ksu pożizzjoni dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa...

3
Po ż izzjoni tal-Kunsill Studenti Universitarji dwar il-Ka ċċ a fir- Rebbieg ħ a Il-Kunsill Studenti Universitarji kategorikament jiddikjara l- pożizzjoni tiegħu: li d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar Qafas biex tiġi permessa Deroga li tiftaħ l-istaġun tal-Kaċċa tal- Gamiem u tas-Summien fir-Rebbiegħa M’GĦANDHOMX jibqgħu fis-seħħ. Ir-raġuni ewlenija għalfejn il-Kunsill hu kontra: Jekk fuq in-naħa l-waħda tal-miżien wieħed qiegħed ipoġġi passatemp legali u fuq in-naħa l-oħra s-sostenibbilta` fis-sens wiesgħa tagħha, u dan il-passatemp qiegħed ikun ta’ detriment serju fuq din tal- aħħar, il-bon sens jgħidlek li din is-sitwazzjoni ma tistax tkompli. Wieħed jasal biex jieħu miżuri li jtaffu il-qerda mgħaġġla tal-ispeċi mhux b’mibgħeda lejn il-kaċċatur iżda b’imħabba lejn il-konservazzjoni tal-ispeċi. F’dan il-każ wieħed mhux qed jitkellem fuq id-dritt fundamentali, eżawrit u inekwivoku, għaliex dan ma jista’ qatt ikun abolit. Għalfejn dan il-passatemp jikkontrobatti s-sostenibbilta`? (i) Għaliex il- qtil ta’ għasafar li jkunu sejrin lura lejn l-Ewropa mill-Afrika biex ibejtu qed ikompli jipperikola serjament it-tkattir naturali tal-ispeċi - saħansitra n-numru ta’ Gamiem fl-Ewropa naqas b’mod allarmanti. Wieħed għandu jagħmel użu mill-kliem “ikompli jipperikola” għaliex il-kaċċa waħedha ma tirriflettix it-tnaqqis fin-numru ta’ Gamiem u Summien – wieħed irid jikkonsidra wkoll l-agrikoltura li tikkawża ħsara kbira. (ii) Għaliex, għalkemm mhux neċessarjament argument korollarju, uħud qed jinqdew bil-kaċċa fir-rebbiegħa bħala paraventu biex warajh jinħeba l-qtil illegali ta’ speċi protetti. Din id-deċiżjoni ttieħdet b’maġġoranza sempliċi tal-voti preżenti nhar is-26 ta’ Frar 2015 fil-Kummissjoni għall-Politika Soċjali wara proċess demokratiku mħejji mill-istess Uffiċju għall-Politika Soċjali. Lura f’Ottubru 2014 l-Uffiċju sejjaħ dibattitu bejn rappreżentanti tal-partiti politiċi, ta’ BirdLife Malta u tal-għaqda Kaċċaturi San Ubertu rispettivament. Nhar l-4 ta’ Frar 2015 l-Uffiċju organizza Assemblea fejn ingħatat opportunita’ lil kull student biex isemma’ leħnu u jesprimi l-konvinzjonijiet tiegħu/ha. Sussegwentement ġie miftuħ Opinion Poll għall-istudenti kollha. Filwaqt li wieħed għandu jżomm f’moħħu marġini ta’ żball, ir-riżultat ta indikazzjoni li l-korp studentesk hu kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa (vide Appendiċi I). Fid-dawl ta’ dan kollu, il- Kummissjoni, liema membri huma dawk l-għaqdiet studenteski approvati mis-Senat tal-Universita’, dehrilha li għandha tieħu pożizzjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Effetivament din għalhekk hija l-pożizzjoni

Upload: tranlien

Post on 25-Mar-2018

265 views

Category:

Documents


6 download

TRANSCRIPT

Page 1: KSU Pożizzjoni dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa MT3c3dbeaf6f6c49f4b9f4-a655c0f6dcd98e765a68760c407565ae.r86.cf3.rackcdn.com/...Microsoft Word - KSU_Pożizzjoni dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa_MT.docx

 

Poż izzjoni tal-Kunsil l Studenti Universitarj i dwar i l-Kaċċa fir-Rebbiegħa Il-Kunsill Studenti Universitarji kategorikament jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu: li d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar Qafas biex tiġi permessa Deroga li tiftaħ l-istaġun tal-Kaċċa tal-Gamiem u tas-Summien fir-Rebbiegħa M’GĦANDHOMX jibqgħu fis-seħħ. Ir-raġuni ewlenija għalfejn il-Kunsill hu kontra:

Jekk fuq in-naħa l-waħda tal-miżien wieħed qiegħed ipoġġi passatemp legali u fuq in-naħa l-oħra s-sostenibbilta` fis-sens wiesgħa tagħha, u dan il-passatemp qiegħed ikun ta’ detriment serju fuq din tal-aħħar, il-bon sens jgħidlek li din is-sitwazzjoni ma tistax tkompli. Wieħed jasal biex jieħu miżuri li jtaffu il-qerda mgħaġġla tal-ispeċi mhux b’mibgħeda lejn il-kaċċatur iżda b’imħabba lejn il-konservazzjoni tal-ispeċi. F’dan il-każ wieħed mhux qed jitkellem fuq id-dritt fundamentali, eżawrit u inekwivoku, għaliex dan ma jista’ qatt ikun abolit.

Għalfejn dan il-passatemp jikkontrobatti s-sostenibbilta`? (i) Għaliex il-qtil ta’ għasafar li jkunu sejrin lura lejn l-Ewropa mill-Afrika biex ibejtu qed ikompli jipperikola serjament it-tkattir naturali tal-ispeċi - saħansitra n-numru ta’ Gamiem fl-Ewropa naqas b’mod allarmanti. Wieħed għandu jagħmel użu mill-kliem “ikompli jipperikola” għaliex il-kaċċa waħedha ma tirriflettix it-tnaqqis fin-numru ta’ Gamiem u Summien – wieħed irid jikkonsidra wkoll l-agrikoltura li tikkawża ħsara kbira. (ii) Għaliex, għalkemm mhux neċessarjament argument korollarju, uħud qed jinqdew bil-kaċċa fir-rebbiegħa bħala paraventu biex warajh jinħeba l-qtil illegali ta’ speċi protetti.

Din id-deċiżjoni ttieħdet b’maġġoranza sempliċi tal-voti preżenti nhar is-26 ta’ Frar 2015 fil-Kummissjoni għall-Politika Soċjali wara proċess demokratiku mħejji mill-istess Uffiċju għall-Politika Soċjali. Lura f’Ottubru 2014 l-Uffiċju sejjaħ dibattitu bejn rappreżentanti tal-partiti politiċi, ta’ BirdLife Malta u tal-għaqda Kaċċaturi San Ubertu rispettivament. Nhar l-4 ta’ Frar 2015 l-Uffiċju organizza Assemblea fejn ingħatat opportunita’ lil kull student biex isemma’ leħnu u jesprimi l-konvinzjonijiet tiegħu/ha. Sussegwentement ġie miftuħ Opinion Poll għall-istudenti kollha. Filwaqt li wieħed għandu jżomm f’moħħu marġini ta’ żball, ir-riżultat ta indikazzjoni li l-korp studentesk hu kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa (vide Appendiċi I). Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kummissjoni, liema membri huma dawk l-għaqdiet studenteski approvati mis-Senat tal-Universita’, dehrilha li għandha tieħu pożizzjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Effetivament din għalhekk hija l-pożizzjoni

Page 2: KSU Pożizzjoni dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa MT3c3dbeaf6f6c49f4b9f4-a655c0f6dcd98e765a68760c407565ae.r86.cf3.rackcdn.com/...Microsoft Word - KSU_Pożizzjoni dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa_MT.docx

 

tal-Kunsill Studenti Universitarji. Il-Kunsill madankollu jidhirlu li l-pożizzjoni komunikata hawnhekk għandha tagħti wkoll ġieħ lill-opinjoni tal-minoranza. Dawn tal-aħħar jemmnu li d-dritt għal deroga fir-rebbiegħa huwa rikonoxxut mill-Qrati tal-Unjoni Ewropea u għalhekk m’għandux jiġi revokat. L-Uffiċju għall-Politika Soċjali jisħaq li għandu jkun il-vuċi tal-istudent filwaqt li jkompli jħeġġeġ id-diskussjoni. Punti li wieħed għandu jikkjarifika: 1. Il-Kunsill hu tal-fehma li l-mistoqijsa tar-Referendum tista’ tkun waħda ambigwa għal min m’għandux bażi legali. Jemmen li għarfien sempliċi tal-implikazzjonijiet tal-mistoqsija għandhom jaslu għand kulħadd. 2. Il-kampanja qed tisfa vittma ta’ tgħawwiġ tal-fatti, nofs veritajiet u kwotazzjonijiet barra mill-kuntest. Il-Kunsill jappella biex il-pubbliku jiżen u jevalwa rapporti u statistika li għandhom awtorita`. 3. Il-Kunsill iħeġġeġ lill-elettorat, b’mod speċjali l-istudenti, biex joħroġu jivvotaw nhar il-11 ta’ April 2015. 4. Iħeġġeġ lill-politiċi biex jabbandunaw l-espedjenza politika li tħares biss lejn voti u minflok ikunu l-protagonisti ta’ diskussjoni oġġettiva.

Page 3: KSU Pożizzjoni dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa MT3c3dbeaf6f6c49f4b9f4-a655c0f6dcd98e765a68760c407565ae.r86.cf3.rackcdn.com/...Microsoft Word - KSU_Pożizzjoni dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa_MT.docx

 

Appendiċ i I