xehda għasel

32
Tħallix difett jirbħek Esperjenza mill-ħajja ta’ Paolo Bonolis Esklussiva! Intervista mal-kittieb magħruf Trevor Zahra Think different X’tgħallem Steve Jobs matul ħajtu Attent għax wasal Father Christmas! NOVDIĊ2011 €1.50

Upload: alan-bonello

Post on 11-Mar-2016

246 views

Category:

Documents


8 download

DESCRIPTION

Diċembru 2011

TRANSCRIPT

Page 1: Xehda Għasel

Tħallix difett jirbħekEsperjenza mill-ħajja ta’ Paolo Bonolis

Esklussiva!Intervista mal-kittieb magħruf Trevor Zahra

Think differentX’tgħallem Steve Jobsmatul ħajtu

Attent għax wasalFather Christmas!

NOVDIĊ2011€1.50

Page 2: Xehda Għasel

Attent għax wasal Father Christmas

6

Page 3: Xehda Għasel

Fl-aħħar lestejna l-ħarġa tal-Milied u, kif tistennew, it-tema tal-Milied se tidher mhux ħażin fl-artikli li ġejjin għax dan iż-żmien huwa wieħed mill-isbaħ żminijiet tas-sena. Issa li għamlet ftit xita, il-kampanja Maltija tibda turi s-sbuħija tagħha u l-widien jimtlew bil-ħajja. Il-ħwienet kollha, minbarra li juru l-prodotti tagħhom iridu wkoll juru l-ferħ li jġib miegħu dan iż-żmien. Anke d-djar jidħlu f’dan l-ispirtu u minn faċċata għal oħra tara kreattività liema bħalha. Biex ma nsemmux dawk il-ġimagħtejn vaganzi li, biex ngħidu l-verità, huma ħafna aħjar miċ-ċirasa fuq il-kejk.

Imma dan iż-żmien iġib ferm aktar minn hekk. Qalb it-tiżjin u l-vaganzi, il-logħob u d-divertiment, hemm storja mill-isbaħ li għandha timla l-ħajja tagħna b’ferħ li ma jispiċċax. Għax għalkemm dak li semmejna kollu jgħaddi, l-ispirtu veru ta’ din il-festa ma jgħaddix! U din l-istorja li semmejna mhix xi waħda tal-passat jew li ġrat f’pajjiż imbiegħed ma’ nies li ma nafuhomx. Le, din l-istorja se tiġri lilek fil-jiem tal-Milied. Għalhekk, tħallix l-istorbju ta’ dan iż-żmien itellfek din l-istorja… l-istorja ta’ kif l-Iben ta’ Alla jrid iqatta’ l-birthday tiegħu miegħek! Għalhekk dan il-Milied, barra l-parties u r-rigali, ara li ssib ħin biex tiltaqa’ mal-birthday boy innifsu, ħalli dan ikun żmien li ma tinsieh qatt. Il-paċi miegħek ✖

1415

Poster

Produzzjoni Kummissjoni gHall-Formazzjoni tat-tFal u l-magHzulintas-soCjeta tad-duttrina nisranija - m.u.s.e.u.m.

Kontributuri josePH bonniCi alan bonello robert aloisio Kurt miCelibertram Portelli reuben ellul Karol debono CliFton sammutraymond musCat silvan vella Warren busuttil FranKlin balzanlaWrenCe FeneCH osWin Farrugia PHiliP bezzina daniel miCalleFneil aquilina andreW borg tazia Hall noel vassalloadrian vella robert miCalleF

uFFiCCju distribuzzjoni abbonamenti XeHda gHasel, dar generali tas-soCjeta tad-duttrina nisranija,triq san gorg PreCa, marsa

graFiKa WWW.designedbyal.Com stamPa veritas Press, zabbar

F’din il-ħarġa:

Qatt ma ninsa

DJ Jireh

Il-Guggenheim ta’ Bilbao

24

5

20

22Think Different8

Il-messaġġiertal-Milied

Intervista mal-kittieb magħruf Trevor Zahra

Kif ma tħallixdifett jirbħek

10

Dawl tad-Dinja

24

Ewreka: il-widna26

Page 4: Xehda Għasel

Intervista mal-preżentatur Taljan Paolo Bonolis li meta kien żgħir kien itemtem!Tarahom l-istazzjonijiet Taljani tat-televixin? Jekk iva, żgur smajt b’Paolo Bonolis. Preżentatur ferrieħi u intelliġenti ta’ programmi ta’ varjetà fuq l-istazzjon Canale 5. Wieħed mill-aktar preżentaturi tat-televixin imħallsin fid-dinja! Bħalissa qed jippreżenta programm ta’ suċċess bl-isem Avanti un altro!, kuljum QABEL l-aħbarijiet tat-tmienja. Is-sajf li għadda ħafna ħadu gost jaraw ir-ripetizzjonijiet tal-programm famuż tiegħu Ciao Darwin. Dawk li huma tal-età tiegħi jew ikbar jiftakruh jippreżenta l-programm għat-tfal Bim Bum Bam! Dak kien żmien! Imma kont taf li dan il-preżentatur simpatiku, meta kien żgħir, kien itemtem ħafna?

y robert ALOISIOkif ma tħallixdifett jirbħek

Iva, Bonolis, li s-sena l-oħra kiser rekord dinji, meta rnexxielu jgħid 335 kelma f’minuta mill-ewwel kapitlu tar-rumanz I Promessi Sposi, meta kien żgħir kienu jidħku bih għax itemtem! Nisimgħu lilu stess jirrakkonta f’din l-intervista:

Mhix ħafifa nimmaġinaw lil Paolo Bonolis preżentatur televiżiv dejjem bil-kelma pronta, itemtem! “Iva, għamilt żmien twil inbati bit-temtim. Kont intemtem ħafna. Kien tassew kalvarju għalija. L-iskola, fl-orali kont indum seklu biex naqla’ sentenza. Wara ftit l-għalliem għejja u qalli biex nibda nwieġbu bil-kitba.”

U inti kif kont tħossok? “Seren, kienu jitrattawni b’imħabba. Kont immur l-iskola tal-Frères f’Villa Flaminia, immexxi minn nies li taw ħajjithom għat-tagħlim. Kulħadd għandu xi ħaġa li tagħmlu differenti mill-oħrajn, kienu jgħidulna. Hemm tfal li jiġru ħafna u tfal li jiġru inqas. Tgħallimt inħares lejn id-difetti tiegħi b’serenità.” U sħabek? “Kulħadd jaf li t-tfal jafu jkunu l-aktar kattivi fuq id-difetti tal-oħrajn, għax jużawhom biex jaffermaw il-kwalitajiet tagħhom infushom. Għall-ewwel kienu jidħku imma mbagħad ma tawx

2  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2011

Page 5: Xehda Għasel

iktar kas. Ma kinux jaqbdu miegħu għax kont intemtem. Kienu jsejħuli ‘Pinocchietto’ ħabba mnieħri twil. Id-dar, il-mamà u l-papà kif kienu jġibu ruħhom mat-tifel tagħhom itemtem? “Bi tbissima fuq xufftejhom. Ma kinux iġegħluni nħossni inkapaċitat jew li għandi problema. Il-papà kien jgħidli b’imħabba: ‘Xi tridni nagħmel? Jekk taqa’ erġa’ qum’, kien jgħidli meta kien jarani f’diffikultà. Hekk tgħallimt naffrontaha u ma naqtax qalbi. Kien jgħidli ukoll: ‘Ftakar, din il-problema mhijiex il-problema tiegħek, imma hi ta’ dawk li jarawha problema. Inti tgħid dak li taħseb, bħall-oħrajn kollha. Biss iddum daqsxejn aktar.’ Ommi u missieri kienu żewġ persuni sempliċi, missieri kien jaħdem f’ħanut u ommi segretarja, imma bis-saħħa tagħhom bqajt tifel seren. Ma ħallewhiex problema. L-istess nipprova nagħmel mat-tfal tiegħi. Jiena u marti Sonia għandna tifla, Silvia, li sa mit-twelid kellha problemi gravi ħafna. Magħha nġib ruħi daqs li kieku ma jeżistux problemi.” Taħseb li kienet insikurezza? Ma kontx tħossok sigur?“Sakemm kelli ħdax –il sena kont għadni nagħmel pipì taħti bil-lejl. Missieri obbligani nieħu sehem f’live-in tal-iskola u allura kelli naffrontaha l-ħaġa. Ma stajtx nirriskja li naqa’ għaċ-ċajt. Qgħadt attent, irnexxieli naħkem lili nnifsi, u l-problema spiċċat. Kienet insikurezza? Min jaf? ... Qegħdin ngħixu f’soċjetà li trid tagħti tweġibiet għal kollox. Imma ċerti affarijiet m’għandhomx tweġiba. Trid taċċettahom u daqshekk. L-importanti hu li nkunu nafu li aħna lkoll differenti minn xulxin fis-sens li aħna uniċi. U irripetibbli.”

Kif sar il-‘miraklu’ tiegħek? “B’kumbinazzjoni. Kelli tnax-il sena meta ddeċidejt li nagħmel parti mill-grupp tad-drama tal-iskola. Kienet togħġobni l-idea: fl-aħħar se nkun mal-bniet, għax fil-klassi konna biss subien! Meta nirreċta ndunajt li ma kontx intemtem meta ngħid il-battuta tiegħi u nikkonċentra biss fuqha. Tkellimt fuq dan ma’ żewġ diretturi tal-kumpanija teatrali, Renato d’Archino u Lello Magrello. Qaluli li din kienet xi ħaġa psikoloġika: qisu ridt noħroġ il-ħsibijiet tiegħi kollha f’daqqa. Kien qed jinħoloqli blockage, qisu traffic jam li jwassalni biex intemtem. Jiena qbilt magħhom li hekk kien.” Allura x’għamilt? “Bdejt nagħmel eżerċizzji biex nitgħallem inħalli spazju fil-ħoss għal kull ħsieb, wieħed wieħed. Qisu awtokontroll mentali. F’sena, din saret xi ħaġa awtomatika fija.” Għadha teħillek kultant? “Għadu jiġrili hekk meta mmur il-baħar. Min jaf? Forsi l-melħ tal-baħar jidħol fl-ingranaġġi!” ✖

Kont taf li ħafna nies fl-istorja kienu jtemtmu? Is-sena l-oħra, wieħed mill-aqwa films kien The King’s Speech li jittratta l-istorja vera tar-Re Ġorġ VI, missier ir-Reġina Eliżabetta II, li kien itemtem ħafna u fittex l-għajnuna ta’ speech therapist Awstraljan, Lionel Logue. Il-film rebaħ tliet Oscars u qajjem kuxjenza ukoll fuq it-temtim. Fost ħafna personaġġi oħra li kienu jew għadhom itemtmu, insemmu biss lill-atturi Rowan Atkinson (famuż għal Mr. Bean), Nicole Kidman, Hugh Grant, Marilyn Monroe, Anthony Quinn, Bruce Willis u Julia Roberts; il-kantanti Kylie Minogue u Elvis Presley; l-isportivi Ben Johnson u Tiger Woods; il-politiċi Joe Biden (Viċi-President tal-Istati Uniti), Winston Churchill u l-Prinċep Albert ta’ Monaco; l-awturi Lewis Carroll u Somerset Maugham; ix-xjenzati Isaac Newton u Charles Darwin; u anke Mosè! Mela jekk ittemtem m’intix waħdek... qiegħed f’kumpanija ta’ nies kbar!

33

Page 6: Xehda Għasel

emiT enihcaMy karol DE BONO

Issa mhux ser nikteb iktar! Dak li ktibt, ktibtu, imma aktar

mill-pinna tiegħi, m’intomx ser taraw! Ktibt poeżiji, u anke

xi ftit proża ukoll, u fuq diversi suġġetti. Ktibt fuq Malta u

l-istorja tagħha, ktibt dwar sħabna Maltin li għamlu isem lil

pajjiżna. Però, l-iktar suġġett li kien għal qalbi kienet il-fidi.

“Qatt ma ninsa l-ħlewwiet li ħassejt f’qalbi dik id-darba, o Ġesù”, kont ktibt wara żjara li kont għamilt lil Ġesù fl-Ewkaristija, ftit wara l-mewt t’ommi. Iva, poeżiji ktibt ħafna, u għalhekk, mhux ta’ b’xejn intom tafuni bħala l-poeta nazzjonali ta’ Malta. Jiena Dun Karm Psaila, saċerdot u poeta.

Iż-Żebbuġin kburin ħafna li jien kont wieħed minnhom. Twelidt f’Ħaż-Żebbuġ fl-1871. Kont tifel normali bħall-oħrajn. Għal disa’ snin sħaħ attendejt l-iskola tas-Seminarju. L-istudji tiegħi komplejthom fl-Università ta’ Malta. Wieħed mill-aktar mumenti importanti fil-ħajja tiegħi kien fl-1894, eżattament meta sirt saċerdot u offrejt ħajti kollha lill-Mulej. Għamilt żmien ngħallem bosta suġġetti fis-Seminarju, bħat-Taljan u l-Latin, il-Ġografija u l-Istorja tal-Knisja.

Qabel l-1912, kont nikteb biss bil-lingwa Taljana, li kienet lingwa użata ħafna f’Malta f’dak iż-żmien. L-ewwel poeżija li ktibt bil-Malti kienet iddedikata lill-Madonna u

tajtha l-isem ta’ ‘Quddiem ix-Xbieha tal-Madonna.’ Minn dakinhar ‘il quddiem dejjem ktibt bil-Malti, il-lingwa li tant ħabbejt u għożżejt. F’dan l-istess żmien, flimkien ma’ nies oħra li kellhom għal qalbhom il-lingwa tagħna, waqqaft l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti.

Nistqarr li ħassejtni kburi ħafna meta fl-1921, Dr. A. V. Laferla, li kien id-Direttur tal-Edukazzjoni ta’ dak iż-żmien, talabni ninseġ xi versi għal innu li kien kiteb Dr Robert Samut. Dan smajtu jitkanta għall-ewwel darba fit-Teatru Manwel fl-1923. Fl-1941 sar l-Innu Nazzjonali ta’ Malta, li ndaqq ukoll dakinhar li Malta ħadet l-Indipendenza mill-Imperu Ingliż fl-1964.

Kif għidtilkom diġà, il-poeżija kont anke nużaha fit-talb tiegħi. Ktibt bosta poeżiji ta’ tifħir u talb, fosthom l-Innu ta’ Filgħodu u l-Innu ta’ Filgħaxija. Ktibt ukoll innijiet Ewkaristiċi li baqgħu magħrufa

sal-lum, bħal ‘Tina l-Ħlewwa’ u ‘Nadurawk, ja Ħobż tas-Sema.’ Ktibt ukoll poeżiji u innijiet lill-Madonna, bħal ‘Fil-ħlewwa ta’ Mejju’, u ‘Innu ta’ Ferħ’ (illum magħruf bħala l-innu ‘Iftaħ Qalbek’). Forsi waħda mill-biċċiet ta’ kitba tiegħi li tibqa’ l-iktar magħrufa hija “Il-Jien u Lil hinn Minnu” li fiha ktibt fil-fond dwar ir-relazzjoni tiegħi bħala bniedem ma’ Alla.

Lil dak li tant ktibt u ħabbejt matul ħajti mort niltaqa’ miegħu fl-1961, eżatt ħamsin sena ilu. Il-Maltin baqgħu jistudjaw bir-reqqa l-kitbiet tiegħi fl-iskejjel u fl-Università u dan l-istudju għadu jsir sal-lum. Nirringrazzja lil Alla, li f’ħajti użajt it-talent li tani hu biex nagħmel il-ġid lill-oħrajn, u biex nagħtih il-glorja li jistħoqqlu. Ħabib, staqsi ftit lilek innifsek x’qed tagħmel bit-talenti tiegħek! Qiegħed tużahom sewwa? Nawguralek li t-talenti li tak il-Mulej tfittex li tħaddimhom mill-aħjar li tista’ għall-ikbar glorja tiegħu! ✖

4  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2011

Page 7: Xehda Għasel

y WARREN busuttil

Kien ifittex li nhar ta’ Sibt filgħaxija jiddamdam fil-clubs mat-tfajliet. Sħabu u l-ħajja tal-mużika kienu l-uniku affarijiet li kien jgħix għalihom. Għalih ħajtu kienet clubs, tfajliet , u xi ftit tad-droga wkoll.

Minn mindu kien żgħir Maurtiz xtaq li jsir DJ. Kellu talent speċjali fejn tidħol il-mużika, u tgħallem sew din l-arti b’mod speċjali dik moderna bħal techno u trance. Iżda kif jistqarr hu stess, il-kumpanija li għamilha magħha għamietu. Il-ħolma li xi darba jkun fuq mixer table b’folla ta’ żgħażagħ quddiemu għebet fix-xejn.

Lejla minnhom – veru high bid-drogi – kien f’party, kif is-soltu kien ikun nhar ta’ Sibt filgħaxija. Quddiem għajnejh ma beda jara xejn ħlief lil sħabu jfaqqgħu d-daħk u jisimgħu mużika li ddamdam il-post li kien fih. F’ħin minnhom fuq screen quddiemu ra xeni ta’ mewt li qatt ma ra bħalhom. Ġabuh f’sensih u telaq ‘il barra. Minn dakinhar ħajtu nbidlet ta’ taħt fuq.

Tista’ tgħid li ma tantx kien għaddej minn żmien sabiħ wisq. Ma’ ommu u missieru kellu xi jgħid ftit mhux ħażin u bosta tfajliet minn sħabu qalulu li hu

kien sar missier. Ħarab minn pajjiżu, l-Afrika ta’ Isfel, u telaq lejn Londra. Ħa deċiżjonijiet iebsa li jitlaq id-droga u lill-kumpanija li kien jagħmilha magħha u hemmhekk iltaqa’ ma’ persuna li fetħitlu għajnejh u beda jikkomponi mużika trance iddedikata kollha lilha.

Jekk trid taf iktar min kienet din il-persuna li lilha għadu sal-lum jiddedika dawn id-diski, idħol fil-paġna ta’ facebook tax-Xehda Għasel u hemm issib links għall-mużika trance li beda jipproduċi Maurtiz, jew kif inhu l-aħjar magħruf bħala DJ Jireh. ✖

5

Page 8: Xehda Għasel

y REUBEN ellulbertram PORTELLI

F’dawn il-ġranet tal-Milied, figura li tiddomina ma’ kullimkien hija dik ta’ Santa Klaws. Insibuh fil-kartolini, fuq settijiet tad-dawl, f’disinji mal-ħġieġ tad-djar u tal-ħwienet u anki fuq ir-wrapping papers! Kważi kważi, tibda tiġi fid-dubju jekk fil-Milied inkunux qed niftakru f’Santa Klaws jew fil-festa tat-twelid ta’ Ġesù!

“You better watch out, you better not cry, you better not pout, I’m telling you why. Santa Claus is coming to town.”

Mad-daqqa t’għajn, għandek mnejn tinnota li Santa Klaws u Ġesù għandhom ħafna aspetti komuni bejniethom. It-tnejn nimmaġinawhom b’leħja kemxejn twila u dejjem imdawrin bit-tfal. Barra minn hekk, kemm Ġesù u anki Santa Klaws ingħataw diversi laqmijiet u ismijiet matul is-snin.

Pereżempju fl-Ewropa, Santa Klaws huwa wkoll magħruf bħala Father Christmas jew San Niklaw. F’pajjiżi tal-Lvant, bħaċ-Ċina, in-nies u t-tfal isejħulu Shengdan Laoren (li tfisser ‘dak li jġib ir-rigali’) waqt li f’pajjiżi Slavi jissejjaħ ‘Ded Moroz’. Ġesù wkoll ingħata diversi ismijiet fosthom, Bin David, Bin il-Bniedem, Emanuel u l-Prinċep tal-Paċi.

Attentgħax ġej

6  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2011

Page 9: Xehda Għasel

Minbarra dan, kemm Santa Klaws u anki Ġesù għandhom fama ta’ nies ġenerużi u qalbhom tajba ħafna; dejjem iqassmu r-rigali u jgħinu lil kull min jiltaqgħu miegħu.

Però jekk naħsbu ftit aktar, insibu wkoll diversi kwalitajiet li jiddistingwuhom minn xulxin. Pereżempju Santa Klaws insibuh dejjem liebes kowt aħmar sabiħ bil-barnuża taqbel bis-suf. Hija wkoll tradizzjoni li lejlet il-Milied, waqt li jkun qed iqassam ir-rigali, Santa Klaws jieqaf ftit fid-djar fejn jidħol u jiekol xi erba’ gallettiniet waqt li jixrob xi belgħa ħalib sħuna. Mill-banda l-oħra, jien għadni qatt ma rajt lil Ġesù liebes sabiħ jew jiekol il-gallettini! Anzi, fil-Milied narawh bħala tarbija f’maxtura, imgeżwer fi ftit ħrieqi, f’għar miftuħ għall-bard u l-elementi l-oħra!

Santa Klaws lanqas jaf l-ismijiet tagħna. Għalih il-persuni jfissru biss numru ta’ rigali. Ġesù jaf mhux biss l-ismijiet ta’ kulħadd imma jaf lil kull wieħed u waħda minna iktar milli aħna nafu lilna nfusna! L-unika ħaġa li Santa Klaws jaf fuqna hija jekk konniex imqarbin jew le matul is-sena u jekk isibna li konna mqarbin, nispiċċaw fl-black list tiegħu u nibqgħu mingħajr rigal! Għalhekk jaqblilna noqogħdu

b’seba’ għajnejn li ma jmurx Santa Klaws jaqbadna ma nġibux ruħna sew...għax jgħarralna! “He sees you when you’re sleeping, he knows when you’re awake, he knows if you’ve been bad or good, so be good for goodness sake.”

Min-naħa l-oħra Ġesù ma jagħmilx distinzjoni bejn dawk li huma mqarbin u dawk li mhumiex. Għalih kulħadd hu ndaqs. Anzi, tul l-istejjer li nsibu fl-Evanġelji, dejjem insibuh imdawwar b’nies li kienu mwarrbin mis-soċjetà ta’ żmienhom u kull meta ltaqa’ ma’ nies u tfal imqarbin, dejjem ħafrilhom u aċċettahom bin-nuqqasijiet li dawn kellhom!

Mela filwaqt li, kif tgħidilna l-għanja li bdejna biha, jaqblilna noqogħdu attenti jekk irridu li nakkwistaw xi ħaġa mingħand Santa Klaws fil-Milied, Ġesù ma jimxix b’dan il-mod għax Huwa jibqa’ jħobbna dejjem, mingħajr kundizzjoni. Għalhekk:‘’Din qalbi wisq tħobbok,O ħelu BambinWisq tħobbok u tgħożżokBik mgħaxxqa kull ħin.’’

Toqgħod tgħid hux ... hemm naqra differenza bejn Ġesù u Santa Klaws! ✖

Lil Santa Klaws nistennewh biss fi żmien il-Milied. Ġesù jkun magħna kuljum.

Santa Klaws joffri biss xi rigal u xi daħqa tal-ħoħoħo. Ġesù ma jagħtiniex xi ħaġa li tgħaddi wara ftit, imma joffri lilu nnifsu kollu kemm hu għal dejjem.

Santa Klaws kapaċi jferrħek għal żmien il-Milied. Ġesù jagħtik il-paċi vera għas-sena kollha.

Santa Klaws jgħix fin-North Pole. Ġesù qiegħed kullimkien.

Santa Klaws ipoġġi r-rigali taħt is-siġra tal-Milied. Ġesù sar hu nnifsu rigal għalina, rigal li nistgħu nsibuh kullimkien.

7

Page 10: Xehda Għasel

L-internet ma jeżistix, u l-aktar video-game interessanti hija Pong (fittixha fuq l-internet).

Din hi d-dinja li Steve Jobs twieled fiha imma li b’ħajtu rnexxielu jibdel.

Steve minn dejjem ħassu speċjali. Twieled u kiber fi żmien meta d-dinja kienet qed tinbidel u l-ġenerazzjonijiet il-ġodda taż-żgħażagħ kienu bbumbardjati b’ideali għolja u bi proġetti kbar. F’dan iż-żmien,

żewġt iħbieb kbar, Steve Jobs u Steve Wozniack, bdew l-esperimenti tagħhom fit-teknoloġija. Għalkemm Jobs kien tajjeb, Wozniack

kellu ġenju uniku fejn tidħol l-elettronika. Għall-ewwel bdew bi proġetti żgħar bħall-famuża Blue Box. Wara laqgħa li

attendew ġewwa Stanford, fejn raw għall-ewwel darba tip ta’ kompjuter żgħir, Jobs u Wozniack irrealizzaw li

setgħu jagħmlu mudell aħjar u li jkun jiswa inqas. Dan kien il-bidu tal-Apple. Ix-xogħol sar minnhom

flimkien ma’ xi ħbieb tagħhom fil-garaxx ta’ missier Jobs. Fi ftit snin dan il-bidu umli beda żmien ġdid fl-istorja tal-umanità u kumpanija li tiswa biljuni kbar.

Minkejja dan kollu, Steve Jobs ma kienx xi bniedem perfett. Waqt intervisti

li kellu mal-bijografu tiegħu, Jobs jammetti li kien hemm diversi affarijiet li ma kienx kburi bihom

f’ħajtu. Ħafna kienu d-drabi li kien jirvella mal-ħaddiema għax ma jilħqux il-livell ta’ perfezzjoni li hu kien jistenna u meta xi

ħadd ma kienx jaqbel miegħu kien jirrispondi b’ammonti kbar ta’ rabja u għajjat. Ħafna kienu dawk li kienu jippruvaw jaħarbuh u maż-żmien Jobs għamel diversi għedewwa fil-kumpanija. Kien hemm bosta li ma ridux jaħdmu miegħu u fl-aħħar Jobs saħansitra spiċċa mkeċċi mill-istess kumpanija li kien beda. L-istorja tiegħu dehret li waslet fit-tmiem. Tilef dak kollu li kien ħadem għalih sa dakinhar u, agħar minn hekk, tilef iċ-ċans li tassew jibdel id-dinja. Imma l-istorja ta’ Jobs ma spiċċatx. Ftit snin wara, Apple Computers kienet għaddejja minn kriżi u l-bord iddeċieda li jġib lura lil Jobs biex jipprova jsalva l-kumpanija. Fis-snin ta’ wara, Apple inbidlet minn kumpanija li kienet waslet fl-aħħar għal waħda ta’ suċċess kbir.

Immaġina dinja li fiha l-personal computer ma jeżistix!

B’kompjuter ħafna nies jifhmu jew xi magna ġganteska li jużaw kumpaniji kbar, inkella xi kaxxa

żgħira b’ħafna dwal li aktar tixbah lil calculator.

8  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2011

Page 11: Xehda Għasel

Waqt diskors li għamel fl-2005 fi Stanford University, Jobs stqarr li f’ħajtu kellu ħafna esperjenzi koroh jew li mal-ewwel daqqa t’għajn kienu jidhru negattivi. Minkejja dan, hu qal li meta jħares lura jammetti li kienu tassew providenzjali. Kienet mediċina qarsa imma l-pazjent kellu bżonnha. F’dan id-diskors, Jobs jipprova jgħaddi lill-istudenti ta’ Stanford dak li hu tgħallem minn ħajtu. Isemmi ħafna punti personali li fl-ebda intervista qatt ma kien semma’, bħall-fatt li hu kien tifel adottat. Il-messaġġ prinċipali tad-diskors hu li fil-ħajja jiġru ħafna affarijiet mhux mistennija li jistgħu jaqtgħulna qalbna – imma jekk ma naqtgħux qalbna u nkomplu mexjin- nindunaw li anke l-ikreh esperjenza hi opportunità biex niskopru xi ħaġa ġdida. It-tkeċċija tiegħu minn Apple ħallietu mitluf għal diversi xhur imma, meta d-dieqa għaddiet, induna li f’qalbu dik il-fjamma għall-innovazzjoni kienet għadha taqbad u allura reġa’ beda jaħdem fuqha. Fil-ħames snin ta’ wara fetaħ kumpanija jisimha NeXT u oħra jisimha Pixar. Kien f’dan iż-żmien ukoll li ltaqa’ mal-mara tiegħu Laurene Powell. Fi ftit snin Pixar bdiet tikber u waslet biex ħarġet l-ewwel computer-animated film bl-isem Toy Story. Fis-snin ta’ wara, is-suċċess ta’ Pixar kompla jikber u llum huwa l-iktar animation studio ta’ suċċess fid-dinja b’films bħal Finding Nemo, Up u Monster Inc. Għalkemm NeXT ma kinitx suċċess kbir daqs il-Pixar, l-iżviluppi kbar li għamlet fit-teknoloġija wassluha biex tinxtara minn Apple li dak iż-żmien kienet għaddejja minn sitwazzjoni kerha. Bil-għajnuna tas-sistema NeXT, l-Apple reġgħet irkuprat u ħadet postha fid-dinja tal-innovazzjoni.

I’m pretty sure none of this would have happened if I hadn’t been fired from Apple

Jobs jikkonkludi din l-istorja minn ħajtu billi jdur lejn l-istudenti u jgħidilhom biex ma jaqtgħux qalbhom. Kultant il-ħajja taf tkun diffiċli u s-sigriet biex tirbaħ hu li ma taqtax qalbek.

I’m convinced that the only thing that kept me going was the I loved what I did“Fittex xi ħaġa li tħobb.” Dan kien il-parir ta’ Steve. Ix-xogħol se jieħu parti kbira mill-ħajja tiegħek u l-uniku mod biex issib is-sodisfazzjon veru hu li tagħmel xi ħaġa li temmen fiha, li tħobbha. Wieħed jista’ jistaqsi kif se jkun jaf xi jħobb verament. Jobs iwieġeb bi frażi qasira – “As with all the matters of the heart, you’ll know when you find it”. It-tielet storja li jsemmi Jobs tittratta fuq il-mewt. Għall-ewwel il-mewt għalih kienet eżerċizzju

tal-moħħ meta filgħodu kien jgħid lilu nnifsu: “If today were the last day of my life, would I want to do what I am about to do today?” Dan l-eżerċizzju jistqarr li għenu ħafna meta ġie biex jagħmel id-deċiżjonijiet il-kbar f’ħajtu. Imma fl-2004 dan l-eżerċizzju sar aktar reali meta induna li kellu cancer u li għall-ewwel deher li ma kienx fadallu wisq jiem x’jgħix. Aktar tard it-tobba ndunaw li t-tip ta’ kanċer li kellu seta’ jiġi trattat u dan siliflu żmien ferm itwal ta’ ħajja. Quddiem din l-esperjenza hekk mill-qrib tal-mewt, Jobs xorta baqa’ jsostni li l-mewt hija l-akbar invenzjoni fid-dinja. “Ħadd ma jrid imut. Saħansitra n-nies li jridu jmorru l-Ġenna ma jridux imutu! Madanakollu l-mewt hija d-destinazzjoni li lkoll kemm aħna naqsmu bejnietna. Ħadd ma ħarabha. U hekk għandu jkun, għax il-mewt hija probabbilment l-aqwa invenzjoni tal-ħajja. Hija hi li ġġib il-bidla. Hija hi li tneħħi l-qadim biex iġġib il-ġdid. U llum il-ġdid huwa intom.” U tassew li intom il-ġdid. Inti li qed taqra dawn l-erba’ paġni għada pitgħada se jkollok iċ-ċans li tbiddel id-dinja. Tinsiex li ż-żmien tagħna huwa limitat, għalhekk taħlihx biex tgħix il-ħajja ta’ ħaddieħor. Tinqabadx minn xi domma – jiġifieri tħallix il-ħsejjes tal-opinjonijiet u l-ideat tal-oħrajn joħonqu l-leħen ġewwieni tiegħek. U fuq kollox ħa jkollok il-kuraġġ li ssegwi qalbek u l-intwizzjonijiet tiegħek – dawk b’xi mod jew ieħor diġà jafu int x’tixtieq tagħmel verament. Tikkuntentaxruħek b’li timxi wara l-folla għaxid-dinja għandha bżonn nies li jaħsbu b’mod differenti. ✖

9

Page 12: Xehda Għasel

Tafu li jien kont hemm dakinhar li l-istorja tad-Dinja nbidlet darba għal dejjem?! Min qatt

kien jobsor x’kelli nara f ’dak il-lejl?! Kienet lejla bħall-oħrajn, jew tal-inqas hekk dehrilna għall-ewwel; lejl kiesaħ u twil wara ġurnata xemx qalila li ma riedet tispiċċa b’xejn. U aħna bħas-soltu f ’dik il-kesħa xxoqq il-għadam konna barra, naħdmu. Imma ma konniex waħedna tafux – fil-bogħod rajna koppja riesqa lejn Betlem. It-tfajla kienet riekba fuq ħmara waqt li r-raġel kien quddiem jipprova jiġbed lill-ħmara… bejnietna

Fl-aħħar stajna nistrieħu ftit. Waqt li konna sejrin lejn il-ħuġġieġa wieħed minn sħabi induna b’kewkba mhux tas-soltu, u tgħidx kemm għamel għaġeb… qisu kien sab xi teżor! Imma kellu raġun tafux! Id-dija ta’ dik il-kewkba ma kinitx tas-soltu, qisu kien hemm xi ħaġa speċjali!

F’qasir żmien kulħadd kien nesa l-kewkba u beda joqrob lejn il-ħuġġieġa ħa jiekol xi ħaġa żgħira… u emmnuni vera kienet żgħira! Għalhekk iddeċidejt li nintasab xi mkien u nieħu nagħsa… xejn, xejn ma nismax lil żaqqi tgerger! Ma tantx nista’ nirrakkuntalkom x’ġara wara għax kont rieqed. Imma ħin minnhom tant kien hemm storbju li qomt – u kif stenbaħt ma ridtx nemmen lil għajnejja! Kien sebaħ! Jew tal-inqas hekk ħsibt! Imbagħad indunajt li l-qamar kien għadu kbir u fil-għoli. Qomt u tlaqt niġri lejn il-kumplament tal-grupp u dak li rajt – kieku ma rajtux b’għajnejja stess ma kontx nemmnu… żgur! Id-dija bdiet riesqa lejna u ħadet figura bħal ta’ bniedem… qrast waħda lili nnifsi biex nara jekk kontx qed noħlom għax quddiemi kelli anġlu tal-Mulej, bħal Rafel fil-ġrajja ta’ Tobija. Imma l-qarsa ħassejtha u allura kont żgur li dak li kont qed nara kien minnu! Jew kien hekk, inkella moħħi kien qed iħallini. Imma le, kien anġlu, u ġie biex ikellem lilna!

Issa, biex tkunu tafu, aħna r-rgħajja ma tantx aħna xi nies popolari, jew li niġbdu simpatija speċjali… anzi normalment kulħadd jiskartana, min għax ma jkollux bżonna, min

tħassarthom, għax konna ċerti li kienu waslu tard wisq biex isibu xi rokna fejn iqattgħu l-lejl.

Il-lejl kompla u jien u sħabi dorna mal-merħliet biex niġbruhom… kien hemm xi tnejn li kienu bdew jitbiegħdu imma ma tantx domna biex ġbarniehom.

y ALAN bonello

10  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2011

Page 13: Xehda Għasel

għax iddejqu r-riħa tal-annimali u min għax ma jinteressahx joqgħod jaħli l-ħin magħna – xi rrid ngħid?! Meta wieħed ikollu xi aħbar ta’ barra minn hawn, ma kienx se jibgħat jgħid lir-rgħajja ta’ Betlem – imma ħaġa tal-għaġeb, dakinhar il-messaġġier għandna ġie!

U x’messaġġ kellu għalina! Kemm nies xtaqu jisimgħu dak il-kliem imma ebda widna ma semgħet dak li smajna aħna minn fomm l-anġlu – “Ifirħu!” Għadni niftakar qisu lbieraħ. “Ifirħu għax ferħ kbir ġejt inħabbrilkom.” Fi ftit kliem qalilna li l-jum tant mistenni kien wasal. Fl-aħħar kien twieled il-Messija! U l-anġlu ġie jgħidilna eżatt fejn kien.

Minnufih tlaqna nħaffu għax konna nafu sew fejn kien il-Messija. Dak l-għar mhux l-ewwel darba li konna qattajna l-lejl fih f’xi maltempata. Morna… u kif kien qalilna l-anġlu sibna tarbija mqiegħda f’maxtura. Oħroġ il-għaġeb ma kien hemm ħadd! Twieled l-imwiegħed Messija u kulma kien hemm kienu ommu u missieru u aħna. Eh bilħaqq, kien hemm ukoll ħmara, baqra u n-nagħaġ tagħna. Madankollu għaddejna lejl tal-għaġeb! La ħadd ma kien ġie biex jiċċelebra t-twelid tal-

Messija iddeċidejna li nagħmlu festa aħna… ta’ foqra li konna… mimlija daqq, kant, qbiż u żfin.

Tgħiduli, “għaliex qed tirrakkontalna dan kollu?” Forsi qed taħsbu li din il-ġrajja tiegħi

hi ġrajja ta’ żmien ieħor li seħħet f’dinja tant differenti minn dik tagħkom! Tassew, id-dinja tagħkom

differenti – anqas l-ikbar imħuħ ta’ żmienna qatt ma setgħu jobsru kif kienet se tinbidel id-dinja. Imma qed ngħidilkom dan kollu għax għalkemm id-dinja tagħkom hijadifferenti, imma f’ħafna affarijiet għadha l-istess! Għalkemm rgħajja bħali ma tantx għadek issib, imma nies skartati bħalna għadhom jeżistu fi żmienkom ukoll – nies fqar, refuġjati, oħrajn ta’ twemmin jew valuri differenti, familji li għaddejjin minn xi tip ta’ kriżi… il-lista hija twila. Elfejn sena ilu anġlu tal-Mulej deher lili u lil sħabi biex jgħidilna li kien hemm familja fqira li kellha bżonn min jgħinha u jagħmlilha kuraġġ. U minn tant nies mess lili u lil sħabi biex immorru ngħinu lil din il-familja li ġabet fid-dinja ’l-imwiegħed Messija. Imma din storja tal-passat. Din is-sena, ħbieb, Alla l-Imbierek bagħat lili biex ngħidlek li madwarek hemm ħafna nies li għandhom bżonn l-għajnuna. Issa f’idejk. Tista’ tagħmel bħali u tipprova tgħin kif tista’ jew inkella tkompli għaddej b’ħajtek. Imma ħabib, infakkrek li, kieku għamilna hekk, aħna konna nitilfu ċ-ċans li niltaqgħu mal-Messija, l-istess wieħed li snin wara kien qal li kulma tagħmlu mal-iżgħar fost il-bnedmin tkunu qed tagħmluh miegħu. ✖

11

Page 14: Xehda Għasel

minn hawn u minnhemm

Min minnkom isegwi l-futbol, b’mod speċjali l-Juventus,

żgur li smajtu dan l-innu t’hawn fuq jitkanta waqt il-logħob ta’ Juventus mis-supporters. Huwa innu ddedikat lill-captain tat-tim Juventin li juri l-affezzjoni kbira li s-supporters għandhom lejn dan il-plejer leġġendarju.

Dawk kollha li jħobbu l-futbol, speċjalment dawk li huma supporters ta’ Juventus, kollha jaqblu li Del Piero huwa wieħed mill-aqwa plejers li rat id-dinja kalċistika f’dawn l-aħħar 20 sena. Del Piero, li fid-9 ta’ Novembru għalaq 37 sena, huwa plejer li skorja ammont kbir ta’ gowls u rebaħ ħafna unuri u tazzi. Fil-fatt rebaħ 17-il tazza mat-tim ta’ Juventus u t-Tazza tad-Dinja mal-Italja fl-2006.

Barra minn hekk għandu wkoll ħafna unuri u rekords personali fosthom l-iktar skorer prolifiku ma’ Juventus (285 gowl) f’kull kompetizzjoni u l-iktar plejer li lagħab ma’ Juventus (681 logħba). Apparti minn hekk, fis-sena 2007 spiċċa top-scorer tas-Serie A b’21 gowl segwit minn David Trezeguet (ukoll ta’ Juventus) b’20 gowl! Xi ħaġa rari hi wkoll li f’nofs is-snin disgħin, Del Piero ħalla l-marka tiegħu fil-futbol bil-gowls ala Del Piero, fejn huwa u jdur mal-plejer ixxuttja l-ballun b’mod imdawwar

Alessandro Del Piero“Io di te non mi stanco, sarò sempre al tuo fianco, sei la cosa più bella che c’é! Alessandro Del Piero ole, Alessandro Del Piero ole,Alessandro Del Piero, Alessandro Del Piero, Alessandro Del Piero oleeee.”

u skurja fir-rokna tax-xibka. Del Piero ġie mlaqqam Pinturicchio mill-ex-President ta’ Juventus u FIAT Gianni Agnelli minħabba l-mod kif kien “ipitter” il-gowls u l-passes lejn sħabu. Żgur li Del Piero jibqa’ mfakkar mill-Juventini għall-mod kif aġixxa mat-tim meta fl-2006, wara li spiċċaw champions, ġew relegati fis-Serie B u flimkien ma’ Buffon, Trezeguet, Nedved u Camoranesi ddikjara li kien se jibqa’ ma’ Juventus anki fis-Serie B bħala rikonoxximent lejn il-klabb.

Apparti dawn l-unuri, Del Piero huwa magħruf għal kemm huwa plejer sportiv u umli fil-grawnd u jgawdi l-istima ta’ ħafna coaches, plejers u supporters. Fil-fatt hu stqarr li fuq parir ta’ Sir Alex Ferguson kien ikkuntattjat biex jingħaqad ma’ Manchester United fl-istaġun 2006/2007, ħaġa li hu rrifjuta. Okkażjoni oħra li Del Piero żgur jibqa’ jiftakar hi l-istanding ovation li tawh is-supporters ta’ Real Madrid fis-Santiago Bernabeu fl-2008 wara ż-żewg goals li kien skurja kontriehom. Del Piero tant kien emozzjonat li baxxa rasu b’rispett lejn is-supporters!

L-umiltà tiegħu tkompli tispikka anki fil-ħajja personali tiegħu.Huwa miżżewweġ lil Sonia Amoruso li kienet taħdem bħala sales girl (kontra l-attitudni ta’ ħafna plejers

li jkollhom relazzjoni ma’ mudelli u show girls) u għandhom tlett itfal, Tobias, Dorotea u Sasha.

Huwa ukoll raġel simpatiku, fejn il-karattru tiegħu joħroġ ħafna fir-reklami tal-ilma Uliveto. Barra minn hekk huwa juża parti mill-flus li jaqla’ mill-futbol u mill-isponsors biex jagħmel donazzjonijiet u jippromwovi r-riċerka kontra l-marda qerrieda tal-kanċer (AIRC – Associazione Italiana per la Ricerca sul Cancro). Inizjattiva oħra ta’ solidarjetà min-naħa ta’ dan il-plejer hi Ale10FriendsForJapan, inizjattiva biex jinġabru fondi għall-vittmi tat-tsunami li ħakem il-Ġappun f’Marzu tal-2011, u li f’ħames xhur issarrfet f’iktar minn $300,000.

Żgur li hu każ fejn “dak li tagħmlu mal-iżgħar fost ħuti tagħmluh miegħi.” Iktar informazzjoni fuq www.alessandrodelpiero.com

12  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2011

Page 15: Xehda Għasel

Niżżel verżjoni JPEG u l-istruzzjonijiet

mill-paġna facebook ta’ Xehda Għasel

www.facebook.com/Xehda

13

Page 16: Xehda Għasel

Ale

ssa

nd

roD

el P

iero

Page 17: Xehda Għasel
Page 18: Xehda Għasel

16  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2011

Page 19: Xehda Għasel

Niżżel verżjoni JPEG u l-istruzzjonijiet

mill-paġna facebook ta’ Xehda Għasel

17

Page 20: Xehda Għasel

y RAYMOND muscat

QUMAAra dik il-figura fuq l-iscreen il-ħin kollu timitani! Hekk qal QUMA, il-pupazz li ħolqot il-kumpanija Ġappuniża SoftEther.

minn hawnu minn hemm

QUMA, li jixbah lill-ġisem tal-bniedem, għandu ħafna sensors mal-ġogi biex ikun jista’ jaqbad il-movimenti. Dan il-pupazz ġie żviluppat għal dawk li jixtiequ joħolqu movimenti 3D fuq il-kompjuter b’mod aktar faċli. QUMA jitwaħħal mal-kompjuter

permezz ta’ USB u l-figura tal-kompjuter, il-ħin kollu tieħu l-pożizzjoni preċiża li jieħu l-pupazz. Dan huwa utli biex jiġu rrapreżentati movimenti reali fil-logħob diġitali, cartoons animati, robotika, kif ukoll għal skopijiet edukattivi.

y CLIFTON sammut

X’Niħdaru!Illum il-ġurnata s-siti elettroniċi sar ikollhom ħafna stampi u vidjows b’links għal siti oħra. Meta wieħed ikun irid jipprintja xi ħaġa partikulari jaf isib diffikulta’ u jispiċċa jistampa numru ta’ karti żejda. Bis-servizz print what you like din ma tiġrix iżjed. Kulma trid tagħmel huwa li tikteb l-isem tas-sit, tagħżel il-parti li tixtieq, tneħħi l-affarijiet żejda u b’hekk tkun qed tnaqqas l-użu tal-inka u l-karti. Jeżisti wkoll servizz ieħor bl-isem ta’ ‘PageZipper’ li jgħinek biex artiklu li jkun maqsum f’ħafna paġni differenti jgħaqqdu f’paġna waħda u jagħtik il-possibiltà li tistampah ukoll. Mela, biex tibża’ aktar għall-ambjent uża s-servizzi ta’http://www.printwhatyoulike.com

18  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2011

Page 21: Xehda Għasel

Qatt immaġinajtek sinjurun?

Le, mhux sempliċi sinjur, imma l-iktar bniedem sinjur fejn lanqas iċ-Ċisk ma jkun jibda miegħek! Immaġina ftit li jkollok billjuni ta’ biljuni ta’ Ewro li, minflok jonqsu, jiżdiedu! Tgħid x’kont tagħmel jew tixtri kieku kellek daqshekk flus? Kieku nsiefer sal-Hawaii … kieku nixtri fabbrika tal-ġelat … kieku nixtri Gardaland … kieku … kieku … Madanakollu Joe Spud ma kellux din id-diffikultà għax kien hu l-aktar tifel sinjur fid-dinja. Huwa kellu kulma kien jixtieq: minn karozza tal-Formula 1 bil-korsa fil-ġnien, sa 3D Imax ċinema fil-kantina, 100” HD plasma widescreen f’kull kamra tad-dar kif ukoll kull logħba tal-kompjuter li teżisti. Dawn huma biss xi eżempji żgħar għax il-lista tibqa’ sejra bla ma tispiċċa! Joe kellu ħafna raġunijiet biex ikun kuntent, madwar biljun minnhom għax Joe kien tassew biljunarju u dan ta’ tnax-il sena biss! Iżda minkejja li kellu kulma jixtieq, Joe xorta waħda ma kienx kuntent! Tgħiduli, kif jista’ jkun? Għax għalkemm kellu flus kemm irid, ma kellux ħabib wieħed li hu wieħed! Iżda meta kien jiltaqa’ ma’ xi ħadd li kien japprezzah ta’ li kien u mhux għal flusu Joe jitgerfex. Il-ħasra hi li Joe ma kienx jaf li ċertu affarijiet fil-ħajja ma tistax tixtrihom u l-ħbiberija hija waħda minnhom! http://www.billionaireboybook.com P.S. Jekk trid issir iktar sinjur minn Joe - kulma trid tagħmel huwa li taqra iktar…

Billionaire Boy

y kurtMICELI

Kif jaħdemMicrowaveQatt ħsibt kif il-microwave jirnexxilu jsaħħan l-ikel mingħajr ma jsaħħan il-kontenitur li jżommu? U dan f’ħin tassew qasir! Il-microwave isaħħan l-ikel billi juża raġġi msejħa microwaves (mhux ovvja!) simili għal dawk li jintużaw meta nikkomunikaw bil-mowbajl. Dawn ir-raġġi bi frekwenza partikulari jiġu assorbiti mill-ilma u mix-xaħam li jkun hemm fl-ikel u jġegħluhom jisħnu. Dawn ir-raġġi jilħqu mhux biss il-qoxra ta’ barra imma l-ikel kollu u b’hekk l-ikel jisħon f’ħin veru qasir. U peress li l-kontenituri tal-plastik jew taċ-ċeramika ma fihomx ilma fihom, dawn ma jisħnux.

y LAWRENCE fenech

Tristan da CunhaAħna ngħidu li Malta żgħira u biex tmur pajjiż ieħor trid bilfors tieħu l-ħin biex tivvjaġġa. Imma żgur m’aħniex maqtugħin mid-dinja daqs in-nies li jgħixu fuq Tristan da Cunha. Din hi gżira f’nofs l-oċean Atlantiku li fiha daqs nofs Malta u li fuqha jgħixu biss xi 270 ruħ. L-eqreb art abitata hi madwar 3,000 km ‘l bogħod u fuq din il-gżira lanqas ajruport ma hemm! In-nies li jgħixu fuq din il-gżira huma sajjieda u bdiewa imma ħafna minnhom jaqilgħu l-flus ukoll billi jbiegħu bolol u muniti ta’ pajjiżhom lil kollezzjonisti barranin!

19

Page 22: Xehda Għasel

Intervista ma’

Trevor Zahra

sabiħa li jiġbduk lejn il-ktieb. Beda jħoss xewqa li jagħmel xi ħaġa. Bil-għajnuna ta’ persuna oħra, iddeċieda li jippubblika l-ewwel ktieb. Fiha nnifisha din kienet sfida ġmielha għax ried ħafna flus u kienet spiża mhux żgħira dak iż-żmien, u dan l-ammont ma kienx jinkludi t-tqassim fil-ħwienet. Iżda b’xorti tajba sab ħanut tal-kotba li xtara l-kopji kollha! Dan il-ktieb nissel fih ħafna kuraġġ u minn hemm kompla jikteb għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Huwa jsostni li trid temmen fik innifsek u f’dak li qiegħed tagħmel qabel ma ħaddieħor jemmen fik.

Fost id-diversi premjijiet letterarji, liema wieħed kien l-inqas mistenni? U x’kienet ir- reazzjoni tiegħek meta lura fl-2004 il-President żejnek bil-midalja tal-Qadi tar-Repubblika? “Meta tirbaħ premju dejjem tieħu gost, għax tħoss li ħaddiehor deherlu li l-ktieb tiegħek għandu valur!” Hu rċieva l-midalja tar-Repubblika għas-sehem tiegħu fil-letteratura tat-tfal. Ħass li b’dan il-premju l-letteratura għat-tfal ġiet formalment rikonoxxuta. Qalilna li kien hemm żmien meta kien hawn

l-idea żbaljata li għax tikteb għaż-żgħar tkun qisek fi klassi inqas. B’dan il-premju allura hu jħoss li l-ogħla awtorità tal-pajjiż qiegħda tagħraf li l-letteratura tat-tfal hija waħda serja u importanti daqs kull ġeneru ieħor ta’ kitba.

Meta tħares lura fiż-żmien, x’kienu dawk il-memorji ta’ tfulitek li tassew tgħożż u ma tinsa qatt?“Nirringrazzja lil Alla kull ħin u kull mument, li kelli tfulija sabiħa ħafna... kont inħossni maħbub ħafna fil-familja.” Trevor għex f’ambjent kwiet, għax fi tfulitu t-toroq kienu nodfa bla karozzi, qrib il-kampanja, u f’ ħajja avventuruża. Kien membru fl-Azzjoni Kattolika sa ma kellu dsatax-il sena. Dan kien żmien li għożż ħafna għax kien isib kull xorta ta’ attivitajiet bħal hikes, reċti, daqq u anki ħin spiritwali. “Dan għenni nikber fl-adolexxenza, meta tibda tgħaddi minn ħafna tibdil li xi drabi ma tifhmux.”

X’kienu l-akbar ostakli li kellek tegħleb fil-karriera tiegħek?Hu ħass li ma kellux jegħleb ostakli kbar ħafna. L-ikbar ostaklu hu li mhux dejjem isib ħin biżżejjed għal

X’kien li sa minn età żgħira bdejt titħajjar għall-kitba u l-arti? Kienet xi ħaġa ġo fik jew kien hemm xi ħadd li għenek tiskopri dan it-talent?Trevor Zahra qalilna li hija għaqda ta’ żewġ affarijiet... għax hi xi ħaġa li tħobb... li tħossha tiġbdek. Iżda l-ambjent li titrabba fih jgħinek ukoll! Kellu ġibda speċjali lejn il-kitba u l-arti. Missieru kien jagħmel parti mill-Akkademja tal-Malti u kellu ħafna kittieba ħbieb, u b’hekk Trevor kien ikun inkoraġġit għall-qari. Zijuh kien pittur, u dan kellu wkoll influwenza kbira fuqu. Nanntu u zitu kienu jirrakkontawlu ħafna stejjer u n-nanna kienet taf ħafna poeżiji bl-amment. Iżda hu kompla jgħidilna li l-ambjent biss mhux biżżejjed, għax it-tendenza trid tkun ġo fik. Però l-ambjent żgur li jgħin ħafna!

Fl-1971 ippubblikajt l-ewwel ktieb Il-Pulena tad-Deheb. X’aspettattivi kellek dak iż-żmien?Dejjem xtaq jikteb għat-tfal... meta beda jgħallem kien jara studenti dejjem jaqraw kotba bl-Ingliż għax ftit li xejn kien hawn kotba attraenti għat-tfal, bl-istampi u b’qoxra

y OSWIN farrugiaphilip BEZZINA

20  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2011

Page 23: Xehda Għasel

dak li jkun jixtieq jagħmel! “Mhux dejjem ikollok ċans, speċjalment meta fil-familja jkun hemm it-tfal.” Żmien iebes kien meta mietet il-mara tiegħu Stella, u allura x-xogħol tad-dar waqa’ kważi kollu fuqu. Biex isib ħin jikteb kien iqum kmieni filgħodu! Kienet sfida li rnexxielu jegħleb. “Trid tagħraf dejjem kif l-ostakli tibdilhom f’opportunità, u dawn jgħinuk biex taħdem aktar!”

Qabel tikteb xi ktieb, kif jiġuk l-ideat, fejn u meta? Forsi tgħidilna xi kemm tieħu żmien?“Diffiċli ħafna biex tispjega, għax ġieli ma tkunx taf minn fejn jiġu l-ideat.” Hu jħobb juża ġrajjiet minn tfulitu, ġrajjiet li ġraw tassew, imma li mbagħad jibdilhom u jużahom bħala pedament għal storja. “Tajjeb li jkun hemm pedament ta’ verità bħal meta n-nanna tiegħi vera kellha għar fix-xelter...” u li dan ’il quddiem dejjem qanqal fih il-kurżità... u b’hekk bil-fantasija tiegħu kiteb storja addattata għat-tfal. “Il-kittieb irid ikun qisu kaċċatur, mhux jistenna l-bajtra taqa’ f’ħalqu imma jrid jiġri wara l-ideat! Għalhekk trid taħdem u titħabat għall-ideat. L-idea tkun iż-żerriegħa żgħira, li mbagħad trid

tikkuraha biex tikber. Qabel tikteb trid tippjana, u ssir ħafna riċerka biex fl-istorja jkun hemm id-dettalji kollha f’posthom!” Wara mbagħad irid isir il-feedback. Għalhekk il-kittieb jieħu l-opinjoni ta’ ħaddieħor biex, jekk ikun hemm il-bżonn, jibdel u jirranġa.

Ġieli warrbulek jew ikkritikawlek xi xogħol minn tiegħek, u x’kienet ir-reazzjoni min-naħa tiegħek?Qabel jippubblika ktieb dejjem jagħtih lil min jaqrah u, iva, ikollu kritika, li jħossha tgħinu jtejjeb xogħlu. Għandu ħafna xogħol li għadu mhux ippublikat sakemm ma jħossux mija fil-mija konvint minnu. Il-kritika jagħti kasha, jiżinha u ma jwarrabhiex, iżda ma jħallihiex tinfluwenzah iżżejjed. Jiddependi mingħand min tiġi, għax kritika mingħand xi ħadd li veru jaf, tgħinu jmur lura u jirranġa dak li jkun hemm bżonn.

X’taħseb li jagħmel ktieb tajjeb?Il-kittieb irid ikun ġenwin mal-qarrejja u miegħu nnifsu u ma joqgħodx jibża’ jgħid dak li għandu jgħid. Ktieb irid ikun divertenti; imma dan ma jfissirx li trid bilfors tidħak. Ktieb irid jagħtik pjaċir u sodisfazzjon. Trevor iqabbel ktieb tajjeb mal-basla li meta tqaxxarha ssib taħtha qoxra oħra u oħra u oħra. Dejjem ikun fih x’tiskopri. Ktieb

tajjeb ikun jista’ jinqara fuq diversi livelli. Ikkwotalna lil C.S. Lewis li kien qal li ktieb tajjeb għat-tfal irid ikun tajjeb kemm għat-tfal, kif ukoll għall-kbar, biex kull min jaqrah isib xi ħaġa li tolqtu. Ktieb tajjeb ma jispiċċax “... and they lived happily ever after” , imma l-istorja tibqa’ sejra ġo moħħ il-qarrej.

X’parir tagħti lill-qarrejja tagħna li jħossu fihom ix-xewqa li jidħlu fid-dinja tal-kitba?Qabel wieħed jibda jikteb l-ewwel irid jinxteħet jaqra! Kulħadd għandu bżonn jaqra, imma l-kittieb għandu bżonn jaqra wisq iktar, bħal atleta li jrid iħarreġ ruħu iktar minn ħaddieħor. “Bil-qari tassorbi stili ta’ ħaddieħor li maż-żmien jinbidlu fl-istil personali tiegħek.” Trid trabbi l-imħabba għall-qari. Trid ukoll tesperimenta fil-kitba! Ma jistax il-kittieb isib formola komda u jibqa’ jipproduċi minnha għax inkella jiġrilu bħal dak l-artiġġjan li jitgħallem jipproduċi oġġett sabiħ u jibqa’ dejjem jirrepetih tul għomru kollu. Tajjeb li tibda pass pass. Qabel tikteb ktieb trid tkun kapaċi tikteb sentenza, u mbagħad paragrafu u xi storja qasira. Bħal kull ħaġa oħra, il-kitba titlob impenn totali u preparazzjoni kbira. ✖

21

Page 24: Xehda Għasel

X’hemm komuni bejniethom? Solomon R. Guggenheim Museum, New York; Peggy Guggenheim Collection, Venice; Guggenheim Museum, Bilbao; Deutshe Guggenheim, Berlin uGuggenheim Abu Dhabi, United Arab Emirates? Il-kelma Guggenheim? Mhux biss. Dawn il-ħames mużewijiet jagħmlu parti mis-Solomon R. Guggenheim Foundation, istituzzjoni mwaqqfa fl-1937 bil-għan li tikkollezzjona, tippreserva u tirriċerka xogħlijiet tal-arti moderna u kontemporanja.

M’aħniex se nieħdu l-iskariġġ li nżuruhom kollha. Ħa mmorru biss Spanja u se nibqgħu f’Bilbao, il-belt kapitali ta’ Biscay, waħda mit-tliet provinċji tar-Reġjun Bask. Kien tard fis-snin tmenin li l-amministrazzjoni Baska ħarġet bl-idea ta’ mużew ġdid, bħala parti minn proġett sħiħ ta’ żvilupp mill-ġdid tar-reġjun. Fl-1991, nibtet l-idea tal-Guggenheim Museum Bilbao, fi ħdan il-fondazzjoni mwaqqfa minn Solomon Robert Guggenheim.

Arata Isozaki mill-Ġappun, Frank Owen Gehry, Kanadiż-Amerikan, u l-kumpanija Awstrijaka Coop Himmelb(l)au daħlu f’kompetizzjoni bejniethom. Xejn partikolari ma kien mitlub minnhom dawn it-tlieta, ħlief li jqiegħdu fuq karta l-kunċett tagħhom ta’ mużew ġdid. Id-disinn li ġie magħżul kien dak ta’ Frank Gehry.

Meta tara dan il-mużew għall-ewwel darba, jista’ jkun li tibqa’ xi ftit mistagħġeb. Dan il-mużew – mibni maġenb ix-xmara Nervion, f’kuntest ta’ belt ħdejn il-baħar, bil-port tagħha jgawdi ċerta importanza, jagħti l-impressjoni li l-għamla tiegħu hi dik ta’ vapur. Ta’ min jgħid li sabiex iwettaq dan il-proġett, l-arkitett għamel użu minn disinni tridimensjonali, magħmula bil-programm CATIA. Dan il-programm tal-kompjuter kien maħluq biex jintuża fil-bini tal-ajruplani.

F’dan il-bini, l-Arkitett Frank Gehry, iwaħħad tant tajjeb tliet elementi prinċipali: il-ġebla, it-titanium,

u l-ħġieġ. L-element l-aktar importanti, it-titanium, maħdum fi ħxuna ta’ nofs millimetru biss, jagħtik l-impressjoni li hu qxur tal-ħut. Il-ħġieġ huwa trattat b’tali mod biex, filwaqt li jagħmel il-post iktar imdawwal, jipproteġih mis-sħana. Il-ħġieġ narawh jiddomina, b’mod prinċipali fl-atrium – b’għoli ta’ iktar minn ħamsin metru – il-post fejn in-nies huma milqugħa u jorjentaw ruħhom dwar il-post.

Filwaqt li jikkonċentraw min-nofs is-seklu għoxrin lil hawn, ix-xogħlijiet esebiti f’dan il-mużew jinbidlu minn żmien għal ieħor. Barra minn dawn l-esebizzjonijiet temporanji, wieħed isib dawk li huma permanenti, bl-iktar waħda magħrufa tkun dik hekk imsejħa The Matter of Time, xogħol tal-iskultur Amerikan Richard Serra.

Barra l-ispazji għall-esebizzjonijiet, il-bini jinkludi fih awditorju li jesa’ madwar 300 mitt ruħ, żewġ ristoranti u żewġ kafetteriji. Ma jonqosx, bħal f’mużewijiet oħra tal-arti, li jkun hemm ħanut tal-kotba.

y adrian VELLANOEL vassallo

22  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2011

Page 25: Xehda Għasel

Bini mmejjel u mgħawweġ li taħsbu se jaqa’ fuqek. Konfużjoni

organizzata. Dan hu t-tip ta’ bini li joħloq Frank Owen Gehry, arkitett Kanadiż magħruf għall-oriġinalità fil-bini tiegħu.

Minn mindu kien żgħir Gehry kien imur fil-ħanut ta’ nannuh u hemm kien joħloq mudelli bi bċejjeċ ta’ injam, ħadid u imbarazz li jsib. Ma’ missieru kien iqatta’ l-ħin ipinġi, iżda missieru kien jgħidlu li hu tifel li joħlom ħafna u li ma kien se jasal imkien b’dak li kien qed jagħmel. Fejn qatt basar x’potenzjal artistiku kellu ibnu! Kienet ommu li ħeġġitu biex jaqbad it-triq tal-arti.

Għal min jixtieq, għal min japprezza, qabel itemm iż-żjara tiegħu, wieħed jista’ jixtri xi ktieb... u għaliex le, xi tifkira oħra.

Semmejna l-kelma apprezzament. F’dik li hi arti, f’kull qasam li jagħmel parti minnha, sew mużika,

pittura, jew skultura, kulħadd ikollu dak il-perjodu li jinteressah, dak il-perjodu li jaffaxxinah ħafna iktar minn oħrajn. Imma kemm tkun ħaġa sabiħa li wieħed ma jingħalaqx biss f’dak il-perjodu partikolari, imma jkun kapaċi japprezza u jinteressa ruħu f’oħrajn. ✖

Gehry twieled fi Frar tal-1921 f’Toronto, il-Kanada. Il-ġenituri tiegħu kienu Lhud li trabbew fil-Polonja. Semmew lit-tifel tagħhom Ephraim imma huwa qatt ma uża dan l-isem. Ta’ tmintax-il sena mar jistudja f’kulleġġ f’Los Angeles. Meta kien jistudja kien jaħdem ukoll bħala sewwieq tat-trakkijiet u anki pprova jagħmel xi xogħol ta’ announcer fuq ir-radju. Iżda hu qatt ma ħassu komdu jagħmel dawn ix-xogħlijiet. Kien jistaqsi lilu nnifsu: “X’inħobb? X’nixtieq minn ħajti?”. It-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet kienet l-arti. Beda jiftakar kemm kien jieħu gost meta ommu kienet tieħdu jara kunċerti u jżur mużewijiet. Ftakar

ukoll kemm kien joħloq affarijiet bi blokki tal-injam meta kien ikun għand in-nanniet tiegħu. Kien hawn li ddeċieda li jibda jistudja l-arkitettura.

L-istil ta’ Gehry jaħsdek u kultant tista’ taħseb li l-bini tiegħu mhuwiex komplut. Li hu żgur hu li l-istil ta’ dan l-arkitett hu wieħed uniku u oriġinali. Fost l-aktar binjiet magħrufa tiegħu nsibu: Torri f’8, Spruce Street f’Manhattan, il-mużew ta’ Guggenheim f’Bilbao, id-Dancing House fi Praga, il-Walt Disney Concert Hall f’Los Angeles u l-Experience Music Project and Science Fiction Museum f’Seattle.

23

Page 26: Xehda Għasel

Kien ikun fis-seba’ sema jarana nippreparaw għall-festa tal-Milied! Kemm-il darba kien ikellimna Dun Ġorġ dwar kemm ħabbna

Alla, meta sar bniedem bħalna! Imma darba, aħna u nippreparaw għad-dimostrazzjoni bil-Bambin, fettilli nistaqsi għaliex ried li fil-Milied noqogħdu noħorġu bil-Bambin, u nieħdu dak ix-xogħol kollu… Il-prefett Ġużeppi qagħad jirrokkontalna storja twila…

Fadal ħamesfanali oħra!

Kemm għad

jonqos?

y andrew BORG

tazia HALLALAN bonello

Imma Ġuż, ngħid jien, għaliex Dun Ġorġ ried li

jsir dan kollu?

Eeee… kollox beda minn sentenza li kien qara…

… Dun Ġorġ kien qara l-ħajja ta’ soru qaddisa, devota ħafna tal-kelmiet Verbum Dei caro factum est. U meta missieru Vinċenz kien wasal biex imut, Dun Ġorġ qiegħdlu fuqu dawn il-kelmiet.

Imma l-istorja ma waqfietx hawn! Dun Ġorġ jirrakkonta li wara deherlu missieru f ’ħolma u qallu li permezz ta’ dawk il-kliem, kellu ġudizzju ħelu wisq!!!”

24  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2011

Page 27: Xehda Għasel

Ara min wasal!

Kollox lest Ġużeppi?

Benedizzjoni Duuun!!

Oooo Ġesu’ ħelwa tarbija…

NinġabruNsara… Mhux ta’ b’xejn li fuq

quddiem nett tad-dimostrazzjoni kienu joħorġu dawn il-kelmiet, kbar u jixgħelu! Din is-sentenza kien iħobbha wisq: Verbum Dei caro factum est! Għalkemm bil-latin, malajr tgħallimt xi tfisser – l-Iben t’Alla sar bniedem!

Issa ejja ħa nixgħelu l-kartellun il-kbir…

Iva Dun Ġorġ! Lesti biex nibdew!!

25

Page 28: Xehda Għasel

il-Widna

y danielMICALLEF

Ninni, ninni…Reġa’ wasal żmien in-‘Ninni, la Tibkix Iżjed’ u l-‘O Lejl ta’ Skiet’. Dejjem l-istess kliem li drajniehom bl-amment minn meta konna l-kindergarten! Imma mhumiex kliem biss. Kif tarahom tiftakar fl-għanjiet tal-Milied u forsi tibda tismagħhom f’qalbek… qabel ma tibda tismagħhom b’widnejk. Il-mużika, ibda mill-għanjiet tal-Milied u kompli sejjer sal-pop, il-klassika, ir-rock jew il-heavy metal iżżewwaq ħajjitna.

Fuq tlieta toqgħod il-widna!Imma jkun għalxejn l-infiħ fil-flawt, id-daqq tal-kitarra, il-moviment tas-swaba’ fuq il-pjanu jew it-tisbit fuq it-tnabar li kieku ma kinitx il-widna. Il-widna mhix biss dik il-qarquċa mgħottija bil-ġilda li tidher fuq barra. Il-widna tinqasam fi tliet biċċiet: Il-forma tal-widna ta’ barra hi magħmula biex tisma’ aħjar il-vuċi tan-nies u bħal lenbut tiggwida l-ħoss lejn il-kanal tal-widna. Il-ħoss jasal sat-tanbur tal-widna li jifred il-widna ta’ barra mill-widna tan-nofs. Il-widna tan-nofs fiha l-iżgħar tliet għadmiet ta’ ġisimna li biċ-ċaqliq bejn waħda u oħra jwasslu l-ħoss sal-widna ta’ ġewwa. Dan il-proċess jamplifika l-ħoss mitejn darba u b’hekk il-widna tagħna ssir iktar sensittiva.

Kont taf li…Il-kanal tal-widna huwa wiesgħa biss xi seba’ millimetri u li l-iżgħar għadma fil-widna (u f’ġisimna), l-istapes, tiżen biss xi erba’ milligrammi!

Tanbur

Kanaltal-widna

Widnata’ barra

Widnata’ ġewwa

Nervituri tas-smigħ

Għadamtal-widna

26  SETTEMBRU/OTTUBRU 2011

Page 29: Xehda Għasel

ŻarżirJustin, żagħżugħ ta’ sittax-il sena ma setax joqgħod kwiet! Ħoss donnu ta’ qanpiena żżarżar kien qed jibqa’ miegħu kullimkien. Kien jinsieh xi ftit biss meta jilbes l-earphones u jitfa’ l-mużika rock full on jew meta jinfexx idoqq is-sett ġdid ta’ tnabar li kellu. U l-agħar xħin jintefa’ jorqod! Dak iż-żarżir f’widnejh ma setax jeħles minnu! Kien jibża’ jmur għand it-tabib għax ħaseb li kien iqisu b’miġnun - jisma’ ż-żarżir meta ma jkun hemm xejn! Justin kien qed ibati mit-Tinnitus – kundizzjoni komuni li tista’ tiġi mill-ħsara li ssir lill-widna meta tkun esposta għal ħsejjes qawwija. Dawn il-ħsejjes joqtlu wħud miċ-ċelloli tas-smigħ u l-widna mbagħad tibda toħloq ħsejjes ta’ żarżir (tinnitus) hi. Ħafna minna kellhom esperjenzi qosra ta’ Tinnitus wara li jkunu ħarġu minn post fejn kien hemm mużika għolja ħafna. Sfortunatament, meta ċ-ċelloli tas-smigħ imutu, il-ħsara ma tissewwiex. Waqt li hawn mezzi li jgħinu lil min ikollu t-Tinnitus, l-aħjar ħaġa tkun li ma nħallux lil widnejna esposti għal ħsejjes qawwija: organu delikat u essenzjali bħall-widna jaqblilna nieħdu ħsiebu!

L-aħħar għadma tħabbat fuq it-‘tieqa ovali’ li tifred il-widna tan-nofs mill-widna ta’ ġewwa. Il-widna ta’ ġewwa għandha l-forma ta’ bebbuxu, kbira xi ċentimetru. Fuq ġewwa hemm kisja ta’ xagħar żgħir ħafna li jirċievi l-messaġġ tal-ħoss. Ħsejjes ‘ħoxnin’ jew ‘baxxi’ bħat-taħbit tat-tanbur u t-tisbit ta’ ktieb jimxu ’l ġewwa ħafna fil-widna ta’ ġewwa. Ħsejjes għoljin bħan-noti għoljin tal-pjanu jagħtu l-messaġġ lix-‘xagħar’ fil-bidu tal-widna ta’ ġewwa.

Kollox lejn il-moħħIċ-ċaqliq tax-xagħar fuq iċ-ċelloli tal-widna ta’ ġewwa jwassal

messaġġ elettriku li jitlaq min-nervituri tal-widna u jibqa’ sejjer sal-parti ta’ taħt tal-moħħ li hi responsabbli mis-smigħ. Fil-moħħ, aħna nagħmlu sens mill-ħsejjes bħala mużika, sinjal jew lingwa.

Fejn hu l-mowbajl?Jekk il-mowbajl tħobb titilqu fejn ġie ġie, kif tinduna fejn ikun meta jdoqq? Kif tagħraf li jkun tliet metri quddiemek u mhux tliet metri fuq ix-xellug, fuq il-lemin jew warajk? Jekk il-mowbajl idoqq mix-xellug, il-ħoss jilħaq il-widna tax-xellug kemm kemm qabel il-widna tal-lemin u jkun kemm kemm iktar qawwi fuq dik in-naħa. Il-moħħ

kapaċi jqabbel il-ħoss miż-żewġ widnejn biex jagħraf minn fejn ikun ġej ħoss bi preċiżjoni kbira.

B’rasek idur!Il-widna fiha wkoll nervituri li jindunaw bil-moviment u l-pożizzjoni ta’ rasna. B’hekk, din is-sistema tgħinna biex inżommu l-bilanċ. Interessanti, pereżempju li jekk iddawwar rasek lejn il-lemin u trid tibqa’ tħares lejn l-istess post, din is-sistema fil-widna hi importanti biex tikkalkula l-pożizzjoni tal-għajn. Tal-għaġeb daqsxejn ta’ widna x’fiha… u jekk trid iktar informazzjoni u anki tiċċekkja widnejn nistiednek tidħol fuq is-sit www.hear-it.org! ✖

Tmurx tnaddaf widnejk!Meta xi ħadd jgħajjatlek u ma tisimgħux, forsi jgħidlek: “Mur naddaf widnejk!” Imma tobdihx! Il-widna tipproduċi l-għasel li jipproteġi l-kanal tal-widna mill-mikrobi u mill-ilma. Kultant jista’ jiġri li l-għasel

isodd il-kanal tal-widna u jnaqqas is-sens tas-smigħ minn dik il-widna. Hawn min idaħħal kull tip ta’ ħaġa fil-widna, biex jipprova jnaddafha… fosthom il-famużi cotton buds. Dawn forsi jneħħu ftit għasel, imma

jimbuttaw il-maġġoranza tal-għasel ’il ġewwa u jżidu ċ-ċans ta’ infezzjoni jew ħsara lill-widna. Għalhekk, ikun aħjar li qatt ma ddaħħal xejn f’widnejk: jekk għandek problema bis-smigħ, aħjar tmur għand it-tabib.

27

Page 30: Xehda Għasel

Meta Bernardino kien se jagħmel l-ewwel prietka tiegħu, tant beża’ li nesa kulma kien ipprepara! Dan il-qaddis kien tifel studjuż u jħobb jaqra ħafna u ommu kien ikollha tirrabja miegħu biex joħroġ jilgħab ma’ sħabu. U kienet tagħmel sewwa!

F’żgħożitu sar qassis u kien jogħxa jistudja l-filosofija u l-liġi. Imma s-superjur tiegħu għamillu bħal ommu. Qalgħu minn fuq il-kotba u riedu jibda jipprietka. Għal Bernardino din kienet sfida

Jisimni Bernard Jekk jismek hekk, jista’ jkun li inti msemmi għal Bernardino Tomitani.

Rigali bla użu

qawwija. Kien iktar komdu mal-kotba milli quddiem in-nies.

Kellu jagħmel l-ewwel prietka tiegħu fil-festa ta’ San Bernardino ta’ Siena, il-qaddis ta’ ismu stess. Biex l-affari tkun iktar serja, kien mibgħut jipprietka fi knisja kbira. Malli qam biex jibda jitkellem, nesa kulma kien ipprepara! In-nies kienu qed jistennew u kellu jaħseb malajr. Għażel li jitkellem dwar il-qaddis tal-ġurnata u li tiegħu kien devot kbir. Ma tkellimx mill-kotba u l-istudju, imma tkellem minn

qalbu, u marlu t-twerwir kollu! Wara l-ewwel prietka, in-nies riedu jisimgħuh iktar. Kien jitkellem bil-qawwi kontra l-egoiżmu u x-xeħħa. Il-kliem tiegħu wasal għand min kien qed imexxi l-belt u bdiet bidla tal-liġijiet li tagħraf id-drittijiet ta’ kull bniedem. Ma damx ma sar wieħed mill-predikaturi l-iktar imfittxija fl-Italja.

‘Hekk għandu jiddi dawlkom quddiem in-nies, biex jaraw l-għemil tajjeb tagħkom u jfaħħru ‘l missierkom li hu fis-smewwiet.’ Mt 5, 16

Tiftakru dak ir-rigal li qlajt fil-Milied u li ma kellekx bżonnu, jew aptitu? ... u kif għidt ‘grazzi’ biex ma tiksirx lil min tahulek? Della u Jim hekk ġralhom. Qalgħu rigali li ma kellhomx bżonnhom imma, kuntrarju għal dak li ħassejt int, dawn ir-rigali kienu għal xulxin wirja ta’ mħabba bla limiti. Lejlet il-Milied, Della sabet li ma kellhiex flus biżżejjed biex tixtri rigal lil żewġha Jim. Ma tantx kienu ilhom miżżewġin, u ż-żewġ żgħażagħ kienu qed jagħmlu ħilithom biex jarmaw id-dar fqajra li kellhom. L-iktar ħaġa prezzjuża li kellha kien xagħarha u għalhekk iddeċidiet li tbigħu lil dak li jagħmel il-parrokki. B’rasha mgeżwra f’maktur u bil-flus f’idejha, ħarġet minn għand tax-xagħar u ġriet lejn il-ħanut tad-deheb biex tixtri katina tad-deheb għall-arloġġ ta’ żewġha Jim. Bil-katina marsusa ma’ qalbha ġriet lejn darha tistenna lil żewġha fuq ix-xwiek. Sadattant, Jim kien qed jagħmel sagrifiċċju ieħor. Biegħ l-iktar ħaġa

prezzjuża li kellu biex ikun jista’ jixtri r-rigal tal-Milied għal martu. Ġera lejn id-dar u fetaħ il-bieb ferħan se jtir. Id-dehra ta’ martu ħasditu! Kienet sabiħa xorta, imma b’rasha mgeżwra f’maktur! ‘Ara x’ġibtlek għall-Milied!’ għajjat Jim ferħan. Ħareġ id-dekorazzjoni tal-fidda għal xagħar Della. ‘ Ħoll dak il-maktur ħalli tilbisha!’ Della ħallet il-maktur. Xagħarha kien qasir u ma kienx fih xi żżejjen! Fejn kien marru dawk il-mewġiet imdiehba?? ‘Hawn, Jim,’ qaltlu martu, ‘ħu din il-katina. Xtrajtha għall-arloġġ tiegħek!’ ‘M’għadux għandi,’ weġibha żewġha, ‘Bigħtu biex nixtri r-rigal tiegħek!’

U baqgħu hemm, bir-rigali bla użu, iħarsu lejn xulxin. It-tgħanniqa ta’ dawn iż-żgħażagħ kienet dik ta’ min iħobb bla ma jistenna xejn! Tgħanniqa ta’ min jagħti kulma għandu għal min iħobb! U ta’ min jifraħ bil-ħsieb wara r-rigali, anke jekk jidhru bla użu! Kellhom l-għerf tal-Maġi, dawk l-għorrief li vvintaw ir-

rigali tal-Milied!

28  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2011

Page 31: Xehda Għasel

Ċajta KultantVapurRaġel u ibnu kienu ħdejn il-baħar. It-tifel staqsa lil missieru:‘Pa, dak tanker jew cruise liner?’‘Cruise liner, ibni.’‘Kif tinkiteb?’‘T-A-N-K-E-R.’

Ċajta Kultant

almanakk

novembru

ottubru

Ajma!Mara marret għand it-tabib u qaltlu:‘Dott, għandi kullimkien juġagħni. Jekk immiss wiċċi nħoss l-uġigħ, jekk immiss widinti l-istess. Jekk immiss il-minkeb inweġġa’. Jekk immiss irkoppti wkoll. X’taħseb li għandi, Dott?’‘Sebgħek miksur, sinjura!’

Fl-14 ta’ Novembru 1971, il-Mariner 9 saret l-ewwel vettura spazjali li għamletorbita madwarpjaneta oħra,f’dan il-każil-pjanetaMars.

Matul il-ġranet kesħin, ta’ min isir ħabib tal-għasel. Daqsxejn għasel mal-ħalib sħun

iserrħek fl-irqad u jikkalmalek is-

sogħla. Jekk tħollu mal-lumi magħsur

jagħmel tajjeb għal griżmejk u

jekk tużah minflok zokkor tkun qed tieħu l-minerali

u l-vitamini, ideali għal min

jipprattika l-isport

L-20 ta’ Novembru hija l-Ġurnata għad-

Drittijiet tat-Tfal. Dakinhar

jitfakkar il-jum, fl-1989, meta kważi l-pajjiżi

kollha tad-dinja ffirmaw il-konvenzjoni

dwar id-drittijiet tat-tfal.

Fl-10 ta’ Diċembru 1911, Marie Curie rċeviet il-premju Nobel għall-kimika. Tmien snin qabel kienet irċeviet il-premju Nobel għall-fiżika flimkien ma’ żewġha Pierre u ma’ Antoine Henri Becquerel. Kienet l-ewwel mara li rċeviet dan il-premju.

TaraġMara Maltija siefret u kienet tielgħa fuq il-koppla tal-Vatikan.Hi u tielgħa ltaqgħet ma’ mara tqila, nieżla t-taraġ bil-kwiet.‘Kemm għad fadal?’ staqsietil-Maltija.‘Tliet xhur,’wieġbet l-oħra.‘Mela aħjar nerġa’ ninżel,’ qatgħet qalbha l-Maltija.

Fil-5 ta’ Diċembru tal-1791, fi Vjenna

miet il-mużiċista kbir Wolfgang Amadeus Mozart, ta’ 35 sena.

Fl-20 ta’ Diċembru 1891, Emil von Behring,

salva l-ħajja ta’ tifel mid-difterite fi klinika

ġewwa Berlin. Dan għamlu permezz tal-

kura li kien skopra għal din il-marda qerrieda. Fl-1901, Von Behring irċieva l-premju Nobel

għall-mediċina.

Fis-27 ta’ Novembru jibda l-Avvent, li huwa żmien ta’ preparazzjoni għall-

festa tal-Milied. Xieraq li ngħixu l-Avvent fi stennija,

b’impenn għal talb, imħabba u konverżjoni.

Page 32: Xehda Għasel

fil-ħarġa li jmiss

L-istejjer tad-Disney

Is-Sydney Opera House

Attur ta’ Hollywood

www.facebook.com/Xehda

Fittixna fuq

bl-Amnesty International?Qatt smajt