattiva li biha l-bidwi jbigħ dirett lill-konsumatur il-bidwi stess qed ifassal il-prezz tal-prodott tiegħu. Dan is-suq mill-bdiewa qed joffri lill-konsumaturi varjeta’ ta’ frott u ħaxix, ġbejniet, fniek, tiġieg u bajd, inbid, diversi tipi ta’ għasel, żejt, kappar, żebbuġ u tadam imqadded fost oħrajn . Is-Suq tal-Bdiewa f’Ta’ Qali qed jarma kull nhar ta’ Tlieta u Sibt.

Wara s-suċċess ta’ dan is-Suq tal-Bdiewa, qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex jitwaqqfu żewġ t’iswieq oħra f’Malta u suq tal-bdiewa ġewwa Għawdex.

Il-Gvern beda jimplimenta l-wegħda li ssir riforma fil-Pitkalija. Mill-bidu tas-sena 2010 bdew isiru diskussjonijiet mal-Pitkala u l-bdiewa biex it-tmexxija tal-Pitkalija tieħu l-ideat tad-diversi stakeholders.

Il-Ministeru qed jippublika fuq is-sit elettroniku tiegħu l-prezz medju tal-prodott kif mibjugħ fil-Pitkalija. Il-Gvern qiegħed fil-proċess li jaħtar ‘task force’ biex jimplimenta d-dokument relatat mar-riforma fil-Pitkalija. Dan id-dokument ġie diskuss fit-tul mal-istakeholders u l-għan hu li titwaqqaf aġenzija sabiex timplimenta din ir-riforma li ser issir fil-Pitkalija. L-għan prinċipali tal-Ministeru huwa li jtejjeb b’mod sostanzjali t-trasparenza fl-operat biex jitjieb id-dħul tal-bidwi.

Bħalissa għaddejjin diversi proġetti strutturali fil-Pitkalija. Ħarġet sejħa għall-offerti għat-tibdil ta’ żewġ tined fil-Pitkalija li waħda minnhom hija użata mill-Farmers Central Cooperative Society. Tlestew il-Pjanti u saret applikazzjoni mal-MEPA għall-estensjoni tal-faċilitajiet li huma użati mill-Producers Organisations tal-bdiewa, jiġifieri it-Ta’Qali Producers Group u l-GOMRIZA. Inbiddlet is-sistema ta’ mmaniġġjar tat-traffiku u ġew infurzati aktar kontrolli.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ittermina l-kuntratt li kellha l-Pitkali Crates Limited biex taħsel il-kaxxi li jintużaw għall-ġar ta’ ħaxix u frott f’Malta. Dan seħħ wara li minkejja li l-kumpanija kienet notifikata għal diversi drabi biex ittejjeb l-operat tagħha dan m’għamlitux b’dannu għal bdiewa.

Il-Ministeru għal dawn l-aħħar xhur kien kontinwament qed jirċievi ilmenti mis-settur agrikolu dwar in-nuqqas ta’ servizz li kienet tagħti din il-kumpanija. Għalhekk inħass il-bżonn li ġaladarba l-kumpanija ma’ kkoperatx il-Ministeru ħadem ħalli tinstab soluzzjoni. Il-Ministeru qed jipprovdi servizz ta’ ħasil tal-kaxxi.

Ċentru tal-Għammieri

L-Għammieri huwa ċentru importanti. L-Gvern irid li jżomm l-importanza tiegħu, filwaqt li jibqa’ jkun rilevanti. L-għan taċ-Ċentru inbidel tul is-snin. Il-ħsieb tal-Ministeru hu li l-Għammieri jkun laboratorju ħaj. Post fejn isiru testijiet u esperimenti li mbagħad ikunu jistgħu jiġu mgħallma u mgħoddija lill-bdiewa u lir-raħħala.

Page 41: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

36

Iċ-Ċentru tal-Għammieri huwa bejta ta’ attività u tgħaqqad il-ħidma tal-Gvern fis-settur agrikolu max-xogħol tal-bdiewa u r-raħħala Maltin fuq żewġ livelli:

• I l-livell ta’ riċerka u ħidma xjentif ika, l i twassal għal għarfien tekniku li mbagħad jiġi mgħoddi lill-bdiewa u r-raħħala sabiex iżidu l-produttività u l-kwalità ta’ dak li jipproduċu; u

• Il-koordinament tekniku biex il-bdiewa u r-raħħala jieħdu l-fondi allokati għal pajjiżna fl-iskemi għall-iżvilupp rurali tal-Unjoni Ewropea.

B’hekk iċ-Ċentru tal-Għammieri qed isaħħaħ l-irwol tiegħu ta’ ċentru nazzjonali għall-iżvilupp tas-settur agrikolu f’Malta fl-aspetti kollha tiegħu. F’dawn l-aħħar xhur, bħala parti mit-tranżizzjoni taċ-ċentru, ġew ko-ordinati numru ta’ proġetti ta’ riċerka flimkien mal-privat. Fost l-oħrajn:

• kontroll tat-Tuta Absoluta li taffetwa l-aktar it-tadam;• kundizzjonijiet ambjentali li jaffetwaw il-ġlata tal-patata;• paragun ta’ varjetajiet ta’ ċereali għall-magħlef;• żieda fil-ħasda tas-silla bi ħsad bikri; u• tisqija ta’ siġar taż-żebbuġ u siġar oħrajn b’ilma b’livelli ta’ salinita’ differenti.

Xogħol ieħor relatat mar-riċerka hu dak ta’ ġbir u analiżi tal-informazzjoni, laqgħat ma’ kull min hu kkonċernat fejn isir bdil ta’ ideat.

Għax-xhur li ġejjin ser jitkomplew dawn il-proġetti filwaqt li se jingħata bidu għal proġetti ġodda ta’ riċerka, li jinkludu:

• produzzjoni u kontenut taż-żejt ta’ varjetajiet ta’ żebbuġ;• kultivazzjoni ta’ tipi differenti ta’ ħass u spinaċi;• tisqija ta’ ħass bi drenaġġ imsaffi;• tkabbir u tlaqqim u produzzjoni ta’ frott ta’ speċi differenti ta’ siġar taċ-ċitru; u• tkabbir ta’ speċi differenti ta’ tadam, ħjar, brunġiel u bżar.

Il-Gvern ser ikun qed iniehdi Farm Advisory Services, flimkien ma’ organizzazzjonijiet ewlenin fis-settur, sabiex il-faċilitajiet eżistenti u l-esperti pubbliċi jsiru aktar aċċessibbli għas-settur tal-biedja u dak tat-trobbija tal-bhejjem.

Page 42: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

37

Naturalment Malti

F’dawn l-aħħar snin il-Gvern kompla saħħaħ il-promozzjoni tal-prodott agrikolu Malti. Il-kampanja Naturalment Malti kompliet għaddejja fejn il-qofol intlaħaq bil-parteċipazzjoni ta’ prodott Malti fil-Beriln Week wara nuqqas ta’ għaxar snin. Sehem ieħor barra minn Malta kien fl-attivita’ Le Gout de La Vie li kienet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea u li fiha pparteċipaw l-istati kollha tal-Unjoni Ewropea u fil-fiera ta’ Chalons en Champagne fi Franza .

Dan sar minbarra l-programm ta’ attivitajiet li jsir fl-ibliet u rħula tagħna fosthom festa tal-Ħalib fil-Għargħur, l-Imnarja fil-Buskett u l-Festa tal-Majjal fis-Siġġiewi liema festi huma popolari u mfitxija mill-pubbliku. Il-Ministeru se jkompli jippromwovi l-prodott lokali b’aktar festi agrikoli fix-xhur li ġejjin.

Qed isir ukoll xogħol sabiex tiġi stabbilita marka ta’ kwalita lokali li tkun tista titpogga fuq prodotti lokali li jilħqu l-kriterja stabbilita.  Sar survey mal-NSO dwar kif jipperċepixxi l-prodott lokali l-konsumatur Malti u abbazi ta’ dan qed jitkompla d-dokument sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji li l-prodotti lokali jridu jilħqu sabiex jibbenefikaw minn din il-marka ta’ kwalita’.

Fl-istess waqt qed isir ukoll ħidma sabiex varjeta ta’ prodotti lokali jkunu jistgħu jiksbu l-marki ta’ kwalita’ tal-UE, PDO (Protected Designation of Origin), PGI (Protected Geographical Indication), TSG (traditional speciality guaranteed) biex iil-konsumatur ikun jaf x’qed jixtri.  Saru diversi laqgħat ma’ produtturi tal-ġbejniet magħmula mill-ħalib tan-nagħaġ u aktar xogħol qed ikompli jsir sabiex tiġi stabbilita’ r-riċetta oriġinali ta’ dan il-prodott sabiex tkun tista’ titressaq l-applikazzjoni quddiem il-Kummissjoni Ewropea.

Page 43: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

38

Kwalità u Sigurtà tal-ikel

F’dawn l-aħħar 3 snin fil-Biċċerija sar progress rimarkevoli ħafna. Tant li l-Gvern investa maż-€2 miljun fuq diversi xogħolijiet strutturali fil-Biċċerija. Dan kollu wara rakkomandazzjonijiet kemm mis-servizz veterinarju lokali kif wkoll mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kummissjoni Ewropea. Fost ix-xogħol rimarkevoli li qed isir:

• Ġie ppublikat il-Kodici ta’ Prattika għall-Pitkala fi Ħdan il-Biccerija tal-Gvern, Dan il-Kodiċi jistipula policies ġodda fejn jidħol aċċess fil-biċċerija u jservi ta’ gwida għal persuni biex ikunu konformi mal-implimentazzjoni tal-Hazard Critical Control Points (HACCP)

• Inħareġ tender għat-tibdil taċ-chillers li jintużaw fil-biċċerija ċentrali tal-Marsa• Saret evalwazzjoni tas-sistema tal-impjant tar-refrigerazzjoni tal-biċċerija u nħareġ tender għall-bdil

tal-impjant eżistenti• inħareġ tender għall-bdil tal-makkinarju magħruf bħala s-singeing machine. Dan it-tibdil sar biex

il-proċess tal-ħruq tas-suf minn fuq il-majjal fuq il-linja tal-qatla ikun ikontrollat aħjar• Saret applikazzjoni mal-MEPA b’disinji ġodda għal-faċiltajiet għat-tibdil tal-ħwejjeġ u canteens skont

iż-żoni kkontrollati biex jkompli tkun ikkontrollata aħjar kull forma ta’ riskju ta’ kontaminazzjoni• Inħareġ ukoll tender għat-twaqqiegħ ta’ struttura perikoluża li qabel kienet tintuża bħala riżerva

tal-ilma.• Għax-xhur li ġejjin il-Gvern alloka s-somma ta’ €350,000 biex ikompli x-xogħol ta’ titjib

Fl-aħħar xhur saru passi kbar biex inbidel kemm il programm tal-qatla kif ukoll ġew indirizzati numru ta’ punti li kien hemm bżonn azzjoni immedjata fuqhom. Fost dawn it-tibdiliet insibu:

• It tibdil fil-ġurnata tal-qatla taċ-ċanga mit-Tnejn għall-żewġ qatliet – il-Ħamis u il-Ġimgha• Ġie assigurat li d-Deboning taċ-ċanga (apparti l-Hot Deboning) ma tibdiex qabel ma’ t-temperatura

tal-laħam tinżel kif rikjesta fir-regolamanti tal-iġene u proċessar tal-ikel• Il-qatla tal-majjal mxiet għal-tlett ijiem mit-Tnejn għal-Erbgħa• Ġiet introdotta l-qatla tal-majjaliet bħala parti mill-linja tal-majjal u mhux aktar fil-bini ta’ l-emerġenza; • żdiedu żewġ qatliet oħra – il-Hamis u l-Ġimgħa tal-mogħoż u n-nagħaġ fuq l-linja ta’ produzzjoni

billi ġie nstallat apparat ġdid għal dan ix-xogħol. Dawn kienu jinqatlu fil-bini ta’ l-emerġenza• Daħħlet ‘booking system’ għal qatla taċ-ċanga kif ukoll għal qatla tal-moghoż u n-naghaġ• Il-biċċerija ġiet immarkata b’kuluri skond iż-żona (colour coded) Għalhekk il-biċċiera u distributuri

ġol-biċċerija qiegħdin jilbsu flokk b’kulur li jirrifletti iż-żona ta’ fejn ikunu qiegħdin jaħdmu. Il- kumplament ta’ l-ilbies ikun dejjem abjad

• Qed isiru tibdiliet fis-sistema tal-ġbir tal-prodotti sekondarji tal-annimali. F’dan ir-rigward saret sejħa għall-proċessuri li huma interessati f’din l-attivita. Il-materjal li jibqa’ ma jinħadimx hawn Malta jintbgħat barra minn Malta għall-ipproċessar. Dan isir bil-għan li l-materjal li jispiċċa jintrema għall-inċinerazzjoni jonqos sabiex tonqos ukoll l-ispiża għat-trattament tal-iskart u nżidu l-valur miżjud tal-prodott.

• Ix-xoghol ta’ tindif ta’ xaħam, flimkien ma xogħol ieħor ta’ tqattieħ u spulpjar, qiegħed isir kollu fis-sala ta’ Tqattieh u Spulpjar (Cutting and Deboning Hall) b’mod ikkontrollat u taħt supervizjoni għal ħarsien ta’ l-igjene

• Mat-tibdil tas-sistemi ta’ xogħol fuq il-linja taċ-ċanga daħlet ukoll sistema tal-grading SEUROP fejn il-karkassa tiġi klassifikata skond il-kwalita’

• Twaħlu numru ta’ sterilizers matul il-linja ta’ produzzjoni fejn il-biċċiera jkunu jistgħu jistereliżżaw is-skieken tagħhom u għodod oħra, bejn karkassa u oħra

Page 44: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

39

• Bdiet titħaddem sistema tat-traċċabilita’ tal-laħam u qed isisr ħidma biex din tiġi estiża wkoll għat-tqattieħ u spulpjar tal-laħam. laħam li joħroġ mill-Biċċerija jingarr dejjem ġo vetturi refriġerati.

Fost dan il-progress li qed issir huwa rimarkevoli l-fatt li t-traċċabilita’ tal-laħam tibda minn ġor- razzett u illum wieħed isib informazzjoni kompleta dwar il-data tat-twelid tal-annimal, il-post fejn trabba u d-data u l-post tal-qatla. Informazzjoni oħra turi min liema razzett twassal għall-biccerija, u għal min qed jinqatel l-annimal kif ukoll il-piż u il-grading tal-karkassa.

Spezzjonijiet biex tkun assigurata l-Kwalità

Id-Dipartiment għas-Servizzi Veterinarji hu kontinwament għaddej b’testijiet u spezzjonijiet fi rziezet u biċċeriji privati. Fil-qasam Veterinarju saru spezzjonijiet fuq il-farms u fuq l-annimali li jinqatlu għall-ikel kif mitlub mir-Regolament. Dan kollu qiegħed isir biex tiġi żgurata l-ogħla kwalita’ tal-ħalib li jiġi prodott għall-konsum uman.

F’din l-aħħar sena inqatlu u ġew spezzjonati mat-3,000 nagħġa u mogħoża. Din it-Taqsima għamlet wkoll madwar 1,000 spezzjoni f’biċċeriji tat-tiġieġ privati. Saru 160 spezzjoni fuq l-irziezet li jipproduċu l-ħalib għall-MDP.

Fil-qasam tal-ġbejniet saru ‘l fuq minn 400 spezzjoni. Saru mat-80 spezzjoni ta’ rutina u awditjar fuq il-biċċeriji tal-fniek li wasslu għall-approvazzjoni totali ta’ tnejn minnhom. Mis-sitt fabriki tal-ġwież li hawn f’Malta u Għawdex għandna tlieta approvati u tlieta b’approvazzjoni kundizzjonata.

Saru madwar 266 viżta oħra fuq irziezet differenti li wasslu għall-ittestjar ta’ madwar 23,000 bovini u 1,000 mogħża u nġabru kampjuni minn fuq dawn l-irziezet, mill-fabbriki tal-ġwież, u mill-biċċeriji biex saru mal-163,000 test varju fil-Laboratorju Veterinarju Nazzjonali. Dan in-numru juri żieda ta’ 74% fuq l-attivita’ tal-Laboratorju fuq is-sena ta’ qabel. Dan kien possibli permezz ta’ żieda fil-kapaċita’ amministrattiva biex ikunu jintlaħqu l-obbligi kollha.

Il-Border Inspection Post (BIP) kompla bix-xogħol tiegħu u spezzjona mas-730 konsenja ta’ ikel u/jew prodotti ta’ oriġini ta’ annimali. Dan ix-xogħol kollu huwa konferma tal-impenn tal-Gvern li jwassal laħam u prodotti oħra ta’ oriġini mill-annimali għall-konsum uman garantiti li huma ħielsa minn mard u kontaminazzjoni li jistgħu jagħmlu ħsara lill-bniedem kif wkoll jiggarantixxu s-saħħa tal-annimali.

Anqas baqar aktar ħalib

Din is-sena ġiet iffinalizzata l-inizjattiva li kienet intiża sabiex ittejjeb il-merħla tal-ħalib f’pajjiżna. Il-Gvern investa madwar €3 miljuni f ’din l-inizjattiva. Din l-għajnuna serviet sabiex ir-raħħala jtejbu l-merħla li għandhom, naqsu l-ammont ta’ baqar, naqsu l-problemi ta’ nitrati u għamlu l-merħla aktar b’saħħitha u aktar produttiva fejn anki żdiet il-volum tal-ħalib.

L-effiċjenza fil-merħla tas-settur tal-ħalib tjiebet b’8.2% iġifieri kull baqra qed tagħti mal-litru ħalib frisk aktar kuljum. Fl-2003 kien ikun prodott mal- 40 miljun litru ta’ ħalib fis-sena, u llum niproduċu 42 miljun litru ta’ ħalib fis-sena. Dan seħħ minkejja l-fatt li l-baqar għal-produzzjoni tal-ħalib naqsu b’8.8%.

Page 45: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

40

Dan jikkonferma li dan is-settur irrisponda tajjeb għar-ristrutturar kemm bit-tibdil tal-merħla kif ukoll bl-investiment li sar u li qiegħed isir fil-maġġoranza tal-irziezett bil-għajnuna finanzjarja mogħtija kemm mill-Gvern kif ukoll minn fondi Ewropej. l-avvanz li sar jitkellem waħdu, u hu għalhekk li l-ħalib Malti ngħata l-marka ta’ kwalita l-Oval Mark . Din iċ-ċertifikazzjoni tfisser assigurazzjoni ta’ kwalità għolja tul il-proċess kollu (farm to table).

Ir-raħħala wkoll fl-aħħar xhur ingħataw għajnuna fuq l-investimenti fl-irziezet tagħhom mill-pjan għall-iżvillup rurali. Madwar 60 raħħal tal-baqar, tan-ngħaġ u mogħoż ingħataw bejniethom mal- €5 miljun. Din l-għajnuna kienet tlaħħaq nofs l-ispiża li r-raħħal kellu jagħmel għalhekk b’kollox l-investiment fl-irziezet laħaq l-€10 miljun.

Fejn qabel kont tara l-baqar fl-irziezet l-antiki jorqdu fid-demel tagħhom stess, illum tara l-baqar jorqdu fuq speci ta’ bankina, li tkun insulata, u saqqu tal-lastiku sabiex id-demel ma jkunx ma’ sider il-baqra. Il-merħla għandha wkoll magna li tagħmel il-messaġġi lil baqar. Dan kollu qed iwassal biex il-baqar huma aktar kuntenti u  jipproduċu aktar ħalib. Sar avvanż ukoll fis-sistema tat-tindif u bdew jintużaw l-iscrapers u sistema ta’ slutts fejn l-art tinkines biex  fejn ikunu l-baqar l-art tibqa xotta.

Mal-100,000 litru ta’ ħalib fis-sena jiġu kkunsmati fl-iskejjel

L-iskema tal-Ħalib fl-iskejjel kienet introdotta matul is-sena skolastika 2007/2008. l-għan ta’ din l-iskema hu li jkompli jiżdied il-konsum tal-ħalib fost it-tfal, u jkompli jħajjar aktar tfal jikkunsmaw il-ħalib mhux biss fl-iskola. Din il-kampanja ta’ ħalib fl-iskejjel, għandha wkoll l-għan li tkompli tgħarraf lit-tfal il-vantaġġi fir-rigward ta’ saħħa li wieħed jieħu meta jikkonsma l-ħalib.

Page 46: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

41

Din l-iskema li għandha l-ko-finanzjament tal-Unjoni Ewropea bil-kumplament jitħallas mill-iskola, hi miftuħa għall tfal kollha li jattendu nursery, primarja u sekondarja. L-UE tagħti sussidju ta’ €18.15 għal kull 100kg ta’ ħalib. Fi 3 snin ġew investiti madwar €72,000 f’din l-iskema, iġifieri ġew ikkunsmati madwar 300,000 litru ta’ ħalib frisk mifruxin fuq madwar 14,000 student fis-sena minn 49 skola differenti.

Il-Gvern qed jassisti wkoll lis-settur tal-ħalib b’ko parteċipazzjoni f’kampanja tal-ħalib li bdiet f’dal-ġranet u li se tkun mifruza fuq tlett snin. Din il-kampanja hija eżempju ħaj tal-ħidma flimkien bejn il-Ministeru u l-Koperattivi fejn il-kampanja ta’ nofs miljun ewro qed tkun iffinanzjata nofsha minn fondi Ewropejm 30% mill-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib u 20% mill-Gvern. Din il-Kampanja għandha l-għan li tkompli tqajjem għarfien, speċjalment fost it-tfal, fuq il-kwalitajiet tal-ħalib.

Majjal ta’ Malta

Il-lum saret aktar faċli biex il-konsumatur Malti jagħraf il-Majjal ta’ Malta. Dan minħabba li l-majjal frisk u ġenwin ta’ Malta issa ġie dentifikat permezz tat-tikketta “Majjal ta’ Malta”.

It-tikketta Majjal ta’ Malta tidher fuq il-majjal frisk ta’ Malta, kif ukoll, fil-forma ta’ sticker, imwaħħla mal-bibien u t-twieqi tal-bejjiegħa tal-laħam li jbiegħu l-majjal frisk ta’ Malta u prodotti magħmulin minnu. Dan għandu jipprovdi serħan il-moħħ u fiduċja lill-konsumaturi li jixtru l-prodott lokali.

Il-konsumaturi għandhom id-dritt għall-għażla. Sa issa, il-konsumaturi ma kienux jafu jekk il-majjal li jsibu għall-bejgħ hux impurtat jew majjal ta’ Malta. Iżda issa, b’din it-tikketta ġdida, hu eħfef għall-konsumatur li

Page 47: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

42

jidentifikah. Il-konsumaturi issa jistgħu jkunu ċerti li fejn jaraw it-tikketta “Majjal ta’ Malta”, jinbiegħ majjal imrobbi, maqtul u maħdum lokalment.

Minbarra t-tikketta, b’diet ukoll kampanja mill-Koperattiva ta’ min irabbi l-majjal biex tkabbar l-għarfien fost il-konsumatur dwar il-benefiċċji tal-konsum tal-majjal frisk u ġenwin ta’ Malta. L-għan ta’ din il-kampanja hu li b’ħidma flimkien mal-bejjiegħa tal-laħam, id-distributuri u l-proċessuri lokali, jiżdied il-konsum tal-Majjal ta’ Malta. Għal dan il-għan tniedet il-website www.majjaltamalta.com, li fiha hemm informazzjoni dwar il-Majjal ta’ Malta, l-istabbilimenti li qed jipparteċipaw fl-iskema, kif ukoll riċetti u videos qosra dwar il-valur nutrittiv tal-majjal.

Minn Novembru sal-lum aktar minn 200 bejjiegħ tal-laħam daħlu fi ftehim mal-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal. Dawn il-bejjiegħa tal-laħam qed joffru lill-klijenti tagħhom riċetti tal-Majjal ta’ Malta b’xejn, offruti mill-KIM.

Kontroll tal-bumunqar aħmar fuq il-palm

Fl-2010, tkompla il-pjan ta’ kontroll u eradikazzjoni tal-bumunqar aħmar fuq il-palm (Red Palm weevil). Id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti ħejja pjan t’ azzjoni biex jiġi kkontrollat dan l-insett. Il-Kummissjoni ta’ l-Unjoni Ewropeja apprezzat l-isforz li qiegħed jagħmel il-Gvern Malti, u wara li analizzaw dan il-pjan, ġew ivvutati madwar €350,000 bħala ghajnuna biex jiġi kkontrollat dan l-insett skont il-pjan imressaq. Il-kontroll u konteniment tal-Bumunqar Aħmar tal-Palm sar billi saru numru ta’ spezzjonijiet fuq siġar nfettati.

Kontroll fuq it-Tuta absoluta

Minħabba t-theddida li ġabet it-Tuta absoluta fuq it-tadam u minħabba l-ħsara estensiva li saret matul l-istaġun tat-tadam fis-sena 2009, il-Ministeru ħass il-bżonn li matul l-2010, jgħin lil-bdiewa lokali li jkabbru t-tadam biex jikkontrollaw dan l-insett. Għalhekk tqassmu terz ta’ Miljun Euro biex il-Gvern ikun jista’ jgħin il-produtturi tat- tadam biex ikun jista’ jiġi mplimentat pjan ta’ kontroll għal dan l-insett. Dan il-pjan kien jikkonsisti minn kampanja intensiva għal-bdiewa dwar il-kontroll ta’ dan l-insett, permezz ta’ miżuri kemm ta’ prevenzjoni, kif ukoll ta’ kontroll. I-Gvern għen ukoll lill-bdiewa biex sar mass trap monitoring fuq livell nazzjonali għal dan l-insett. It-total ta’ bdiewa li bbenefikaw taħt din l-iskema ta’ għajnuna ammonta għal-1,228 li koprew 264.60 ettaru ta’ art.

Page 48: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

43

SajdMatul l-aħħar sena d-Dirretorat tas-Sajd kompla jisaħħaħ bl-għan prinċipali jkun li jiġu implimentati r-regolamenti tas-sajd kemm Ewropej kif ukoll Nazzjonali fis-settur lokali. L-uffiċjali tas-sajd attendew taħriġ kemm lokali kif ukoll barra minn Malta biex isiru aktar effiċienti fix-xogħol tagħhom. Saru spezzjonijiet kontinwi

fuq kull qassam tas-settur u f’ħafna drabi dan sar bl-għajnuna tal-armata u l-pulizija fejn l-azzjonijiet meħtieġa ttieħdu.

Fond Ewpropej tas-Sajd 2007 - 2013

Matul l-2010 ġew ippublikati żewġ skemi għal sajjieda Maltin u Għawdxin. Dawn huma l-iskema ta’ waqfien permanenti ta’ bastimenti tas-sajd u l-iskema ta’ investment fuq bastimenti tas-sajd. F’dawn iż-żewġ skemi ġew allokati madwar €2 miljuni.

Taħt l-istess prijorita kien ippjanat il-programm ta’ taħriġ għal sajjieda li huma rreġistrati fuq bażi full time u part time mal-ETC.

Ġiet ippublikata wkoll skema ta’ proċessar u bejgħ, liema miżura hija maħsuba sabiex tassisti numru ta’ faċilitajiet ta’ proċessar fis-settur tas-sajd. Investimenti j ikkonċernaw proġetti kapitali f i l-kostruzzjoni, estenzjoni, xiri u modernizzar t’apparat t’ipproċessar tal-prodotti tal-ħut li jinvolvi immaniġjar tal-ħut, trattament tal-ħut, ħażna u distribuzzjoni waqt il-ħin tal-ħatt u ħsad u l-prodott finali iżda mhux fi stadju ta’ bejgħ.

Pixkerija tal-Gvern

Matul din is-sena kompla il-proċess ta’ manutenzjoni tal-Pixkerija fid-dawl tal-applikazzjoni pendenti mal-MEPA għal bini ta’ Pixkerija ġdida. Żvilupp importanti li ġie introdot din is-sena kien il-provista ta’ silġ ġol-Pixkerija biex il-ħut li jasal għal bejgħ jitqiegħed immedjatament fis-silġ u b’hekk tiġi mħarsa sostanzjalment il-kwalita’ tal-prodott waqt li jitħarsu ir-regoli tal-iġene pubblika.

Sajd għat-tonn

Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar is-sajd għat-tonn hija waħda konsistenti. Malta tisħaq li l-pożizzjoni u l-allokazzjoni tal-kwoti għat-tonn għandhom ikunu bbażati fuq rapporti xjentifiċi.

Page 49: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

44

Il-Gvern Malti jinnota li r-rapport imressaq mill-kumitat xjentifiku tal-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tuna) wera li r- riżultati tal-aħħar tliet snin huma pożittivi fir-rigward ta’ ammont ta’ stokk ta’ tonn. Dan hu riżultat tal-miżuri iebsin li ġew adottati matul l-aħħar snin.

Malta temmen li l-Kummisjoni Ewropea għandha tibqa’ marbuta mal-prinċipju li d-deċiżjonijiet għandhom ikunu ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi. L-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li tinżamm is-sistema attwali ta’ immaniġġjar imħaddma mill-ICCAT u tinsisti li l-partijiet kollha josservaw l-obbligi tagħhom.

Hardstanding Facility u Port Facility għas-sajjieda

F’din il-faċilita’ baqgħet għaddejja l-ħidma biex is-sajjieda jkollhom il-possibilita’ li jtellgħu l-bastimenti tagħhom għal manutenzjoni u tiswijiet. Ġie msaħħaħ il-management ta’ din il-faċilita’ u sar titjieb fis-sistema ta’ bookings tal-bastimenti. Iddaħħlu wkoll tariffi ġodda li jagħtu każ tad-daqs tad-dgħajsa, liema tariffi ntlaqgħu tajjeb mis-sajjieda. Fl-istess waqt tkompla x-xiri ta’ apparat u posti biex tiżdied is-sigurta’ fil-faċilita’ u fl-ippustjar tal-bastimenti.

Peress li Marsaxlokk hu designated port bilfors trid tinbena faċilita fejn jinħatt il-ħut sabiex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki neċessarji. L-applikazzjoni tal-MEPA intefgħet pero bħalissa qed jiġi studjat sit ieħor, bi qbil mal-Koperattivi, sabiex dan is-sit ikun aktar konvenjenti għas-sajjieda. Apparti dan qed isiru l-preparamenti biex isir ix-xogħol fuq il-breakwater.

Akwakultura

Page 50: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

45

Fir-riċerka tal-akwakultura pajjiżna qed jimxi ‘l quddiem u jinsab mal-pajjiżi l-iktar avvanzati fir-riċerka tat-tfaqqis tal-bajd tat-tonn u tal-aċċjol.

Fil-każ tal-aċċjol, Malta hi l-uniku pajjiż fil-Mediterran li ħadet bajd b’konsistenza f’dawn l-aħħar sitt snin. Bis-saħħa ta’ dan il-proġett, li qed isir bi sħab bejn iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Akwakultura u kumpanija privata Maltija, ġiet żvillupata t-teknoloġija u sar avvanz fit-tfaqqis u fil-produzzjoni ta’ friegħ ta’ din l-ispeċi. Apparti t-tfaqqis tal-bajd tal-aċċjol, qed isiru wkoll studji fuq it-trobbijja tal-friegħ kif ukoll fuq diversi fatturi ohra bħall-ikel li jintuża għat-tkabbir tagħhom. Din is-sena ġiet żviluppata ukoll it-teknoloġija għall-produzzjoni taċ-ċervjol.

Fil-qasam tar-riċerka fuq it-tonn, Malta qed tieħu sehem fil-proġett tal-Unjoni Ewropea li jismu SELFDOTT. Dan il proġett jinvolvi tlettax-il partner minn tmien pajjiżi. Ittieħed ħafna bajd tat-tonn minn Spanja, l-Italja u din is-sena wkoll minn Malta. L-għixien ta’ friegħ għalkhemm għadu baxx, kull sena qed isir progress.

Id-Dipartiment qed ikompli bi pjan biex jagħmel proġett lokali fuq it-tfaqqis tat-tonn bl-użu ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea. Bil-progress li sar fil-qasam tal-aċċjol, qed jintużaw ir-riżorsi taċ-ċentru tal-Akwakultura ta’ San Luċjan biex pajjiżna jkun minn ta’ quddiem fil-qasam tat-tfaqqis tat-tonn.

Qed titlesta l-istrateġija nazzjonali tal-akwakultura sabiex pajjiżna jimplimenta direzzjoni sostenibbli għall-iżvilupp ta’ dan il-qasam. L-istrateġija se twassal biex ikollna industrija kompetittiva bl-inqas impatt ambjentali wara li jsiru laqgħat ma’ diversi stakeholders.

Żona tal-Akwakultura fit-Tramuntana

Wara li saret applikazzjoni mal-MEPA biex il-farms tat-tonn jiġu rilokati f’żona għalihom fit-Tramuntana ta’ Malta, inħarġu t-terms of reference għal site selection study liema studju għandu jkun konkluż fix-xhur li ġejjin. Huwa ppjanat li din iż-żona tkun aktar ‘il barra biex jiġu ssalvagwardjati l-flora u fawna tal-baħar.

Page 51: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

46

Il-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini Il-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini (BICC) ltaqa’ regolarment biex jiddiskuti sensiela ta’ argumenti importanti għad-diskussjoni relatati mal-Industrija tal-Bini. Il-BICC organizza sensiela ta’ laqgħat u sessjonijiet ta’ informazzjoni għal dawk ikkonċernati fl-industrija.  Is-suġġetti kienu jinkludu l-fondi tal-ERDF u opportunitajiet ta’ taħriġ.  Laqgħa ta’ grupp għall-professjonisti saret fuq ir-riabilitazzjoni tal-Biċċerija tal-Belt.

Regolamenti tal-Bini

Bidla oħra importanti li qed titwettaq hija fil-qasam tal-bini fejn pajjiżna miexi sabiex ikollu att wieħed li jirregola dan is-settur.  Il-liġi tinsab fi stadju ta’ kumitat fil-Parlament.   Ġaladarba il-qafas legali jkun stabillit bid-dħul ta’ dan l-Att, l-ewwel regolamenti li se jinħarġu taħt din il-liġi ġdida, se jkunu r-regolamenti maħsuba biex titħares il-proprjetà ta’ terzi waqt l-attività tal-kostruzzjoni, Regulations on the avoidance of damage to third party property.

L-għan tal-Gvern huwa li l-kostruzzjoni tkun regolata aħjar biex jitjiebu il-prattiċi tax-xogħol u titjieb il-kwalita tal-kostruzzjoni.

Reviżjoni tal-Att dwar il-Periti

Il-Ministeru f’Jannar tal-2011 nieda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar emendi għal-Att li jirregola l-professjoni tal-periti u legislazzjoni sussidjarja.  Dawn l-emendi qed ikunu proposti wara konsultazzjoni estensiva li l-Ministeru kellu mal-Kamra tal-Periti.

L-emendi mressqa għall-leġislazzjoni jinkludu it-tisħiħ tal-Bord tal-Kondotta Professjonali, kodiċi ta’ kondotta professjonali ġdid, insurance obligatorju għall-periti u r-reġistru ta’ insurance fost oħrajn.

Il-konsultazzjoni pubblika għalqet fl-aħħar ta’ Frar tal-2011. Hu maħsub illi jsir proċess ieħor ta’ konsultazzjoni mal-Kamra tal-Periti fuq l-emedni dettaljati qabel titressaq liġi quddiem il-Parlament.

Page 52: MRRA Rapport Sena ta' Hidma 2011

www.mrra.gov.mt Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali