dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · the register allows access to the full text of a large...

41
ISSN 1830-4095 APRIL 2008 Rapport Annwali tal-Kunsill dwar l-aċċess ghal dokumenti - 2007 KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA SEGRETARJAT GENERALI DGF

Upload: others

Post on 28-Jan-2020

5 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

R S / 11 / 2 0 0 8

ISSN 1830-4095

QC

-AF

-08

-00

1-M

T-C

APRIL 2008

Rapport Annwali tal-Kunsilldwar l-aċċess ghal dokumenti - 2007

KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEASEGRETARJAT GENERALI DGF

Page 2: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

Rapport Annwali tal-Kunsilldwar l-aċċess ghal dokumenti - 2007

APRIL 2008

Page 3: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

Ammont kbir ta’ informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea jinsab fuq l-Internet. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb permezz tas-server Europa (http://www.europa.eu). Informazzjoni dwar katalgi tinsab fit-tmiem ta’ din il-pubblikazzjoni. ISBN 978-92-824-2321-9 ISSN 1830-4095 © Komunitajiet Ewropej, 2007 Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm il-darba tiġi ċitat is-sors. Printed in Belgium

Page 4: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

3

Dan il-pamflet fih ir-rapport annwali tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru

1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti fl-2007.

Ir-rapport, adottat mill-Kunsill f'April 2008, jippreżenta l-aġġustamenti regolatorji, amministrattivi u prattiċi

magħmula mill-Kunsill biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru

1049/2001.

Jagħti wkoll informazzjoni dwar ir-reġistru pubbliku tad-dokumenti tal-Kunsill kif ukoll statistiċi dwar l-

aċċess pubbliku għad-dokumenti.

Barra minn hekk, ir-rapport jenfasizza l-iżviluppi ċentrali fis-sitt sena ta' implimentazzjoni tar-Regolament u

jirrevedi ilmenti sottomessi lill-Ombudsman Ewropew kif ukoll sentenzi mogħtija mill-Qrati Komunitarji fl-

2007 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 f'każijiet dwar l-aċċess għal dokumenti tal-Kunsill.

Informazzjoni addizzjonali (u rapporti preċedenti) dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill u dwar

kwistjonijiet oħra ta' trasparenza jinsabu fuq il-website ta' l-Internet http://www.consilium.europa.eu, taħt

"Dokumenti".

Page 5: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules
Page 6: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

5

WERREJ

Paġna

INTRODUZZJONI 7

I. ADATTAMENTI REGOLATORJI, AMMINISTRATTIVI U PRATTIĊI 8

1. Reġistru pubbliku ta' dokumenti tal-Kunsill 8

2. Adattamenti prattiċi 10

3. Trasparenza leġislattiva 11

4. Struzzjonijiet interni, sessjonijiet ta' taħriġ, persunal 12

II. ANALIŻI TA' L-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AĊĊESS 13

• Professjoni 0u distribuzzjoni ġeografika ta' l-applikanti 13

• Oqsma koperti mill-applikazzjonijiet 14

• Numru ta' dokumenti eżaminati u rifjuti għal aċċess 15

III. APPLIKAZZJONI TA' L-EĊĊEZZJONIJIET GĦAD-DRITT GĦAL AĊĊESS 16

• Raġunijiet għal rifjut 16

• Eċċezzjoni speċifika għal parir legali 16

IV. ŻVILUPPI PRINĊIPALI 18

1. Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti 18

2. Konsultazzjoni Pubblika dwar ir-Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 19

3. Kumitat Interistituzzjonali dwar l-Aċċess għal Dokumenti 20

4. Rapport tal-Presidenza dwar l-implimentazzjoni tal-politika ġenerali dwar it-trasparenza

20

V. ILMENTI PPREŻENTATI QUDDIEM L-OMBUDSMAN EWROPEW U L-AZZJONI LEGALI MEĦUDA

22

A. ILMENTI IPPREŻENTATI QUDDIEM L-OMBUDSMAN EWROPEW 22

B. AZZJONI LEGALI 23

VI. KUMMENTI FINALI 28

ANNESS: STATISTIKA DWAR AĊĊESS PUBBLIKU GĦAD-DOKUMENTI TAL-KUNSILL 30

Page 7: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules
Page 8: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

7

INTRODUZZJONI L-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jipprovdi li "Kull istituzzjoni għandha tippubblika kull sena rapport għas-sena preċedenti inkluż in-numru ta' każijiet fejn l-isitituzzjoni tkun irrifjutat li tagħti aċċess għal dokumenti, ir-raġunijiet għal tali rifjuti u n-numru ta' dokumenti sensittivi mhux rekordjati fir-reġistru"1. Dan ir-rapport ikopri l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1049/2007 fl-2006. Bħal fir-rapporti annwali preċedenti2, il-Parti I ta' dan ir-rapport tistabbilixxi l-adattamenti regolatorji, amministrattivi u prattiċi magħmulin mill-Kunsill fl-2007 biex jiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001. Il-Parti II tanalizza l-figuri għall-applikazzjonijiet għal aċċess matul il-perijodu ta' referenza. Il-Parti III hija dwar b'mod aktar speċifiku l-applikazzjoni tal-Kunsill ta' eċċezzjonijiet għad-dritt ta' aċċess skond l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001. Il-Parti IV telenka l-avvenimenti prinċipali tas-sitt sena ta' implimentazzjoni tar-Regolament, u l-Parti V hija dwar l-ilmenti mressqin lill-Ombudsman Ewropew u l-azzjonijiet legali. Sezzjoni finali, il-Parti VI, tippreżenta l-konklużjonijiet tar-rapport.

1 Ara rapporti preċedenti mill-Kunsill (7957/03, 8036/04, 8896/05, 13354/1/06 REV 1 u 8184/07) u mill-Kummissjoni

(COM(2003) 216 finali, COM(2004) 347 finali, COM(2005) 348 finali, COM (2007) 548 finali u COM (2007) 841 finali). Għar-rapporti tal-Parlament Ewropew dwar is-snin 2002-2006, ara n-Noti mis-Segretarju-Ġenerali tal-Parlament Ewropew lill-Bureau bid-data tat-23 ta' Jannar 2003 (PE 324.992/BUR), tad-19 ta' Frar 2004 (PE 338.930/BUR/NT), tas-7 ta' Marzu 2005 (PE 352.676/BUR./ANN.), tat-22 ta' Marzu 2006 (PE 371.089/BUR./ANN.) u tat-23 ta' April 2007 (PE 388.097/BUR). Barra minn hekk, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji tar-Regolament tat-30 ta' Jannar 2004 (COM (2004) 45 finali).

2 Ara d-dokumenti 7957/03, 8036/04, 8896/05, 13354/1/06 REV 1 u 8184/07.

Page 9: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

8

I. ADATTAMENTI REGOLATORJI, AMMINISTRATTIVI U PRATTIĊI 1. Reġistru pubbliku ta' dokumenti tal-Kunsill Taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1049/2001, l-istituzzjonijiet Komunitarji huma mitluba jagħmlu reġistru ta' dokumenti disponibbli f'forma elettronika. Ir-reġistru pubbliku tad-dokumenti tal-Kunsill, li ilu operattiv mill-1 ta' Jannar 1999, fih referenzi għad-dokumenti tal-Kunsill mdaħħla fih permezz tas-sistema awtomatika ta' arkivjar. Għaldaqstant, id-dokumenti kollha li m’humiex sensittivi sottomessi lill-Kunsill jew lil xi wieħed mill-korpi preparatorji tiegħu li għandhom iservu ta' bażi għad-deliberazzjonijiet, jistgħu jinfluwenzaw il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet jew jirriflettu l-progress magħmul fil-qasam ta’ suġġett partikolari huma awtomatikament elenkati fir-reġistru. In the case of sensitive documents3, the author specifies the references which may be permitted to appear in the register4. The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules of Procedure, must be made directly available to the public as soon as they have been circulated5. Dawn huma dokumenti fil-kategoriji li ġejjin: • aġendi proviżorji għal-laqgħat tal-Kunsill u għall-korpi preparatorji tiegħu (bl-eċċezzjoni ta' ċerti korpi

li jittrattaw kwistjonijiet militari u ta' sigurtà);

• dokumenti ppreżentati lill-Kunsill li huma elenkati taħt punt fuq l-aġenda tiegħu mmarkat bil-kliem "deliberazzjoni pubblika" jew "dibattitu pubbliku" skond l-Artikolu 8 tar-Regoli ta' Proċedura6;

• fil-qasam leġislattiv, in-noti punt "I/A" u "A" sottomessi lill-Coreper u/jew lill-Kunsill, kif ukoll abbozzi ta' atti leġislattivi, abbozzi ta' pożizzjonijiet komuni u testi konġunti approvati mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li għalih jirreferu;

3 Għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, "dokumenti sensittivi" tfisser dokumenti klassifikati bħala

"CONFIDENTIEL", "SECRET" jew "TRÈS SECRET/TOP SECRET". Dwar dan is-suġġett, ara l-Artikolu 9(1) ta' dak ir-Regolament.

4 Ara l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. 5 Fl-2007, 108.343 dokument tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tar-reġistru hekk kif kienu ġew iċċirkolati. 6 Ara l-Artikolu 11 (5) (b) ta' l-Anness II għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, ĠU L 285, 16.10.2007, p. 62 - 64. Għal

informazzjoni addizzjonali dwar din il-kwistjoni, ara wkoll il-kapitolu IV (1) ta' dan ir-rapport, p. 15-16.

Page 10: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

9

• dokumenti dwar att leġislattiv wara li tkun ġiet adottata pożizzjoni komuni, ikun ġie approvat test konġunt mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jew wara li att leġislattiv ikun ġie finalment adottat;

• kwalunkwe test ieħor adottat mill-Kunsill li hu maħsub għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali;

• dokumenti li joriġinaw minn parti terza li ġew magħmula pubbliċi mill-awtur jew bi qbil miegħu;

• dokumenti li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni b'mod sħiħ lil xi membru tal-pubbliku li għamel applikazzjoni.

Mill-31 ta' Diċembru 2007, ir-reġistru kien jelenka 1 010 217 dokument (tal-lingwi kollha meħudin flimkien), li minnhom 724 338 (71,7 % ta' dawk reġistrati) kienu pubbliċi, jiġifieri jew disponibbli f'format li jista' jitniżżel mill-internet (700 449 dokument f'format PDF jew HTML) jew fuq talba (23 889 dokument f'formati oħrajn). Dan irrappreżenta żieda ta' 19 % fin-numru ta' dokumenti li kienu jidhru fir-reġistru fl-2006 (849 117 fl-aħħar ta' Diċembru 2006 meta mqabbel ma' 1 010 217 fi tmiem l-2007) u żieda ta' 20 % fin-numru ta' dokumenti direttament aċċessibbli permezz tar-reġistru (583 905 sa tmiem l-2006 meta mqabbel ma' 700 449 fi tmiem l-2007). Moreover, as of 31 December 2007 the register contained 16 927 documents bearing the code "P/A" (i.e. partially accessible), including 2 637 which were accessible on-line (in PDF format)7. Dokumenti "P/A" reġistrati qabel l-1 ta' Frar 2004 (minn meta d-dokumenti l-ġodda kollha klassifikati bħala parzjalment aċċessibbli saru direttament aċċessibbli għall-pubbliku permezz tar-reġistru) is-soltu ma jkunux jistgħu jitniżżlu mill-Internet imma jistgħu jiġu magħmula disponibbli fuq talba. Fl-2007, 465 612 utent differenti illoggja fir-reġistru pubbliku tad-dokumenti tal-Kunsill (meta mqabbel ma’ 380 349 fl-2006), ċifra li rrappreżentat żieda ta' 22,4 % fin-numru ta' utenti f'sena waħda. In-numru totali ta' żjarat żdied b'21 % (2 078 602 żjara fl-2007 meta mqabbel ma' 1 722 354 fl-2006), li rrappreżenta aktar minn 5 700 żjara kuljum. Il-konsultazzjonijiet (f'termini ta' numru ta' skrinijiet li ntwerew) telgħu għal 9 212 745.

7 Kxif parzjali huwa prattikat skond l-Artikolu 4(6) tar-Regolament.

Page 11: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

10

fil-perijodu konċernat kienu prodotti 350 dokument sensittiv (lingwa oriġinali), 26 klassifikati bħala "SECRET UE" u 324 bħala "CONFIDENTIEL UE". Minn dawn, 2 dokumenti "SECRET UE" u 61 dokument "CONFIDENTIEL UE" huma msemmijin fir-reġistru, skond l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. 2. Adattamenti prattiċi Taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jeħtieġ li jkunu kkunsidrati l-applikazzjonijiet kollha għal aċċess għal dokumenti miżmuma mill-Kunsill dwar kwistjoni relatata mal-linji politiċi, l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tar-responsabbilità ta' l-istituzzjoni, inkluż l-applikazzjonijiet relatati ma' dokumenti klassifikati. L-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal aċċess għal dokumenti klassifikati jeħtieġ investigazzjoni profonda mid-dipartimenti rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Fl-2007, id-Dipartiment tat-Trasparenza eżamina total ta' 811-il dokument klassifikat inklużi 9 klassifikati bħala "CONFIDENTIEL UE" u 802 klassifikati bħala "RESTREINT UE"8. Sabiex iwettqu l-eżami tagħhom, uffiċjali tad-Dipartiment dwar it-Trasparenza jikkonsultaw sistematikament lill-awturi jew lid-dipartimenti kkonċernati. Minkejja n-natura spiss kumplessa ħafna tad-dossjers li jkunu jridu jiġu eżaminati, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill kien kapaċi jlaħħaq mal-piż amministrattiv dejjem akbar assoċjat u jikkonforma mal-kondizzjonijiet u l-limiti ta' żmien stabbiliti mir-Regolament Nru 1049/2001. Ta' min jinnota f'dan ir-rigward li l-limitu ta' żmien għal risposta huwa ta' 15-il jum ta' xogħol, b'estensjoni possibbli ta' 15-il jum ta’ xogħol oħra f'każijiet debitament ġustifikati, per eż. fejn l-applikazzjoni tikkonċerna numru kbir ħafna ta' dokumenti. Fl-2007 l-ħin medju għall-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet inizjali kien ta' 13-il jum ta' ħidma. Is-Segretarjat tal-Kunsill estenda l-limitu ta' żmien fi 19,7 % ta' l-applikazzjonijiet inizjali imma huwa mġiegħel juża din il-possibbiltà aktar ta’ spiss għall-applikazzjonijiet ta' konferma, li jridu jiġu eżaminati mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Informazzjoni qabel ma jiġu sottomessi lil Coreper u lill-Kunsill għall-adozzjoni, b’kull wieħed minn dawn il-passi jkun jeħtieġ ċertu ħin.

8 Id-dokumenti in kwistjoni kienu jikkonċernaw notevolment l-oqsma tal-PESD (35,3 %), il-PESK (28 %) u l-Ġustizzja u l-

Affarijiet Interni (25,5 %).

Page 12: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

11

Kif previst fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kunsill regolarment jikkunsidra l-iżvelar ta' partijiet mid-dokumenti mitluba. Dan iwassal biex l-affarijiet isiru iktar fil-beraħ, b'mod partikolari fil-qasam leġislattiv. Fil-każ fejn dokument ikun għadu suġġett ta’ diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill jew il-korpi preparatorji tiegħu, u dan id-dokument jirrifletti l-pożizzjonijiet tad-delegazzjonijiet, tistà tirriżulta sitwazzjoni fejn ir-rilaxx sħiħ tad-dokument ikun jista’ jfixkel it-twettiq tajjeb tan-negozjati. F’tali każijiet, il-Kunsill japplika, bħala regola ġenerali, l-Artikolu 4(3) tar-Regolament billi jagħti aċċess għall-kontenut tad-dokumenti ta’ tħejjija waqt li dawn ikun għadhom qed jiġu diskussi, wara li jneħħi biss ir-referenzi għal ismijiet tad-delegazzjonijiet. Partijiet interessati jistgħu għalhekk isegwu l-progress tad-diskussjonijiet mingħajr ma jiddgħajjef il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-istituzzjoni. Din il-prattika, madankollu, ma tippreġudikax l-applikazzjoni possibbli ta’ eċċezzjonijiet oħra previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament. 3. Trasparenza Leġislattiva Minbarra d-dokumenti li huma magħmulin aċċessibbli permezz tar-reġistru wara talba għal aċċess skond ir-Regolament 1049/2001, numru konsiderevoli ta' dokumenti leġislattivi huma magħmulin pubbliċi kull sena, skond l-Artikolu 11(6) ta' l-Anness II għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill9. Din id-dispożizzjoni tippreskrivi li, dment li ma jkunux applikabbli waħda, jew aktar minn waħda, mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament 1049/2001, id-dokumenti preparatorji kollha relatati ma' att leġislattiv għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod sħiħ wara l-adozzjoni finali ta' l-att10. Parallelalment għal dan, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill iħejji sommarju ta' kull xahar li jelenka fost l-oħrajn l-atti leġislattivi kollha li jkun ġew adottati mill-Kunsill matul xahar partikolari. Is-sommarju jkun jinkludi wkoll informazzjoni dwar ir-riżultati tal-votazzjonijiet, ir-regoli ta' l-ivvutar applikabbli kif ukoll id-dikjarazzjonijiet dwar l-atti leġislattivi li ddaħħlu fil-minuti tal-Kunsill11.

9 F'dan il-kuntest għandu jitfakkar li, skond l-Artikolu 255 (3) tat-Trattat KE, il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni u l-

Parlament Ewropew għandhom jelaboraw, fir-regoli ta' proċedura rispettivi tagħhom, id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-aċċess għal dokumenti. Fil-każ tal-Kunsill, dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi huma mniżżlin fl-Anness II għar-Regoli ta' Proċedura.

Barra minn hekk, mill-Artikolu 207 (3) tat-Trattat KE dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 255 (3) jirriżulta li l-Kunsill għandu jipprevedi aċċess akbar għad-dokumenti tiegħu meta jkun qed jaġixxi fil-kapaċità leġislattiva tiegħu. L-istess prinċipju, applikabbli għat-tliet istituzzjonijiet direttament involuti fil-proċess leġislattiv, huwa mniżżel fl-Artikolu 12 (2) tar-Regolament 1049/2001.

10 Matul l-aħħar tliet snin, kull sena kienu magħmulin pubbliċi medja ta' 580 dokument preparatorju, skond l-Artikolu 11 (6) ta' l-Anness II għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill.

11 Is-sommarju ta' kull xahar jista' jiġi kkonsultat fuq il-websajt tal-Kunsill http://www.consilium.europa.eu taħt l-intestatura "Dokumenti" - "Sommarju ta' atti tal-Kunsill".

Page 13: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

12

4. Struzzjonijiet interni, sessjonijiet ta' taħriġ, persunal L-istess bħal fis-snin preċedenti, fl-2007 s-Segretarjat tal-Kunsill wettaq serje ta' sessjonijiet ta' taħriġ12 għall-persunal tal-Kunsill responsabbli mill-produzzjoni ta' dokumenti biex jiffamiljarizzahom mal-proċeduri u l-prattika li jridu jiġu segwiti fir-rigward ta' l-aċċess pubbliku għad-dokumenti. Fl-2007, l-Unità għat-"Trasparenza, aċċess għal dokumenti u informazzjoni lill-pubbliku" tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (DG F) kellha 19-il membru tal-persunal, allokat kif ġej: Aċċess għal dokumenti: 5 persunal AD u 8 AST Informazzjoni għall-pubbliku: 6 persunal AST. The staff of the "Information to the public" section handles the requests for information from members of the public under the Code of good administrative behaviour for the General Secretariat of the Council13. Fl-2007, is-servizz ittratta 8 322 talba għal informazzjoni mill-pubbliku, li minnhom 7 252 intbagħtu bil-posta elettronika u 1 070 intbagħtu b'ittra.

12 B'kollox kienu organizzati tliet sessjonijiet ta' taħriġ matul il-perijodu ta' referenza (fi Frar, Mejju u Settembru 2007); barra

minn hekk f'Ġunju u f'Ottubru 2007 saru laqgħat speċifiċi ta' għoti ta' informazzjoni bejn il-persunal tad-Dipartiment għat-Trasparenza, membri tad-diversi dipartimenti tas-SĠK ikkonċernati u membri tal-korpi preparatorji tal-Kunsill.

13 Deċiżjoni tas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-25 ta' Ġunju 2001 dwar kodiċi ta' mġieba amministrattiva tajba għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-persunal tiegħu fir-relazzjonijiet professjonali tagħhom mal-pubbliku, ĠU C 189, 5.7.2001, p.1.

Page 14: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

13

II. ANALIŻI TA' L-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AĊĊESS Talbiet mill-pubbliku għal aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill huma pproċessati fil-fażi inizjali mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Fil-każ ta' ċaħda totali jew parzjali ta' aċċess mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għad-dokumenti, l-applikant jista' jippreżenta applikazzjoni ta' konferma li titlob lill-istituzzjoni tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha. Fil-każ ta' ċaħda totali jew parzjali ta' applikazzjoni ta' konferma, l-applikant jista' jressaq ilment lill-Ombudsman Ewropew u/jew jibda proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej. L-Anness għal dan ir-rapport jipprovdi l-istatistika dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kunsill għall-aħħar ħames snin (2003 - 2007). Matul il-perijodu ta' referenza l-Kunsill irċieva 1 964 talba mill-pubbliku għall-aċċess għal total ta' 7 809 dokument. In-numru ta' dokumenti żvelati b'mod sħiħ jew parzjalment (wara applikazzjonijiet inizjali jew ta' konferma) laħaq total ta' 9 606 fl-2006. Kif jidher mill-istatistika dwar konsultazzjoni tar-reġistru tad-dokumenti tal-Kunsill fuq l-Internet, ir-reġistru ta' l-Internet qed ikompli jkun għodda ta' riċerka importanti għal ċittadini li jkunu jixtiequ jsegwu mill-qrib l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea. Dan huwa indikat miż-żieda ta' 21 % fin-numru ta' żjarat (numru li żdied għal ħames snin wara xulxin). Professjoni u distribuzzjoni ġeografika ta' l-applikanti L-applikazzjonijiet inizjali ġew prinċipalment minn studenti u riċerkaturi (40 %). Avukati (8,8 %), industriji u negozji u gruppi ta' pressjoni (14,2 %) kienu wkoll minn ta' quddiem fil-lista ta' kategoriji soċjali u professjonali rappreżentati. Peress illi l-applikanti m’humiex mitluba jagħtu l-identità tagħhom jew jipprovdu r-raġunijiet għall-applikazzjonijiet tagħhom, li s-soltu jiġu mibgħuta bil-posta elettronika, il-professjoni ta' proporzjon sinifikattiv minnhom (13,2 %) mhux magħrufa. Il-biċċa l-kbira ta' l-applikazzjonijiet ta' konferma oriġinaw ukoll minn studenti u riċerkaturi (56,2 %). Filwaqt li 18,7 % tat-talbiet ta' konferma għal aċċess fl-2007 kienu ppreżentati mill-ġurnalisti, din il-kategorija fformat biss 2,9 % tat-talbiet fl-istadju inizjali. Dan huwa prinċipalment dovut għall-fatt li r-reġistri tad-dokumenti pubbliċi ta' l-istituzzjonijiet jirrapreżentaw biss wieħed mid-diversi sorsi ta' informazzjoni possibbli għall-istampa. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-ġurnalisti huma prinċipalment interessati fl-aktar aħbarijiet reċenti. M’huwiex għalhekk sorprendenti li l-ftit applikazzjonijiet għal aċċess mill-ġurnalisti ġew prinċipalment mill-qasam tal-ġurnaliżmu investigattiv u kienu għalhekk simili għall-applikazzjonijiet mill-akkademiċi.

Page 15: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

14

Fir-rigward tad-distribuzzjoni ġeografika ta' l-applikanti, il-maġġoranza ta' l-applikazzjonijiet inizjali ġew mill-Belġju (26,4 %), mill-Ġermanja (16 %) u mir-Renju Unit (9,5 %). Applikazzjonijiet li kienu joriġinaw minn pajjiżi barra l-UE rrappreżentaw 8 % tat-total. L-applikazzjonijiet ta' konferma ġew prinċipalment mill-Belġju (37,5 %) u mir-Renju Unit (25 %)14. In-numru relattivament għoli ta' applikazzjonijiet inizjali u ta' konferma li oriġinaw mill-Belġju huwa spjegat mill-fatt li bosta kumpanniji multinazzjonali u kumpanniji legali internazzjonali, kif ukoll numru ta' assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw diversi setturi ekonomiċi u industrijali f'livell Ewropew għandhom il-kwartieri prinċipali tagħhom fi Brussel. Oqsma koperti mill-applikazzjonijiet Fir-rigward ta' l-oqsma koperti mill-applikazzjonijiet, baqa' evidenti l-interess partikolari fil-ġustizzja u l-affarijiet interni (26,7 %)15. F'ordni mill-kbir għaż-żgħir, l-applikazzjonijiet kienu jirrigwardaw dokumenti dwar ir-relazzjonijiet esterni u l-PESK (18,1 %), l-ambjent (8,2 %), l-agrikoltura u s-sajd (6,8 %) u d-difiża u l-affarijiet militari (6 %). L-interess muri mill-applikanti fil-ġustizzja u l-affarijiet interni (26,7 % ta' l-applikazzjonijiet fl-2007 meta mqabbla ma' 24,5 % fl-2006), baqa' relattivament stabbli, filwaqt li l-applikazzjonijiet relatati ma' l-oqsma tal-PESK (18,1 % ta' l-applikazzjonijiet fl-2007 meta mqabbel ma' 14,3 % fl-2006) u l-PESD (6 % fl-2007 meta mqabbla ma' 2,4% fl-2006) żdiedu b'mod rimarkabbli16. Għandu jiġi nnotat, madankollu, li għalkemm in-numru ta' applikazzjonijiet għal aċċess fir-rigward tad-dokumenti leġislattivi "klassiċi", bħal per eżempju dwar is-suq intern, reġa' naqas biex wasal għal 2,9 % fl-2007 (meta mqabbel ma' 16,3 % fl-2004 u 14,2 % fl-2004), dan mhux bilfors ifisser li hemm nuqqas ta' interess min-naħa tal-pubbliku fir-rigward ta' dan il-qasam, iżda huwa aktar dovut għall-fatt li numru konsiderevoli ta' dokumenti leġislattivi huma aċċessibbli permezz tar-reġistru pubbliku tad-dokumenti tal-Kunsill hekk kif dawn ikunu ċċirkolati. Fl-2007, total ta' 108 343 dokument (jiġifieri 67,2 % mill-161 121 prodotti u msemmijin fir-reġistru matul is-sena) ġew diffużi bħala dokumenti pubbliċi b'dan il-mod.

14 Fl-2006, il-biċċa l-kbira ta' l-applikazzjonijiet ta' konferma ġew mir-Renju Unit (22,9 %), mill-Ġermanja (22,8 %) u mill-

Belġju (17,1 %). 15 Din iċ-ċifra ilha tiżdied b'mod kostanti matul dawn l-aħħar tliet snin, minn 20,1 fl-2004 għal 22,5 % fl-2005 u 24,5 % fl-

2006 sakemm laħqet is-26,8 % fl-2007. 16 Mid-dokumenti żvelati kompletament wara applikazzjoni għal aċċess, 24,8 % kienu relatati mal-ġustizzja u l-affarijiet

interni, 18,6 % mal-PESK u 10,5 % mal-PESD. Min-numru totali ta' dokumenti żvelati (totalment jew parzjalment), 26,4 % kkonċernaw il-ġustizzja u l-affarijiet interni, 18,4 % il-PESK u 9,6 % il-PESD.

Page 16: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

15

Numru ta' dokumenti eżaminati u rifjuti għal aċċess Matul il-perijodu ta' referenza, is-Segretarjat Ġenerali eżamina 7 809 dokument, li minnhom 6 123 ġew magħmula disponibbli fl-istadju inizjali (risposta fornuta mis-Segretarjat Ġenerali f'isem il-Kunsill). Saru 18-il applikazzjoni ta' konferma fir-rigward ta' 30 dokument, u bħala riżultat ta' dan il-Kunsill iddeċieda li jiżvela 15-il dokument addizzjonali (6 totalment u 9 parzjalment). Mis-7 809 dokument eżaminat matul il-perijodu ta' referenza, 1 671 għalhekk inċaħdu (il-fażi inizjali u ta' konferma meħudin flimkien), li jikkorrispondu għal perċentwal ta' aċċess ta' 66,7 % (dokumenti mitlubin u żvelati kompletament) jew ta' 78,9 % jekk jittieħed kont ukoll tad-dokumenti li għalihom ingħata aċċess parzjali.

Page 17: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

16

III. APPLIKAZZJONI TA' L-EĊĊEZZJONIJIET GĦAD-DRITT GĦAL AĊĊESS Raġunijiet għal rifjut Fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet inizjali, ir-raġunijiet għal ċaħda invokati l-aktar ta’ spiss kienu l-protezzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, li kienet ir-raġuni għal kważi tnejn minn kull ħamsa taċ-ċaħdiet kollha (38 %), segwita mill-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali (15,1 %), is-sigurtà pubblika (13,3 %) u kwistjonijiet ta' difiża u dawk militari (2,3 %). F’30,2 % tal-każijiet bosta raġunijiet għal rifjut kienu mogħtija: għalhekk il-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika ta' spiss ingħatat flimkien mal-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali 20,4 %, filwaqt li l-protezzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-istituzzjonijiet kienet regolarment imsemmija flimkien mal-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali, inklużi n-negozjati dwar il-kummerċ, it-tkabbir, eċċ (5,4 %). Rigward l-applikazzjonijiet ta' konferma, il-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali ntużat bħala raġuni f'20 % taċ-ċaħdiet fl-2007 (14 % fl-2006), filwaqt li l-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika ntużat f'6,7 % tal-każijiet (37,2 % fl-2006). Fi 33,3 % tal-każijiet, ingħataw diversi raġunijiet differenti għaċ-ċaħdiet, bħall-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika flimkien mal-protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali. Eċċezzjoni speċifika għal parir legali Il-protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u pariri legali (eċċezzjoni prevista fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001) intużat bħala raġuni fil-fażi inizjali f'0,8 % biss miċ-ċaħdiet fl-2007 (2 % fl-2006). Din ma ntużatx affattu fl-istadju ta' konferma matul il-perijodu taħt konsiderazzjoni, filwaqt li kienet ir-raġuni għal 4,6% miċ-ċaħdiet fl-2006. Filwaqt li din l-eċċezzjoni mhix ir-raġuni użata l-aktar ta' spiss għal ċaħda mill-Kunsill, l-importanza tagħha għall-funzjonament tajjeb u l-effettività tal-ħidma ta' l-istituzzjoni għandha xorta waħda tiġi enfasizzata17.

17 Il-prattika hija sa fejn hu possibbli li jingħata aċċess parzjali, skond l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001,

għal dokumenti li fihom opinjonijiet tas-Servizz Legali tal-Kunsill u kontributi mis-Servizz Legali għall-proċedimenti tal-Kunsill u tal-korpi preparatorji tiegħu. Għalhekk il-kontenut fattwali ta' tali dokumenti huwa rilaxxat lill-applikanti, filwaqt li l-kunfidenzjalità ta' l-opinjonijiet legali fiha nnifisha hi protetta.

Page 18: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

17

On the basis of case-law established over several years18, and confirmed in 2004 by the Court of First Instance in its judgment in the Turco case19, the Council considers that the independent advice provided for the Council by the Legal Service allows the Council to ensure that its acts comply with Community law and to pursue the discussion on the legal aspects of a dossier. Jekk il-Kunsill kellu jitlef dak l-istrument, l-effiċenza tal-ħidma tiegħu tkun kompromessa. Huwa għalhekk li huwa fl-interess pubbliku li l-Kunsill għandu jkollu aċċess għal parir legali imparzjali.

18 In this connection, see the order of the Court of First Instance of 3 March 1998 in Case T-610/97 R, Carlsen and others v.

Council, ECR 1998, p. II-485, paragraphs 45 to 47, and its ruling of 8 November 2000 in case T-44/97, Ghignone and others v. Council, ECR 2000, p. II-1023, paragraphs 47 and 48. Din il-każistika kienet ċitata mill-Qorti fl-ordni tagħha tat-23 ta' Ottubru 2002 fil-każ C-445/00, l-Awstrija v. il-Kunsill, paragrafu 12. Council, paragraph 12.

19 See judgment by the Court of First Instance of 23 November 2004 in Case T-84/03 Maurizio Turco v. Council (not yet published in the ECR), paragraphs 62 et seq. This judgement is currently under appeal (Cases C-39/05 P and C-52/05 P).

Page 19: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

18

IV. ŻVILUPPI PRINĊIPALI 1. Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti Meta, f'Novembru 2005, il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi l-hekk imsejħa "Inizjattiva Ewropea dwar it-Trasparenza", hija inkludiet reviżjoni tar-Regolament 1049/2001 bħala waħda minn serje ta' miżuri mmirati lejn aktar żieda tal-ftuħ u t-trasparenza fil-livell Ewropew. B'segwitu għal din id-deċiżjoni, fit-18 ta' April 2007, il-Kummissjoni ppubblikat Green Paper dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti20, li fiha ħadet rendikont tar-regoli eżistenti li jirregolaw id-dritt pubbliku ta' aċċess għad-dokumenti u l-implimentazzjoni tagħhom, filwaqt li ħadet kont debitu tal-ġurisprudenza stabbilita mill-Qorti ta' Prim'Istanza fir-rigward tar-Regolament 1049/2001. Fil-Green Paper, il-Kummissjoni niżżlet xi għażliet biex tittejjeb il-leġislazzjoni, notevolment fir-rigward tat-trasparenza fil-proċess leġislattiv, l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar l-aċċess għad-dokumenti mar-regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali u l-istabbiliment ta' linji gwida li jippermettu lill-istituzzjonijiet biex isibu aktar faċiliment il-bilanċ bejn il-prinċipju tat-trasparenza u l-protezzjoni tad-data personali u/jew bejn it-trasparenza u l-protezzjoni ta' l-interessi kummerċjali u ekonomiċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni għal numru ta' miżuri prattiċi mmirati biex joffru lill-membri tal-pubbliku aċċess aħjar għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE. Il-pubblikazzjoni tal-Green Paper barra minn hekk immarkat it-tnedija ta' konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tar-Regolament 1049/2001. Għal dak il-għan, it-tieni parti tal-Green Paper kien fiha kwestjonarju, li permezz tiegħu l-Kummissjoni ppruvat tiġbor l-opinjonijiet tal-pubbliku dwar ir-reġim biex jinkiseb l-aċċess għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet Ewropej u stiednet liċ-ċittadini, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet oħrajn b'interess fil-kwistjonijiet Ewropej biex jirreaġixxu għall-possibbiltajiet differenti mniżżlin fil-Green Paper.

20 COM (2007) 185 tat-18 ta' April 2007, Green Paper: L-Aċċess tal-Pubbliku għal Dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet

tal-Komunità Ewropea - Reviżjoni

Page 20: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

19

2. Konsultazzjoni Pubblika dwar ir-Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 Matul il-perijodu ta' konsultazzjoni, li dam sal-31 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni rċeviet total ta' wieħed u tmenin kontribut għall-Green Paper, mis-soċjetà ċivili (30), mill-awtoritajiet pubbliċi (25), mil-qasam korporattiv (14), u minn ċittadini individwali (12). L-eżitu tal-konsultazzjoni kien sussegwentement imqassar f'dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikat f'Jannar 200821, li fost l-oħrajn kien fih is-sejbiet li ġejjin: • Il-maġġoranza l-kbira ta' dawk li wieġbu jippreferu kieku r-reġistri pubbliċi u l-websajts ta' l-

istituzzjonijiet ikunu aktar armonizzati u kieku l-aċċess għalihom ikun aktar faċli. • Fir-rigward tal-kwistjoni li jinstab il-bilanċ bejn il-prinċipju tat-trasparenza u l-protezzjoni tad-data

personali u/jew bejn it-trasparenza u l-protezzjoni ta' l-interessi kummerċjali u ekonomiċi, bosta minn dawk li wieġbu, b'mod partikolari l-NGOs u l-ġurnalisti, iddikjaraw li għandha tingħata aktar importanza lill-interess fl-iżvelar. F'dan il-kuntest, l-industrija appellat għal protezzjoni aħjar ta' l-informazzjoni dwar in-negozju.

• Il-possibbiltà ta' l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar l-aċċess għad-dokument kif hemm fir-Regolament

(KE) 1049/2001 mar-regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali mniżżla fir-Regolament 1367/2006 (li jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Århus) kienet appoġġata b'mod wiesa' mill-korpi pubbliċi u minn ċittadini individwali. B'kuntrast, l-NGOs ambjentali kellhom xi preokkupazzjoni dwar il-fatt li tali allinjament jista' jbaxxi l-istandard tat-trasparenza għall-kwistjonijiet ambjentali, filwaqt li l-industriji tal-kimika u dawk tal-bijoteknoloġija kkunsidraw li d-dispożizzjonijiet ta' Århus għandhom jibqgħu "lex specialis" vis-à-vis r-regoli ġenerali dwar l-aċċess pubbliku.

Il-Kummissjoni mistennija tippreżenta proposta għall-emenda tar-Regolament 1049/2001 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill matul it-tieni kwart ta' l-2008.

21 Ara d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SEC (2008) 29/2 tas-16 ta' Jannar 2008: Rapport dwar l-Eżitu tal-

Konsultazzjoni Pubblika dwar ir-Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

Page 21: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

20

3. Kumitat Interistituzzjonali dwar l-Aċċess għal Dokumenti Kumitat Interistituzzjonali biex jeżamina l-aħjar prattika, jindirizza kunflitti possibbli u jiddiskuti żviluppi futuri dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti ġie stabbilit fl-2002 taħt l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Fl-aktar laqgħa reċenti tiegħu fil-livell politiku, li seħħet fit-2 ta' Ottubru 2007, il-Kumitat kellu skambju ta' fehmiet dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 abbażi ta' preżentazzjoni orali mill-Kummissjoni Ewropea. Id-diskussjoni kienet ikkonċentrata fuq is-suġġetti prinċipali, li kienu s-suġġett tal-konsultazzjoni pubblika, u fuq il-ħtieġa li r-reġistri pubbliċi tat-tliet istituzzjonijiet jiġu magħmula aktar faċli biex jintużaw mill-utent, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' portal ta' l-internet komuni. 4. Rapport tal-Presidenza dwar l-implimentazzjoni tal-politika ġenerali dwar it-trasparenza22 F'Ġunju 2006, il-Kunsill Ewropew adotta politika globali dwar it-trasparenza23, li l-aktar elementi importanti tagħha huma l-ftuħ għall-pubbliku tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill taħt il-proċedura tal-ko-deċiżjoni kif ukoll l-organizzazzjoni fuq il-bażi regolari tad-dibattiti pubbliċi dwar kwistjonijiet importanti li jaffetwaw l-interessi ta' l-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha24.

F'Diċembru 2007, il-Presidenza ppreżentat rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-politika globali dwar it-trasparenza u l-valutazzjoni ta' l-impatt tagħha fuq l-effettività tal-ħidma tal-Kunsill25.

22 Għalkemm il-kwistjoni ta' l-aċċess pubbliku għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill mhix fiha nnifisha koperta

mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u lanqas, jekk niġu f'dan, mill-Artikolu 255 tat-Trattat KE, huwa utli li jiġu abbozati l-iżviluppi f'oqsma oħra tat-trasparenza fil-qafas ta' dan ir-rapport.

23 Ara d-dokument 10633/06, p. 23 u 24, kif ukoll ir-rapport annwali tal-Kunsill dwar l-aċċess għad-dokumenti - 2006, p. 17-18.

24 L-Artikolu 8 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ġie emendat għal dan il-għan. Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/683/KE, Euratom tal-15 ta' Settembru 2006 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, ĠU L 285, 16.10.2006, p. 47. Wara deċiżjoni tal-Coreper f'dak ir-rigward, l-organizzazzjoni tad-deliberazzjonijiet u d-dibattiti pubbliċi fil-Kunsill kif previst fil-verżjoni emendata ta' l-Artikolu 8 kienu applikati mill-1 ta' Lulju 2006, jiġifieri saħansitra qabel l-adozzjoni formali tar-Regoli ta' Proċedura emendati mill-Kunsill Affarijiet Ġenerali fil-15 ta' Settembru 2006.

25 Ara d-dokumenti 15827/07 u 15828/07.

Page 22: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

21

Filwaqt li l-miżuri l-ġodda dwar it-trasparenza ma dehrux li kellhom impatt negattiv fuq l-abbiltà tal-ħidma tal-Kunsill li jieħu d-deċiżjonijiet26, l-implimentazzjoni tagħhom, min-naħa l-oħra, kienet wasslet għal żieda konsiderevoli fin-numru tad-deliberazzjonijiet u d-dibattiti pubbliċi27. Barra minn hekk, il-politika globali l-ġdida dwar it-trasparenza kienet ikkontribwiet biex twessa' l-aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill peress li d-dokumenti relatati mal-punti diskussi waqt is-sessjonijiet pubbliċi tal-Kunsill issa huma awtomatikament magħmulin pubbliċi u disponibbli fil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fuq il-websajt ta' l-internet tal-Kunsill28.

26 Ara d-dokument 15828/07, p. 5. 27 Is-sejbiet tar-rapport kienu bbażati fuq data li tikkonċerna l-perijodu mill-1 ta' Lulju 2006 sal-31 ta' Ottubru 2007. Meta

mqabbel mal-perijodu ta' erba' snin preċedenti (mill-1 ta' Lulju 2002 sat-30 ta' Ġunju 2006), fejn l-aċċess għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kien irregolat mill-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Sevilja ('il hekk imsejjaħ "ir-reġim ta' Sevilja"), iż-żieda kienet partikolarment sinifikattiva fir-rigward tan-numru ta' fajls leġislattivi ttrattati bħala punti "B". Kollox ma' kollox 60 % tal-punti "B" leġislattivi eżaminati mill-Kunsill mill-1 ta' Lulju 2006 kienu ttrattati fil-pubbliku, filwaqt li matul il-perijodu preċedenti (minn Lulju 2002 sa Ġunju 2006) 21 % biss ta' dawn il-punti kienu ġew diskussi fil-pubbliku. Barra minn hekk, filwaqt li matul il-perijodu ta' 16-il xahar eżaminat kien hemm total ta' 70 dibattitu pubbliku, inklużi 64 dibattitu dwar kwistjonijiet importanti li jaffettwaw l-interessi ta' l-Unjoni Ewropea u taċ-ċittadini tagħha, matul il-perijodu ta' erba' snin preċedenti kien hemm biss 33 dibattitu ta' dan it-tip.

28 Ara, b'mod partikolari, l-Artikolu 11 (5) ta' l-Anness II għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, ĠU L 285, 16.10.2006, p. 63-64.

Page 23: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

22

V. ILMENTI PPREŻENTATI QUDDIEM L-OMBUDSMAN EWROPEW U L-AZZJONI LEGALI

MEĦUDA A. ILMENT IPPREŻENTAT QUDDIEM L-OMBUDSMAN EWROPEW L-ebda lment ma kien imressaq fir-rigward ta' l-applikazzjoni mill-Kunsill tar-Regolament Nru 1049/2001 fl-2007. It-taqsima li ġejja ta' dan ir-rapport tirreferi fil-qasir għal ilment aktar bikri mressaq fl-2006 u magħluq f'Ġunju 2007. Ilment 386/2006/BM, sottomess lill-Ombudsman fit-8 ta' Frar 2006 Dan l-ilment, li kien diġà eżaminat fir-Rapport Annwali tal-Kunsill li jkopri s-sena 2006, jirrigwarda ċ-ċaħda tal-Kunsill li jagħti aċċess sħiħ għad-dokument 15066/05, li fl-anness fih sommarju tad-deċiżjonijiet meħudin matul it-30 laqgħa tal-Bord Amministrattiv ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) (Trade Marks u Disinji) li saret f'Alikante fit-23 ta' Novembru 2005, u lista ta' kandidati magħżulin għall-kariga ta' President tal-Bordijiet ta' l-Appell. Fl-ilment tiegħu lill-Ombudsman, l-ilmentatur allega li d-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jagħtihx aċċess għar-riżultati tal-proċess ta' l-għażla għall-pożizzjoni ta' President tal-Kmamar ta' l-Appell ta' l-OHIM kienet inġustifikat u nsista li jikseb aċċess għad-dokument filwaqt li jitħalla jidher ismu kull fejn dan jista' jidher u jitneħħew biss l-ismijiet tal-kandidati l-oħrajn fil-lista mqassra. L-ilmentatur sussegwentement informa lill-Ombudsman, li hu jkun lest jaċċetta li, jekk il-Kunsill jagħtih aċċess parzjali għal dokument li fih informazzjoni dwaru, huwa jkun obbligat jipprovdi l-istess aċċess parzjali lil kwalunkwe persuna oħra skond ir-Regolament 1049/2001. F'dan l-isfond, il-Kunsill ikkonsulta mill-ġdid ma' l-OHIM sabiex jiddetermina jekk l-informazzjoni addizzjonali pprovduta lill-Ombudsman mill-ilmentatur tippermettilux jipprovdi aktar informazzjoni, għalkemm din il-kwistjoni proprjament marret lil hinn mill-ambitu ta' l-ilment tiegħu.

Wara din il-konsultazzjoni mill-ġdid, u minħabba li min għamel l-ilment deher interessat l-aktar f'li jkun jaf jekk kienx wieħed mit-tliet kandidati msemmija fid-dokument u kemm kien kiseb voti, il-Kunsill seta' jinforma lil min għamel l-ilment li huwa ma kienx imsemmi fid-dokument. Fil-21 ta' Ġunju 2007, l-Ombudsman għalaq il-każ, fejn ikkunsidra li ma kienx hemm bżonn ta' aktar investigazzjoni dwar l-ilment.

Page 24: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

23

B. AZZJONI LEGALI Deċiżjonijiet mogħtija taħt ir-regoli dwar aċċess għal dokumenti Fl-2007, ingħataw tliet sentenzi mill-Qrati Komunitarji f'każijiet li jikkonċernaw l-aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill. On 1 February 2007, the Court of Justice handed down its judgment in case C-266/05 P (José María Sisón v. Council), which was already dealt with at some length in the Council's previous report on access to documents, to which the reader is therefore referred29. The two remaining rulings of 25 April and 27 November 2007 were given by the Court of First Instance in case T-264/04 (WWF-EPO v. Council) and in joined cases T-3/00 et T-337/04 (Pitsiorlas v. Council and ECB). Judgment of 25 April 2007 in case T-264/04 (WWF-EPO v. Council) Fil-każ T-264/04, l-applikant, il-World Wide Fund for Nature European Policy Programme (WWF-EPO), kien beda l-proċedimenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' April 2004 fejn ċaħditlu l-aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill dwar l-istat tan-negozjati multilaterali dwar "Sostenibbiltà u Kummerċ" li kellhom jitwettqu fil-qafas tad-WTO u l-proċedimenti tal-Kumitat ta' l-Artikolu 133 (Deputati) tad-19 ta' Diċembru 2003. B'appoġġ għall-applikazzjoni tiegħu, id-WWF-EPO kien għamel tliet appelli: L-ewwelnett, huwa kkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill li jiċħad l-aċċess għal nota mill-Kummissjoni lill-Kumitat ta' l-Artikolu 133 tal-Kunsill dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tan-negozjati tad-WTO dwar l-ambjent u l-kummerċ, wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Kankun f'Settembru 2003. L-applikant qal, f'dan ir-rigward, li l-Kunsill kien naqas milli jagħti raġunijiet adegwati għaċ-ċaħda tiegħu li jagħti aċċess għan-nota tal-Kummissjoni, u argumenta, barra minn hekk, li l-Kunsill missu bbilanċja d-dritt taċ-ċittadin għal aċċess ma' l-interess tal-Kunsill li jżomm il-kunfidenzjalità.

29 Ara r-Rapport Annwali tal-Kunsill dwar l-aċċess għad-dokumenti -2006, p. 23-26.

Page 25: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

24

It-tieninett, l-applikant qal li l-Kunsill kien kiser l-Artikolu 4 (6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 meta naqas milli japplika sew il-prinċipju tal-proporzjonalità fil-valutazzjoni tal-possibbiltà ta' żvelar parzjali. It-tielet appell, fejn l-applikant argumenta li kien inkiser l-Artikolu 2 tar-Regolament 1049/2001, kien jikkonsisti fi tliet partijiet, li jallegaw, • l-ewwel, in-nuqqas mill-Kunsill li jagħti aċċess għall-minuti relatati ma' l-ewwel punt fuq l-Aġenda tal-

Kumitat ta' l-Artikolu 133 tad-19 ta' Diċembru 2003 fuq il-bażi li ma kienx hemm minuti ta' dan it-tip, • it-tieni, iċ-ċaħda mill-Kunsill, fin-nuqqas ta' kwalunkwe minuti, li jipprovdi lill-applikant

b'informazzjoni dwar il-kontenut tad-diskussjonijiet tal-punt ta' l-aġenda msemmi hawn fuq f'forma li tista' tiġi disseminata, u

• t-tielet, iċ-ċaħda mill-Kunsill li jagħti aċċess għar-reġistrazzjonijiet ta' dawk li attendew il-laqgħa tal-Kumitat tad-19 ta' Diċembru 2003.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet it-tliet appelli u ċaħdet l-azzjoni fl-intier tagħha. Għalhekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet tal-fehma li, fid-deċiżjoni tiegħu tat-30 ta' April 2004, il-Kunsill kien ta raġunijiet suffiċjenti għaċ-ċaħda tiegħu li jagħti aċċess għan-nota u, it-tieni, ma kienx interpreta ħażin il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' l-eċċezzjonijiet għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti previsti fit-tielet u r-raba' inċiżi ta' l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/200130.

30 Skond il-każistika stabbilita dwar l-aċċess għad-dokumenti, ir-reviżjoni tal-Qorti tal-legalità tad-deċiżjonijiet ta' l-

istituzzjonijiet li jċaħħdu l-aċċess għad-dokumenti abbażi ta' l-eċċezzjonijiet obbligatorji relatati ma' l-interess pubbliku, imniżżlin fl-Artikolu 4 (1) (a) tar-Regolament Nru 1049/2001, għandha tkun limitata għall-ivverifikar ta' jekk kienx hemm konformità mar-regoli proċedurali u mad-dover li jingħataw raġunijiet, ta' jekk il-fatt ingħatawx bi preċiżjoni, u ta' jekk kienx hemm żball evidenti ta' valutazzjoni tal-fatti jew użu ħażin tas-setgħat.

In the present case, the Court found that in considering that disclosure of the Commission's note could have Fil-każ preżenti, il-Qorti skopriet li fil-kunsiderazzjoni tiegħu li l-iżvelar tan-nota tal-Kummissjoni seta' jdgħajjef ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi msemmijin fin-nota kif ukoll l-ispazju għan-negozjati meħtieġ mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha għall-konklużjoni tan-negozjati tad-WTO, il-Kunsill ma wettaq l-ebda żball evidenti ta' valutazzjoni u kellu raġun iqis li l-iżvelar tan-nota kien ikun jinvolvi r-riskju li jipperikola l-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali u l-politika finanzjarja, monetarja u ekonomika tal-Komunità.

Page 26: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

25

Barra minn hekk, peress li l-eċċezzjonijiet in kwistjoni fit-tilwima kienu jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, fil-każ studjat il-Kunsill ma kellux għalfejn jibbilanċja l-protezzjoni ta' l-interess pubbliku ma' l-interess ta' applikant li jikseb aċċess għan-nota, il-pretensjoni ta' l-applikant li l-interess tiegħu f'li jkollu aċċess għan-nota kellu jiġi bbilanċjat ma' l-interess tal-Kunsill f'li ma jiżvelahiex kellha tinċaħad. Fir-rigward tat-tieni appell ta' l-applikant, fejn allega, fis-sustanza, li l-Kunsill kien naqas milli japplika sew il-prinċipju tal-proporzjonalità fil-valutazzjoni ta' jekk żvelar parzjali tan-nota kienx possibbli, il-Qorti kienet tal-fehma li din il-possibbiltà kienet ġiet eżaminata fil-fond mill-Kunsill, li kien ikkonsulta wkoll mal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni skond l-Artikolu 4 (4) tar-Regolament Nru 1049/200131. Minħabba l-karattaru politikament sensittiv tan-negozjati tad-WTO msemmijin hawn fuq, il-Qorti wasslet għall-konklużjoni li l-kontenut kollu tan-nota kellu jitqies bħala sensittiv, u li, meta ċaħad li jagħti lill-applikant aċċess parzjali għal dik in-nota, il-Kunsill ma applikax ħażin l-Artikolu 4 (6) tar-Regolament Nru 1049/2001. Fir-rigward tat-tielet appell ta' l-applikant fejn allega li n-nuqqas tal-Kunsill li jipprovdi aċċess għall-minuti tal-Kumitat 133 (Deputati) u fejn qal li n-nuqqas ta' dawn il-minuti jagħmel l-Artikolu 2 tar-Regolament 1049/2001 nieqes minn kwalunkwe sustanza, il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet tal-fehma li ma setax jiġi konkluż li l-Kunsill kien aġixxa b'mod arbitrarju jew imprevedibbli meta naqas li jipproduċi minuti dwar l-ewwel punt fl-Aġenda tal-Kumitat ta' l-Artikolu 133 tad-19 ta' Diċembru 200332.

31 B'riżultat ta' dan l-eżami, il-Kunsill kien ikkonkluda li tali żvelar parzjali skond l-Artikolu 4 (6) tar-Regolament Nru

1049/2001 ma kienx possibbli peress li l-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 4 (1) (a) ta' dak ir-Regolament kienu japplikaw għan-nota tal-Kummissjoni fl-intier tagħha.

32 Il-Qorti ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li - sabiex tkun rispettata l-ħtieġa tat-trasparenza sottostanti għar-Regolament Nru 1049/2001 - l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom, safejn hu possibbli u b'mod previdibbli u mhux arbitrarju, ifasslu u jżommu dokumentazzjoni relatata ma' l-attivitajiet tagħhom.

Madankollu, fil-każ preżenti, in-natura purament informattiva ta' l-ewwel punt ta' l-aġenda tal-laqgħa tad-19 ta' Diċembru 2003 u l-fatt li ma kien jitlob l-ebda miżura implimentattiva speċifika, jispjegaw għala ma kienx hemm bżonn li jitniżżel fil-minuti u għala l-punt ma kienx reġistrat f'rapport sommarju jew dokument sussegwenti ieħor tal-Kumitat ta' l-Artikolu 133. Ma setax għalhekk jiġi konkluż li l-Kunsill, meta qal li ma kienu jeżistu l-ebda minuti dwar il-punt ta' l-aġenda kkonċernat, kiser id-dritt ta' l-applikant għal aċċess għad-dokumenti mogħti mir-Regolament Nru 1049/2001.

Page 27: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

26

Fir-rigward taċ-ċaħda mill-Kunsill, fin-nuqqas ta' kwalunkwe minuti, li jipprovdi lill-applikant bl-informazzjoni dwar il-kontenut tad-diskussjonijiet tal-punt ta' l-aġenda msemmi hawn fuq f'forma li tista' tiġi disseminata, il-Qorti nnotata li l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001, skond l-Artikolu 2 (3) tiegħu, jestendi biss għal 'kull dokument miżmum minn istituzzjoni, jiġifieri, dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha'. B'konsegwenza, il-Kunsill ma kienx kiser id-dritt ta' l-applikant għal aċċess għad-dokumenti mogħti mir-Regolament Nru 1049/2001 billi ċaħad li jipprovdih bl-informazzjoni dwar il-kontenuti tad-diskussjonijiet relatati ma' l-ewwel punt fl-aġenda tal-laqgħa tad-19 ta' Diċembru 2003, peress li dik l-informazzjoni ma kinetx teżisti fil-forma ta' dokument li seta' jiġi disseminat.

Rigward iċ-ċaħda mill-Kunsill li jagħti aċċess għar-reġistrazzjonijiet tal-Kummissjoni u tad-delegazzjonijiet ta' l-Istati Membri li attendew l-laqgħa tal-Kumitat tad-19 ta' Diċembru 2003, il-Qorti ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li l-applikant ma kienx talab lill-Kunsill jagħtih aċċess għal dawn ir-reġistrazzjonijiet interni meta ppreżenta l-applikazzjoni ta' konferma tiegħu, u l-argumenti ta' l-applikant dwar l-aċċess għal dawk ir-reġistrazzjonijiet ma setgħux għalhekk jiġu aċċettati. Barra minn hekk, anki kieku t-talba ta' l-applikant kienet tinkludi talba għal aċċess għar-reġistrazzjonijiet interni mfassla mill-Kummissjoni u d-delegazzjonijiet ta' l-Istati Membri, il-Kunsill ma setax jikkomunika dawk ir-reġistrazzjonijiet skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li la kienu miżmuma u lanqas irċevuti mill-Kunsill.

Judgment of 27 November 2007 in joined cases T-3/00 and T-337/04 (Pitsiorlas v. Council and ECB)

Fir-rigward tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-każijiet konġunti T-3/00 u T-337/0433, għandu jitfakkar li l-applikant f'dawn il-każijiet talab l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Lulju 1999 u d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Novembru 1999 li ċaħdu l-aċċess għal dokument dwar il-Ftehim ta' Basle/Nyborg dwar ir-rinforz tas-Sistema Monetarja Ewropea kif ukoll kumpens skond l-Artikoli 235 u 288, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE, għal danni li rriżultaw minn dawn iċ-ċaħdiet.

Fis-sentenza tiegħu tas-27 ta' Novembru 2007, il-Qorti tal-Prim'Istanza kkunsidrat li l-BĊE bid-deċiżjoni tiegħu tat-8 ta' Novembru 1999 kien kiser id-dover tiegħu li jagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda tiegħu u minħabba dan id-deċiżjoni ta' ċaħda għandha tiġi annullata. Il-Qorti, madankollu, ċaħdet l-azzjoni għall-annullament fejn kien ikkonċernat il-Kunsill kif ukoll l-azzjoni għad-danni kontra ż-żewġ istituzzjonijiet Komunitarji.

33 It-talba għal aċċess kienet ippreżentata u sussegwentement eżaminata skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 93/731/KE,

ĠU 1993 L 340, 31.12. 1993, p. 43. Għal aktar dettalji dwar l-istadji inizjali tal-proċedimenti, ara wkoll ir-rapport annwali tal-Kunsill dwar l-aċċess għad-dokumenti - 2003, p. 34-35, kif ukoll ir-rapport annwali għas-sena 2004, p. 28-29.

Page 28: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

27

Fid-deċiżjoni tiegħu tat-30 ta' Lulju 1999, il-Kunsill kien qal li d-dokument mitlub kien tfassal mill-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali u għalhekk stieden lill-applikant jibgħat talbietu direttament lill-awtur tad-dokument skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 93/731/KE dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti34. L-applikant, madankollu, qal li l-Kunsill kien kiser "il-prinċipju bażiku tal-liġi Komunitarja li jipprevedi l-aċċess pubbliku għad-dokumenti" kif ukoll l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 93/731/KE u l-Artikolu 253 tat-Trattat KE (nuqqas li jingħataw ir-raġunijiet). Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Prim'Istanza, ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li, bid-deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill la kien kiser id-dritt ta' aċċess u lanqas l-obbligu li jagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, u lanqas, jekk niġu f'dan, il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba u l-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi. Meta, bħal ma hu l-każ hawn, il-Kunsill ma jkollux fil-pussess tiegħu d-dokumenti li jikkorrispondu mat-talba għal aċċess, id-Deċiżjoni 93/731 ma tirrekjedihx li jfittex u jidentifika d-dokumenti rilevanti, lill-awturi rispettivi tagħhom u lil min kien fil-pussess tagħhom sabiex ikun jista' jinforma b'dan lill-persuna li tkun qed titlob aċċess. Fil-każ preżenti, il-Kunsill xorta waħda fittex u rnexxielu jidentifika dokument kopert mit-talba għal aċċess, jiġifieri r-rapport tal-Kumitat tal-Gvernaturi, u ġentilment irrefera lill-applikant lill-BĊE, l-istituzzjoni li kellha fil-pussess tagħha dak id-dokument. Il-Qorti finalment ċaħdet l-azzjoni għal danni kontra l-Kunsill u l-BĊE, fejn qalet li l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex ikun hemm responsabbiltà ekstra-kuntrattwali, fir-rigward ta' l-eżistenza ta' dannu attwali u ċert u rabta diretta kawżali bejn dak id-dannu u l-imġiba llegali allegata tal-konvenuti, ma kinux sodisfatti.

34 Din id-dispożizzjoni, li fiha 'l hekk imsejħa "regola oriġinatur", taqra kif ġej: "Fil-każ fejn id-dokument mitlub kien miktub

minn persuna fiżika jew ġuridika, Stat Membru, istituzzjoni jew korp Komunitarji oħrajn, jew kwalunkwe korp nazzjonali jew internazzjonali ieħor, l-applikazzjoni ma għandhiex tintbagħat lill-Kunsill, iżda direttament lill-awtur." Ir-regola ta' l-oriġinatur kienet abolita mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fit-3 ta' Diċembru 2001, ħlief għal dokumenti ta' terzi li, għalkemm miżmumin mill-istituzzjonijiet, kienu ġew stabbiliti qabel dik id-data. Għal aktar informazzjoni dwar dik il-kwistjoni, ara r-Rapport mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, COM(2004) 45 finali, pp.7-8 u p.14.

Page 29: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

28

VI. KUMMENTI FINALI L-esperjenza tal-Kunsill fl-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2007 fl-2006 tenfasizza l-importanza tar-reġistru pubbliku tiegħu bħala għodda ta' tfittix għal membri tal-pubbliku li jkunu qed jippruvaw iżżommu ruħhom aġġornati ma' l-iżviluppi fil-livell Komunitarju. Kif intqal fl-ewwel parti ta' dan ir-rapport, in-numru ta' utenti individwali tar-reġistru żdied b'22,4 % matul il-

perijodu ta' referenza, filwaqt li n-numru totali taż-żjarat żdied b'21 % (2 078 602 żjara fl-2007 meta mqabbel

ma' 1 722 354 fl-2006); din kienet il-ħames żieda annwali suċċessiva. Hawnhekk għandna niġbdu l-attenzjoni

għall-fatt li 67,2 % tad-dokumenti tal-Kunsill prodotti fl-2007 - jiġifieri 108 343 mill-161 121 dokument

elenkati fir-reġistru - kienu magħmulin direttament aċċessibbli għall-pubbliku hekk kif kienu ċċirkolati. L-

aħħar nett, mill-1 ta' Frar 2004, kwalunkwe dokument ġdid li għalih il-Kunsill ipprovda aċċess parzjali jista'

jiġi kkonsultat online.

Ma għandhiex tkun sorpriża, għalhekk, li wieħed isir jaf li n-numru ta' talbiet għal aċċess fl-2007 kien xi ftit aktar baxx mill-2006, meta jiġi kkunsidrat li t-talbiet għal aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill huma kważi esklussivament relatati ma' dokumenti li huma elenkati iżda mhux direttament aċċessibbli permezz tar-reġistru. Kif ikkonfermat mid-data statistika provduta fl-anness għal dan ir-rapport, aktar minn 50 % tat-talbiet għal aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill li kienu ppreżentati fl-2007 jirreferu għall-oqsma tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, ir-Relazzjonijiet Esterni - PESK jew Kwistjonijiet ta' Difiża u Militari (PESD). Total ta' 811-il dokument tad-dokumenti kkunsidrati (li jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 10 % tad-dokumenti mitlubin fl-2007) kienu klassifikati bħala CONFIDENTIEL UE jew bħala RESTREINT UE; il-proċess ta' spiss ferm ikkumplikat ta' l-analiżi ta' dawn id-dokumenti jirrappreżenta ħidma addizzjonali mhux biss għall-persunal tal-Kunsill li jittratta t-talbiet hekk kif dawn jaslu, iżda anki għall-uffiċjali fid-diversi dipartimenti li pproduċew id-dokumenti li f'bosta każijiet ikollhom jeżaminaw huma stess id-dokumenti mitlubin abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001.

Page 30: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

29

Wara li ntqal dan, minkejja n-natura dejjem aktar kumplessa tad-dossjers li jkunu jridu jiġu eżaminati, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill qed ilaħħaq mal-piż amministrattiv li jirriżulta, filwaqt li jirrispetta l-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Bħala eżempju, fl-2007 ż-żmien meħud biex jiġu pproċessati t-talbiet inizjali kien bħala medja 13-il jum ta' ħidma. Fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet ta' konferma, li huma eżaminati mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Informazzjoni qabel ma jiġu ppreżentati lill-Coreper u lill-Kunsill għall-adozzjoni, il-medja kienet ta' 28 jum ta' ħidma fl-2007, meta mqabbel ma' 24 jum ta' ħidma fl-2006. F'dan ir-rigward, irid jiġi nnotat il-kontribut magħmul mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Informazzjoni għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet ta' konferma. Il-Grupp ta' Ħidma ltaqa' fi 15-il okkażjoni fl-2007. Il-kompiti prinċipali tiegħu jinkludu l-analiżi tad-dokumenti li fir-rigward tagħhom tkun saret applikazzjoni ta' konferma, u l-analiżi u l-finalizzazzjoni ta' abbozzi ta' tweġibiet għat-tali applikazzjonijiet, li f'numru ta' każijiet jittrattaw kwistjonijiet kumplessi relatati mas-sigurtà pubblika, id-difiża u affarijiet militari, jew ir-relazzjonijiet internazzjonali. Ir-rata ta' aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill fl-2007 tbaxxiet meta mqabbel ma' l-2006 (78,9 % fl-2007 meta mqabbel ma' 87,7 % fl-2006). Madankollu, dan għandu jitqies fid-dawl tal-fatt imsemmi hawn fuq li numru konsiderevoli ħafna ta' dokumenti kienu magħmulin direttament aċċessibbli għall-pubbliku permezz tar-reġistru hekk kif kienu ċċirkolati. B'konklużjoni, kemm l-analiżi ta' l-ipproċessar ta' talbiet għal aċċess kif ukoll l-użu mill-pubbliku tar-reġistru ta' dokumenti tal-Kunsill, jissuġġerixxu li l-miri stabbiliti mit-Trattati u mir-Regolament Nru 1049/2001 komplew jiġu milħuqa fl-2006.

Page 31: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

30

Anness għall-ANNESS

STATISTIKA DWAR AĊĊESS PUBBLIKU GĦAD-DOKUMENTI TAL-KUNSILL

1. Numru ta' applikazzjonijiet skond ir-Regolament Nru 1049/2001 2003 2004 2005 2006 2007

2.830 2.160 2.100 2.224 1.964

2. Numru ta' dokumenti mitluba permezz ta' applikazzjonijiet inizjali 2003 2004 2005 2006 2007

12.565 12.907 9.457 11.353 7.809

3. Dokumenti rilaxxati mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fl-istadju inizjali 2003 2004 2005 2006 2007

10.912 10.971 7.535 9.606 6.123 35 parzjalment/total

ment 1.928 8.984

parzjalment/totalment

1.092 9.879

parzjalment/totalment

1.254 6.281

parzjalment/totalment

1.155 8.451

parzjalment/totalment

945 5.178

4. Number of confirmatory applications (confirmatory applications may be made if initial application is refused) 2003 2004 2005 2006 2007

45 35 51 40 18

5. Numru ta' dokumenti kkunsidrati mill-Kunsill wara applikazzjonijiet ta' konferma + numru ta' dokumenti rilaxxati

2003 2004 2005 2006 2007

162 198 253 142 30 64

parzjalment/totalment

42 22

113 parzjalment/totalme

nt 36 77

130 parzjalment/totalm

ent 60 70

99 parzjalment/totalm

ent 53 46

15 parzjalment/tot

alment 9 6

6. Rata ta' dokumenti rilaxxati għall-proċedura fl-intier tagħha36

2003 2004 2005 2006 2007

71,7% 87,4% 77% 85,7% 67,3% 81,2% 76,8% 87,7% 66,7% 78,9%

7. Numru ta' dokumenti msemmija fir-Reġistru pubbliku + numru ta' dokumenti pubbliċi/li jistgħu jitniżżlu

2003 2004 2005 2006 2007

448.236 257.052 (57.3%)

569.372 354.421 (62.2%)

691.410 454.473 (65.7%)

727.685 483.577 (66.4%)

1.010.217 724.338 (71,7%)

35 Abbażi tas-7.775 dokument ikkunsidrat. 36 Abbażi ta' dokumenti rilaxxati totalment (kolonna tax-xellug) jew totalment + parzjalment (kolonna tal-lemin).

Page 32: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

31

8. Profil professjonali ta' l-applikanti (applikazzjonijiet inizjali)

2003 2004 2005 2006 2007

Lobbies Ambjentali

0,9% 0,8%

Gruppi oħra ta' interess

5,3% 4,7%

Settur Industrijali/Kummerċjali

10,3% 7%

Soċjetà ċivili

NGOs

21,4% 21,8% 17,2%

1,1%

17,6%

1,7%

14,2%

Ġurnalisti 2,1% 2,6% 2,3% 2,3% 2,9%

Avukati 13% 10,7% 10,2% 9,1% 8,8% Riċerka Universitarja 24% 25,5

% 31% 32,2%

38,2%

Dinja akkademika Librerija 2,5%

26,5%

2,2%

27,7%

1,3%

32,3%

2,3%

34,5%

1,8% 40%

Awtoritajiet pubbliċi (istituzzjonijiet mhux ta' l-UE, rappreżentanti ta' pajjiżi terzi, eċċ)

8,4% 7,3% 6,2% 6,9% 6,1%

Membri tal-Parlament Ewropew u l-assistenti tagħhom

2,3% 2,1% 2,4% 1,5% 1,3%

Oħrajn 9,3% 10,4% 12,6% 14,5% 13,3%

Oriġini professjonali mhux iddikjarata 17% 17,4% 16,8% 13,6% 13,2%

Page 33: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

32

9. Profil professjonali ta' l-applikanti (applikazzjonijiet ta' konferma)

2003 2004 2005 2006 2007

Lobbies Ambjentali

0% 0%

Gruppi oħra ta' interess

8,6% 0%

Settur Industrijali/Kummerċjali

0% 0%

Soċjetà ċivili

NGOs

7,9% 10,4% 9,4%

0%

8,6%

0%

0%

Ġurnalisti 5,3% 6,9% 6,3% 5,7% 18,7%

Avukati 23,7% 17,2% 9,4% 11,4% 12,5% Riċerka Universitarja

34,2% 34,5% 28,1% 51,4% 50% Dinja

akkademika Librerija 0%

34,2%

0%

34,5%

0%

28,1%

2,9%

54,3%

6,2%

56,2%

Awtoritajiet pubbliċi (istituzzjonijiet mhux ta' l-UE, rappreżentanti ta' pajjiżi terzi, eċċ)

2,6% 0% 3,1% 0% 6,3%

Membri tal-Parlament Ewropew u l-assistenti tagħhom

10,5% 10,4% 3,1% 0% 0%

Oħrajn 2,6% 10,3% 15,6% 11,4% 6,3%

Oriġini professjonali mhux iddikjarata 13,2% 10,3% 25% 8,6% 0%

Page 34: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

33

10. Distribuzzjoni ġeografika ta' l-applikanti (applikazzjonijiet inizjali)

2003 2004 2005 2006 2007

il-Belġju 24,7% 27,1% 27,5% 26,2% 26,4%

il-Bulgarija 0,2% 0,1% 0,4% 0,6% 0,1% ir-Repubblika Ċeka 0,5% 0,9% 0,9% 1% 1,4% id-Danimarka 1,9% 1,7% 1,2% 1,3% 1,1%

il-Ġermanja 14,1% 14% 12,9% 15,5% 16% l-Estonja 0,1% 0,1% 0,1% 0,4% 0% il-Greċja 0,9% 1% 1,2% 1,3% 1,3%

Spanja 6,4% 4,8% 5,3% 5,7% 5%

Franza 6,1% 6,7% 7,7% 8,1% 7,1%

l-Irlanda 1,1% 0,8% 1% 0,9% 0,6%

l-Italja 5,2% 6,9% 6,9% 6,6% 6% Ċipru 0,3% 0,3% 0,1% 0,3% 0,3% il-Latvja 0% 0,1% 0,1% 0,2% 0% il-Litwanja 0,3% 0,3% 0,4% 0,4% 0,1% il-Lussemburgu 2% 0,8% 0,6% 0,7% 1% l-Ungerija 0,8% 0,6% 0,9% 0,5% 0,7% Malta 0,2% 0,3% 0,2% 0,2% 0,3% l-Olanda 4,9% 5,5% 7% 6% 5,8%

l-Awstrija 2% 1,7% 2% 1,6% 1,7% il-Polonja 1,5% 1,2% 1,4% 1,5% 1,5% il-Portugall 1,5% 0,5% 1% 1,2% 0,9%

ir-Rumanija 0% 0,1% 0,2% 0,7% 1,1%

is-Slovenja 0,4% 0,3% 0,2% 0,4% 0,4% is-Slovakkja 0,2% 0,4% 0,3% 0,3% 0,3% il-Finlandja 0,8% 0,4% 0,4% 0,5% 0,8%

l-Isvezja 1,3% 1,8% 1,8% 1,6% 1,8%

ir-Renju Unit 9,6% 8% 8% 7,9% 9,5%

Pajjiżi kandidati 0,3% 0,3% 1,3% 1,7% 1%

Pajjiżi terzi

Oħrajn 5,1% 6,7% 6,7% 6,8% 7%

Mhux speċifikat

7,9%

7,2% 3,2% 1,8% 0,8%

Page 35: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

34

11. Distribuzzjoni ġeografika ta' l-applikanti (applikazzjonijiet ta' konferma)

2003 2004 2005 2006 2007

il-Belġju 26,3% 48,3% 28,1% 17,1% 37,5%

il-Bulgarija 0% 0% 0% 0% 0%

ir-Repubblika Ċeka 0% 0% 0% 0% 6,3% id-Danimarka 0% 3,5% 0% 0% 0%

il-Ġermanja 15,8% 3,5% 12,5% 22,8% 6,2% l-Estonja 0% 0% 0% 0% 0% il-Greċja 0% 0% 0% 0% 0%

Spanja 0% 3,4% 3,1% 0% 0%

Franza 5,3% 0% 3,1% 5,7% 6,2%

l-Irlanda 0% 0% 0% 0% 0%

l-Italja 0% 10,3% 9,4% 8,6% 6,2% Ċipru 0% 0% 3,1% 0% 0% il-Latvja 0% 0% 0% 0% 0% il-Litwanja 0% 0% 0% 0% 0% il-Lussemburgu 0% 0% 0% 0% 0% l-Ungerija 0% 0% 0% 2,9% 0% Malta 0% 0% 0% 0% 0% l-Olanda 29% 6,9% 9,4% 8,6% 6,3%

l-Awstrija 0% 0% 6,3% 0% 0% il-Polonja 2,6% 0% 0% 2,9% 0% il-Portugall 0% 0% 0% 0% 0%

ir-Rumanija 0% 0% 0% 0% 0%

is-Slovenja 0% 0% 0% 0% 0% is-Slovakkja 0% 0% 0% 0% 6,3% il-Finlandja 0% 0% 0% 0% 0%

l-Isvezja 0% 0% 3,1% 2,8% 0%

ir-Renju Unit 18,4% 20,7% 18,8% 22,9% 25%

Pajjiżi kandidati 0% 0% 0% 0% 0%

Pajjiżi terzi

Oħrajn 2,6% 3,4% 3,1% 5,7% 0%

Mhux speċifikat 0% 0% 0% 0% 0%

Page 36: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

35

12. Settur

2003 2004 2005 2006 2007

Agrikoltura, Sajd 4,7% 4,6% 4,2% 5,9% 6,8%

Suq Intern 16,3% 14,2% 6,2% 4,6% 2,9%

Riċerka 0,1% 0,3% 0,3% 0,6% 0,4%

Kultura 0,5% 0,2% 0,5% 1,1% 0,5%

Edukazzjoni/Żgħażagħ 0,8% 1,4% 0,7% 1,2% 1,1%

Industrija 0,5% 0,4% 0,4% 0,3% 0,3%

Kompetittività 0,2% 2,2% 5,3% 5,8% 1,1%

Enerġija 2,9% 1,4% 1,6% 1,1% 2,1%

Trasport 4,4% 4,9% 5,3% 3,8% 3%

Ambjent 5,2% 6,8% 7,7% 6,6% 8,2%

Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumatur

4% 4,3% 3,1% 2,3% 2,1%

Politika Ekonomika u Monetarja 9,1% 3,3% 2,9% 2,6% 2,2%

Kwistjonijiet ta' Taxxa - Kwistjonijiet Fiskali 6% 3,2% 4,4% 2,5% 2,4%

Relazzjonijiet Esterni - PESK 9,1% 14,6% 12,8% 14,3% 18,1%

Protezzjoni Ċivili 0% 0,3% 0,1% 0,1% 0,6%

Tkabbir 2,4% 1,8% 2,2% 1,8% 1%

Difiża u Materji Militari 0,7% 2,9% 2,5% 2,4% 6%

Assistenza għall-Iżvilupp 0,2% 0,3% 0,7% 0,7% 0,2%

Politika Reġjonali u Koeżjoni Ekonomika/Soċjali 0,1% 0% 0,9% 1,2% 0,1%

Politika Soċjali 3,5% 2,7% 3% 2,9% 1,9%

Ġustizzja u Affarijiet Interni 22% 20,1% 22,5% 24,5% 26,7%

Kwistjonijiet legali 1,6% 2,5% 3,5% 3,8% 3,5%

Funzjonament ta' l-istituzzjonijiet 1,2% 1,5% 1,3% 1,7% 1,1%

Finanzjament ta' l-Unjoni (Baġit, Statut)

1% 0,3% 0,2% 0,6% 0,2%

Trasparenza 0,8% 0,9% 0,3% 0,6% 0,3%

Kwistjonijiet ta' politika ġenerali 1,2% 1,7% 1% 1% 0,4%

Kwistjonijiet Parlamentari 1,1% 2,9% 5,4% 5,5% 5,4%

Various 0% 0,3% 0,4% 0,4% 0,4%

Page 37: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

36

2003 2004 2005 2006 2007

# % # % # % # % # %

Protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika

270 16% 440 21% 302 15,8% 253 17,1% 219 13,3%

Protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tad-difiża u materji militari

62 3,8% 218 11% 123 6,4% 67 4,5% 38 2,3%

Protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali

482 28,7% 330 16,2% 395 20,6% 182 12,3% 249 15,1%

Protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Komunità jew ta' Stat Membru

13 0,7% 21 1,1% 16 0,8% 1 0,1% 0 0%

Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità ta' l-individwu (protezzjoni tad-data personali)

5 0,3% 13 0,7% 4 0,2% 5 0,3% 4 0,2%

Protezzjoni ta' l-interessi kummerċjali ta' persuna fiżika jew ġuridika, inkluża l-proprjetà intellettwali

0 0% 1 0% 0 0% 0 0% 1 0,1%

Protezzjoni tal-proċedimenti tal-qorti u tal-parir legali 185 10,9% 196 8,8% 34 1,8% 29 2% 14 0,8%

Protezzjoni tal-fini ta' spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki

0 0% 0 0% 1 0% 4 0,3% 0 0%

Protezzjoni tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta' l-Istituzzjoni

547 31,2% 665 33,3% 925 48,3% 637 43,2% 627 38%

Diversi raġunijiet flimkien jew raġunijiet oħrajn

141 8,4% 158 7,8% 116 6,1% 298 20,2% 498 30,2%

Dokument mhux miżmum mill-Kunsill/Awtur ieħor 0 0% 1 0,1% 0 0% 0 0% 0 0%

13. Raġunijiet għal rifjut ta' aċċess (tweġibiet ipprovduti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fl-istadju inizjali)

Page 38: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

37

14. Raġunijiet għal rifjut ta' aċċess (tweġibiet ipprovduti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill wara applikazzjonijiet ta' konferma)

2003 2004 2005 2006 2007

# % # % # % # % # %

Protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika

4 4% 24 27% 61 49,6% 16 37,2% 1 6,7%

Protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tad-difiża u materji militari

2 2% 22 25,9% 7 5,7% 7 16,3% 0 0%

Protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali

61 61,6% 19 21,2% 25 20,3% 6 14% 3 20%

Protezzjoni ta' l-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Komunità jew ta' Stat Membru

7 7,1% 0 0% 0 0% 0 0% 0 0%

Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità ta' l-individwu (protezzjoni tad-data personali)

0 0% 0 0% 0 0% 0 0% 0 0%

Protezzjoni ta' l-interessi kummerċjali ta' persuna fiżika jew ġuridika, inkluża l-proprjetà intellettwali

0 0% 0 0% 0 0% 0 0% 0 0%

Protezzjoni tal-proċedimenti tal-qorti u tal-parir legali 7 7,1% 4 4,7% 0 0% 2 4,6% 0 0%

Protezzjoni tal-fini ta' spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki

0 0% 0 0% 0 0% 0 0% 0 0%

Protezzjoni tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta' l-Istituzzjoni

14 14,2% 10 11,8% 14 11,4% 3 7% 0 0%

Diversi raġunijiet flimkien jew raġunijiet oħrajn 4 4% 8 9,4% 16 13% 9 20,9% 11 73,3%

Dokument mhux miżmum mill-Kunsill/awtur ieħor 0 0% 0 0% 0 0% 0 0% 0 0%

Page 39: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

38

15. Average number of working days to reply to an application or to a complaint made to the European Ombudsman

2003 2004 2005 2006 2007

Għall-applikazzjonijiet inizjali 7 (2830 appl. magħluqa)

9 (2160 appl. magħluqa)

13 (2100 appl.

magħluqa)

14 (2224 appl.

magħluqa)

13 (1964 appl.

magħluqa)

Għall-applikazzjonijiet ta' konferma37

23 (45 appl. magħluqa)

24 (35 appl. magħluqa)

26 (51 appl. magħluqa)

24 (40 appl. magħluqa)

28 (18 appl. magħluqa)

Medja ponderata (inizjali + ta' konferma) 7,25 9,24 13,31 14,17 13,14

Ombudsman1 46 36 38 57

16 Number of applications with prolonged deadline in conformity with Art. 7(3) and 8(2) of Regulation (EC) No 1049/2001

2003 2004 2005 2006 2007

Applikazzjonijiet inizjali

134 minn 2830, jiġifieri

4,7% ta' l-applikazzjonij

iet

192 minn 2160, jiġifieri

8,8% ta' l-applikazzjonij

iet

327 minn 2100, jiġifieri 15,6% ta' l-

applikazzjonijiet

414 minn 2224, jiġifieri 18,6% ta' l-

applikazzjonijiet

386 minn 1964, jiġifieri 19,7% ta' l-

applikazzjonijiet

Applikazzjonijiet ta' konferma1 37 [minn 45] 24 [minn 35] 40 [minn 51] 32 [minn 40] 14 [minn 18]

37 Applikazzjonijiet ta' konferma u lmenti magħmula lill-Ombudsman Ewropew jiġu eżaminati mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-

Informazzjoni tal-Kunsill u mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Parti 2). Tweġibiet lill-applikanti u lill-Ombudsman Ewropew huma adottati mill-Kunsill.

Page 40: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea Rapport Annwali tal-Kunsill dwar l-aċċess għal dokumenti – 2007 2008 — 38 p. — 21 x 29,7 ƒm ISBN 978-92-824-2321-9 ISSN 1830-4095 QC-AF-08-001-MT-C

Page 41: dwar l-aċċess ghal dokumenti - 200 · The register allows access to the full text of a large number of documents which, pursuant to Article 11 of Annex II to the Council's Rules

R S / 11 / 2 0 0 8

ISSN 1830-4095

QC

-AF

-08

-00

1-M

T-C

APRIL 2008

Rapport Annwali tal-Kunsilldwar l-aċċess ghal dokumenti - 2007

KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEASEGRETARJAT GENERALI DGF