proġetti li ħolqu x-xogħol - futur fis-sod

8
It-Tnejn, 18 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 Inċentivi għax-xogħol għax ix-xogħol jagħtik dinjità Diversi proġetti kbar importanti li bihom kien ġenerat ħafna xogħol Evarist Bartolo jgħid li sistema ta’ stipendji bħal ta’ Malta ma teżisti mkien ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Prattikament f’kull belt u raħal saru proġetti tal-Gvern u oħrajn mill-Kunsilli Lokali b’għajnuna mill-Gvern. Ħidma kontinwa li tat lill-pajjiż livell tal-għajxien aħjar. Per eżempju fil-qasam tal-edukazzjoni, skola ġdida kull sena fissru 70 ħaddiem jaħdmu fuq il-kostruzzjoni filwaqt li ħamsin ħaddiem Mill-2008 ‘l hawn il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista investa €33 miljun fil-bini ta’ skejjel ġodda mgħammra bl-aqwa teknoloġija u faċilitajiet edukattivi. F’dawn l-iskejjel il- Gvern investa €7 miljun fil-faċilitajiet sportivi tagħhom u qiegħed fil- proċess li jinvesti €3.5 miljun oħra fil-bini ta’ kumpless sportiv indoor għall-Kulleġġ Sant Injazju. Dan kollu wassal biex inħolqu għadd ġmielu ta’ opportunitajiet tax-xogħol li minnhom gawdew il-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Proġetti li ħolqu x-xogħol Fl-aħħar ħames snin saru għadd kbir ta’ proġetti li tejbu l-kwalità tal-ħajja u ħolqu wkoll xogħol għal ħaddiema b’ħiliet fil-qasam tal-kostruzzjoni u oqsma relatati ieħor jipprovdu servizzi marbuta ma’ skola ġdida bħal bankijiet tal-iskola, aluminju u faċilitajiet sportivi. Proġett kbir ieħor hu l-bini l-ġdid tal-MCAST b’investiment ta’ €120 miljun. Fuq dan il-proġett hemm jaħdmu mal- 140 ħaddiem. Naturalment xejn ma sar b’kumbinazzjoni. Dawn il-proġetti twettqu għax il-Gvern, b’viżjoni, għaraf li meta jinvesti fi proġetti bħal dawn ikun qed jolqot diversi għasafar b’ġebla waħda. Ikun qed joħloq ix-xogħol għal dawk li jaħdmu għal rashom. U jkun qed itejjeb il-kwalita tal-ħajja tan-nies u d-dehra tal-pajjiż. €33 miljun għall-bini ta’ skejjel ġodda L-impenn tal-Gvern hu li jipprovdi edukazzjoni ħolisitka biex uliedna jirnexxu lkoll. Illum l-iskejjel huma attrezzati b’numru ta’ faċilitajiet li jgħinu fl-iżvilupp akkademiku, fiżiku u soċjali tal-istudent fosthom technology workshops, laboratorji tax-xjenza, laboratorji tal- informatika, klassijiet għat- tagħlim tal-arti, laboratorji għat-tagħlim tal-home economics u faċilitajiet sportivi ta’ kwalità għolja. Dan għaliex l-isport u l-edukazzjoni llum huma tassew ikkunsidrati bħala parti minn edukazzjoni ħolistika.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 19-Mar-2016

262 views

Category:

Documents


3 download

DESCRIPTION

Suppliment it-Tnejn 18 ta' Frar 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Proġetti li ħolqu x-xogħol - Futur fis-Sod

It-Tnejn, 18 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

Inċentivi għax-xogħol għax ix-xogħol jagħtik dinjità

Diversi proġetti kbar importanti li bihom kien ġenerat ħafna xogħol

Evarist Bartolo jgħid li sistema ta’ stipendji bħal ta’ Malta ma teżisti mkienii iii viFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScaT jagħżEL ħażIN

Prattikament f’kull belt u raħal saru proġetti tal-Gvern u oħrajn mill-Kunsilli Lokali b’għajnuna mill-Gvern. Ħidma kontinwa li tat lill-pajjiż livell tal-għajxien aħjar.

Per eżempju fil-qasam tal-edukazzjoni, skola ġdida kull sena fissru 70 ħaddiem jaħdmu fuq il-kostruzzjoni filwaqt li ħamsin ħaddiem

Mill-2008 ‘l hawn il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista investa €33 miljun fil-bini ta’ skejjel ġodda mgħammra bl-aqwa teknoloġija u faċilitajiet edukattivi.

F’dawn l-iskejjel il-Gvern investa €7 miljun fil-faċilitajiet sportivi tagħhom u qiegħed fil-proċess li jinvesti €3.5 miljun oħra fil-bini ta’ kumpless sportiv indoor għall-Kulleġġ Sant Injazju.

Dan kollu wassal biex inħolqu għadd ġmielu ta’ opportunitajiet tax-xogħol li minnhom gawdew il-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Proġetti li ħolqu x-xogħolFl-aħħar ħames snin saru għadd kbir ta’ proġetti li tejbu l-kwalità tal-ħajja u ħolqu wkoll xogħol għal ħaddiema b’ħiliet fil-qasam tal-kostruzzjoni u oqsma relatati

ieħor jipprovdu servizzi marbuta ma’ skola ġdida bħal bankijiet tal-iskola, aluminju u faċilitajiet sportivi.

Proġett kbir ieħor hu l-bini l-ġdid tal-MCAST b’investiment ta’ €120 miljun. Fuq dan il-proġett hemm jaħdmu mal-140 ħaddiem.

Naturalment xejn ma sar b’kumbinazzjoni. Dawn

il-proġetti twettqu għax il-Gvern, b’viżjoni, għaraf li meta jinvesti fi proġetti bħal dawn ikun qed jolqot diversi għasafar b’ġebla waħda.

Ikun qed joħloq ix-xogħol għal dawk li jaħdmu għal rashom.

U jkun qed itejjeb il-kwalita tal-ħajja tan-nies u d-dehra tal-pajjiż.

€33 miljun għall-bini ta’ skejjel ġodda

L-impenn tal-Gvern hu li jipprovdi edukazzjoni ħolisitka biex uliedna jirnexxu lkoll. Illum l-iskejjel huma attrezzati b’numru ta’ faċilitajiet li jgħinu fl-iżvilupp akkademiku, fiżiku u soċjali tal-istudent fosthom technology workshops, laboratorji tax-xjenza, laboratorji tal-informatika, klassijiet għat-tagħlim tal-arti, laboratorji għat-tagħlim tal-home economics u faċilitajiet sportivi ta’ kwalità għolja.

Dan għaliex l-isport u l-edukazzjoni llum huma tassew ikkunsidrati bħala parti minn edukazzjoni ħolistika.

Page 2: Proġetti li ħolqu x-xogħol - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 18 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

20,000post tax-xogħol ġdid maħluqin

fl-aħħar 5 snin minkejja riċessjoni dinjija

€120 miljun

investiti fil-bini ta’ McaST ġdid għall-edukazzjoni

teknika

Fatti u Ċifri

€33 miljun

għall-bini ta’ skola ġdida kull sena

€7 miljun

fl-iżvilupp ta’ faċilitajiet sportivi fl-iskejjel ġodda

Edukazzjoni u taħriġ għal impjiegi speċjalizzati li

jħallsu pagi tajbin fl-oqsma ġodda tal-informatika,

il-farmaċewtika l-online gaming, is-servizzi marittimi

u l-bijoteknoloġija

€17-il miljun

fi żvilupp ta’ Park tal-avjazzjoni, qasam

għalkollox ġdid ta’ xogħol

Inċentivi għall-ħolqien ta’ 25,000 impjieg f’5 snin

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Il-PN ħoloq ambjent ekonomiku li fih seta’ jinħoloq ix-xogħol u xogħol b’pagi aħjar. Dan l-ambjent ħloqnieh għaliex dħalna fl-Unjoni Ewropea u ftaħna swieq u opportunitajiet ġodda, għaliex investejna f’setturi ġodda, għaliex investejna fil-kompetittività tan-negozju u tal-industrija, għaliex investejna fir-riżorsi umani tal-ħaddiema tagħna, għaliex ippremjajna x-xogħol, għaliex żammejna t-taxxi baxxi u fuq kollox, għaliex żammejna l-finanzi fis-sod. Biex nagħmlu qabża oħra ta’ kwalità fil-ħolqien tax-xogħol qed nipproponu dawn il-miżuri ġodda għall-ħames snin li ġejjin.

Inċentivi għax-xogħol għax ix-xogħol jagħtik dinjità

1. Meta tfittex ix-xogħol issibna

Il-ħaddiema kollha u ta’ kull età huma riżorsa prezzjuża għalina. Għaldaqstant jitkomplew u jitwessgħu l-iskemi sabiex meta tkun mingħajr xogħol u tieħu l-benefiċċji tal-qgħad inti ssib l-għajnuna biex titħarreġ u tkun tista’ taħdem numru ta’ sigħat fil-ġimgħa mingħajr ma titlef il-benefiċċji. B’mod partikolari:i. Il-Work Trial Scheme li permezz tagħha

persuna bla xogħol tieħu esperjenza ta’ xogħol ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa għal 12-il ġimgħa bla ma titlef ebda dritt jew benefiċċju, tissaħħaħ billi l-perjodu ta’ 12-il ġimgħa jkun jista’ jiġi estiż jekk ikun hemm bżonn sa massimu ta’ sena sabiex nassiguraw li l-persuna bla xogħol tikseb il-ħiliet meħtieġa biex tintegra sew fid-dinja tax-xogħol;

ii. L-iskema Bridging the Gap li tagħti esperjenza ta’ xogħol lil persuni l-aktar żvantaġġati (persuni li kienu l-ħabs, persuni li kellhom problema tad-droga jew alkoħol, persuni b’diżabbiltà, persuni bi problema ta’ saħħa mentali u oħrajn) filwaqt li jkollhom dħul ta’ 80% tal-paga minima nazzjonali, tissaħħaħ billi:•Fil-każ ta’ persuni b’diżabbiltà u persuni

bi problemi ta’ saħħa mentali l-limitu ta’ żmien jiġi estiż għal tliet snin, waqt li nipprovdu job coach fejn meħtieġ;

•Għal persuni oħra l-limitu taħt din l-iskema jiġi estiż għal sena.

iii. Il-Community Work Scheme fejn il-persuna li tkun ilha tirreġistra għal aktar minn sitt xhur u qed tieħu l-benefiċċju tal-qgħad taħdem 30 siegħa fil-komunità ma’ Kunsill Lokali jew ma’ xi NGO, tissaħħaħ billi jiżdied il-limitu fuq il-perjodu li fih persuna tkun tista’ tipparteċipa f’din l-iskema;

iv. Wara s-suċċess tal-Employment Aid Programme li għen kumpaniji Maltin biex iħarrġu u jħaddmu persuni bla xogħol filwaqt li nofs il-paga kienet sussidjata mill-fondi tal-Fond Soċjali Ewropew, dan il-programm se jerġa’ jitnieda biex jippermetti li kumpaniji Maltin jieħdu sussidju ta’ 50% ta’ paga u l-bolla ta’ sena, jew 75% tal-paga u l-bolla ta’ sentejn għal min ikun ilu aktar minn sentejn bla xogħol, filwaqt li għal persuni b’diżabbiltà din titla’ 75% tal-paga u l-bolla mingħajr limitu ta’ żmien. Dawn l-ammonti huma l-massimu permessibbli mill-iState Aid Regulations.

Page 3: Proġetti li ħolqu x-xogħol - Futur fis-Sod

It-Tnejn, 18 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemMatul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista wettaq diversi proġetti kbar importanti li bihom kien ġenerat ħafna xogħol, kemm f’Malta, kif ukoll f’Għawdex. In-natura ta’ dawn il-proġetti kienet varjata għall-aħħar, iżda lkoll taw lill-ħaddiem dħul akbar għalih u għall-familja

Ġenerazzjoni tal-impjiegiIl-proġetti kapitali f’Malta huma ferm importanti għax minnhom infushom jgħinu biex idawru r-rota ekonomika u jgħinu fil-ġenerazzjoni tal-impjiegi filwaqt li l-bini, f’dan il-każ l-MCAST ta’ Raħal Ġdid, se jgħin biex inkomplu nistimulaw u jkollna edukazzjoni ferm aħjar.

Nemmen li meta l-kampus tal-MCAST se jibda jopera, kemm l-istudenti, l-għalliema u r-riżorsi se jkunu f’post wieħed biex l-effiċjenza u l-ħidma jħallu l-frott, eżempju taħriġ ta’ kors partikulari jista’ faċilment jiġi espost għal taħriġ ieħor li hu simili.

Qabel, din ma kinitx tista’ ssir għax kellek dipartiment tal-MCAST fit-Tramuntana tal-pajjiż u ieħor in-naħa l-oħra fejn ikun diffiċli ferm biex timmobilizza lill-istudenti.

Valur imprezzabbli Il-kriminalità u l-kriminalità organizzata kulma jmur qegħdin ikunu aktar sofistikati, speċjalment fejn jidħol il-qasam tal-Informazzjoni Teknoloġika. Permezz tal-akkademja l-ġdida u b’apparat aktar sofistikat, se jkollna Korp tal-Pulizija aktar imħarreġ u kwalifikat biex jilqa’ għal dawn il-problemi.

Nemmen li anki l-Pulizija stess se jħossuhom ferm komdi biex jaħdmu f’ambjent ġdid u modern b’apparat tal-lezzjoni aħjar filwaqt li dawk il-pulizija li jkunu qegħdin jiġu mħarrġa se jesperjenzaw esperjenza ġdida u pożittiva dwar it-tagħlim li qegħdin jirċievu.

Żgur li proġett bħal dan li l-Gvern għoġbu jinvesti fih hu ta’ valur imprezzabbli għall-Korp tant li se jqawwi l-moralità tal-istess istituzzjoni.

L-ITS għandu rwol importanti fis-soċjetà tagħnaL-ITS għandu rwol importanti fis-soċjetà tagħna, rwol li kultant fil-fehma tiegħi ma jingħatax daqshekk importanza mill-pubbliku ġenerali iżda hu kruċjali fil-qasam turistiku u ekonomiku tal-pajjiż.

It-taħriġ li jsir f’dan il-qasam jgħin biex jitħarrġu għadd kbir ta’ studenti u individwi fil-qasam turistiku speċjalment dak tal-catering u l-ospitalità. Meta turist jiġi Malta u jintlaqa’ bi professjonalità kbira, dan jerġa’ jiġi u jagħmel riklam tajjeb fost sħabu għal Malta.

Bit-tkabbir tal-ITS u bil-modernizzazzjoni tal-istess post, wieħed jistenna li se jsib aktar taħriġ ta’ kwalità għall-istudenti li jagħmlu parti minn din l-istituzzjoni edukattiva filwaqt li jkunu jistgħu jidħlu aktar studenti.

Għalliema professjonaliKemm-il darba smajna li l-edukazzjoni hi ċ-ċavetta tas-suċċess biex fil-ħajja navanzaw u nirnexxu. Uliedna qegħdin jesperjenzaw dan b’taħriġ professjonali f’kull livell edukattiv u fl-istess ħin b’għalliema professjonali u riżorsi neċessarji.

Jien nistaqsi “iżda biex tipprovdi dan kollu ma jridx ikollok skejjel moderni mgħammra b’kull neċessità?” Għal dan, il-Gvern ħaseb b’għaqal kbir, b’għaqal li jibni skola kull sena, biex din l-iskola, barra li tkun moderna, spazjuża u mimlija riżorsi tkun tista’ tilqa’ aktar tfal fiha biex jieħdu t-taħriġ tagħhom b’mod professjonali.

Il-Gvern żamm il-wegħda tiegħu ta’ skola ġdida fis-sena u wieħed jista’ jinnota li l-entużjażmu, kemm tal-istudenti kif ukoll tal-ġenituri.

L-edukazzjoni rat avvanzi kbarL-edukazzjoni rat avvanzi kbar isiru matul din il-leġiżlatura u dan ħadd ma jista’ jiċħdu għax il-fatti nistgħu narawhom u mmissuhom b’idejna kuljum, kemm fil-qasam infrastrutturali bħall-iskejjel iżda wkoll fil-kwalità li biha wliedna qegħdin jitħarrġu.

Proġett li nista’ niftakar fih bħalissa u li kien hemm ħafna kummenti pożittivi dwaru, kemm mill-għalliema, mill-istudenti u minn persuni li jifhmu fil-qasam tal-IT kien l-ICT center li nbena fl-Università f’Tal-Qroqq b’investiment ta’ miljuni kbar ta’ ewro, b’risq uliedna u dawk li għad iridu jkunu studenti universitarji.

B’dan iċ-ċentru, l-istudenti ngħataw ambjent, riżorsi u sigurtà akbar għalihom u għal saħħithom biex jagħmlu r-riċerka kollha meħtieġa filwaqt li jnaqqsu l-impatt negattiv fuq saħħithom b’siġġijiet u kompjuters aħjar.

ChARLES GIACOMOTTOIL-ĦAMRUN

LORRy SACCOBIRżEBBUĠA

DOROThy GIACOMOTTOIL- ĦAMRUN

MIRIAM DIMEChĦAż-żEBBUĠ

MARGARET SERPINAIL-GUDJA

Page 4: Proġetti li ħolqu x-xogħol - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 18 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħoloq għadd kbir ta’ proġetti f’kull rokna ta’ Malta u Għawdex. Dawn il-proġetti – li

llum komplew jibdlu wiċċ Malta u Għawdex u jagħtuhom id-dehra sabiħa li tixirqilhom – wasslu

wkoll biex jinħolqu postijiet ta’ xogħol ġodda

Il-lista ta’ proġetti ta’ tisbiħ li saru fil-gżejjer Maltin – prattikament f’kull belt u raħal – wasslet biex illum qed ngħixu kwalità ta’ ħajja aħjar. Illum kibret il-kuxjenza favur it-tisbiħ u l-ħarsien tal-lokalitajiet tagħna u kulħadd hu kburi bil-patrimonju li għandna. Dawn ix-xogħlijiet se jkomplu matul il-ħames snin li ġejjin

għamilna għadd kbir ta’ proġetti importanti għax għandna l-finanzi fis-sod

Page 5: Proġetti li ħolqu x-xogħol - Futur fis-Sod

It-Tnejn, 18 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Min iżur il-Belt Valletta jista’ josserva lista twila ħafna ta’ proġetti u xogħlijiet. Il-Belt Valletta ngħatat u qed tkompli tingħata l-libsa sabiħa li tixirqilha. Ċertifikat mill-aqwa għal dan kien id-deċiżjoni li l-belt kapitali

ta’ pajjiżna se tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fis-sena 2018. Il-Gvern immexxi mill-Partit

Nazzjonalista hu kburi b’dawn is-suċċessi importanti

Proġetti kapitali li wasslu biex il-ħaddiem Malti u Għawdxi jaqla’ mhux biss l-għajxien tiegħu, iżda jkollu dħul akbar għalih u għall-familja. Proġetti li qed jagħtu wiċċ ġdid lil pajjiżna, itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u jagħmlu lil Malta aktar attraenti għal kull min iżurha

Page 6: Proġetti li ħolqu x-xogħol - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 18 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Fl-Orizzont tas-16 t’April 1996, Evarist Bartolo kiteb li li l-Partit Laburista jżomm is-sistema tal-istipendji ħalli ħadd ma jkollu għalfejn jitlef opportunitajiet ta’ edukazzjoni għax ma jkunx jista’ jaffordja jistudja.

Imma fit-3 t’Ottubru 1997, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo ħareġ stqarrija biex iħabbar li l-istipendju kien se jsir dejn.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo beda l-istqarrija tiegħu tat-3 t’Ottubru 1997 hekk: “Imkien fid-dinja ma teżisti sistema bħal ta’ Malta li dawk li jistudjaw l-Università, minbarra li ma jħallsux tal-kors li jagħmlu, jingħataw ukoll stipendju biex jgħinhom fl-ispejjeż tal-ħajja ta’ kuljum!”

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

MUSCAT APPOĠĠJA T-TNEĦĦIJA TAL-ISTIPENDJI FL-1997... ISSA JIPPROVA JNESSIhA (dehret għall-ewwel darba: il-mument 21.03.10)

Page 7: Proġetti li ħolqu x-xogħol - Futur fis-Sod

It-Tnejn, 18 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

Miljun u nofs turist li qagħdu hawn Malta u 600,000 turist ieħor li ġew hawn fuq cruise liner; b’kollox, aktar minn żewġ miljun turist li żaru Malta s-sena l-oħra – rekord assolut u r-raba’ rekord f’ħames snin li fihom ħafna pajjiżi kienu qed ibatu qgħad u awsterità li żgur ma kinux qed jagħmluha faċli biex iċ-ċittadini tagħhom jieħdu vaganza barra.

Dawn huma r-riżultat uffiċjali għat-turiżmu fis-sena li għadha kemm għaddiet u li kienu ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika f’dawn l-aħħar ġranet.

1,454,400 turist li qagħdu hawn u nefqu 1,345 miljun ewro Ir-riżultati uffiċjali dwar it-turisti li waslu Malta u li kienu akkomodati f’Malta jew Għawdex juru li s-sena l-oħra

rekord ta’ aktar minn żewġ miljun turist fl-2012

ġew minn dawn it-turisti 1,454,400 li qattgħu 12.6-il miljun lejl f’akkomodazzjoni hawnhekk u nefqu 1,345 miljun ewro f’Malta.

Dawn kollha, jiġifieri l-ammont ta’ turisti, l-iljieli li qattgħu hawn u kemm nefqu hawnhekk, huma rekord. U f’dak li l-aktar hu importanti, jiġifieri l-flus li nefqu f’Malta, jirriżulta li ħallew dħul rekord għall-ekonomija tagħna li jfisser li kull turist li ġie Malta s-sena l-oħra nefaq kważi elf ewro.

608,800 oħra li ġew bi cruise linerĊifri separati dwar it-turisti li żaru Malta bi cruise liner u li ma jkunux raqdu f’akkomodazzjoni fuq l-art imma jkunu raqdu fuq il-vapur juru li dan it-tip ta’ turiżmu s-sena l-oħra kien

rekord ukoll. Iċ-ċifri uffiċjali juru li fuq cruise liners is-sena l-oħra żaruna 608,800 turist.

Dawn it-turisti nefqu €36 miljun oħra.

2,063,200 turist b’kolloxB’hekk, b’kollox is-sena l-oħra żaru Malta 2,063,200 turist li hu rekord mill-aqwa fi kwalunkwe żmien, speċjalment meta nafu x’kien għaddej fil-pajjiżi minn fejn jiġu t-turisti – reċessjoni internazzjonali qawwija u twila.

żidiet impressjonanti fl-aħħar leġiżlatura Ħames snin qabel, kienu żaruna 1,243,500 turist li kienu akkomodati f’Malta jew Għawdex u li qattgħu 11-il miljun lejl u nefqu b’kollox 1,058 miljun ewro. Kienu ġew ukoll 488,200 turist ieħor fuq

cruise. Jiġifieri b’kollox ħames snin qabel kienu żaruna 1,731,700 turist.

Dawn iċ-ċifri kollha jfissru żidiet impressjonanti f’ħames snin li matulhom il-pajjiżi minn fejn jiġu l-aktar turisti kienu qed ibatu kriżi ekonomika u finanzjarja, awsterità u qgħad.

Tul din il-leġiżlatura, it-turisti li kienu akkomodati f’pajjiżna żdiedu bi 17% u qattgħu hawnhekk 15% aktar iljieli. In-nefqa ta’ dawn it-turisti f’Malta żdiedet b’27%. Dawk li żaruna fuq cruise żdiedu b’25% u, b’hekk, it-turisti li żaruna b’kollox – kemm dawk li kienu akkomodati fuq l-art u kemm dawk fuq vapur – żdiedu b’19%.

Kuntrast kbir mas-snin tmeninDan ir-rekord fit-turiżmu s-sena l-oħra u matul dawn

l-aħħar ħames snin hu f’kuntrast kbir mas-snin tmenin meta, f’reċessjoni internazzjonali anqas kiefra minn dik li ħafna pajjiżi barranin batew f’dawn l-aħħar snin, it-turiżmu lejn Malta kien ikkollassa b’terz.

L-ogħla intensità tat-turiżmu fl-EwropaL-ammont ta’ turisti li qed jiġu Malta tant hu kbir li jfisser li għal kull waħda mill-150,000 familja li hawn f’Malta u Għawdex jiġu erbatax-il turist kull sena. Din tissejjaħ l-intensità tat-turiżmu u li f’Malta hi l-ogħla fl-Ewropa grazzi għall-fatt li t-turiżmu f’Malta baqa’ jiżdied anke matul dawn il-ħames snin diffiċli għall-ekonomija Ewropea waqt li f’pajjiżi kompetituri tagħna bħal Ċipru t-turiżmu naqas.

LENTI FUQ...

Malta hi l-aktar pajjiż Ewropew li jgawdi turiżmu għad-daqs ta’ pajjiżna u tal-popolazzjoni tagħna...

grazzi għad-deċiżjonijiet bil-għaqal li għamel il-Gvern Nazzjonalista biex żamm it-turiżmu jiżdied waqt

li l-bqija tad-dinja kellha reċessjoni kiefra u pajjiżi kompetituri tagħna bħal Ċipru staġnaw fit-turiżmu

Page 8: Proġetti li ħolqu x-xogħol - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni It-Tnejn, 18 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“Bid-diversi proġetti li l-Gvern għamel matul din il-leġiżlatura nħolqu għadd kbir ta’ opportunitajiet tax-xogħol li minnhom gawdew il-ħaddiem Malti u l-familji Maltin. Dan lilna jagħmilna kburin għax għalina, il-ħaddiema u l-familji huma fiċ-ċentru tal-politika tagħna.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi