Download - L-EPIFANIJA TAL-MULEJ
![Page 1: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/1.jpg)
L-EPIFANIJA TAL-MULEJ
www.ofm.org.mt
![Page 2: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/2.jpg)
L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija
Is 60, 1-6
![Page 3: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/3.jpg)
Qum! Ħa jiddi wiċċek, Ġerusalem.
Id-dawl tiegħek wasal!
Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!
![Page 4: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/4.jpg)
Ara, id-dlamijiet jiksu l-art,
u sħab iswed lill-popli: iżda fuqek jiddi l-Mulej, u
s-sebħ tiegħu jfeġġ fuqek.
![Page 5: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/5.jpg)
Il-ġnus għad jimxu fid-dawl tiegħek,
u s-slaten fid-dija ta’ sbieħek.
![Page 6: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/6.jpg)
Erfa’ u dawwar għajnejk
madwarek u ara:
lkoll miġbura ġejjin
għandek.
![Page 7: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/7.jpg)
Uliedek ġejja mill-bogħod,
u bnietek iġorruhom fuq id-dirgħajn.
![Page 8: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/8.jpg)
Imbagħad tħares u wiċċek jiddi, u tħabbat u timtela qalbek, għax fuqek taqa’ l-kotra tal-ġid ta’ l-ibħra,
![Page 9: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/9.jpg)
u l-għana tal-ġnus jiġi għandek. Imrieħel ta’ iġmla għad jgħattuk, l-iġmla żgħar ta’ Midjan u Għefa;
![Page 10: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/10.jpg)
lkoll minn Saba jiġu, mgħobbija bid-deheb u l-inċens, u jxandru t-tifħir tal-Mulej.
![Page 11: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/11.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu Inroddu ħajr lil ħajr lil Alla.Alla.
![Page 12: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/12.jpg)
SALM RESPONSORJALI
Salm 71
Il-ġnus kollha ta’ l-art jagħtuk qima,
Mulej
![Page 13: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/13.jpg)
Is-sultan jiġġudika l-popli tiegħek bis-
sewwau l-imsejknin tiegħek
bil-ħaqq.
![Page 14: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/14.jpg)
R/.
Il-ġnus kollha ta’ l-art jagħtuk qima,
Mulej
![Page 15: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/15.jpg)
Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja,
u s-sliem kotran għal dejjem ta’ dejjem.
Ħa jsaltan minn baħar sa baħar,
U mix-xmara sa truf l-art.
![Page 16: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/16.jpg)
R/.
Il-ġnus kollha ta’ l-art jagħtuk qima,
Mulej
![Page 17: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/17.jpg)
Is-slaten ta’ Tarsis u tal-gżejjer iġibu ir-
rigali, Is-slaten ta’ Xeba u ta’ Saba jħallsu t-tribut.U jqimuh is-slaten
kollha, il-ġnus kollha jaqduh.
![Page 18: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/18.jpg)
R/.
Il-ġnus kollha ta’ l-art jagħtuk qima,
Mulej
![Page 19: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/19.jpg)
Għax hu jeħles lill-fqir li jsejjaħlu,
u lill-imsejken bla għajnuna ta’ ħadd.
Iħoss għall-magħkus u għall-fqir;
u l-ħajja tal-fqar isalva.
![Page 20: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/20.jpg)
R/.
Il-ġnus kollha ta’ l-art jagħtuk qima,
Mulej
![Page 21: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/21.jpg)
IT-TIENI QARI
Qari mill-Ittra ta’
San Pawl Appostlu lill-Efesin
Ef 3,2-6
![Page 22: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/22.jpg)
Ħuti: Jekk kif tassew ġara, intom smajtu bil-pjan tal-grazzja ta’
Alla mogħtija lili għall-ġid tagħkom,
![Page 23: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/23.jpg)
jiġifieri, li permezz ta’ rivelazzjoni,
kien mgħarraf lili l-Misteru, bħalma ġa
ktibtilkom fil-qosor,
![Page 24: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/24.jpg)
minn dak li qrajtu tistgħu tifhmu sewwa
kemm jiena dħalt fil-qalba tal-Misteru ta’
Kristu,
![Page 25: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/25.jpg)
dak il-Misteru li, fil-ġenerazzjonijiet l-imgħoddija, ma kienx mgħarraf lill-bnedmin,
![Page 26: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/26.jpg)
bħalma issa ġie rrivelat lil
l-appostli qaddisa
tiegħu u lill-profeti fl-Ispirtu, jiġifieri,
![Page 27: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/27.jpg)
li l-pagani huma
msejħa biex ikollhom l-istess wirt,
ikunu membri ta’ l-
istess Ġisem,
![Page 28: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/28.jpg)
u ikollhom sehem mill-istess wegħda, fi Kristu
Ġesù, permezz ta’ l-Evanġelju.
![Page 29: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/29.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu Inroddu ħajr lil ħajr lil Alla.Alla.
![Page 30: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/30.jpg)
Hallelujah Hallelujah
Rajna il-Rajna il-kewkba tiegħu kewkba tiegħu
fil-Lvant, fil-Lvant, u ġejna nqimu u ġejna nqimu
l-Mulejl-Mulej
Hallelujah
![Page 31: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/31.jpg)
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju
ta’ San Mattew
Mt 2, 1-12
![Page 32: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/32.jpg)
Meta twieled Ġesu’
f’Betlehem tal-Lhudija, fi
żmien is-sultan Erodi,
![Page 33: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/33.jpg)
xi maġi mill-Lvant ġew Ġerusalem jistaqsu:
![Page 34: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/34.jpg)
“Fejn hu s-sultan tal-
Lhud li twieled? Għax
rajna l-kewkba
tiegħu fil-Lvant, u ġejna
nqimuh.’’
![Page 35: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/35.jpg)
Is-sultan Erodi sema’
bihom, u tħawwad hu
u Ġerusalem
kollha miegħu.
![Page 36: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/36.jpg)
U, wara li ġabar flimkien il-
qassisin il-kbar u l-kittieba kollha
tal-poplu, ried jaf minn għandhom
fejn kellu jitwieled il-Messija.
![Page 37: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/37.jpg)
U huma qalulu: “F’Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-
profeta:
![Page 38: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/38.jpg)
‘U int, Betlehem, art ta’ Ġuda, xejn ma int l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda, għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Israel.’”
![Page 39: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/39.jpg)
Imbagħad Erodi sejjaħ l-maġi, u bir-reqqa kollha tkixxef minn
għandhom iż-żmien li fih
dehritilhom il-kewkba;
![Page 40: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/40.jpg)
bagħathom f’Betlehem u
qalilhom: “Morru, staqsu bir-reqqa għat-
tifel, u meta ssibuh, ejjew għiduli, biex jien ukoll niġi
nqimu.”
![Page 41: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/41.jpg)
Dawk, wara li semgħu s-sultan, telqu; u ara, il-kewkba li kienu raw fil-lvant bdiet miexja
![Page 42: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/42.jpg)
quddiemhom sakemm
waslet u waqfet fuq fejn kien it-
tifel.
![Page 43: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/43.jpg)
Kif raw il-kewkba, mtlew f’ferħ kbir
tassew.
![Page 44: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/44.jpg)
U meta daħlu d-dar, raw it-tarbija ma’ ommu Marija, u xteħtu
jqimuh;
![Page 45: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/45.jpg)
imbagħad fetħu t-teżori tagħhom, u offrewlu
rigali: deheb, inċens u mirra.
![Page 46: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/46.jpg)
U wara li kienu mwissijin f’ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi, reġgħu lura lejn arthom minn triq oħra.
![Page 47: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/47.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
It-Tifħir
lilek Kristu
![Page 48: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061511/5681411f550346895dacf18d/html5/thumbnails/48.jpg)
L-EPIFANIJA TAL-MULEJ
www.ofm.org.mt