linji gwida dwar id-dikjarazzjoni tar-raba fis-sistema ta

10
Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Luqa Road, Qormi QRM 9075, Malta t: +356 2292 6148 f: +356 2292 6161 e: [email protected] w: www.arpa.gov.mt Linji Gwida dwar id-Dikjarazzjoni tar-rabafis-Sistema taIdentifikazzjoni taĦbula Agrikoli (LPIS) Kif għandhom jiġu iddikjarati l-għelieqi fis-sistema ta’ Identifikazzjoni taĦbula Agrikoli (LPIS)? 1. L’hekk imsejjħa “reġistrazzjoni” tar-rabafis-sistema ta’ Identifikazzjoni ta’ Ħbula Agrikoli (LPIS) issir permezz tadikjarzzajoni min bdiewa li qed jaħdmu l-art u li jridu jibbenifikaw min għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropeja. 2. Mis-sena 2014 il-quddiem, l-istess dikjarazzjoni tar-rabaser isservi ukoll għad- Direttorat tal-Agrikoltura sabiex ikun jista jikkontrolla l-użu tan-nitrati fuq uċuħ agrikoli, kif inhu mitlub mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropeja. L-elieqi tal-bdiewa li diġa’ applikaw għas-sussidju ser jitniżżlu awtomatikament f’dan ir-reġistru iżda dawn huma mitluba li jiddikjaraw ukoll dawk l-għelieqi li fuqhom ma jkunux applikaw għas-sussidji. Il-bdiewa li ma humiex benefiċċjarji huma obbligati li jiddikjaraw f’din is-sistema l- għelieqi li qed jaħdmu. 3. Din id-dikkjarazzjoni tar-rabahija valida għall-tlett snin biss, sakemm ma jsirx tiġdid jew talba għas-sussidju. Dan ifisser li-wara it-tielet sena l-għelieqi ma jibqgħux marbuta mal-bidwi li jkun iddikjarhom fl-ewwel sena. F’kas li l-bdiewa għandhom għelieqi irreġistrati fis-sistema LPIS pero’ ma japplikawx għas-sussidju, huma ukoll obbligati li jikkonfermaw id-dikjarazzjoni tahom kull tlett snin fl-uffiċċju tal-Aġenzija għall- Pagamenti Agrikoli u Rurali ġewwa Ta’ Qali jew Xewkija Għawdex. Tajjeb li wieħed jiftakar li l-bidwi rreġistrat fis-sistema LPIS jinżamm responsabbli għal ksur tal-liġijiet applikabli anke jekk l-għalqa tiġi trasferita lil terzi mingħajr ma jsir it-tibdil fis-sistema. 4. Din id-dikkjarazzjoni tar-raba’ ma tagħti l-ebda titolu legali fuq propjeta’, dritt ta’ passaġġ jew drittijiet oħra. L- Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali li tamministra s-sistema tal-LPIS ma tiddeterminax l-għotja tas-sussidju tagħha abbażi ta’ sid

Upload: others

Post on 01-Aug-2022

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Linji Gwida dwar id-Dikjarazzjoni tar-raba fis-Sistema ta

Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Luqa Road, Qormi QRM 9075, Malta

t: +356 2292 6148 f: +356 2292 6161 e: [email protected] w: www.arpa.gov.mt

Linji Gwida dwar id-Dikjarazzjoni tar-raba’ fis-Sistema ta’

Identifikazzjoni ta’ Ħbula Agrikoli (LPIS)

Kif għandhom jiġu iddikjarati l-għelieqi fis-sistema ta’ Identifikazzjoni ta’

Ħbula Agrikoli (LPIS)?

1. L’hekk imsejjħa “reġistrazzjoni” tar-raba’ fis-sistema ta’ Identifikazzjoni ta’ Ħbula

Agrikoli (LPIS) issir permezz ta’ dikjarzzajoni min bdiewa li qed jaħdmu l-art u li jridu

jibbenifikaw min għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropeja.

2. Mis-sena 2014 il-quddiem, l-istess dikjarazzjoni tar-raba’ ser isservi ukoll għad-

Direttorat tal-Agrikoltura sabiex ikun jista jikkontrolla l-użu tan-nitrati fuq uċuħ agrikoli,

kif inhu mitlub mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropeja. L-għelieqi tal-bdiewa li diġa’

applikaw għas-sussidju ser jitniżżlu awtomatikament f’dan ir-reġistru iżda dawn huma

mitluba li jiddikjaraw ukoll dawk l-għelieqi li fuqhom ma jkunux applikaw għas-sussidji.

Il-bdiewa li ma humiex benefiċċjarji huma obbligati li jiddikjaraw f’din is-sistema l-

għelieqi li qed jaħdmu.

3. Din id-dikkjarazzjoni tar-raba’ hija valida għall-tlett snin biss, sakemm ma jsirx tiġdid

jew talba għas-sussidju. Dan ifisser li-wara it-tielet sena l-għelieqi ma jibqgħux marbuta

mal-bidwi li jkun iddikjarhom fl-ewwel sena. F’kas li l-bdiewa għandhom għelieqi

irreġistrati fis-sistema LPIS pero’ ma japplikawx għas-sussidju, huma ukoll obbligati li

jikkonfermaw id-dikjarazzjoni tagħhom kull tlett snin fl-uffiċċju tal-Aġenzija għall-

Pagamenti Agrikoli u Rurali ġewwa Ta’ Qali jew Xewkija Għawdex. Tajjeb li wieħed

jiftakar li l-bidwi rreġistrat fis-sistema LPIS jinżamm responsabbli għal ksur tal-liġijiet

applikabli anke jekk l-għalqa tiġi trasferita lil terzi mingħajr ma jsir it-tibdil fis-sistema.

4. Din id-dikkjarazzjoni tar-raba’ ma tagħti l-ebda titolu legali fuq propjeta’, dritt ta’

passaġġ jew drittijiet oħra. L- Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali li tamministra

s-sistema tal-LPIS ma tiddeterminax l-għotja tas-sussidju tagħha abbażi ta’ sid

Page 2: Linji Gwida dwar id-Dikjarazzjoni tar-raba fis-Sistema ta

Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Luqa Road, Qormi QRM 9075, Malta

t: +356 2292 6148 f: +356 2292 6161 e: [email protected] w: www.arpa.gov.mt

il-propjeta, dritt ta’ qbiela jew kirja u ma toħloqx jew tiċċertifika kwalsiasi titolu simili bis-

sempliċi inklużjoni ta’ l-għalqa fis-sistema tal-LPIS.

5. Il-qsami tar-raba’ iddikjarati fis-sistema ta’ Identifikazzjoni ta’ Ħbula Agrikoli (LPIS)

għandhom ikunu stabbli u li jidhru b’mod ċar fil-post u min fuq ir-ritratti meħuda bl-

ajruplan jew mis-satellita. Dan ir-rekkwiżit huwa importanti sabiex l-erja illi il-bidwi qed

jaħdem u li jista’ jitlob għajnuna finanzjarja fuqhom taħt diversi skemi tal-Politika

Agrikola Komuni (PAK) ikunu jistgħu jitkejjlu b’ċertezza u mingħajr l-ebda dubbju.

Gwida ta’ kif għandha issir id-diviżjoni tar-raba’ iddikjarati fis-sistema ta’ Identifikazzjoni ta’ Ħbula Agrikoli (LPIS)

1 Id-diviżjoni ta’ l-art fis-sistema LPIS tista issir biss f’każijiet fejn fil-post hemm xi forma

ta’ qsami li jindikaw b’ mod ċar il-konfini ta’ l-għalqa bħal ħitan tas-sejjiegħ, siġar jew

passaġġi.

2 Fejn ma hemmx xi forma ta’ qsami wieħed jista’ jistabilllixxi l-qsami permezz ta’ knatan

tad-disgħa miżbugħin bojod, sabiex ikun hemm kuntrast mal-madwar meta jittieħed ir-

ritratt mill-ajru. Dawn il-knatan għandhom jitqiegħdu weqfin sabiex ma jitgħattewx bil-

prodott li qed jitkabbar fl’għalqa. Għandu ikun hemm biżżejjed knatan sabiex il-konfini

ikunu jagħmlu sens meta tħares lejhom kemm minn fuq il-post u anke min fuq ir-ritratt

mill-ajru. Irid ikun hemm ta’ l-inqas tlett iknatan sabiex jiddefinixxu qasma dritta, bil-

knatan iwasslu sat-tarf. F’kull tibdil ta’ direzzjoni f’każ ta’ qsami li ma humiex dritti,

jeħtieġ li jkun hemm knatan f’kull tibdil ta’ direzzjoni.

3 L-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali, qeda tissuġġerixxi li dawn il-knatan

jitqegħdu b’distanza ta’ mhux inqas minn ħames metri u mhux aktar minn ħmistax il-

metru imbegħdin minn xulxin.

Page 3: Linji Gwida dwar id-Dikjarazzjoni tar-raba fis-Sistema ta

Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Luqa Road, Qormi QRM 9075, Malta

t: +356 2292 6148 f: +356 2292 6161 e: [email protected] w: www.arpa.gov.mt

4 Jekk il-qasma ta’ bejn għalqa u oħra ma tkunx tidher ċara, l-Aġenzija għall-Pagamenti

Agrikoli u Rurali, ma tkunx tista’ toħroġ pagament minn fondi tal-Unjoni Ewropeja mis-

sena 2016 ‘il quddiem.

Distanza minn marka għall-oħra -

Bejn 5m u 15m

Page 4: Linji Gwida dwar id-Dikjarazzjoni tar-raba fis-Sistema ta

Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Luqa Road, Qormi QRM 9075, Malta

t: +356 2292 6148 f: +356 2292 6161 e: [email protected] w: www.arpa.gov.mt

Eżempju 1: kif għandhom jitqegħdu il-qsami.

Qsami dritti:

Qsami li ma humiex dritti:

Għalqa 2 Għalqa 1

Il-qsami jridu jaslu

sat-tarf

Għalqa 2 Għalqa 1

Ma’ hemmx biżżejjed qsami li

jindikaw tibdil fid-direzzjoni

tal-konfini.

Page 5: Linji Gwida dwar id-Dikjarazzjoni tar-raba fis-Sistema ta

Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Luqa Road, Qormi QRM 9075, Malta

t: +356 2292 6148 f: +356 2292 6161 e: [email protected] w: www.arpa.gov.mt

Page 6: Linji Gwida dwar id-Dikjarazzjoni tar-raba fis-Sistema ta

Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Luqa Road, Qormi QRM 9075, Malta

t: +356 2292 6148 f: +356 2292 6161 e: [email protected] w: www.arpa.gov.mt

Eżempju 2

Dehra mir-ritratt tas-

satellita qabel ma ġew

stabbiliti l’qsami.

Kif jidhru fuq il post wara li

ġew stabbiliti l’qsami.

Dehra tal-qsami mir-ritratt

tas-satellita.

Page 7: Linji Gwida dwar id-Dikjarazzjoni tar-raba fis-Sistema ta

Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Luqa Road, Qormi QRM 9075, Malta

t: +356 2292 6148 f: +356 2292 6161 e: [email protected] w: www.arpa.gov.mt

Eżempju 3

Dehra mir-ritratt tas-satellita qabel ma ġew stabbiliti l’qsami.

Kif jidhru fuq il post wara li ġew stabbiliti l’qsami.

Dehra tal-qsami mir-ritratt tas-satellita.

Page 8: Linji Gwida dwar id-Dikjarazzjoni tar-raba fis-Sistema ta

Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Luqa Road, Qormi QRM 9075, Malta

t: +356 2292 6148 f: +356 2292 6161 e: [email protected] w: www.arpa.gov.mt

Page 9: Linji Gwida dwar id-Dikjarazzjoni tar-raba fis-Sistema ta

Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Luqa Road, Qormi QRM 9075, Malta

t: +356 2292 6148 f: +356 2292 6161 e: [email protected] w: www.arpa.gov.mt

Eżempju 4

Fis-sena 2004 il-konfini tal-għalqa kif irreġistrati fl-LPIS

jikkorrispondu mal-qsami li kien hemm fuq il-post.

Fis-sena 2013 il-konfini tal-għalqa kif irreġistrati fl-LPIS ma

għadomx jikkorrisspondu mal-qsami li hemm fuq il-post.

Page 10: Linji Gwida dwar id-Dikjarazzjoni tar-raba fis-Sistema ta

Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali Luqa Road, Qormi QRM 9075, Malta

t: +356 2292 6148 f: +356 2292 6161 e: [email protected] w: www.arpa.gov.mt

Għaldaqstant il-bdiewa ikkonċernati għandhom jinnotifikaw lil

Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali, sabiex tiġi rranġata is-

sitwazzjoni fl-LPIS.