the olive tree magazine - may 2013

12
Mejju 2013 u għalhekk il-kwalita’ ta’ tagħlim li jirċievu t-tfal fl-iskola tagħna. Sabiex nilħqu dan il-għan, qed naħdmu fuq il-Pjan tal-Iżvilupp għat- tliet snin li ġejjin. Dan il-pjan qed jaħseb sabiex ipoġġi t- tfal aktar fiċ-ċentru, fil- qalba tat-tagħlim sabiex it-tagħlim ikun aktar relevanti għat-tfal. Sabiex wliedkom jirċievu edukazzjoni li tmur ‘l hemm minn xtutna, dan il-pjan ser ikun msejjes fuq prinċipji u għanijiet skont il-qafas tal- Kurrikulu Nazzjonali. Aħna lkoll nemmnu u għandna fiduċja fit-tfal kollha li kapaċi jirnexxu. Kif nispjegawlhom fl- iskola, aħna lkoll għandna kapaċitajiet jew intelliġenzi differenti. Dan nisħqu ħafna fuqu għaliex inħossu li l-kuraġġ fit-tfal jagħmel differenza kbira—differenza pożittiva fit-tagħlim. Nagħlaq b’radd ta’ ħajr ukoll lill-Kunsill tal- Iskola, l-Kumitat EkoSkola, l-Kunsill tal- Istudenti u n-Non Teaching Staff li flimkien niġbdu ħabel wieħed sabiex it-tfal kollha jkomplu jitgħallmu f’ambjent isbaħ u aktar sikur. Frank Tabone Kap tal-Iskola Radd ta’ ħajr lilkom ġenituri u voluntiera kollha, Kunsill Lokali Żebbuġ, Parroċċa Santa Marija, l-għaqdiet kollha u l-kommunita’ taż-Żebbuġ ta’ kull kooperazzjoni. Messaġġ mill-Kap tal-Iskola Għeżież Ġenituri /Gwardjani G razzi! Ma nistax ma nibdiex dan il- messaġġ b’radd ta’ ħajr lilkom ġenituri / gwardjani ta’ kull għajnuna li tagħtu- na matul is-sena skolastika. Is- sapport tagħkom kien wieħed li xprunana nimxu ‘il quddiem f’dawn ix- xhur li għaddew. Huwa ta’ pjaċir u sodis- fazzjon għalina li naraw it- tfal jiġu ħerqana fl-iskola jum wara jum. Huwa ta’ sodisfazzjon ikbar li na- raw it-tfal jitgħallmu, itejbu l-ħiliet tagħhom fil- Malti u fl-Ingliż, fil-kapaċita’ matematika u dik tal-informazzjoni teknoloġika. Iżda huwa sodis- fazzjon akbar naraw it-tfal jiżviluppaw il-ħiliet ta’ ħsieb u modi kif isolvi problemi jew mistoqsijiet itqal. Dan grazzi għall-għalliema, li permezz ta’ ħafna jppjanar, strateġiji u fuq kollox paċenzja, inisslu kisba ta’ tagħlim fil-moħħ u fil-qalb tat- tfal. Dan kollu ma jfissirx li ma nistgħux inkunu aħjar. F’din is-sena skolastika qed nagħmlu sforz kollettiv sabiex flimkien inkomplu intejbu l-livell magazine

Upload: zebbug-primary-gozo

Post on 19-Mar-2016

252 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

Annual magazine issued by Gozo College Zebbug Primary School.

TRANSCRIPT

Page 1: The Olive Tree magazine - May 2013

Mejju 2013

u għalhekk il-kwalita’ ta’ tagħlim li jirċievu t-tfal

fl-iskola tagħna. Sabiex nilħqu dan il-għan, qed

naħdmu fuq il-Pjan tal-Iżvilupp għat-

tliet snin li ġejjin. Dan il-pjan

qed jaħseb sabiex ipoġġi t-

tfal aktar fiċ-ċentru, fil-

qalba tat-tagħlim sabiex

it-tagħlim ikun aktar

relevanti għat-tfal.

Sabiex wliedkom

jirċievu edukazzjoni li

tmur ‘l hemm minn

xtutna, dan il-pjan ser ikun

msejjes fuq prinċipji u

għanijiet skont il-qafas tal-

Kurrikulu Nazzjonali.

Aħna lkoll nemmnu u għandna fiduċja fit-tfal

kollha li kapaċi jirnexxu. Kif nispjegawlhom fl-

iskola, aħna lkoll għandna kapaċitajiet jew

intelliġenzi differenti. Dan nisħqu ħafna fuqu

għaliex inħossu li l-kuraġġ fit-tfal jagħmel

differenza kbira—differenza pożittiva fit-tagħlim.

Nagħlaq b’radd ta’ ħajr ukoll lill-Kunsill tal-

Iskola, l-Kumitat EkoSkola, l-Kunsill tal-

Istudenti u n-Non Teaching Staff li flimkien

niġbdu ħabel wieħed sabiex it-tfal kollha jkomplu

jitgħallmu f’ambjent isbaħ u aktar sikur.

Frank Tabone

Kap tal-Iskola

Radd ta’ ħajr lilkom ġenituri u voluntiera kollha, Kunsill Lokali Żebbuġ, Parroċċa Santa Marija, l-għaqdiet kollha

u l-kommunita’ taż-Żebbuġ ta’ kull kooperazzjoni.

Messaġġ mill-Kap tal-Iskola

Għeżież Ġenituri /Gwardjani

G razzi! Ma nistax ma nibdiex dan il-

messaġġ b’radd ta’ ħajr

lilkom ġenituri /

gwardjani ta’

kull għajnuna li tagħtu-

na matul is-sena

skolastika. Is-

sapport tagħkom

kien wieħed li

xprunana nimxu ‘il

quddiem f’dawn ix-

xhur li għaddew.

Huwa ta’ pjaċir u sodis-

fazzjon għalina li naraw it-

tfal jiġu ħerqana fl-iskola jum

wara jum. Huwa ta’ sodisfazzjon ikbar li na-

raw it-tfal jitgħallmu, itejbu l-ħiliet tagħhom fil-

Malti u fl-Ingliż, fil-kapaċita’ matematika u dik

tal-informazzjoni teknoloġika. Iżda huwa sodis-

fazzjon akbar naraw it-tfal jiżviluppaw il-ħiliet ta’

ħsieb u modi kif isolvi problemi jew mistoqsijiet

itqal. Dan grazzi għall-għalliema, li permezz ta’

ħafna jppjanar, strateġiji u fuq kollox paċenzja,

inisslu kisba ta’ tagħlim fil-moħħ u fil-qalb tat-

tfal.

Dan kollu ma jfissirx li ma nistgħux inkunu aħjar.

F’din is-sena skolastika qed nagħmlu sforz

kollettiv sabiex flimkien inkomplu intejbu l-livell

magazine

Page 2: The Olive Tree magazine - May 2013

Gozo College Żebbuġ Primary ● The Olive Tree Magazine ● May 2013 Paġe 2 of 12

Ms Marica Sultana (Għalliema tal-Edukazzjoni Komplimentari)

Ix-xogħol tiegħi bħala għalliema tal-

edukazzjoni komplimentari jiffoka fuq

is-smigħ, it-taħdit, il-qari u l-kitba.

L-iskop tagħna hu li nilħqu l-

bżonnijiet individwali ta’ kull tifel

u tifla. L-istejjer u l-poeżiji li

naqraw u nisimgħu, r-rakkonti ta’

kuljum minn fomm it-tfal, l-esperjenzi

li naqsmu, il-logħob, ir-rimi u l-kitba

kreattiva huma l-ħoloq f’katina mżewqa li se

twassal biex it-tfal jiksbu esperjenza fl-użu tal-lingwa orali u

stampata.

B’riżorsi adattati għall-interessi u

għal-livell tal-istudent, nassiguraw

li kull student jilħaq il–ħiliet bażiċi.

F’ambjent interattiv, stimulanti u

ferrieħi , l-għajnuna mogħtija lit-

tfal hi avventura kontinwa biex

flimkien niskopru u niżviluppaw il-

potenzjal lingwistiku tagħhom.

Page 3: The Olive Tree magazine - May 2013

Anna Marie Mifsud u Jessica Zahra

Kull sena fl-iskola tagħna ssir l-elezzjoni li fiha

jintgħażlu tfal mir-raba’, mill-ħames u mis-sitt sena

sabiex imexxu l-Kumitat EkoSkola. Fl-elezzjoni

ntagħżlet l-President mis-sitt sena li ġabet l-aktar voti.

Il-kumitat jiltaqa’ darba fil-ġimgħa.

L-EkoSkola ma hux suġġett, iżda edukazzjoni kif aħna

t-tfal nitgħallmu nuru rispett lejn l-ambjent ta’

madwarna. Bil-kelma ambjent nifhmu kull post li

nistgħu naraw jew inżuru. Fil-Kumitat, aħna nimxu

mas-seba’ taqsimiet tal-EkoSkola billi nitkellmu dwar

il-ħtiġijiet tal-iskola, nagħmlu pjan ta’ azzjoni, naraw li

kull wieħed u waħda minna jagħmel il-parti tiegħu kif

ukoll inżommu l-minuti ta’ kull laqgħa u naqrawhom

lil sħabna u l-għalliema tagħna.

Gozo College Żebbuġ Primary ● The Olive Tree Magazine ● May 2013 Page 3 of 12

L-iskop tal-Kunsill tal-Istudenti huwa li jagħti leħen lill-

istudenti fl-iskola tagħna. Il-Kunsill jiġi ffurmat permezz

ta’ elezzjoni li ssir kull sentejn minn studenti tar-raba’,

tal-ħames u tas-sitt sena. L-istudenti eletti jiltaqgħu

f’ħin il-brejk biex flimkien mal-għalliema tal-Personal &

Social Development (PSD) jiddiskutu u jippjanaw

diversi bżonnijiet għall-ġid tal-iskola u tagħna l-

istudenti.

F’din is-sena, il-Kunsill tal-Istudenti huwa ffurmat minn

Antonella Vella Muskat (President), Katia Calleja (Viċi

President), Charlton Cefai (Segretarju), Maria Regina

Zahra, Mariel Vella, Abigail Borg u Eliza Zammit

(PROS).

Page 4: The Olive Tree magazine - May 2013

Gozo College Żebbuġ Primary ● The Olive Tree Magazine ● May 2013 Page 4 of 12

Ms Doreen Gerardi u Ms Anna Maria Bates (Assistenti tal-Kinder)

Bla dubju, l-iktar żmien importanti għall-iżvilupp tat-tfal huma l-ewwel ftit snin ta’

ħajjithom. Dan huwa żmien fejn it-tfal l-iktar li jitgħallmu u jibdew il-bini tal-karattru

tagħhom. Il-klassijiet tal-Kinder jagħmlu parti minn dan iż-żmien sabiħ ta` l-ewwel snin

ta’ kull tifel u tifla.

L-għan tagħna hu li t-tfal jiġu l-iskola ħerqana u jibqgħu jiġu għal

qalbhom, fejn jagħmlu l-ewwel passi indpendenti tagħhom, mingħajr il-

ġenituri. Hekk ukoll jitgħallmu kif iġibu ruħhom tajjeb fl-iskola, jikkomunikaw ma’

xulxin, jaqsmu bejniethom, jagħmlu ħbieb u jgħinu lil xulxin fejn jistgħu. Dan kollu jsir

waqt li jkunu jilagħbu u jieħdu gost ma’ xulxin fl-iskola.

Ms Sarah Buttigieg (Learning Support Assistant - Kinder 2)

Din is-sena skolastika 2012-2013, sar proġett fil-Kinder 2 mill-fondi tal-Kreattiv. Dan

huwa proġett immirat lejn it-tisћiћ tal-kreattivita’ u l-kultura Maltija. Inkarigati minn

dan il-proġett kienu Ms. Maria Portelli u s-Sur Francesco Pio Attard.

Bl-gћajnuna ta’ dawn il-persuni istruwiti, t-tfal ћarġu bi storja oriġinali mill-ideat

tagћhom. Is-suġġett ta’ din s-sena kien il-możajk. It-tfal bl-gћajnuna ta’ Ms. Maria

Portelli ћolqu inkwadru bil-możajk li rrifletta l-

istorja tagћhom, kif ukoll ktejjeb bl-istorja

tagћhom bl-gћajnuna tas-Sur Francesco Pio

Attard.

Dan, sar kollu bil-gћan li t-tfal jipparteċipaw,

jieћdu gost u jkunu kreattivi.

Page 5: The Olive Tree magazine - May 2013

Gozo College Żebbuġ Primary ● The Olive Tree Magazine ● May 2013 Page 5 of 12

Ms Joanne Ghirxi (Għalliema Kollaboratriċi tal-Matematika)

Jekk inħarsu sew madwarna naraw li aħna mdawrin b’kunċetti tal-Matematika. Sew jekk qegħdin insajru,

nkejlu, naraw l-ħin, nixtru mill-ħanut …… qegħdin kontinwament naħdmu l-matematika.

L-iskop ta’ l-iskola mhux biss li ngħaddu mill-eżamijiet, imma li l-istudenti jiżviluppaw ħiliet biex meta jikbru

jkunu jistgħu jgħixu u jaħdmu sew fis-soċjeta’. Għalhekk hu ferm importanti li studenti jirnexxu fil-matematika.

Biex jintlaħaq dan il-għan, irid ikun hemm kollaborazzjoni kontinwa bejn l-għalliem, l-ġenitur u l-istudent. Il-

lezzjoni tal-matematika trid issir b’tali mod li l-istudenti jieħdu gost u jifhmu x’qed jagħmlu. Dan jista’ isir billi

jintużaw ‘resources’ relevanti mal-lezzjoni, u napplikaw dak li qed jitgħallmu mal-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Il-ġenituri iridu jkunu konxji li l-matematika ma titgħallimhiex biss mill-iskola. Dan għandu jsir billi d-dar

jgħinu lil uliedhom jaħsbu u japplikaw dak li wliedhom ikunu tgħallmu fil-klassijiet. Bħal per eżempju,

ninvolvuhom meta qed inkejlu biex insajru, meta jsaqsuna x’ħin sar... ngħinuhom jaslu huma għall-ħin,

insaqsuhom ifittxu kemm jiswa l-oġġett eċċ.

Hemm qawl li ma naħsibx li hemm bżonn naqilbu għall-Malti:

“I hear and I forget. I see and I remember. I do and I understand”

Mela jekk ngħallmuhom il-matematika biss bil-fomm, l-istudenti jiftakru għal dak il-mument u ftit wara jinsew.

Jekk jaraw lilna l-għalliema u l-ġenituri nfehmuhom u nuruhom, hemm imnejn li jiftakru aktar. Imma jekk

japplikaw il-matematika huma stess, wisq aktar jifhmu u jiftakru.

Fl-iskola ġew organizzati attivitajiet tal-matematika marbutin mal-Għid, li fihom l-istudenti waqt li kienu qed

jilagħbu, kienu wkoll qed jitgħallmu kunċetti tal-matematika. Anke fil-maths trail li sar waqt żjara fiċ-

Ċittadella, l-istudenti ħaddmu kunċetti tal-matematika.

Fiż-żminijiet tal-lum, l-għan ewlieni tal-edukazzjoni fil-matematika hu li l-istudenti jiżviluppaw għarfien u ħiliet

li jkunu ta’ ħtieġa għalihom matul ħajjithom kollha, kemm fid-dar kif ukoll f’xogħolhom. Tkun xi tkun l-għażla

tal-karriera ta’ kull student, għarfien u ħiliet fil-matematika huma ċ-ċavetta ta’ xogħol aktar produttiv u ta’ aktar

kwalita’.

L-esperjenza tiegħi fil-Math Trail (Ylenia Xerri - Ħames Sena)

Ftit jiem ilu, l-iskola tagħna organizzat ħarġa edukattiva fiċ-Ċittadella. Din il-ħarġa kienet għalina t-

tfal tal-ħames u tas-sitt sena interessanti, għaliex fiha għamilna ħafna attivitajiet tal-Matematika. Hekk

kif wasalna fiċ-Ċittadella, l-għalliema Joanne Ghirxi tatna xi eżerċizzji fejn fihom kellna nħabblu

moħħna biex nagħtuha risposta tajba. F’din il-ħarġa ħadna ħafna gost u flimkien rajna kemm il-

Matematika huwa mportanti fil-ħajja ta’ kuljum. Jien ħadt ħafna gost f’din il-ħarġa għax tgħallimt

ħafna affarijiet ġodda.

Page 6: The Olive Tree magazine - May 2013

Gozo College Żebbuġ Primary ● The Olive Tree Magazine ● May 2013 Page 6 of 12

Appuntament annwali - il-kunċert tal-Milied

imtella’ mill-istudenti flimkien mal-għalliema

kollha. Fl-ispirtu sabiħ tal-Milied, it-tfal

għamlu sforz sabiħ sabiex jagħtu l-aħjar

tagħhom waqt li bosta ġenituri, qraba u

ħbieb imlew is-sala tal-iskola.

Fid-29 ta’ Jannar, il-Kumitat EkoSkola

organizza Jum is-Siġar jew kif inhu magħruf

madwar id-dinja bħala Arbor Day. It-tfal bl-

għajnuna tal-għalliema tellgħu programm

qasir iżda ħelu fejn l-edukazzjoni lejn l-

iżvilupp sostenibbli ġiet mogħtija spinta ‘l

quddiem.

Ma jonqos qatt li niċċelebraw il-Jum Dinji tal-

Annimali sewwasew fl-4 ta’ Ottubru, f’jum

il-festa tal-qaddis San Franġisk t’Assisi. Bi

stejjer li xi kultant nisimgħu fuq il-mezzi tax-

xandir fejn annimali jiġu maħqura, l-iskola

ma tistax tibqa’ lura... U għalhekk tkompli

tħeġġeġ lit-tfal juri rispett lejn il-kreaturi

ħelwin li għandna fi djarna bħala pets.

Page 7: The Olive Tree magazine - May 2013

Gozo College Żebbuġ Primary ● The Olive Tree Magazine ● May 2013 Page 7 of 12

Din is-sena flimkien ħloqna programm ta’

attivitajiet ta’ ferħ, mistrieħ iżda wkoll

kreattivita’. Grazzi għal diversi volontarji,

ħloqna numru ta’ workgroups li fihom it-tfal

ħadmu flimkien u ħolqu oġġetti diversi

marbuta mal-jiem tal-Karnival.

Il-qari hu element importanti fl-iżvilupp

edukattiv ta’ kull tifel u tifla. Fl-iskola aħna

lkoll nisħqu li kull tifel u tifla jkunu kapaċi

jikkomunikaw tajjeb kemm bil-Malti kif ukoll

bl-Ingliż billi jkunu tħarrġu biżżejjed fl-erba’

ħiliet bażiċi lingwistici: tal-kitba, tal-kelma,

tas-smigħ u tal-qari. Il-litteriżmu hu l-ewwel

priorita’ fil-Pjan tal-Iżvilupp tal-iskola 2013-

2016.

Minn meta nitwieldu, ma nieqfu qatt

nitgħallmu. It-tfal jitgħallmu fil-klassi, il-qafas

li fih l-għalliem/a tibni jum wara jum, il-ħsieb,

l-idea, l-ordni u s-sens ta’ kunfidenza u fiduċja

fit-tfal. Madankollu t-tfal jitgħallmu wkoll lil ‘l

hemm mill-klassi u l-ambjent tal-iskola. It-tfal

qed jikbru u jiskopru ambjenti differenti li

jġibu magħhom tagħlim komplimentari

f’ħajjithom. Biex nilħqu dan l-iskop, jiġu

organizzati diversi ħarġiet edukattivi.

Page 8: The Olive Tree magazine - May 2013

Gozo College Żebbuġ Primary ● The Olive Tree Magazine ● May 2013 Page 8 of 12

Josianne Cauchi (Raba’ sena)

Fl-iskola li nattendi jien, is-surmast u l-għalliema dejjem jagħmlu emfasi fuqna l-istudenti biex l-iskola

dejjem nieħdu ikel li jkun tajjeb għal saħħitna. Għall-brejk nieħdu ħobż, frotta u ilma. Spiss norganizzaw

xi attivitajiet biex jgħinuna aktar nidraw nieklu dan l-ikel bħal per eżempju kolazzjon li jkun jikkonsisti

f’ħalib, ċereali mingħajr zokkor, jowgurt u frott frisk. Minn meta bdejt niekol ikel li huwa tajjeb għal

saħħti dejjem qegħda nħossni ħafna aħjar biex nagħmel l-eżerċizzju.

Jessica Grech (Raba’ sena)

L-eżerċizzju fiżiku huwa mportanti ħafna fil-ħajja tagħna. L-iskola xi drabi jkollna xi lezzjonijiet dwar l-

eżerċizzju fiżiku. Dan l-eżerċizzju fiżiku jgħin biex insaħħu l-muskoli, intejbu ċ-ċirkolazzjoni tad-demm u

nevitaw l-obeżita’. Ftit eżerċizzju fiżiku kuljum jgħinna ngħixu b’saħħitna u aktar fit-tul.

Page 9: The Olive Tree magazine - May 2013

Gozo College Żebbuġ Primary ● The Olive Tree Magazine ● May 2013 Page 9 of 12

Radd il-ħajr

lil Ministeru

għal Għawdex

u EkoGħawdex

ta’ kull

għajnuna.

Gabriella Mallia (Ħames Sena)

Fl-iskola tagħna aħna nitgħallmu nirrispettaw l-ambjent ta’ madwarna u kien

għalhekk li fid-29 ta’ Jannar iċċelebrajna Jum is-Siġar. It-tfal kollha flimkien mal-

Kumitat EkoSkola u xi mistednin ħawwilna divesi tipi ta’ siġar bħal siġar taċ-ċitru, taż-

żebbuġ u siġar Maltin. Matul is-sena żrajna diversi tipi ta’ żrieragħ ġol-ġnien u fil-

klassijiet sabiex ikollna skola aktar sabiħa u b’arja aktar nadifa. Is-siġar jieħdu l-arja

maħmuġa u jagħtuna arja nadifa u għalhekk għandna nieħdu ħsiebhom u ma

nagħmlux vandaliżmu fuqhom.

Page 10: The Olive Tree magazine - May 2013

Gozo College Żebbuġ Primary ● The Olive Tree Magazine ● May 2013 Page 10 of 12

It-teknoloġija saret parti essenzjali minn ħajjitna. Daħlet fi djarna, fi bwietna permezz

tal-telefonija ċellulari, kompjuters ta’ kull qies u saħħa kif ukoll mitt elf gadget ieħor.

Dan jgħodd ukoll għall-iskola…. Iżda dan jgħodd biss b’differenza. Fl-iskola, l-użu tat-

teknoloġija li jibda sewwasew mill-eta’ ta’ 3 snin fl-ewwel ġranet bikrin tal-Kinder 1, it-

tfal jibdew jimirħu fl-użu tat-teknoloġija tal-kompjuters u l-Interactive Whiteboard. Dan

sabiex aktar ma jikbru u jaslu fl-ewwel u fit-tieni sena tal-Primarja, l-użu tat-teknoloġija

jservihom bħala għodda utli u effettiva sabiex permezz tagħha jitgħallmu u jissaħħu fil-

qari, kitba, smigħ u l-matematika fost l-oħrajn.

Page 11: The Olive Tree magazine - May 2013

Gozo College Żebbuġ Primary ● The Olive Tree Magazine ● May 2013 Page 11 of 12

Matul din is-sena skolastika, għamilna diversi xogħlijiet ta’ tiswija, tindif u rranġar fl-iskola sabiex direttament

u indirettament intejbu l-ambjent tat-tagħlim fl-iskola—fil-klassijiet u barra mill-klassijiet. Fix-xhur sajfin, sar

ġibjun fil-bitħa tal-iskola –ġibjun li llum qed nużaw l-ilma tax-xita li jinġabar fih għall-flushings tat-toilets tal-

iskola kollha. Waħħalna wkoll submeter sabiex it-tfal stess ikunu konxji mill-użu u l-importanza tal-ilma.

Proġett kbir li bdejna f’Jannar li għadda jirrigwardja l-ġonna tal-iskola. Grazzi għall-għajnuna kbira mill-

Uffiċċju tal-Edukazzjoni u l-kumpanija Gozo Cottage, naddafna l-ġonna kollha u ħawwilna tletin siġra taċ-ċitru

u taż-żebbuġ. Il-ħsieb hu wieħed ċar - il-potenzjal tal-ġonna jintużaw għal aktar tagħlim akkademiku u ta’

edukazzjoni sostenibbli fost it-tfal.

Proġett ieħor hu l-ftuħ tal-ġim tal-iskola li ser nagħmlu nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju 2013 fit-8.30 ta’ filgħodu u

li intom lkoll mistednin għalih. Dan grazzi għall-fondi ta’ €3000 li EkoGħawdex ta lill-iskola tagħna. B’dawn

il-fondi ser jitpoġġa interlocking rubber tiling u nxtara apparat sportiv għall-istudenti għal-lezzjonijiet tal-P.E.

Fil-ġranet li ġejjin wkoll, bi ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u Żebbuġ Rovers FC, ser jitpoġġa t-terf

sintetiku fil-bitħa tal-iskola sabiex it-tfal ikollhom ambjent isbaħ u aktar sikur fejn jitgħallmu u jistrieħu.

Page 12: The Olive Tree magazine - May 2013

Gozo College Żebbuġ Primary ● The Olive Tree Magazine ● May 2013