Download - ara preżentazzjoni
Noti qosra ta’ l-Istorja
għall-istudenti tal-Form 5
minn James Sultana
Xi tfisser il-Preistorja
Il-preistorja huwa dak il-perjodu li ġie eżattament qabel l-istorja. L-istudjużi jqisu l-istorja bħala żmien meta l-bniedem kien juża l-kitba u jħalli xhieda tiegħu bil-kitba. Il-preistorja għalhekk huwa ż-żmien qabel il-bniedem beda juża l-kitba.
Ir-Rivoluzjoni Neolitika
L-ewwel bniedem kien nomadu. Dan ifisser li ma kienx jgħix fl-istess post għal żmien twil. Imbgħad il-bniedem skopra kif irabbi l-annimali u kif jiżra’ l-għelieqi, u b’hekk seta’ jibda jgħix fl-istess post. Din il-bidla nafuha bħala r-Rivoluzzjoni Neolitika. Kien f’dan iż-żmien li twieldu l-ewwel soċjetajiet.
Il-Preistorja Maltija
Żmien il-BronżŻmien ir-Ram/TempjiŻmien Neolitiku
Fażi ta’ Għar Dalam
Fażi ta’ Skorba Griża
Fażi ta’ Skorba Ħamra
Fażi Żebbuġ
Fażi Mġarr
Fażi Ġgantija
Fażi Saflieni
Fażi Tarxien
Fażi taċ-Ċimiterju ta’ Ħal Tarxien
Fażi ta’ Borġ In-Nadur
Fażi tal-Baħrija
Għaliex Għar Dalam huwa importanti?
Għar Dalam huwa importanti għax fih ma nsibux biss fdalijiet ta’ annimali li jixhdu li Malta mhux minn dejjem kienet gżira, iżda fih jinstabu l-ewwel fdalijiet ta’ l-ewwel nies li għexu f’Malta.
Skorba
Fi Skorba insibu l-fdalijiet ta’ l-ewwel djar f’Malta. Barra minn hekk fi Skorba instabu fdalijiet li jixdu t-transizzjoni minn meta l-ewwel Maltin kien jużaw t-tafal għaż-żmien meta l-Maltin tgħallmu kif isir il-fuħħar.
L-Oqbra tax-Xemxija
L-Oqbra tax-Xemija huma fdal importanti tan-nies ta’ żmien il-Bronż. Dawn huma xhieda ta’ kif in-nies ta’ dak iż-żmien kienu jħarsu lejn il-mewt u r-ritwali li kienu jużaw għall-mejtin tagħhom.
Fdalijiet ta’ Żmien Neolitiku
• Fuħħar• Għodda• Għar Dalam• Skorba, viċin l-Imġarr Malta, fejn instabu l-
ewwel djar.
Fdalijiet ta’ Żmien ir-Ram
• Dan iż-żmien jissejjaħ ukoll Żmien it-Tempji għax l-aktar fdalijiet importanti ta’ dan iż-żmien huma t-tempji. Fosthom insibu: il-Ġgantija, Ħaġar Qim, L-Imnajdra, Kordin III, Ta’ Ħaġrat (Imġarr, Malta) u Ħal Tarxien.
• Statwi ta’ l-alla tal-Fertilità, magħrufa wkoll bħala l-Mara l-Ħoxna.
• Statwetti żgħar u għodda• L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni• Il-Menħir
Fdalijiet ta’ Żmien il-Bronż
• Iċ-Ċimiterju Preistoriku ta’ Ħal Tarxien• L-oqbra tax-Xemxija• Ħitan difensivi f’Borġ in-Nadur• Fdalijiet fil-Baħrija• Id-Dolmen
Il-Karatteristiċi ewlenin tal-Kampanja Maltija
Fost il-Karatteristiċi ewlenin tal-Kampanja Maltija nsibu:Ir-razzett Ħitan tas-SejjieħGirenDuri, Ħoroż u BarumbariImtieħen
Ir-RazzettFost il-Karatteristiċi ewlenin tar-Razzett Malti insibu:•Għandu oriġni u karatteristiċi Għarab•Fih Maqjel, għorfa, bitħa, u mandra•Fost il-karatteristiċi ewlenin insibu: kantunieri u
ħnejjiet mibnija bis-sejjieħ, bir jew ġiebja għal ħażna ta’ l-ilma, xorok, ċangaturi tal-franka midluka biż-żejt tal-kittien, taraġ mikxuf fil-bitħa, użu tal-kileb
Il-Ħitan tas-Sejjieħ
• Aktarx imorru lura għal Ħakma Għarbija• Jintużaw biex jifirdu għalqa minn oħra • Jifirdu l-eqgħlieqi mit-toroq• Mibnija mingħajr tajn• Mibnija b’ġebel ta’ daqs differenti
Girna
• Tintuża bħala kenn mix-xemx, xita u ksieħ• Mibnija bl-istess teknika tal-ħitan tas-
sejjieħ• Jeżistu Giren Tondi u Kwadri• Il-ħitan huma dobbli, l-ispazju bejniethom
jimtela’ bil-mazkan u żrar• Bieb wieħed li dejjem iħares lejn il-Lvant• Serviet ukoll bħala maqjel fejn ir-raħħâla
jdaħħlu l-bhejjem biex jistkennu mill-maltemp fix-xitwa.
Dura, Ħorża u Barumbara
• Dura hija post fejn il-kaċċatur jew nassab jarma. Din hija forma tonda mibnija bil-ġebel tal-ħajt tas-sejjieħ
• il-Ħorża hija ġebla tal-franka li tkun fuq il-bokka tal-bir u jkollha għamla ta’ piramida bla ponta
• Il-Barumbara insibuha mal-ħitan ta’ rziezet qodma, hija ġeneralment mibnija fl-għoli u fiha żewġ fillieri toqob magħmulin apposta biex ibejjet fihom il-ħamiem.
Mitħna
• Insibu mtieħen li jaħdmu bir-riħ, bl-annimali jew bl-ilma
• F’Malta l-aktar mtieħen komuni huma dawk tar-riħ li jkollhom sitt iqlugħ
• Kienu jintużaw biex jitħnu l-qamħ• F’Malta għandna numru ta’ mtieħen li qed
jiġu restawrati. Fosthom hemm dawk taż-Żurrieq u l-Qala Għawdex
L-Identità MaltijaFost l-elementi li jiddistingwuna mill-popli l-oħra tad-dinja u li jtuna identita’ tagħna (Identità Maltija) hemm dawn li ġejjin:
–L-Ilsien Malti–Festi, drawwiet u tradizzjonijiet–Il-Valuri Insara
Simboli ta’ L-identità Maltija
Fost is-simboli li juri li aħna Maltin hemm:
• Il-Bandiera Maltija• L-Innu Nazzjonali• Widnet il-baħar (pjanta nazzjonali)• Il-Merill (l-għasfur nazzjonali)• Is-salib ta’ Malta
Elementi li qed ibiddlu l-identità Maltija
• Taħlit ma barranin, kemm minħabba immigrazzjoni kif ukoll minħabba t-turiżmu
• Il-Mass media (speċjalment Televiżjoni, Ċinema u Internet)
Il-Qagħda strateġika ta’ Malta matul iż-żmien
Malta sa mill-qedem kellha qagħda strateġika li wasslet bosta Imperi Kbar biex jiġġieldu ħalli jikkmandaw din il-gżira. L-imperi u qawwiet li ħakmu Malta kienu dawn:
Puniċi (Feniċi u Kartaġiniżi)Ruma u BiżanzjuL-Għarab In-Normanni u l-Isvevi (Hohenstaufen)L-AnġuviniL-Aragoniżi u Spanjoli Il-Kavallieri Il-FranċiżiL-Inglżi
Għaliex Malta kienet meqjusa f’qagħda strateġika?
Malta kienet f’qagħda strateġika għaliex:• Malta tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran u għalhekk
għandha qagħda vantaġġjuża kemm għal skopijiet Militari u kemm għal dawk kummerċjali
• Malta għandha portijiet naturali mill-aqwa• Il-qlubija u bżulija tal-Maltin• Il-Kapaċità tal-Maltin f’bosta oqsma, fosthom fil-
qasam tat-tarznari u xogħol relatat li huwa importanti għall-flotot barranin
Ir-rwol ta’ Malta wara l-Indipendenza
• Wara l-Indipendenza Malta bidlet ir-rwol tagħha. Minn bażi militari imxiet lejn ċentru ta’ servizzi (turistiċi, finanzjarji u edukattivi), industrija u ħidma għall-paċi.
• Il-bidla fl-ekonomija Maltija wara l-Indipendenza seħħet fi tliet fażijiet: – Is-sebgħinijiet u l-ewwel nofs tat-tmeninijiet– It-tieni nofs tat-tmeninijiet sal-ewwel nofs tad-
disgħinijiet– Mit-tieni nofs tad-disgħinijiet sal-lum
Is-sebgħinijiet u l-ewwel nofs tat-tmeninijiet
• L-ekonomija Maltija fis-sebgħinijiet u l-ewwel nofs tat-tmeninijiet bdiet tinbidel, spiċċat bħala bażi militari (kemm Ingliża u aktar tard tan-Nato) u bdiet tospita industriji ġodda. Fost dawn l-industriji insibu:– Dawk tat-tessuti– L-ST Microelectronics– Kumpaniji Nazzjonali bħal AirMalta, TeleMalta, SeaMalta
• F’Malta kien hawn ekonomija bbażata fuq it-teoriji tal-Command Economy. Dan kien ifisser li F’Malta l-gvern kien jikkontrolla bosta setturi u kien jiddeċidi wkoll xi prodotti jinbiegħu Malta. Ir-raġuni kienet biex l-Maltin jixtru biss prodotti Maltin ħalli l-kumpaniji Maltin jissaħħu u jkunu jistgħu jħaddmu n-nies.
It-tieni Nofs tat-tmeninijiet u l-ewwel nofs tad-disgħinijiet
• Fit-tieni nofs tat-tmeninijiet Malta kellha mhux biss bidla fil-gvern iżda wkoll bdiet fażi ġdida fl-ekonomija tagħha.
• Mit-tieni nofs tat-tmeninijiet Malta bdiet taddotta ekonomija msejħa “Free Trade”.
• Bil-mod il-mod l-gvern beda dejjem jindaħal inqas fl-ekonomija u jaddotta politika ta’ Liberalizazzjoni u Privatazazzjoni.
• Malta bdiet ukoll t-triq lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea (dak iż-żmien imsejħa Komunita’ Ekonomic Ewropea).
Mit-tieni Nofs tad-Disgħinijiet sal-Lum• Fit-tieni Nofs tad-disgħinijiet Malta kompliet
tiżviluppa u ssegwi toroq ġodda.• Malta saret ċentru ta’ servizzi finanzjarji u bdiet
wkoll issaħħaħ is-settur tat-tagħlim ta’ l-Ingliż fejn anke saru liġijiet biex jirregolaw dawn iż-żewġ setturi.
• Malta kompliet ukoll fit-triq tal-liberalizzazzjoni u l-privattizzazzjoni
• Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004. Dan kien bidla importanti għal ekonomija u l-politika Maltija.
Il-Wirt arkitettoniku taċ-ċiviltajiet tal-Mediterran
• Il-Mediterran huwa meqjus bħala l-benniena taċ-ċiviltà għaliex bosta ċiviltajiet kbar fl-istorja tad-dinja twieldu, kibru, u spiċċaw fil-Mediterran.
• Fost dawn insibu:– l-Eġizzjani– il-Ħittin– il-Griegi– il-Feniċi– il-Kartaġiniżi– ir-Rumani– l-Għarab
L-Eġizzjani
• Bnew il-Piramidi• Bnew l-isfinġi• Bnew il-bini spettakulari li jinsab fil-Wied
tar-Rejiet
il-Ħittin• Ċiviltà li ċ-ċentru tagħha kienet it-Turkija
tal-lum.• Ċiviltà li l-qawwa tagħha kienet bejn is-
sekli 18 u s-sekli 14 qabel Kristu (bejn l-1700 u l-1300 q.K.)
• Ċiviltà antika ħafna li ħalliet bosta fdalijiet fosthom bini u statwi fil-belt antika tagħhom ta’ Hattusa fil-belt Torka ta’ Boğazköy.
• Bosta ismijiet ta’ Bliet Torok (bħal Sinop u Adana) huma ismijiet Ħittin.
Il-Griegi• Fost l-aktar fdalijiet importanti li ħallew il-
Griegi insibu:– Bini u Tempji– Stil ta’ Arkittetura– Stil ta’ Skultura– Ħsieb u kultura, speċjalment bis-saħħa ta’
filosofi kbar bħal Aristotli, Sokrate, Platun.– Sal-lum għadu jittieħed il-ġurament fost it-
tobba imsejjaħ ta’ Hippokrati.– Waħda mill-aqwa fdalijiet Griegi hija d-
Demokrazija.
Il-Griegi
• Fost fdalijiet mibnija Griegi madwar il-Mediterran insibu:– l-akropoli ta’ Ateni bit-tempju tal-Partenon
mibni fiha– il-Kolonni bit-tliet stili: Doriċi, Joniċi u Korinti– Wied it-Tempji f’Agrigento– Paestum fl-Italja t’Isfel
Feniċi u Kartaġiniżi
• Fdalijiet tal-Feniċi u Kartaġiniżi instabu madwar il-Mediterran kollu fejn dawn kienu jmexxu jew inkella kellhom xi ċentru ta’ kummerċ.
• L-aktar li nsibu huma oqbra. Fost l-aktar sinjifikkativi insibu dawk Feniċi f’Malta u dawk Kartaġiniżi f’Sardegna.
Ir-Rumani• Jekk il-Griegi ħallew filosofija u arti, ir-
Rumani ħallew l-Inġinerija arkitettonika, sistemi militari u l-Lingwa Latina.
• Fost l-akbar kisbiet Rumani insibu l-bini tat-toroq u l-bini ta’ l-arkati; l-influwenza Rumana għadha tinħass sal-lum; arkitetti tal-lum jużaw ideat Rumani biex jibnu l-koppli, kif ukoll biex jibnu l-akwedotti li jwasslu l-ilma.
Ir-Rumani
• Kisba oħra mingħand ir-Rumani kienet dik fl-istrateġiji Militari
• Il-Lingwa Rumana, jigifieri l-Latin mhux biss għadu jintuża l-lum il-ġurnata fil-Knisja Kattolika, u fix-xjenza iżda hija l-omm ta’ Lingwi moderni kbar bħat-Taljan, Spanjol, Franċiż, Portuġiż u Rumen. Ligwa kbira bħal dik Ingliża għandha madwar 50% tal-vokabularju tagħha meħud mill-Latin. Il-Grammatika tal-lingwa Ġermaniża hija ikkupjata minn dik Latina.
Fdalijiet Rumani fil-Mediterran
• Sabartha fil-Libja (teatru, tempji, etc.)
• Kartaġni fit-Tuneżija (banjijiet, Teatru etc.)
• L-akwedott fi Franza
L-Għarab u l-Mori
• Fost il-fdalijiet Għarab (magħrufa wkoll fil-Mediterran bħala l-Mori) fil-Mediterran importanti insibu:– Il-belt ta’ Granada– L-Alahambra– Fdalijiet fi Sqallija