epifanija qari sena b
DESCRIPTION
Dan il-qari jintuza biss jekk il-hadd ta' l-epifanija jkun is-6 ta' jannar u allura mhuwhiex se jkun DAN il-qari li jinqara fil-knisja. Hemm qari iehor.TRANSCRIPT
![Page 1: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/1.jpg)
L-Epifanija tal-Mulej
![Page 2: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/2.jpg)
L-Ewwel Qari: mill-Ktieb ta’ Bin Sirak
![Page 3: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/3.jpg)
L-għerf ifaħħar lilu nnifsu, u jiftaħar f’nofs il-poplu tiegħu.
Jiftaħ fommu fil-ġemgħa tal-Għoli, u jiftaħar quddiem qawwietu.
![Page 4: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/4.jpg)
«Jien ħriġt minn Fomm l-Għoli u għattejt l-art bħan-nida.
Tellajt fl-għoli l-għarix tiegħi, u t-tron tiegħi kien kolonna sħab.
![Page 5: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/5.jpg)
Il-Ħallieq ta’ kollox tani ordni, u Dak li ħalaqni
għażel post għall-għarix tiegħi,
u qalli: “Tella’ l-għarix
tiegħek f’Ġakobb u iret sehmek
f’Iżrael.”
![Page 6: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/6.jpg)
Qabel kull żmien, fil-bidu, ħalaqni, u sal-aħħar taż-żmien ma niġix nieqes.
The Gift of Wisdom:
Have you got it?
![Page 7: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/7.jpg)
Għamiltha ta’ qaddej quddiemU fl-Għarix Imqaddes,
u hekk tqigħedt fis-sod f’Sijon.
Hekk ukoll qegħedni nistrieħ fil-belt maħbuba, u s-setgħa tiegħi
kienet fuq Ġerusalemm.
![Page 8: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/8.jpg)
U xenxilt għeruqi f’poplu ta’ ġieħ,
f’sehem il-Mulej, fil-wirt tiegħu.»
![Page 9: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/9.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla!
![Page 10: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/10.jpg)
Salm Responsorjali
![Page 11: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/11.jpg)
Il-Verb sar bniedem u għammar fostna!
![Page 12: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/12.jpg)
Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; faħħar lil Alla tiegħek, Sijon!
Hu jsaħħaħ l-istaneg ta’ bwiebek, u jbierek ġewwa fik lil uliedek.
![Page 13: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/13.jpg)
Il-Verb sar bniedem u għammar fostna!
![Page 14: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/14.jpg)
Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta’ artek, u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.
![Page 15: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/15.jpg)
Hu jibgħat fuq l-art il-Kmand Tiegħu;
bil-ħeffa tiġri l-Kelma Tiegħu.
![Page 16: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/16.jpg)
Il-Verb sar bniedem u għammar fostna!
![Page 17: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/17.jpg)
Hu jxandar kelmtU lil Ġakobb, il-liġijiet
u d-digrieti tiegħu lil Iżrael.
![Page 18: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/18.jpg)
Ma għamel hekk ma’ ebda poplu; lil ħadd
ma għarraf id-digrieti Tiegħu.
We are the NEW Israel!
![Page 19: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/19.jpg)
Il-Verb sar bniedem u għammar fostna!
![Page 20: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/20.jpg)
It-Tieni Qari: mill-Ittra ta’ San Pawl lill-Efesin
![Page 21: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/21.jpg)
Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, li berikna b’kull
xorta ta’ barka spiritwali, fis-smewwiet fi Kristu.
![Page 22: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/22.jpg)
Hekk hu għażilna fiH, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisa u bla
tebgħa quddiemu fl-imħabba.
We’ve
been
chosen!
![Page 23: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/23.jpg)
Iddestinana minn qabel li nkunu għaliH ulied adottivi permezz ta’
Ġesù Kristu; hekk għoġob lir-rieda tajba
Tiegħu,
![Page 24: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/24.jpg)
għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja Tiegħu, li biha mliena fil-Maħbub tiegħu.
![Page 25: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/25.jpg)
Għalhekk jien ukoll, li smajt bil-fidi tagħkom fil-Mulej Ġesù u bl-imħabba tagħkom lejn
il-qaddisin kollha, ma nixba’ qatt niżżi ħajr minħabba fikom meta
niftakar fikom fit-talb tiegħi.
![Page 26: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/26.jpg)
Ħalli Alla ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-Missier tal-Glorja, jagħtikom
Spirtu ta’ Għerf li jirrivelahielkom biex tagħrfuha sewwa;
![Page 27: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/27.jpg)
u jdawlilkom l-għajnejn ta’ qalbkom biex tagħrfu x’inhi
t-tama tas-sejħa tagħkom; x’inhu l-għana tal-glorja tal-wirt li takom taqsmu mal-qaddisin.
![Page 28: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/28.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla!
![Page 29: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/29.jpg)
![Page 30: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/30.jpg)
Glorja Lilek, Kristu,
li xxandart fost il-pagani;
glorja Lilek, Kristu,
li emmnuk fid-dinja.
![Page 31: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/31.jpg)
![Page 32: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/32.jpg)
Qari
mill-bidu
ta’
l-Evanġelju
skond
San Ġwann
(Kap 1 versi 1-18)
![Page 33: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/33.jpg)
Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla,
u l-Verb kien Alla.
![Page 34: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/34.jpg)
Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox biH sar,
u xejn ma sar mingħajrU;
![Page 35: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/35.jpg)
kulma sar kellu l-ħajja fiH, u l-ħajja kienet
id-dawl tal-bnedmin.
![Page 36: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/36.jpg)
Id-Dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux.
![Page 37: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/37.jpg)
Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni.
![Page 38: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/38.jpg)
Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-Dawl,
biex biħ kulħadd jemmen.
![Page 39: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/39.jpg)
Ġwanni ma kienx id-Dawl, imma ġie
biex jixhed għad-Dawl,
![Page 40: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/40.jpg)
Dak id-Dawl Veru, li jdawwal kull bniedem,
Huwa u ġej fid-dinja.
![Page 41: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/41.jpg)
Kien fid-dinja, u d-dinja saret biH,
imma d-dinja ma għarfitux.
![Page 42: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/42.jpg)
Ġie f’daru, u niesu ma laqgħuhx.
![Page 43: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/43.jpg)
Imma lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru
wlied Alla,
![Page 44: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/44.jpg)
dawk li jemmnu f’Ismu, li twieldu mhux mid-demm, anqas mill-ġibda tal-gisem,
u anqas mir-rieda tal-bnedmin, iżda minn Alla.
![Page 45: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/45.jpg)
U l-Verb sar bniedem u għammar fostna,
![Page 46: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/46.jpg)
u aħna rajna l-Glorja Tiegħu,
il-Glorja li għandu
mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni,
mimli bil-grazzja u l-verità.
![Page 47: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/47.jpg)
Ġwanni ta
xhieda fuqU meta
għajjat u qal:
![Page 48: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/48.jpg)
“Dan Hu li għaliH
għidtilkom: Jiġi warajja,
imma Hu aqwa minni,
għax kien minn qabli.”
![Page 49: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/49.jpg)
Għax mill-milja Tiegħu aħna lkoll ħadna,
grazzja fuq grazzja.
![Page 50: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/50.jpg)
Alla ta
l-Liġi permezz
ta’ Mosè
![Page 51: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/51.jpg)
imma l-Grazzja u l-Verità seħħu permezz ta’
Ġesù Kristu.
![Page 52: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/52.jpg)
Lil Alla għadu ħadd ma raH;
imma għarrafhulna
l-Iben il-waħdieni
ta’ Alla, li Hu fi ħdan
il-Missier.
![Page 53: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/53.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
It-Tifħir Lilek
Kristu!
![Page 54: Epifanija Qari Sena B](https://reader030.vdocuments.mx/reader030/viewer/2022012303/54747701b4af9fcd0a8b567a/html5/thumbnails/54.jpg)
Ejjew Ħa Nadurawh!