rakkomandazzjoni tal -kummissjoni wd ......konġunt mat-turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex...
TRANSCRIPT
MT MT
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 11.1.2016
C(2015) 9490 final
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ 11.1.2016
skema volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija
MT 2 MT
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ 11.1.2016
skema volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-
Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u t-Turkija fil-
laqgħa tad-29 ta’ Novembru 2015 ftiehmu sabiex issaħħu r-relazzjonijiet u dwar l-
attivazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni Konġunt inkluż approċċ konġunt għall-ġestjoni tal-
migrazzjoni.
(2) It-Turkija bħalissa tospita aktar minn żewġ miljun persuna spustati minħabba l-kunflitt
fis-Sirja, ħafna minnhom għal perjodi twal ta’ żmien, filwaqt li fl-istess ħin qed
tiffaċċja sfidi ekonomiċi u soċjali enormi.
(3) Miżuri ta’ akkumpanjament għall-impenji reċiproċi li jinsabu fil-Pjan ta’ Azzjoni
Konġunt mat-Turkija għandhom jiġu stabbiliti sabiex tinħoloq sistema ta’ solidarjetà u
kondiviżjoni tal-piżijiet mat-Turkija għall-protezzjoni ta’ persuni li kienu spostati mill-
kunflitt fis-Sirja lejn it-Turkija.
(4) B’mod partikolari, skema rapida, effiċjenti u volontarja li tippermetti l-ammissjoni
umanitarja mit-Turkija ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni spustati minħabba l-
kunflitt fis-Sirja għandha tiġi stabbilita biex tiżgura, wasla ġestita tajjeb, sikura u
dinjituża ta’ tali persuni minflok migrazzjoni perikoluża u irregolari.
(5) L-iskema għandha tkun flessibbli biex tieħu kont ta' tnaqqis sostenibbli tan-numru ta’
persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari mit-Turkija lejn l-Unjoni Ewropea bħala
riżultat tal-azzjonijiet tat-Turkija.
(6) Minħabba l-kompetenza rikonoxxuta globalment tal-Kummissarju Għoli tan-
Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) biex jiffaċilita forom differenti ta’ dħul
ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali minn pajjiżi terzi li jkunu ġew
spustati lejn Stati lesti li jaċċettawhom, bħall-programmi tar-risistemazzjoni u l-
ammissjoni umanitarja, l-UNHCR għandha tkun imsejħa biex taqdi dan ir-rwol b’rabta
ma’ din l-iskema.
(7) Barra mill-UNHCR, l-esperjenza u l-kompetenza ta’ korpi rilevanti oħra, inkluż l-
Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) u l-Organizzazzjoni
Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) għandhom jiġu msejħa biex jassistu fl-
implimentazzjoni tal-iskema ta’ ammissjoni.
(8) Il-kapaċità ta’ pproċessar tal-UNHCR għandha titqies bħala punt ta’ referenza fl-
implimentazzjoni ta’ din l-iskema. Attwalment il-UNHCR globalment għandha l-
kapaċità li tipproċessa madwar 80 000 fil-biċċa l-kbira ta’ każijiet ta’ risistemazzjoni.
MT 3 MT
(9) Skema ta' ammissjoni umanitarja effiċjenti hija xierqa fil-każ ta’ persuni li b’mod ċar
jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u għandha tagħmilha possibbli li jkun hemm
ġestjoni rapida ta’ każijiet kif ukoll li tkun inqas intensiva fir-riżorsi.
(10) Minħabba l-inprevedibbiltà tal-flussi ta’ migrazzjoni fir-reġjun, l-għadd ta’ persuni li
għandhom jiddaħħlu taħt din l-iskema għandu jiġi determinat b’mod regolari b’kont
meħud tal-kapaċità tal-ipproċessar tal-UNHCR u l-għadd totali ta’ persuni spustati li
jgħixu fit-Turkija, inkluż l-impatt fuq dawn in-numri ta’ tnaqqis sostenibbli tan-numru
ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari mit-Turkija lejn l-Unjoni Ewropea.
(11) Fit-8 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni indirizzat lill-Istati Membri Rakkomandazzjoni
dwar Skema Ewropea ta’ Risistemazzjoni, ibbażata fuq distribuzzjoni ekwa, li kienet
segwita mill-Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri
mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill għar-risistemazzjoni, permezz ta’ skemi nazzjonali u
multilaterali, ta' 22 504 persuni fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali fl-20 ta’
Lulju 2015. L-Istati Membri qablu li taħt din l-iskema ser jittieħed kont ta’ reġjuni ta’
prijorità inklużi l-Afrika ta’ Fuq, il-Lvant Nofsani, u l-Qarn tal-Afrika, fejn jiffokaw
b’mod partikolari fuq pajjiżi fejn Programmi ta’ Żvilupp u Protezzjoni Reġjonali huma
implimentati. Il-postijiet ta’ risistemazzjoni ġew imqassma bejn l-Istati Membri u l-
Istati Assoċjati ta’ Dublin skont l-impenji stabbiliti fl-Anness għall-Konklużjonijiet.
(12) Barra mit-Turkija, il-Ġordan u l-Libanu huma ż-żewġ pajjiżi l-oħra ospitanti ewlenija
għar-refuġjati fir-reġjun. Huwa essenzjali li jittieħed approċċ komprensiv li għandu
jinkludi wkoll aktar miżuri speċifiċi ta’ appoġġ għall-Ġordan u l-Libanu. Għal dan l-
għan, il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri, l-awtoritajiet fil-Ġordan u l-
Libanu u l-UNHCR biex tiżviluppa sħubijiet innovattivi, inkluż mas-settur privat, biex
jiġu indirizzati l-bżonnijiet tar-refuġjati fir-reġjun. L-implimentazzjoni ta’ skema
volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija għandha tiffurma parti minn dan l-
approċċ komprensiv billi tippermetti sforzi ta’ risistemazzjoni li jiffukaw fuq il-
Ġordan u l-Libanu ladarba l-implimentazzjoni ta’ skema volontarja ta’ ammissjoni
umanitarja mat-Turkija tkun għaddejja.
(13) Il-parteċipazzjoni mill-Istati Membri kif ukoll l-Istati assoċjati fl-iskema ta’
ammissjoni umanitarja mat-Turkija għandha tkun volontarja, iżda għandhom ikunu
mħeġġa jipparteċipaw b’mod miftuħ, progressiv u bi proċess inklużiv għat-tfassil u l-
implimentazzjoni tal-iskema. It-tqassim ekwu ta' persuni ammessi bejn l-Istati
parteċipanti għandu jkun segwit, b’kont meħud li mhux l-Istati parteċipanti kollha
jistgħu jkunu lesti mill-bidu nett biex jieħdu impenji bħal dawn.
(14) Għall-implimentazzjoni effettiva tal-iskema, kriterji standardizzati u proċeduri relatati
mal-proċedura ta’ ammissjoni u l-istatus li għandu jingħata lill-persuni ammessi taħt
din l-iskema għandhom ikunu stabbiliti. Dawn il-kriterji u l-proċeduri għandhom
ikunu ddisinjati b’tali mod li jevitaw li l-iskema toħloq fattur ta’ ġibda għall-persuni li
jmorru t-Turkija biex jibbenefikaw mill-iskema u li tippermetti kontrolli tas-sigurtà
xierqa f’konformità mar-rekwiżiti tal-Istati parteċipanti. Huma għandhom jibnu wkoll
fuq l-esperjenza eżistenti u standards tal-Istati parteċipanti u l-UNHCR, inkluż fir-
rigward tal-vulnerabbiltà tal-kandidati għall-ammissjoni umanitarja.
(15) Għandhom jittieħdu wkoll miżuri sabiex jappoġġjaw is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika
ta’ persuni ammessi, biex tittejjeb is-sostenibbiltà, u biex jiġu evitati movimenti
sekondarji f’konformità mal-acquis tal-Unjoni.
(16) Fit-tfassil ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni organizzat laqgħat
konsultattivi ma’ sherpas tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri kollha
MT 4 MT
kif ukoll l-Istati assoċjati ma’ Schengen, ma’ rappreżentanti esperti tal-Istati Membri
kollha kif ukoll l-Istati assoċjati ma’ Schengen, u hija assoċjat kemm l-UNHCR kif
ukoll l-IOM mill-qrib ma’ din il-ħidma.
(17) Il-Kummissjoni tipprevedi li tikkontribwixxi għal skema volontarja ta’ ammissjoni
umanitarja mat-Turkija permezz ta’ mezzi finanzjarji xierqa disponibbli bejn is-snin
2016 sa 2020.
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Definizzjoni u ambitu
1. Skema volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija għall-persuni spostati minħabba l-
kunflitt fis-Sirja li huma fi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu stabbiliti
f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni.
2. Ammissjoni umanitarja għandha tfisser proċess imħaffef li bih l-Istati parteċipanti, abbażi
ta’ rakkomandazzjoni tal-UNHCR wara r-referenza mit-Turkija, idaħħlu persuni fil-bżonn ta’
protezzjoni internazzjonali, li kellhom jitilqu minn djarhom minħabba l-kunflitt fis-Sirja, li
kienu rreġistrati mill-awtoritajiet Torok qabel id-29 ta’ Novembru 2015, sabiex jagħtuhom
protezzjoni sussidjarja kif definit fid-Direttiva 2011/95/UE jew status temporanju ekwivalenti,
li l-validità tagħha ma għandhiex tkun inqas minn sena.
L-Istat parteċipanti għandu jfisser kwalunkwe Stat Membru jew Stat assoċjat li jixtieq
jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija.
3. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-għadd ta’ persuni li jiddaħħlu taħt l-iskema l-għadd totali
ta’ persuni spustati li qed jgħixu fit-Turkija, inkluż l-impatt fuq dawn in-numri fuq it-tnaqqis
sostenibbli tan-numru ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari mit-Turkija lejn l-
Unjoni Ewropea għandu jiġi kkunsidrat, flimkien mal-kapaċità ta’ pproċessar tal-UNHCR.
4. L-Istati Membri u l-Istati assoċjati għandhom jipparteċipaw fl-iskema fuq bażi volontarja.
Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar it-tqassim tan-numru ta’ persuni li jkunu ser jiddaħħlu, l-
Istati Parteċipanti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni kriterji li jirriflettu l-kapaċitajiet ta’
assorbiment, akkoljenza u integrazzjoni tagħhom, id-daqs tal-popolazzjoni, il-prodott
domestiku gross (PDG) totali, l-isforzi fil-qasam tal-asil fil-passat, u r-rata tal-qgħad.
5. Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar l-implimentazzjoni tal-iskema, l-Istati parteċipanti
għandhom jikkunsidraw l-għadd totali ta’ persuni spustati li qed jgħixu fit-Turkija, inkluż l-
impatt ta' dawn in-numri fuq it-tnaqqis sostenibbli tan-numru ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera
b’mod irregolari mit-Turkija lejn l-Unjoni Ewropea.
6. Jekk l-Istati parteċipanti jaslu għal konklużjoni komuni li m’hemm l-ebda tnaqqis
sostanzjali fl-għadd ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari mit-Turkija lejn l-Unjoni
Ewropea, jistgħu jiddeċiedu li jissospendu ex nunc l-implimentazzjoni tal-iskema jew
jadattaw l-għadd skont dan.
Proċedura ta’ ammissjoni umanitarja standardizzata
7. Il-proċedura ta’ ammissjoni għandha ssir qabel l-ammissjoni tal-kandidat għal ammissjoni
umanitarja u għandha tikkonsisti fil-passi prinċipali li ġejjin:
1) il-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-identità ta’ kandidat possibbli għall-ammissjoni
umanitarja;
2) konferma tal-fatt li l-persuna hija spustata mis-Sirja u ġiet irreġistrata mill-
awtoritajiet Torok qabel id-29 ta’ Novembru 2015;
MT 5 MT
3) valutazzjoni preliminari tar-raġunijiet għaliex ħarbet mis-Sirja u l-valutazzjoni ta’
raġunijiet għal esklużjoni mill-protezzjoni internazzjonali;
4) kontrolli tas-sigurtà;
5) eżamijiet mediċi;
6) valutazzjoni tal-kriterji ta' vulnerabbiltà skont l-istandards tal-UNHCR;
7) valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ rabtiet familjari fl-Istati parteċipanti.
8. Il-proċeduri ta’ għażla għandhom ikunu sforz kollaborattiv tal-Istati parteċipanti, it-Turkija,
il-UNHCR u l-EASO. Il-proċeduri operattivi standardizzati dwar l-ipproċessar tal-modalitajiet
u r-rwoli tal-atturi involuti fid-diversi stadji proċedurali stabbiliti fil-punt 7 għandhom jiġu
żviluppati biex jiddefinixxu r-rwoli speċifiċi ta’ kull wieħed minn dawn l-atturi fl-
implimentazzjoni tal-iskema, ibbażata fuq l-aħjar prattiki fost l-Istati parteċipanti kif ukoll
proċeduri stabbiliti tal-UNHCR. Proċeduri operattivi standardizzati bħal dawn għandhom jiġu
żviluppati mill-EASO f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-Istati parteċipanti, l-
awtoritajiet Torok, il-UNHCR u l-IOM, u jiġu adottati minn dawn l-atturi mhux aktar tard
minn xahar wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.
9. Id-deċiżjoni finali dwar id-dħul ta’ persuna għandha tkun f’idejn l-Istati parteċipanti.
Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess, l-awtoritajiet tal-Istati parteċipanti għandhom jikkooperaw
permezz taċ-ċentri tal-ipproċessar komuni u/jew timijiet mobbli, fejn il-persunal ta’ Stat
parteċipanti huwa awtorizzat li jirrappreżenta Stat ieħor parteċipanti għall-fini ta’ twettiq sħiħ
jew ta' parti mill-proċess tal-għażla f’isem dak l-Istat l-ieħor. Dan jista’ jinkludi l-
evalwazzjoni ta’ dokumentazzjoni u tmexxija ta’ intervisti, li tista’ ssir jew fir-
rappreżentazzjoni jew fil-provinċja fejn l-ammissjoni tal-kandidat tiġi rreġistrata.
10. Il-proċedura ta’ ammissjoni għandha tiġi konkluża malajr kemm jista’ jkun u fi
kwalunkwe każ fi żmien sitt xhur.
11. Ladarba ammessi fit-territorju tal-Istati parteċipanti, persuni ammessi għandhom
jingħataw status ta’ protezzjoni sussidjarja jew status ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali valida
għal mhux inqas minn sena.
Prevenzjoni ta’ movimenti sekondarji
12. Bil-għan li jiġu evitati movimenti sekondarji, kandidati għal ammissjoni umanitarja
għandhom jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, taħt l-iskema ta’ ammissjoni
umanitarja kif ukoll taħt dik rilevanti tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-asil,
u jiġi pprovdut appoġġ orjentat kulturalmemt qabel it-tluq, qabel l-ammissjoni tagħhom fit-
territorju ta’ Stat parteċipanti, b’mod partikolari tal-konsegwenzi ta’ moviment ulterjuri fi
ħdan l-Istati parteċipanti u l-fatt li huma biss intitolati għad-drittijiet marbuta mal-protezzjoni
fl-Istat ta’ ammissjoni.
13. Persuni risistemati li jidħlu fit-territorju ta’ Stat parteċipanti apparti mill-Istat ta’
ammissjoni mingħajr awtorizzazzjoni, jew sakemm titlesta l-proċedura ta’ protezzjoni
internazzjonali formali jew wara l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, għandhom jintbagħtu
lura lejn l-Istat ta’ ammissjoni, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 604/2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill. Stat parteċipanti għandu jieħu lura persuna li tgawdi minn status taħt din l-iskema
fit-territorju tiegħu jekk il-persuna msemmija tibqa’, jew tfittex li tidħol fih mingħajr
awtorizzazzjoni fit-territorju ta’ Stat ieħor parteċipanti.
Monitoraġġ u reviżjoni
MT 6 MT
14. Meta jieħdu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti 4, 5, u 6, l-Istati parteċipanti għandhom
jaġixxu fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tal-preżenza
ta’ persuni spustati mit-Turkija, l-għadd ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari fi
Stat parteċipanti li ġejjin mit-Turkija, u fatturi rilevanti oħra. Dan ir-rapport għandu jinkludi l-
informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) u l-
Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati
Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) fuq bażi ta’ kull xahar kif ukoll ir-rapporti ta’
monitoraġġ adottati mill-Kumitat Konġunt imwaqqaf biex jissorvelja l-implimentazzjoni tar-
reġim.
15. Kumitat Konġunt li jikkonsisti mit-Turkija, l-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-
Kummissjoni, u l-istati parteċipanti għandu jiġi stabbilit u jiltaqa’ regolarment biex
jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-iskema. Il-UNHCR u l-IOM għandhom jipparteċipaw kif
u meta jkun meħtieġ.
Punti finali
16. Ladarba l-implimentazzjoni ta’ skema volontarja ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija
tibda u bil-ħsieb li tiġi trattata s-sitwazzjoni fil-Libanu u l-Ġordan, li huma wkoll jospitaw
għadd kbir ta’ persuni spostati minħabba l-kunflitt fis-Sirja, l-isforzi ta’ risistemazzjoni tal-
Istati li jimplimentaw il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju, għandhom jiffokaw fuq il-Libanu u
l-Ġordan.
17. Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u l-Istati assoċjati.
Magħmula fi Brussell, 11.1.2016
Għall-Kummissjoni
Dimitris AVRAMOPOULOS
Membru tal-Kummissjoni
MT 7 MT
Dikjarazzjoni finanzjarja
1. QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva
1.2. Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva:
1.4. Għan(ijiet)
1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva:
1.6. Tul ta' żmien u impatt finanzjarju indikattiv
1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni previst/i
2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet:
3. VALUTAZZJONI INDIKATTIVA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-
PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-intestatura/i baġitarja/i tan-
nefqa affettwata/i
3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
MT 8 MT
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
1. QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva
Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal skema volontarja ta’ ammissjoni
umanitarja mat-Turkija
1.2. Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB1
18 – Migrazzjoni u Affarijiet Interni
1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva:
Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida
Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni
preparatorja2
Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4. Għan(ijiet)
1.4.1. Għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-
proposta/inizjattiva
L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM(2015)240 finali) tenfasizza l-ħtieġa urġenti ta’
reazzjoni għall-volumi kbar attwali ta’ wasliet ta’ migranti fl-UE. Aġenda Ewropea dwar il-
Migrazzjoni (COM(2015)240 finali) tenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi żviluppat approċċ
komuni biex tingħata protezzjoni lil persuni spustati.
It-Turkija bħalissa tospita madwar żewġ miljun persuna spustati minħabba l-kunflitt fis-Sirja,
ħafna minnhom għal perjodi twal ta’ żmien, filwaqt li fl-istess ħin qed tiffaċċja sfidi
ekonomiċi u soċjali enormi.
Skema rapida u effiċjenti li tippermetti l-ammissjoni umanitarja mit-Turkija ta’ persuni
spustati minħabba l-kunflitt fis-Sirja għandha tiġi stabbilita. L-Istati Membri li jieħdu sehem
fl-iskema għandhom jaċċettaw mit-Turkija persuni spustati minħabba l-kunflitt fis-Sirja li
kienu rreġistrati mill-awtoritajiet Torok qabel id-29 ta’ Novembru 2015, fuq
rakkomandazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) u
wara riferiment mit-Turkija, sabiex jagħtuhom protezzjoni sussidjarja kif definit fid-Direttiva
2011/95/UE jew status ekwivalenti.
Filwaqt li l-Istati Membri kollha kif ukoll l-Istati assoċjati għandhom juru solidarjetà, il-
parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema ta’ ammissjoni umanitarja mat-Turkija għandha tibqa'
volontarja. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat it-tqassim ekwu ta' persuni ammessi bejn l-Istati
parteċipanti.
1.4.2. Għan(ijiet) speċifiku/iċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati
Objettiv speċifiku Nru 4
It-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod
partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-ażil, inkluż permezz tal-
kooperazzjoni prattika.
1 ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività. 2 Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
MT 9 MT
Attività/ajiet konċernata/i ABM/ABB
18.03 – Asil u Migrazzjoni
1.4.3. Riżultat(i) u impatt(i) mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.
Ammissjoni umanitarja sa 80.000 persuna kull sena mit-Turkija lejn l-Istati Membri.
1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
L-għadd ta’ applikanti li għandhom jiġu ammessi
1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva:
1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien
L-għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni huma li jiġi stabbilit tqassim ġust tar-responsabbiltà
mat-Turkija għall-protezzjoni ta’ persuni li ġew spustati bil-forza mill-konflitt fis-Sirja u biex
tiġi sostitwita l-migrazzjoni irregolari u perikoluża b’mod ordnat, ġestit, sigur u dinjituż ta'
persuni li jeħtieġu l-protezzjoni
Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar l-implimentazzjoni tal-iskema, l-Istati parteċipanti għandhom
jikkunsidraw il-livell ta' żieda ta' persuni spustati li qed jgħixu fit-Turkija bħala riżultat ta'
tnaqqis sostenibbli tan-numru ta’ persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari mit-Turkija
lejn l-Unjoni Ewropea.
1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE
L-iskema ta' ammissjoni umanitarja proposta tikkostitwixxi miżura ta’ akkumpanjament
importanti fl-iskema ta’ impenji reċiproċi li jinsabu fil-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt mat-Turkija
u timmira lejn it-tisħiħ tar-relazzjonijiet, inkluż approċċ konġunt u kkoordinat għall-
migrazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha kif ukoll l-Istati assoċjati għandhom
juru solidarjetà billi volontarjament idaħħlu ċerti persuni spustati taħt l-iskema u għal dan l-
għan kriterji komuni u proċeduri relatati ma’ proċedura ta’ ammissjoni u l-istatus li għandu
jingħata lill-persuni ammessi taħt din l-iskema għandhom ikunu stabbiliti.
1.5.3. Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-għadd ta’ persuni li jiddaħħlu mit-Turkija lejn l-UE permezz tal-qafas tal-iskema ta'
ammissjoni umanitarja proposta huwa ogħla mill-għadd li kienu qablu li għandhom jiġu
risistemati skont il-konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri
mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tal-20 ta’ Lulju.
L-implimentazzjoni ta’ din l-iskema għaddejja bħalissa.
1.5.4. Kompatibilità u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħrajn addatti.
L-AMIF jipprevedi l-possibbiltà ta’ trasferiment tal-applikanti għal protezzjoni
internazzjonali bħala parti mill-programm nazzjonali ta’ kull Stat Membru fuq bażi
volontarja.
MT 10 MT
1.6. Tul ta' żmien u impatt finanzjarju indikattiv
Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat
Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[DD/MM]YYYY sa [DD/MM]YYYY
Impatt finanzjarju mill-2016 sal-2020
Proposta/inizjattiva ta' tul taż-żmien mhux limitat
Implimentazzjoni b'perjodu għat-tnedija minn YYYY sa YYYY,
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7. Il-metodu/i previst(i) ta’ mmaniġġjar
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
mis-servizzi tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta permezz tad-delega ta' kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja lil:
pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;
organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
korpi tal-liġi pubblika;
korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji
finanzjarji adegwati;
korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’
sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-
TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-
taqsima “Kummenti”.
Kummenti
Din id-dikjarazzjoni finanzjarja turi l-ammonti li huma meħtieġa biex ikopru l-ispiża ta’
ċentru wieħed tal-ipproċessar fit-Turkija u l-ispiża tal-ammissjoni umanitarja mit-Turkija lejn
l-Istati Membri. Għall-kalkolu, il-linja tal-bażi użata hija sa 80.000 persuni ammessi għal kull
sena. Għall-ammissjoni umanitarja, l-approprjazzjonijiet ta’ impenji u ħlasijiet għandhom
jiżdiedu mal-allokazzjoni attwali tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (l-
AMIF) fil-linja baġitarja 18.030101. L-approprjazzjonijiet li jkopru ċ-ċentru ta' proċessar
huma previsti taħt l-Intestatura 4. Parti mill-iskema ta’ ammissjoni umanitarja għandha tiġi
amministrata mill-UNHCR.
MT 11 MT
2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Għal ġestjoni kondiviża, qafas ta’ rappurtar, monitoraġġ u evalwazzjoni koerenti u effiċjenti
huma fis-seħħ. Għal kull programm nazzjonali, l-Istati Membri huma rikjesti li jwaqqfu
Kumitat ta’ Monitoraġġ li fih tista’ tipparteċipa l-Kummissjoni.
Fuq bażi annwali l-Istati Membri se jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tal-programm
pluriennali. Dawn ir-rapporti huma prekundizzjoni għal pagamenti annwali fil-qafas tal-
proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet, stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 514/2014
(Regolament Orizzontali).
Fl-2018, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament 514/2014, il-Kummissjoni
tissottometti rapport dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu mwettaq dwar il-programmi
nazzjonali li jinkludi l-implimentazzjoni tar-riżorsi finanzjarji li saru disponibbli permezz ta’
din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tippreżenta rapport intermedjarju dwar l-implimentazzjoni
tal-Fondi sal-31 ta’ Diċembru 2018 u rapport ta’ evalwazzjoni ex-post sat-30 ta’ Ġunju 2024,
li jkopri l-implimentazzjoni kollha (jiġifieri mhux biss programmi nazzjonali taħt ġestjoni
kondiviża).
2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.2.1. Riskju(i) identifikat(i)
DĠ HOME ma kienx qed jiffaċċja riskji importanti ta’ żbalji fil-programmi ta’ nfiq tiegħu.
Dan huwa kkonfermat min-nuqqas rikorrenti ta’ sejbiet sinifikanti fir-rapporti annwali tal-
Qorti tal-Awdituri kif ukoll min-nuqqas ta’ rata ta’ żbalji residwali 'l fuq minn 2% fis-snin li
għaddew f’rapporti annwali ta’ attività tad-DĠ HOME.
Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll issegwi r-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-Fondi tal-QSK u hija
kompletament konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju.
Programmazzjoni pluriennali kkombinata ma' saldu annwali bbażata fuq il-pagamenti li jsiru
mill-Awtorità Responsabbli tallinja l-perjodi ta’ eliġibbiltà mal-kontijiet annwali tal-
Kummnissjoni, mingħajr ma żżid il-piż amministrattiv meta mqabbel mas-sistema attwali.
Se jitwettqu kontrolli fuq il-post bħala parti mill-kontrolli tal-ewwel livell, jiġifieri mill-
Awtorità Responsabbli u se jappoġġjaw id-dikjarazzjoni annwali ta' ġestjoni ta’
assigurazzjoni.
2.2.2. Tagħrif li jikkonċerna s-sistema ta’ kontroll intern
Minbarra l-applikazzjoni ta' kull mekkaniżmu regolatorju ta' kontroll, id-DĠ HOME se joħloq
strateġija kontra l-frodi allinjata mal-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni kontra l-frodi
(CAFS) adottata fl-24 ta' Ġunju 2011 sabiex jiżgura li fost l-oħrajn, il-kontrolli interni relatati
ma' kontra l-frodi jkunu allinjati bis-sħiħ mal-CAFS u l-approċċ tiegħu għall-ġestjoni kontra l-
frodi jitħaddem b'tali mod li jsib oqsma b'riskju ta' frodi u tweġibiet xierqa għalihom. Fejn
meħtieġ, se jitwaqqfu gruppi ta’ netwerk u għodod adegwati tal-IT iddedikati għall-analiżi ta’
każijiet tal-frodi relatati mal-Fondi.
Fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża, il-CAFS tidentifika biċ-ċar il-ħtieġa li l-proposti tal-
Kummissjoni għar-regolamenti tal-2014-2020 jitolbu lill-Istati Membri sabiex idaħħlu fis-
seħħ miżuri tal-prevenzjoni tal-frodi li huma effettivi u proporzjonati għar-riskji tal-frodi
MT 12 MT
identifikati. F’Artikolu 5, il-proposta attwali tinkludi talba ċara mill-Istati Membri sabiex jiġu
evitati, identifikati u kkoreġuti l-irregolaritajiet u sabiex jiġi rrappurtat lill-
Kummissjoni. Aktar dettalji fir-rigward ta’ dawn l-obbligi se jkunu parti mir-regoli dettaljati
dwar il-funzjonijiet tal-Awtorità Responsabbli kif previst fl-Artikolu 24(5)(c).
Barra minn hekk, l-użu mill-ġdid ta' fondi li jiġu minn korrezzjoni finanzjarja bbażata fuq
kummissjoni jew riżultati tal-Qorti tal-Awdituri ġie indikat b’mod ċar fl-Artikolu 41.
2.2.3. Stima tal-kosti u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-
riskju ta’ żball
Kostijiet tal-kontroll negliġibbli u riskju ta’ żball baxx ħafna.
2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet:
Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.
Se japplikaw il-miżuri standard f’DĠ HOME għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet.
MT 13 MT
3. VALUTAZZJONI INDIKATTIVA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-
PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-intestatura/i baġitarja/i tan-
nefqa affettwata/i
Il-linji baġitarji eżistenti
Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestaturi baġitarji.
Intestatu
ra tal-
qafas
finanzjar
ju
plurienn
ali
Intestatura baġitarja Tip ta'
nefqa Kontribuzzjoni
Numru
3 Sigurtà u ċittadinanza
Diff./Mh
ux-diff.3
minn
pajjiżi
tal-
EFTA4
minn
pajjiżi
kandidat
i5
minn
pajjiżi
terzi
fis-sens tal-
Artikolu 21(
2)(b) tar-
Regolament
Finanzjarju
18.030101
Diff. LE LE LE LE
Intestatura 4 tal-QFP – Ewropa globali
22.02.03.01
Intestaturi tal-baġit ġodda rikjesti: Mhux applikabbli
Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestaturi baġitarji.
Intestatu
ra tal-
qafas
finanzjar
ju
plurienn
ali
Intestatura baġitarja Tip ta'
nefqa Kontribuzzjoni
Numru
[…][Intestatura………………………
………………]
Diff./Mh
ux-diff.
minn
pajjiżi
tal-
EFTA
minn
pajjiżi
kandidat
i
minn
pajjiżi
terzi
fis-sens tal-
Artikolu 21(
2)(b) tar-
Regolament
Finanzjarju
[…][XX.SS.SS.SS]
IVA/L
E IVA/LE
IVA/L
E IVA/LE
3 Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati. 4 L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. 5 Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.
MT 14 MT
3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
EUR miljuni
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali Numru 3 - Sigurtà u ċittadinanza
DĠ: AFFARIJIET INTERNI
Sena
2016
Sena
2017
Sena
2018
Sena
2019
Is-
sena
2020
Daħħal snin
daqskemm
ikun meħtieġ
sabiex turi t-tul
tal-impatt (ara
l-punt 1.6)
TOTAL
Approprjazzjonijiet operazzjonali
18.030101 Impenji (1)
840
840
840
840
840 4,200
Pagamenti (2)
Numru tal-intestatura baġitarja Impenji (1a)
Pagamenti (2a)
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati
mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
Numru tal-intestatura baġitarja (3)
MT 15 MT
TOTAL tal-approprazzjonijiet
għad-DĠ HOME
Impenji
=1+
1a
+3
840 840 840 840 840 4,200
Pagamenti
=2+
2a
+3
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
operazzjonali
Impenji (4)
840
840
840
840
840 4,200
Pagamenti (5)
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura
amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal
programmi speċifiċi
(6)
TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 3
tal-qafas finanzjarju pluriennali
Impenji =4+
6
840
840
840
840
840 4,200
Pagamenti =5+
6
Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / mill-inizjattiva:
DĠ: NEAR
Sena
2016
Sena
2017
Sena
2018
Sena
2019
Is-
sena
2020
Daħħal snin
daqskemm
ikun meħtieġ
TOTAL
MT 16 MT
sabiex turi t-tul
tal-impatt (ara
l-punt 1.6)
Approprjazzjonijiet operazzjonali
22.02.03.01 Impenji (1)
26.60
0
26.60
0
26.60
0
26.60
0
26.60
0
133
Pagamenti (2)
Numru tal-intestatura baġitarja
Impenji (1a)
Pagamenti (2 a
)
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati
mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
Numru tal-intestatura baġitarja (3)
TOTAL tal-approprazzjonijiet
għad-DĠ NEAR
Impenji
=1+
1a
+3
26.60
0
26.60
0
26.60
0
26.60
0
26.60
0
133
Pagamenti
=2+
2a
+3
MT 17 MT
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
operazzjonali
Impenji (4)
26.60
0
26.60
0
26.60
0
26.60
0
26.60
0
133
Pagamenti (5)
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura
amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal
programmi speċifiċi
(6)
TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta' referenza)
Impenji =4+
6
26.60
0
26.60
0
26.60
0
26.60
0
26.60
0
133
Pagamenti =5+
6
MT 18 MT
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali 5 "Nefqa amministrattiva"
EUR miljuni
Sena
2016
Sena
2017
Sena
2018
Sena
2019
Is-
sena
2020
Daħħal snin
daqskemm
ikun meħtieġ
sabiex turi t-tul
tal-impatt (ara
l-punt 1.6)
TOTAL
DĠ: AFFARIJIET INTERNI
Riżorsi umani 1.320 1.320 1.320 1.320 1.320 6.600
Nefqa amministrattiva oħra 0.03 0.03 0.03 0.03 0.03 0.150
TOTAL DĠ HOME Approprjazzjonijie
t 1.350 1.350 1.350 1.350 1.350 6.750
TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Total tal-impenji
= Total tal-
pagamenti)
1.350 1.350 1.350 1.350 1.350 6.750
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
Sena
2016
Sena
2017
Sena
2018
Sena
2019
Is-
sena
2020
Daħħal snin
daqskemm ikun
meħtieġ sabiex turi
t-tul tal-impatt (ara
l-punt 1.6)
TOTAL
MT 19 MT
TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
Impenji 867.9
5 867.95
867.9
5
867.9
5
867.9
5 4,339.750
Pagamenti
MT 20 MT
3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)
Indika l-
għanijiet u
r-riżultati
Sena
2016
Sena
2017
Sena
2018
Sena
2019
Is-sena
2020
Daħħal snin
daqskemm ikun
meħtieġ sabiex turi t-
tul tal-impatt (ara l-
punt 1.6)
TOTAL
IR-RIŻULTATI
Tip6
Kost
medj
u
Le
Kost
Le
Kost
Le
Kost
Le
Kost
Le
Ko
st
Le
Kost
Le
Kost Nru
totali
Spiża
totali
GĦAN SPEĊIFIKU
Nru 17
Risistemazzjoni
- Riżultat
Som
ma
f’da
qqa
għall
-
Istati
Me
10.0
00
80.00
0
800
80.00
0
800
80.000
800
80.000
800
80.0
00
800
4.000
6 Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu forniti (eż.: għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.). 7 Kif deskritt fil-punt 1.4.2. "Objettiv jew objettivi speċifiċi..."
MT 21 MT
mbri
- Riżultat Kost
ijiet
ta’
trasf
erim
ent
500
80.00
0 40
80.00
0 40
80.000 40 80.000 40
80.0
00 40
200
Subtotal għall-għan
speċifiku Nru 1
840
840
840
840
840
4.200
OBJETTIV SPEĊIFIKU
Nru 2 ...
It-twaqqif u l-ġestjoni ta’
ċentru wieħed8 tal-
ipproċessar
- Riżultat Pers
unal
meħt
ieġ
132.
000
50
6,600
50
6,600 50
6,600 50
6,600
50
6,60
0
33,000
Spejj
eż
oper
attivi
1
1
20,000
1
20,000 1
20,000 1
20,000
1
20,0
00
100,000
8 Għal ċentru wieħed ta’ kapaċità ta’ 10.000 persuna. 50 membru tal-persunal huma meħtieġa u l-infiq tal-operazzjoni jammonta għal 20 Me fis-sena. Abbażi ta’ kalkolu
approssimattiv ħafna.
MT 22 MT
Subtotal għall-għan
speċifiku Nru 2
26,600
26,600
26,600
26,60
0
26,6
00
133,00
0
KOSTIJIET TOTALI
866,60
0
866,60
0
866,60
0
866,60
0
866,
600
4.333
MT 23 MT
3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1. Sommarju
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta' natura
amministrattiva
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura
amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
Sena
2016
Sena
2017
Sena
2018
Sena
2019
Is-sena
2020
Daħħal snin
daqskemm ikun
meħtieġ sabiex turi
t-tul tal-impatt (ara
l-punt 1.6)
TOTAL
INTESTATURA
5
tal-qafas
finanzjarju
pluriennali
Riżorsi umani 1.320 1.320 1.320 1.320 1.320 6.600
Infiq
amministrattiv
ieħor 0.03 0.03 0.03 0.03 0.03 0.150
Subtotal tal-
INTESTATURA
5
tal-qafas
finanzjarju
pluriennali
1.350 1.350 1.350 1.350 1.350 6.750
Barra l-
INTESTATURA
59
tal-qafas
finanzjarju
pluriennali
9 L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi
u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-intestaturi “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka
diretta.
MT 24 MT
Riżorsi umani
Infiq ieħor
ta’ natura
amministrattiva
Sottototal
barra mill-
INTESTATURA
5
tal-qafas
finanzjarju
pluriennali
TOTAL 1.350 1.350 1.350 1.350 1.350 6.750
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u spejjeż oħrajn ta’ natura amministrattiva
se jiġu ssodisfati minn approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati lill-immaniġġjar tal-
azzjoni u/jew kienu riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk neċessarju, ma’ xi allokazzjoni
addizjonali li tista’ tkun mogħtija lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni
annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet tal-baġit.
MT 25 MT
3.2.3.2. Stima tar-riżorsi umani meħtieġa
Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time
Sen
a
201
6
Sen
a
201
7
Is-
sena
201
8
Sena N+3
Daħ
ħal
snin
daqs
kem
m
ikun
meħt
ieġ
sabie
x
turi
t-tul
tal-
impa
tt
(ara
l-
punt
1.6)
Postijiet tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal
temporanju)
XX 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u
l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-
Kummissjoni)
10 10 10 10 1
0
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
Persunal estern (Ekwivalenti ta' ingaġġ full-time: EFT)10
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-
"pakkett globali")
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u
10 AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal
tal-aġenzija; JED= Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet.
MT 26 MT
JED fid-delegazzjonijiet)
XX 01 04 yy 11
- fil-Kwartieri
Ġenerali
- fid-
delegazzjonijiet
XX 01 05 02 (AC, END, INT -
Riċerka indiretta)
10 01 05 02 (AC, END, INT -
Riċerka diretta)
Intestaturi baġitarji oħra (speċifika)
TOTAL 10 10 10 10 1
0
XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-
ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun
meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni
skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u persunal temporanju Jappoġġjaw, jipproċessar u jissorveljaw l-attivitajiet fil-qasam ta’
rilokazzjoni fil-livell tal-Kummissjoni, u jassistu lit-Turkija fiċ-ċentru
tal-ipproċessar.
Persunal estern
11 Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (linji "BA" preċedenti).
MT 27 MT
3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali iżda tista’
tinvolvi l-użu ta’ strumenti speċjali kif definit fir-Regolament tal-MFF.
Il-proposta/l-inizjattiva tkun teħtieġ programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura
rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati
u l-ammonti korrispondenti.
[...]
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew
reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi baġitarji konċernati u l-
ammonti korrispondenti.
F’każ li l-marġni taħt l-intestatura tan-nefqa "Sigurtà u ċittadinanza" ikun ġie eżawrit, u wara
li jkunu ġew analizzati l-possibilitajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-
approprjazzjonijiet, huwa propost li jiġi mmobilizzat l-istrument ta’ flessibbiltà.
3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament mingħand terzi persuni.
Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
Sena
N
Sena
N+1
Sena
N+2
Sena
N+3
Daħħal snin daqskemm
ikun meħtieġ sabiex turi t-
tul tal-impatt (ara l-punt
1.6)
Total
Speċifika l-korp ta’
kofinanzjament
TOTAL tal-
approprjazzjonijiet
kofinanzjati
MT 28 MT
3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
Il-proposta/l-inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju:
fuq ir-riżorsi proprji
fuq dħul mixxellanju
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
L-intestatura tad-
dħul baġitarju:
Approprja
zzjonijiet
disponibbl
i għas-
sena
finanzjarja
kurrenti
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva12
Sena
2015
Sena
2016
Sena
2017
Sena
2018
Sena
2019
Daħħal snin
daqskemm ikun
meħtieġ sabiex turi
t-tul tal-impatt (ara
l-punt 1.6)
Artikolu 6600 p.m. p.m. p.m. p.m.
Għal dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-intestatura/i tan-nefqa tal-baġit affettwata/i.
.
Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.
[...]
12 Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati
għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għal kostijiet ta’ ġbir.