l-epifanija tal-mulej

48
L-EPIFANIJA TAL- MULEJ www.ofm.org.mt

Upload: aloha

Post on 09-Jan-2016

110 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

L-EPIFANIJA TAL-MULEJ. www.ofm.org.mt. L-EWWEL QARI Qari mill- Ktieb tal-Profeta Isaija Is 60, 1-6. Qum! Ħa jiddi wiċċek, Ġerusalem. Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

www.ofm.org.mt

Page 2: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija

Is 60, 1-6

Page 3: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Qum! Ħa jiddi wiċċek, Ġerusalem.

Id-dawl tiegħek wasal!

Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!

Page 4: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Ara, id-dlamijiet jiksu l-art,

u sħab iswed lill-popli: iżda fuqek jiddi l-Mulej, u

s-sebħ tiegħu jfeġġ fuqek.

Page 5: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Il-ġnus għad jimxu fid-dawl tiegħek,

u s-slaten fid-dija ta’ sbieħek.

Page 6: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Erfa’ u dawwar għajnejk

madwarek u ara:

lkoll miġbura ġejjin

għandek.

Page 7: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Uliedek ġejja mill-bogħod,

u bnietek iġorruhom fuq id-dirgħajn.

Page 8: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Imbagħad tħares u wiċċek jiddi, u tħabbat u timtela qalbek, għax fuqek taqa’ l-kotra tal-ġid ta’ l-ibħra,

Page 9: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

u l-għana tal-ġnus jiġi għandek. Imrieħel ta’ iġmla għad jgħattuk, l-iġmla żgħar ta’ Midjan u Għefa;

Page 10: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

lkoll minn Saba jiġu, mgħobbija bid-deheb u l-inċens, u jxandru t-tifħir tal-Mulej.

Page 11: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Il-Kelma tal-Mulej

Inroddu Inroddu ħajr lil ħajr lil Alla.Alla.

Page 12: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

SALM RESPONSORJALI

Salm 71

Il-ġnus kollha ta’ l-art jagħtuk qima,

Mulej

Page 13: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Is-sultan jiġġudika l-popli tiegħek bis-

sewwau l-imsejknin tiegħek

bil-ħaqq.

Page 14: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

R/.

Il-ġnus kollha ta’ l-art jagħtuk qima,

Mulej

Page 15: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja,

u s-sliem kotran għal dejjem ta’ dejjem.

Ħa jsaltan minn baħar sa baħar,

U mix-xmara sa truf l-art.

Page 16: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

R/.

Il-ġnus kollha ta’ l-art jagħtuk qima,

Mulej

Page 17: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Is-slaten ta’ Tarsis u tal-gżejjer iġibu ir-

rigali, Is-slaten ta’ Xeba u ta’ Saba jħallsu t-tribut.U jqimuh is-slaten

kollha, il-ġnus kollha jaqduh.

Page 18: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

R/.

Il-ġnus kollha ta’ l-art jagħtuk qima,

Mulej

Page 19: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Għax hu jeħles lill-fqir li jsejjaħlu,

u lill-imsejken bla għajnuna ta’ ħadd.

Iħoss għall-magħkus u għall-fqir;

u l-ħajja tal-fqar isalva.

Page 20: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

R/.

Il-ġnus kollha ta’ l-art jagħtuk qima,

Mulej

Page 21: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu lill-Efesin

Ef 3,2-6

Page 22: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Ħuti: Jekk kif tassew ġara, intom smajtu bil-pjan tal-grazzja ta’

Alla mogħtija lili għall-ġid tagħkom,

Page 23: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

jiġifieri, li permezz ta’ rivelazzjoni,

kien mgħarraf lili l-Misteru, bħalma ġa

ktibtilkom fil-qosor,

Page 24: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

minn dak li qrajtu tistgħu tifhmu sewwa

kemm jiena dħalt fil-qalba tal-Misteru ta’

Kristu,

Page 25: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

dak il-Misteru li, fil-ġenerazzjonijiet l-imgħoddija, ma kienx mgħarraf lill-bnedmin,

Page 26: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

bħalma issa ġie rrivelat lil

l-appostli qaddisa

tiegħu u lill-profeti fl-Ispirtu, jiġifieri,

Page 27: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

li l-pagani huma

msejħa biex ikollhom l-istess wirt,

ikunu membri ta’ l-

istess Ġisem,

Page 28: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

u ikollhom sehem mill-istess wegħda, fi Kristu

Ġesù, permezz ta’ l-Evanġelju.

Page 29: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Il-Kelma tal-Mulej

Inroddu Inroddu ħajr lil ħajr lil Alla.Alla.

Page 30: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Hallelujah Hallelujah

Rajna il-Rajna il-kewkba tiegħu kewkba tiegħu

fil-Lvant, fil-Lvant, u ġejna nqimu u ġejna nqimu

l-Mulejl-Mulej

Hallelujah

Page 31: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju

ta’ San Mattew

Mt 2, 1-12

Page 32: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Meta twieled Ġesu’

f’Betlehem tal-Lhudija, fi

żmien is-sultan Erodi,

Page 33: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

xi maġi mill-Lvant ġew Ġerusalem jistaqsu:

Page 34: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

“Fejn hu s-sultan tal-

Lhud li twieled? Għax

rajna l-kewkba

tiegħu fil-Lvant, u ġejna

nqimuh.’’

Page 35: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Is-sultan Erodi sema’

bihom, u tħawwad hu

u Ġerusalem

kollha miegħu.

Page 36: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

U, wara li ġabar flimkien il-

qassisin il-kbar u l-kittieba kollha

tal-poplu, ried jaf minn għandhom

fejn kellu jitwieled il-Messija.

Page 37: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

U huma qalulu: “F’Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-

profeta:

Page 38: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

‘U int, Betlehem, art ta’ Ġuda, xejn ma int l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda, għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Israel.’”

Page 39: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Imbagħad Erodi sejjaħ l-maġi, u bir-reqqa kollha tkixxef minn

għandhom iż-żmien li fih

dehritilhom il-kewkba;

Page 40: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

bagħathom f’Betlehem u

qalilhom: “Morru, staqsu bir-reqqa għat-

tifel, u meta ssibuh, ejjew għiduli, biex jien ukoll niġi

nqimu.”

Page 41: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Dawk, wara li semgħu s-sultan, telqu; u ara, il-kewkba li kienu raw fil-lvant bdiet miexja

Page 42: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

quddiemhom sakemm

waslet u waqfet fuq fejn kien it-

tifel.

Page 43: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Kif raw il-kewkba, mtlew f’ferħ kbir

tassew.

Page 44: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

U meta daħlu d-dar, raw it-tarbija ma’ ommu Marija, u xteħtu

jqimuh;

Page 45: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

imbagħad fetħu t-teżori tagħhom, u offrewlu

rigali: deheb, inċens u mirra.

Page 46: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

U wara li kienu mwissijin f’ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi, reġgħu lura lejn arthom minn triq oħra.

Page 47: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

Il-Kelma tal-Mulej

It-Tifħir

lilek Kristu

Page 48: L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

www.ofm.org.mt