lehen il-malti · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. fost il-kompilaturi...

38

Upload: others

Post on 07-Oct-2020

17 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan
Page 2: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan
Page 3: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

LEHEN IL-MALTI L-XXXV 1966 GHADD 10

DAN IL-GHADD FIH:

EDITORJ AL: Koltura nazzjonali Ġ. AQUILINA: }fela: Fuq qabar - J. ZAMMIT MANGION: Tagħrif etimoloġiku-grammatikali - T. ON!: Lill-qamar: Qaumin i,.reb­bieg5a - Ġ. BONNIO: L-l ta' Novembru 19-: Fuq xbieha li hemm fuq qabar - K. VASSALLO: lx-xatan - E. MIFSUD: Fil-mewt tat-tfajjel- A. CREMON A: Żjara f'wied i/-Lunzjata, Gliawdex: Kellimni fuq im5abbtek; Gbajnejja biss gtxzlik .. Jien txiejk żag1iżug1i mill-ġJid; G5ajnejk dejjem jid1ieuli; Gtxzliex? - B.MALLIA s.J.: Milied 1962 - Duri Ġ. ABELA: Gtxzll-qabCl1'; 'il min ser niea.? - J. CAMILLERI: Twemmin - V. FENECH: DruI u liruġ - Fr. J. CREMONA, o.f.m.: Dieq; Il-1iakem - A. AGIUS MUSCAT: Saqajn imberr1iin - C. VELLA: lx-xemx - Ġ. CASSAR PULLIONO: Żieda ta' kliem u ti/sir - Korrispondenza bejn l-Għaqda tal-Malti (Universitll) u l-Autorita­jiet Universitarii.

EDITORJ AL

KOLTURA NAZZJONALI

HAFNA li jsemmu l-kelma Indipendenza hawn Malta juru li ma jifhmux sewwa xi tfisser din il-kelma. Min għalihom biżżejjed li minn Malta niżlet il-handiera Ingliża u telgħet flokha l-handiera Maltija. Aħna ma nistgħux uma nixtiqux immieru li din il-bidla ta'bandiera politikament tfisser bidla kostituzzjonali fil-ħakma tal-gżejjer tagħna li issa m'għadhomx iżjed kolonji, imma saru pajjiż Indipendenti .. bil Gvem ti.egħu rajh f'idejh. L-ebda indipendenza m'hija assoluta f'din id-dinja fejn il.-pajji żijigu bżonn xulxin. Imma jiena mhux fuq l-Indipendenza politika ta' Malta rrid nitkellem, imma fuq l-Indipendenza spirit.wali ta' pajjiżna. Hafna tismagħ­ħom igħidulek illi l-bidla hawn Malta hija bidla fil-wiċċ biss għaliex ir.­ruħ tal-Maltin għadha mjassra. Hafna mill-Maltin li konttistenniehom ikunu mkabbrin bI-ilsien u l-istorja ta' pajjiżhom għadhom, u milli jidher se jibgħu, imniġġsin mili-mard ta' inferjarita li l-kolonjaliżmu ta' l-aħħar 2,000 sena ħoloq fid-demm Malci,. demm li ħafna drabi meta tisimgħu jbaq­baq taħsbu d-demm ca' l-eroj, filwaqt li ma jkunx ħlief tbaqbiq ta' senci-. mend mħawda. Biex inkunu tassew indi pendenti jeħtieg naqtgħul-irbatta' l-imgħoddi, u bħal dgħajsa bir,.riħ jonfoħ fil qala'; naqdfu '1 barra għal rasna lejn orizzonti godda. Imma biex nagħmlu dan, irridu qabel nissaffew mid.;demm ta.' l-ilsiera li .jibżgħu minn ċkunithom, u li biex jaħi:n dan il-biża',

-l-

Page 4: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

jiżżejnu b'rix ħaddieħor billi jagħmlu bħall-barranin f'dawk il~ħwejjeġ li ma jaqblux mat-tradizzjonijiet religjuzi u socjali tagħna.

Fl-imgħoddi .min ried jimbotta lil Malta fi .ħdan l-Italja u min ried j im­bottaha fi ħdan l-Ingilterra. Dawn ittrattaw lil Malta bħal ulied qalbhom ħażina li jridu jeħilsu minn ommhom għall-mistħija. Imbagħad nistagħġbu bin-nuqqas ta' karattru ta' dawk in-nies li 'l pajjiżhom iħobbuh biex jin­negozjawh waħedhom mingħajr ma jkollhom liL ħadd jaqsam magħhom. Jekk kien hemm qalbieni Malti li ħaqqu monument kull fejn jistgħu jarawh il~kbar u ż-żgħar, imma l-aktar iNfal ta' l-iskejjel, dan huwa Mikiel Anton Vassalli. Dan l-istudjuż, għalkemm seta' jitkabbar bI-għerf ta' ilsna oħra u kultura akbar minn nies ta' żmienu, iġġieled għall-liberta ta' Malta kontra l-Ordni ta' San Gwann mhux biex jimbotta lil Malta fi ħdan nazzjon oħra, imma biex Malta tkun ħielsa bid-destin tagħħa f'idejha. Vassalli, fi kliem ieħor, ried Malta Maltija. Qabel kull politi):cant ta' żmienna u ta' żmienu, hu sejjaħ lil Malta nazzjon; u biex tkun nazzjon tassew ried li l-Malti jkun il-lingwa nazzjonali bħalma fl-1964 għamlu l-Gvem Nazzjon­alista. Il Gvern Nazzjonalista, magħfus mill-ġrajjiet ta' l-istorja li ħafna drabi iqabbduk triq oħra li ma tkunx ħsibt fiha qabel, meta għamel il~Malti lingwa nazzjonali tal-pajjiż m'għamilx ħag'oħra ħlief aċċetta t-teżi ta' Vassalli li ismu u għamilu għad jiddawlu aktar ma ż-żgħażagħ tagħna jkunu morbbijin fl-ispirtu ta' nazzjonalismu Malti ġenwin. Biex dan isir jeħtieġ li l-Gvern Malti jieħu ħsieb iżjed tal-kultura Maltija u tan-nies li jagħmlu ġid lil pajjiżhom. Għandna bżonn xi ħaga aktar minn Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Għandna bżonn ta' Ministeru ta' Kultura Nazzjonali bies jitmexxew 'l-quddiem l-istudji xjentifiċi, l-istorja tagħna, ix-Xjenza u l-Arti. Il~gvernijiet Maltin donnhom għadhom m'għarfux il~ħtiega li juru lil Malta f'għajnejn il~barranin bħala art ta' nies li bnew ċiv:ilta

u kultura tagħħom nazzjonali. Billi niżżejnu b'rix ħaddieħor ·m'aħna sa nitfgħu bżar f'għajnejn ħadd. Baqgħetli f'moħħi osservazzjoni li xi 26 sena ilu għamilli wieħed li kien qed jistudja l-Universita ta' Londra miegħi. Saqsieni .aħna l-Maltin x'xogħlijiet kbar konna t~jna. Tfixkilt u biex nin­ġabar semmejclu x' ismijiet ta' Taljani li b'xi mod jew ieħor kellhom x'jaq­smu ma' Malta. Imma l-istudent ħabib tiegħi qalli: "J iena x' għamiltu intom il-Maltin irrid inkun:naf, u mhu;t x'għamlu t-Taljani".

Hawn Malta ħafna għadhom bil-fehma li dak li jagħmlu l-barranin hawn Malta huwa xogħol tagħna. Din gidba. Xogħol tal-bacc\lnin magħmul hawn Malta qatt lIla jista' jkun xogħol tagħna. Wirt tagħna iva, imma qatt xogħol­na. U wirt għax ladarba wieħed irid iniut,ħwejġu jridu jaqgħu f'idejn ħadd­ieħor. Ghalhekk lili ma jimpressjonani xejn dan it-tlellix ·ta' l-Ordni ta' San Gwann li ħafna Maltin issa daħlu membri. fih. Dak kien Ordni barrani

-2-

Page 5: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

mmexxi mill-barranin għall-barranin. Flok stejjer oħra fuq l-Ordni t~' San Gwann u l-Kavalieri kellu bżonn xi ħadd jikteb storja fuq kif. il,.poplu Malti kien igħix taħt il-ħakma tagħħom. Dan sar għalina importanti ħafna, għaliex aħna wlied tal-poplu ta' din l-art u mhux tal-kavalieri li .nqdew b'Malta għat-tmexxija tal-Gvern tagħħom. Li .ħallewlna wirt kbir ma jista' jiċħdu ħadd; imma b'daqshekk, nerġa' ngħid, ma nistgħux ngħidu li l-wirt tagħħom huwa x-xogħol ta' l-għaqal u d-dehen ta' missirijietna. Ir-raġuni hi .li l-kavalieri .kienu l-ħakkiema u l-Maltin il-maħkumin. Ma tridx wisq biex tifhem il-lezzjoni .ta' din il-ġrajja. Kultura nazzjonali .tinbena minn poplu ħieles. Issa li .aħna indi pendenti .ser nibqgħu ngħixu bħal parassiti minn fuq il-kultura u ġenerosita ta' popli oħra, jew ser nibdew inmiddu idejna għall-bini .ta' kultura nazzjonali tagħna biex inkunu nistgħu nuru !id­dinja li l-indipendenza tagħna mhix biss politika imma soċjali u intellet­twali .ukoll?

L-akbar għajnuna għall-bini ta' din il-kultura nazzjonali .nistennewha minn Ministeru ta' Kultqra Maltija u mill-Universita; imma biex dawn jis­tgħu jibnulna kultura nazzjonali .jeħtieġu l-fondi meħtieġa u l-moħħ ċar ta' min imexxi l-pajjiż u l-edukażżjoni ta' wliedna.

HELA

Ommna n-Natura taħli f;,miel u ħajja Bħal min erħilu jberbaq ġid u flus Għaliex senduqu mimli, u l-karus Imfawwar deheb u fidda, gordi u rbajja'! Kemm uċuh żgħar, ħelwin, Rilda bla tbajja' Xufftejn li l-qalb tixxennaq u trid tbus, Tfajliet sidirhom bix-xewqat marsus Irmiet din l-Omm bla qalb bħal ċagħak ġo bajja!

Għajnejn suwed ta' ċriev, ierż:ir l-urieżaq

Hmura tas-silla u benna tar-rummien Kull m' hu sabiħ u tajjeb jgħib u jmur. Fil-bard u x-xemx, bil-minġel f'idu ż-Żmien Iqatta' x-xtielli jiżra' trietaq trietaq: Iħalli biss is-Siġra tad-Dulur.

1964 G. AQUILINA

-3-

Page 6: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

TAGHRIF ETIMOLOGIKU-GRAMMATIKALI

FUQ IL- VERB "EMMEN"

Studju ta' J. ZAMMIT MANGION, B.A. (Hons.), B. Educ.

IL-GRAMMATlCI Maltin x'aktarx ilkoll jikklassifikaw il-verb irregolari "emmen" mal-verbi mnissla fit-Tieni Forma. Hekk il-A. Cremona (Tagħlim fuq il-Kitba Maltija Vol. 11, ed. 1959, p. 107, reg. 275) jgħid: «Il-għerq ta' dan il-verb huwa a (alif) - m - n. 11 verb ewlieni ħa t-tieni forma mnissla u sar emmen, iżda fil-konjugazzjoni l-ewwel ittra a tal-għerq tintilef". Sutcliffe (A Grammar of the Maltese Language, ed. 1960, p. 137) igħid: "The irregularity of this verb lies not in the reduplication of the m, the reduplication of the middle radical being regular in the II Form to which this verb belongs. The irregularity lies in the absence of the first radical which, being 'alif', has been omitted. In the past part., in the verbal nouns and in the V Form, its place has been taken by w". Il-Prof. G. Aquilina (The Structure of Maltese, ed. 1959, p.269) wkoll iqiegħed dan il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma.

Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan il-verb fit-tieni forma. Caruana (Vocabolario delta Lingua Maltese, 1903, p. 156) barra li ma jagħti l-ebda tagħrif fuq il-forma jew l-irregolarita ta' dan il-verb, inisslu ħażin miU-Ebrajk. Des­soulavy (Maltese Arabic Word-List, 1938, p. 19) jagħti biss dan it-tagħrif qasir: "Emmen (to believe) cp. 'amman II". Il-Barbera (Dizionario Maltese­Arabo-Italiano, Vol. I, 1939, p.335) jagħti xi tagħrif ġdid iżda jerġa' jaqa' għat-tieni forma, u jikteb hekk: "Emmen-Jemmen - att.'ammana, iu' amminu (2a. for.di 'amina - essere in sicurita; ecco qui la 4a. for. amana ridotta a 2a.; v.s.v. Uemmen-Juemmen altra grafia) - credere, pres­tar fede, dar credito, esser fedele"_

Minn dan kollu naraw li kull min kiteb fuq dan il-verb nisslu, jew qiegħ­du, fit-Tieni Forma minħabba dak li jidher qisu riduplikazzjoni tar-radika­li nofsana. Iżda, meta nistudjaw it-tnissil u l-etimoloġija ta' kelma, spe­ċjalment verb, ma għandniex inħarsu biss lejn l-egħruq u l-ittri jew il­ħsejjes miżjuda magħhom biex inisslu kliem ieħor. Għandna mmorru f'ras il-għajn u nikxfu l-forma ewlenija u minn din naraw kemm joħorġu forom derivati; għandna nistudjaw ukoll it-tnissil ta' kliem li joħroġ, direttament mill-kelma li qegħdin nistudjaw; u fuq kollox għandna, kemm jista' jkun, inqabblu wkoll it-tifsira tal-kelma ma' dik li l-iktar tixxiebah magħha fl-

-4-

Page 7: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

ilsien ewlieni. Hekk, il-verb emmen għandna qabel xejn naraw minn liema għerq ewlieni ħiereġ u liema verbi oħra jitnisslu minn din il-forma ewle­nija; għandna naraw liema kelmiet jitnisslu minnu (f'dan il-każ tempijiet, partiċipji u nom verbali); u għandna wkoll naraw liema verb imnissel fil­Għarbi l-iktar li għandu tifsira li tixbah lil dik tal-verb fil-Malti.

Il-verb emmen huwa mnissel mill-għerq '(ali/) - m - n li, skond Wehr (A Dictionary of Modem Arabic, maqlub fl-Ingliz minn ]. Milton Cowan, 1961, p. 28) joħorġu minnu żewġ verbi: (a) 'amuna - «to be faithful, tmst­worthy, reliable"; (b) 'amina - "to be safe, to feel safe". Minn dawn iż­żewġ verbi joħorġu dawn il-verbi mnissla:

i. II ' ammana - "to reassute, set one' s mind at rest, ensute, safe­guard, guarantee ••• " etc.

ii. IV 'a'mana - "to believe". iii. VIII i'tamana - "to trust, have confidence in ••• » etc. iv. X 'ista'mana - "to ask the protection of ••• " etc. Mela, il-verb Għarbi li jfisser emmen qiegħed fit-Raba' Forma tal-verbi mnissla ta dak l-ilsien. Ma' Wehr jaqblu wkoll Beaussier, Dozy, Spiro Bey, id-dizzjunarji tal-Għarbi klassiku u modern, kif ukoll il-grammatiki ta' dan l-ilsien.

Fil-Malti, barra mill-forma emmen għandna biss il-Hames Forma passiva twemmen. Din il-forma għandha d-derivazzjonijiet kollha tal-verb: twem­mint, nitwemmen, mitwemmen, twemmin. Il-Hames Forma tinbena biż­żieda tal-preformatciva t mat-Tieni Forma. Mela, t-Tieni forma hija wem­men. Ma nistgħux ngħidu bħal, u naqblu ma' Sutcliffe li l-verb twemmen hu mnissel minn emmen, il-għaliex il-verbi li fil-Għarbi jibdew bl-alif, dejjem fil-Malti jibdlu din ir-radikali f'w fit-Tieni forma: '-b-r - waħħar;

'-d-b - widdeb; '-k-l - wikke(ie)l, '-h-d - waħħad. Fuq l-istess binja, '-m-n issir wemmen.

Induru issa għat-tifsila morfoloġika ta' dan il-verb, u nuru fejn ma nis­tgħux naqblu ma' Barbera. Naraw li fil-Għarbi mill-għerq '-m-n ħareġ il­verb tar-Raba' forma 'a'mana fuq il-forma QaTeL (I) aQTaL (IV). Billi la fil-Għarbi modern u lanqas fil-Malti ma ,għadu jinħass u jitlissen l-alif, din il-konsonanti jista' jiġrilha hekk: a) taqa' għal kollox u postha jit­tieħed minn vokali twila b'kompensazzjoni: 'akala - kiel; 'abada - ba(d) 'aħur - ieħor,' b) titbiddel f'semi vokali: 'ana - jiena; 'irth - wirt; jew c) tiġi assimilata mill-konsonanti ta' ħdejha: 'ista' la - stalla; 'ista'na -stenna; ittaħada (flok 'i'taħada) - ittieħed. Il-verb emmen ġralu bħal

dawn ta' l-aħħar~ l-alif ġie assimilat fil-konsonanti ta' ħdejh fil-waqt li l­ewwel alif intilfet. Hekk: 'a'mana - ' ammana - 'emmen - emmen.

Id-derivazzjonijiet li joħorġu mill-verb' a' mana fil-Għarbi huma: 'a'mantu,

-5-

Page 8: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

'a'minu, mu'min, 'i'ma:n. Minn dawn fil-Malti fadal biss l-ewwel tnejn: emmint, (n)emmen. Il-partiċipju attiv suppost li jkun memmen, u n-nom verbali (e)mmi:n, iżda dawn bil-fors kellhom jaqgħu għax m' għandna l-ebda forma ta' partiċipju jew nom verbali li fihom ir-riduplikazzjoni tal-konso­

nanti fil-post fejn jinsabu fid-derivazzjonijiet tal-verb emmen. Minflok, daħħalna fil-Malti partiċipju passiv (li ma nisbuhx fil-Għarbi) billi mal­għerq tar-Raba forma żidna suffiss partiċipjali Taljan (uto). Hekk ngħidu emmnut, mibni perifrastikament fuq credut(o).

Il-forma kawżattiva tar-Raba' Forma hija transittiva. Il-Verb emmen jista' jkun transitiv fil-Maltt, u ngħidu: nemmnek, nemmen dak li tgħid. Iżda bħal fil-Għarbi, dan il-verb x'aktarx jiġbed il-preposizzjoni bi, u ngħidu: nemmen b' Alla, nemmen hih. \finħabba influwenzi sintattiċi Ro­manzi, ġara li daħħalna fil-Malti l-użu tal-prepozizzjoni fi flok bi, u ngħidu nemmen f' Alla bħat-Taljan credo in Dio. Illum x'aktarx li nużaw il-prepo­sizzjoni fi mal-verb emmen biex nuru 'biex' u 'fiex' nemmnu, u l-preposizz­joni bi biex nuru 'kif' nemmnu: nemmen f' Alla b' qalbi kollha.

LILL-QAMAR

01 kemm rajtek sabiħ filgħaxija Waqt li mgħaġġel lejn dari kont sejjer; Marist lejk hemm fil-għoli {is-sema, Mnejn kont qiegħed issaħħar da' l-gi:ejjer.

Jien stħa;;iltek xi minġel tal-fidda

Bejn il-kwiekeb ipetptu ħelwin; Rajtek tilgħab ferrieħi, daħkani, Ma' ftit sħab hemm fuq jiġru mgħaġġlin.

Kont tittawwal ġo baħar bħal ħġieġa, Ridt issaħħru bil- ġmi el ta' .ħaddejk, Jew ridt tara dis-sura ta' wiċċek, F'mera tilmaħ id-dija t' għajnejk.

Kull jum oħroġ għaxxaqni, ja Qamar,

Daqqa kwinta, nofs felli, jew kwart, Ħares le jna bil- /j[ eww', armi dija, Dawwal dejjem fl-għaxija din l-art.

T. CINI

-6-

Page 9: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

L-l TA' NOVEMBRU 19-

Ta' Ġov. BoNNICI

PAWLU waqaf quddiem il-bieb tad-dar ta' bintu. Fetħu u daħal. Bintu, żewġha u wliedhom kienu qed jieklu. Malli ratu, bintu qaltlu, "Poġġi fuq il-pultruna pa!" U l-missier għame l kif qaltlu bintu; intelaq qisu xkora, b'rasu tħokk ma' dahar il-pultruna. Wara li spiċċaw mill-ikel, bintu staqsietu, «Pa, illum għaċ-ċimiterju għid?" "Novembru għalfejn jiġi jekk mhux għalhekk?!" weġibha missierha. "Illum irrid nieħu lit-tifla." "Lill-kbira?" staqsietu bintu u, meta b'rasu wrieha li kien hekk, qaltlu, "Il-kbira toħodhiex għax għandha x'tagħmel ħafna.» Imbagħad, wara ftit, "Dawk li jgħallmuhom ma jġibux quddiem għajnejhom li darba kienu bħalhom! " "Nieħu lit-tifel mela," stqarr il missier. «Waħdi niddejjaq immur". "Hu t-tifel, xejn xejn jitgħallem fejn," qaltlu bintu. U marret tlibbes lil binha.

* * * * * Pawlu kien ilu jagħmel dik il-passiġġata xi SHtIn sena. L-ewwel kien

imur ma' missieru, imbagħad beda jdarri lil uliedu u fl-aħħar lil uliedhom. Meta kienu jistaqsuh għala kien jagħmel hekk, kien iweġibhom li hemm kellu xi ħaġa tiġbdu bħal kalamita u li, jagħmel x'jagħmel, qatt ma kien b'saħħtu biżżejjed biex iwaqqafha.

* * * * *

"Kemm se ndumu nimxu?" staqsa Joe lil nannuh. "Tibżax, dalwaqt naslu," wieġeb Pawlu. "Issa kif naslu nixtru ftit f juri, taf!" issokta wara ftit. U f'kemm trodd salib waslu, xtraw il-f juri u daħlu fiċ-ċimiterju; qabdu n­naħa tax-xellug u baqgħu sejrin magħha sakemm waslu ħdejn qabar sem­pliċi. Qiegħdu ftit f juri fuqu u mbagħad Pawlu qal lit-tifel, "Hawnhekk hawn midfunin ommi u missieri, Joe; ejja ngħidulhom xi ħaġa għal ruħhom." U hekk għamlu. "Issa mmorru fejn hemm in-nanna," stqarr Pawlu hekk kif warrbu minn ħdejn il-qabar.

-7-

Page 10: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

Wara li daru għal bosta drabi, sabu ruħhom ħdejn qabar sempliċi u Pawlu

qal lit-tifel, "Hawnhekk hawn in-nanna; xi ħadd ġie u għamel dawn il-f juri dal-għodu." Talbu ftit u warrbu minn hemm. Billi kien għadu l-ħin, qagħdu jduru daqs­xejn maċ-ċimiterju. "Saħħa sur avukat!" qal Pawlu meta għaddew minn ħdejn raġel li kien miexi bil-mod. L-ieħor dar, ħares ċass lejn Pawlu u għajjat "Pawl ••• x'minnek?" "Heqq ••• bħax-xjuħ?" wieġeb l-ieħor. "U int?" "Jien," wieġeb l-avukat, "kif tarani, bħax-xjuħ ukoll!" "Il-mara tajba?" staqsa Pawlu. "Tiegħi hawn qiegħda". "Mela bħal tiegħi, Pawl," stqarr l-ieħor. "Allura, għadna naħdmu jew?" staqsa Pawlu. "Jien qed naħsibha." "Le, Pawl," wieġeb l-avukat, "tlaqt kollox issa." "Isma' Pawl," reġa' wara ftit, "taf li ilna ma naraw lil xulxin xi għoxrin sena? X'sar minnek tul daż-żmien kollu?" "J iena llum ferħan li lħaqt l-idej al tiegħi,» wieġeb Pawlu. "Mindu żżewwiġt, qtajtha li ntella' lil uliedi bogħod mill-ħmerijiet tas­soċjeta u, għalkemm ma rnexxilix sa barra, ninsab ferħan!" "Int eċċentriku kont, eċċentriku għadek u eċċentriku tibqa'!" "Tinsiex, minn hu tond qatt ma jsir kwadru," qal Pawlu bi tbissima. "Dat-tifel ta' min hu, Pawl?" staqsa l-avukat til-waqt li melles ras Joe. "Tat-tifla" wieġeb l-ieħor. U baqgħu mixjin. Waslu ħdejn il-bieb taċ-ċimiterju u hemm iż-żewġt iħ­bieb intirdu.

* * * * * Pawlu kien qed jittawwal mit-tieqa b'minkbejh imserrħa fuq. ħoġorha.

Ħass lil xi ħadd itapta~lu fuq spallru, dar u lemaħ lil J osanne, it-tifla ta' bintu. "Ofti għalik x' qatgħa tajtni J os!" qalilha. "Xi trid?" "Ejja daqsxejn ħdej ja għax għandi xi ħaġa ħa tfehemhieli," weġbitu •. Marru flimkien sal-kamra tagħha u hi urietu ktieb. "Ara nannu," qaltlu til-waqt li sabet fejn riditu jfehemha, "għandna din Lil Żagħżugħ Raħli u rridu nispjegawha kollha." "Ħa nara x' għamilt," qal ix-xwej jaħ. Urietu l-pitazz. "Ara" stqarr, "aqta' kollox u ibda minn dak li hemm miktub fl-aħħar tal-faċċata. Ibda hekk 'Poeżija sabiħa kemm fl-istil kif ukoll til-materjai'''. U baqa' sejjer igħidilha x' għandha tikteb. "Nann, dawk min kitibhom dawk il-kliem li hemm bil-lapes?" "Jien", weġibha hu, "għaliex jien bnejt ħajti fuq din il-poeżija!"

-8-

Page 11: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

"Isma' bil-ħaqq," staqsieha wara ftit "għax ma tiġix sad-dar għada? Jien għandi ħafna essays fuq awturi Maltin. Ejja ħudhom u żommhom għax ikunu jiswewlek mhux f tid" "Mela għada niġi," qaltlu t-tifla. <tIsma' xi ftit noti fuq il-'Chemistry' m'għandekx, għid?" staqsietu wara li rranġat il-kotba. "U xi ħaġa hemm żgur!" wieġeb ix-xwejjaħ. "Ara, int ejja u agħżel u ħu li jogħġbok!" "Nannu dal-ktieb tajjeb?" staqsietu hi fil-waqt li wrietu ktieb. "Dan ġibtu mill-British Council." U newlithulu. "The Citadel ta' Cronin," qal minn taħt l-ilsien. Imbagħad, "Dal-ktieb tajjeb ħafna. Ili li qrajm u għadni nħobbu sal-lum. Dak l-ieħor x'inhu ta' ħdejn?" staq sieha. "Dak ta' Cronin ukoll, aqta' kemm hu sabiħ!" weġbitu t-tifla. -Int bħali," stqarrilha hu bi tbissima "lil Cronin kont inħobbu. Jien sejjer fit-tieqa tal-kamra l-oħra, jekk tkun trid xi ħaġa, ejja għidli, tajjeb?" .qalilha x-xwejjaħ u telaq.

Minn fejn kien seta' jara n-nies ħerġin mill-knisja gzuz, gzuz, kollha qalbhom sewda. Dak il-tiln ftakar fi tfulitu •••

Hafna żmien qabel, meta kien għad kellu xi ħames snin kien mar iċ­ċimiterju ma' missieru u ma' zijuh. Hdejn il-qabar ta' ħdejhom kien hemm xebba b'xi erbat ibniet magħha u dawn kienu qed jiċċajtaw. Missieru kien għajjat magħhom u dawk warrbu minn hemm miksurin.

Meta marru d-dar, missieru qabad igerger u jgħid kontra dawk ta' ħdejn il-qabar ta' ma' ġenb tagħhom. Tant kien medhi jaħseb li f'daqqa waħda għajjat "Pa!" .••

Imma dik l-għajta swiet biss biex tqajmu minn ħsibijietu u hu reġa' sab ruħu mill~ġ9.id iħares mit-tieqa.

QAWMIEN IR-REBBIEGHA

Fit-trejqa hemm xbejba u ġuvni Imgħannqa u jitbissmu flimkien, F'għajnejhom id-dija ta' mħabba, lmsaħħra bi ġmiel il-ħolqien.

Bħal ħolma sabi'ħa li tgħaxxaq, Sabiħa dil-ħajja bla hemm, Sultana 7'-Rebbiegħa titbissem Itqanqal u tbaqbaq id-demm.

-9-

I s-siġar infexxu fil-weraq W imtl ew fi ftit ġranet bl-inwar, Għax qamu mi7'-raqda xitwija U ħadu saħħithom bi nhar.

L-għasafar ħabrieka fil-friegħi

Il-bejta qed jagħmlu henjin, W jittajru ferri eħa fil- ġonna, Jew jgħannu ġo djar il-bnedmin.

T. CINI

Page 12: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

IX-XITAN

(Dil-poeżija hija dwar Satana x'igħid fuqu nnifsu. Il-poeta qed jikteb poeżi­ja oħra dwar Alla x'jaħseb fuq ix-xitan).

Bla għadd huma l-istejjer, bla għadd il-kotba wkoll li fihom jidħol ismi bi ex jorbot jew iħoll.

Kemm litijiet hemm fid-dinja intqal li ġibthom jien: għaks u ġuħ u tbatija, mard, mewt, qirda u nirien.

Ħafna jaglimluni ikrah, bid-denb u l-qrun, ħalliel tal-qlub, gliajjur u midgf;i, giddieb faħxi u qattiel.

Oħrajn lili jsebMuni: jagħmluni kbir, setgħan, Prinċep li I!,mielu jgħaxxaq, mogħni b'kull .oajr Sultan.

Waqtiet, mal-Qerq imxebbah, nitgħabba b' kull nuqqas mitmum minn ġens il-bniedem dgliajjef, fieragħ, bla ras.

Gf;ax Eva kielet frotta u dewwqitha 'l Adam, qalu li jien dhakt biha, mibdul ma' serp fid-dlam.

Boloh l-ghorrief li jemmnu li serp ji sraq il- qlub ta' nisa sbieħ bhal Eva u jwaqqagfJhom fid-dnub!

Trid tkun tassew tal-għaġeb, anġlu ta' fjajr u ġmiel, biex t jassar qlub oaddieħor mingħajr taħbit u xki elf

- 10-

Jekk ma kontx jien li ,fJlaqtu, u qatt ma tajtu xejn, għaliex il-bniedem miegħi kollu widnejn w idejn?

Ħieles jew mhux il-bniedem? Għax għandu lili jlum jekk jaqa', u lil ħaddieljor ifaħfjar jekk iqum?

Jekk rajh f'idejh, minn jeddu 'l hawn jiġi u 'l hinn imur. Min gljallmu l-morr jistkerrah u lejn il-Ijelu jdur?

J agħtini d-daħk nismagħhom jixlu lili b' qarrieq, u f ħin wieħed warajja jiġTU mbellhin r kull trieq!

Jekk jien tal-waħx u l-biża', jekk jien tassew tellief, kif nista' nħajjar, nirbaħ mal-mogħ'ż in-ngħaġ u l-ħrief?

Jekk jien giddieb, il-għala jemmnu bija daqshekk? Miġjub jekk bit-two pieces, miġjub bil-jeans u l-ġlekk!

Gljax ma jgħidux li bħali il-madmad sabuh tqil, beżgbu mit-Telglja, u qabdu in-Niżla bla t fixkil?!

Jekk hu minnu li jgħidu - li jien marbut, maqful -kif nista' nħuf u nonsob u naqbad lill-maħ!ul?

Page 13: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

Jien ili hawn fejn qi egħed eluf bla għadd id snin: u bżaqt fwiċċ Sidi meta ried jaħlaq il-bnedmin,

u bi ex minn ħni ex mo qżi eża ji bdilhom f' qabda all at, xtaq jibgħat lili nbati, nitbiċċer fuq ftit blat.

Waqaftlu. Hadtha miegħu. U Hu għadab bis-sħiħ .•. Jien ġarrejtZu miljuni miegħi 'l hawnhekk [il-Qiegħ.

Jekk baqa' jwebbes rasu, tiegħi ma rattabthiex . .. Jien bqajt sabiħ u kburi, u ħilti ma tlifthiex.

Lill-bniedem dejjem bgħadtu; u ndum ni sħtu sat- tmi em: minħabba fih li ġrali; hu biss tellifni s-sliem.

Imma min-naħa tiegħu, għad li b' Salib megħjun, il-bniedem qajla ntrafa' mit-trab li bih magħġun:

l-għasel jiġbdu bħan-naħal,

għall-qżież agħarmid-dubbien,

qatt m' hu xebgħan, iZsienu iqatta' aktar mis-snien.

J itqarrqu dawk li jemmnu li jien warajh insus biex bl-għajb narah jilbammeġ u jħammeġ fejn ibus.

Mhux jien, imm' hu jfitti:x:ni u jsibni ta' kull waqt ... Għalih sitt elef maħ{ra; għalija, malli żlaqt

- 11-

darba, saħta mill-ewwel: u sibt mħi mitbuq hawn isfel. •. nidgħi, nidgħi kemm niflaħ b' Dak ta' Fuq!

Qalil Dak li xeħetni hawnhekk fid-dlamijiet. Imma jien eqqel minnu: jien ħa:-battlu .s- smewwi et;

u għadni u nibqa' nħabbtu, inkiddu w inbikkih sakemm is-snin itulu, sakemm nibqd naf bih.

U nibqa' nlumu u naħlef li tiegħu kien l-iżball meta għaġen dudu bniedem u żied warajh jinħall

hekk li niżel u tIaħħam u miet għalih mislub -mislub għal ħanex mgħargħar fl-intejjen u [id- dnub.

Min qal li għaqli tliftu wara ftit ħniex moqżi eż? Jien dejjem bgħadtu 'l-bniedem. Qalbi ħadra bużbież.

lmm' hu lili jaħmilni għax jgħid li lija jsib l- għaxqa w il-ħajr ta' ħajtu -mhux fl-irbit mas-Salib.

Giddieb! Miġnun! Wiċċ b'ieħor! Kemm se' ndum ngħid u ndoqq li b'ismu biss fi ħsiebi, l-gliaraq glialija jxoqq?!

Kull ruħ li taqa' hawn ħdejja biex tisfa ġamra nar hi xewka ġdida f' qalbi, għal fommi nħasa mrar.

Page 14: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

U hawn l-erwief:J bħax-xita nieda ġo bir battal -xita ta' rġiel u nisa, żgfjażagħ, xebbiet u tfal!

Gf:Jal kull għaxar miljuni li jinilu hawn jinqlew, ma nafx jitilg hux għaxra 'il fuq biex jithennew.

Bla għadd tassew l-istejjer, bla għadd il-kotba wkoll li fihom jien nissemma biex norbot jew inooll.

Helwin in-nies tad-dinja! Kif jagħmel dak md dan, j armu qii eżhom fi qfie fi: iwaMlu (ix-Xitan!

Xi wħud, g;ax suwed faħma, jagħmlu' l kulħadd babaw; fil-mera mgħajjeb tagħhom lili fihom jaraw.

Ħ allelin u qattiela! Jien la sraqt u la qtilt b'ilsieni jew b'idejja . .. T kabbart: dak kull m' għamilt.

Mhux jien kabbartha s-Siġra ta' Ħajr il-Għerf fi Ġnien. Jien la ngħajjex u nkabbar, u la nħażżen biż-żmien.

Li ġara kellu jiġri, u kien ilu miktub: in-nhar u l-l ejl mill- bidu, bħan-nieqa w it-tebut!

Bija u mingħajri, id-dinja o Ijra ma kinitx tkun: is-silġ kien jibqd jkessaħi in-nar jgfjalli l-misħun.

Jingħad li tħabblu l-ilsna gfjax [' Babel torri bnew li bih sas-Sema l-boloh xtaqu jilħqu u jogħlew.

l ssa, fi żmien Macmillan u t- Tnejnjl-Kbar bil-Kej, 1

għoddu ntlabaq il-qamar, w għadu ma ġara xej'.

Hitler u n-Nazż sħabu (d-Gwerra li gljaddiet biċċru u qatlu miljuni, farrku kemm sabu bliet.

U dak il- qalb ta' tigra li qered daqshekk Lhud dam snin u snin jitpaxxa sa ma safa maqbud.

Gf.jaliex, ja qabda mtaten, bdiltuni ma' daw'l-klieb? Min minnkom ['f:Jajtu u f'ġennu sab li ma' dawn ninġieb?

Kemm balal fl-art inżergħu fil-Gwerra u tbarbtu ruieħ niżlu bfjal ġebel fuqi ivenvnu qishom riħ.

Flimkien mal-Ġermaniżi nobgħod lil bosta oħrajn. lr-Russi biss għal qalbi: għalhekk jagħtu fil-għajn.

L-lngliii demmhom biered; ulied l-Italja ċfuf; l-Amerikani għoqod,' u l-Awstraljani suf.

Ulied iċ-Ċina nemeli ġrieden dawk tal-Ġappun; gremxul ulied Sqallija,' il-Malti sejf misnun

1 Khrushchev u Kennedy li isimhom it-tnejn jibda bil-K.

- 12-

Page 15: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

li jaqta', jxoqq u jinfed, b arra mill· ql ub, il· bI at l· aktar iebes fejn tfarrku u ġġarrfu qabda allat.

Il-Malti ġens F enicju, għaqli, jilfia qlu. fin: bil-lejl jitfiannen miegfii, bi nhar mal- Qaddisin.

Gżiret il-Malti tgħaxxqek: sema kaMani u xemx, baħar fietel madwarha, klima li bfialha m' hemmx.

Knejjes kemm trid! Kull għodw, tara l-kotra għall-quddies jew għat-tqarbin; x'ħin tofiroġ, erfiilha tgħid bin-nies!

Fl-imgħoddi batew fiafna: raw qgħad u gfiaks u ġuħ . .. Issa li refgħu rashom u fiadu ftit tar-ruħ,

donnhom xebgħu w iddejjqu iduru dawra mejt: fil·fiolm sabiħ raw' l Arthom tfur bI-akbar bjar td żejt!

Imsieken! Għad li nafhom, nifhimhom ma stajt qatt: il-ġimgfia kollha jingħu; x al ati nh ar t a H.add!

Aktar milli fil·Ġenna tamithom friżq il-but. Bojod bħa~silġ f' dehrithom, f' egħmilhom suwed tut.

Imma jien qed niġġennen -ingerrex nies bħal daum! Imissni nżiegħel bihom ħalli niġbidhom 'l hawn,

- 13-

Niġbidhom' l haum! X'nambihom? X'irridhom ma~saqajn? Hlief igemgmu ma jafu t.l jitfgħu f'wicCi t-tajn!

Ilha mari4a d-dinja. . Hekk tibqa, u qatt ma tfiq. . lx-xewk jikbirlek waħdu; jiżg!Jed wa!Jdu Z·ħurrieq.

Mal-kromb id-dud jitrawwem, mal·ful il.budebbus; min ma jiżnix, idenni; min ma jigd:imx, ibus.

Kollox, kulħadd b' xi g!Jadu! M' hemm xejn mingħajr ta!Jsir! Min tkabbar, għola, u waqa'. Min qagħ'd u safa rsir.

Lili jaqduni bosta, għalkemm ma jħobbunix; bosta u bosta jqimuni għalkemm Alla m'inix.

Arju u Luteru u sħabhom kburin warajja mxeu. . Hafna għamef u kittieba b'tagħlimi J.dinja mlew.

Bosta slaten tamithom qegħduha fria biss. Bħala Ras tax-xewwiexa, qdejt dmiri kif imiss.

Fejn bejn il-mara u żewgħa m'hemmx bruda, għira jew i!,lied, hemm gfialihom l-inkejja u l·qrusa ta' l-ulied

Homo homini lupus! Hekk kien, għadu w ikun. Efirex mit-tigra l-bni edem; u ħdejh nagħġa l-iljun!

Page 16: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

Mill-bqija. iblah u fierag ħ kull meta lejh ħarist:

Misħut! Jien għadni u nibqd nobogbdu u ma nafjmlux.

medhi bil-għors u l-ħsejjes, bir-rock 'n' roll u t-twist.

Ma kontx inkun fejn qiegbed kieku Dak ma halqux!

21.iv.-1. v.62 K. VASSALLO

FIL-MEWT TAT-TFAJJEL

"'We weep to see you haste away 50 soon" (Herrick)

Bkew il- qniepen, bkiet il-ħlira u inġabret, halliet darba għalbiex twassal lil dat-tfajjel li kien twajjeb u hanin, - ghalbiex twasslu lill-Bambin.

Rashom mgħaddsa, b' qalb miksura, u fuq wiċċhom diq u sfura, rauh jingtJalaq taht għajnejhom u jħallihom mgħollijin, - rawb jingbalaq mal-mejtin.

Bkew iż-żgħażagħ, bkew ix-xjuħ, talbu lkoll ghal din ir-ruħ illi n,~abret fiż-żgoorija minn fost tant erwieħ ċkejknin, - illi nġabret mill-Bambin.

Xjieħu ż-żgħażagħ,

mietu x-xjuh, mill-għajnejn nixef id-dmugħ, iżda gbadha l-qalb (l-għaxija taħt il-ħsieb tat-tfajjel tnin, - illi nghaqad mal-Bambin.

- 14-

EMM. MIFSUD

Page 17: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

FUQ XBIEHA LI HEMM FUQ QABAR

B'xagħrek im~iegħed, b'wiċċ ta' ferħ u hena, U bi tbissima sħuna fuq xufftejk, Tinsab hemm fuq ta' qabrek l-żrħam kiesaħ, Biex tfakkar lil ta' wrajk li int kont tgħix, U kellek ruħ u i?isem bħalhom, ħelu Bil-ħajja mimli, biex dawn jiftakru fik, U jaħsbu ftit [ix-xejn tal-r?,isem taglibom! , Ma dawn huma xi ftit, għaliex l-oħrajn fithassru biss il-,~miel tal-ġisem jitfi, U ma jqisux li huma tpkoll jii!,rilhom Bħalma ġara lilek, jintfew bħal xemgħa, U ma jsirux Miel ġħadam, gljabra w dwied!

Għaddew is-snin u int bqajt hemm setgljana Tisfida r-riħ, il-bard, ix-xita, l.kesħa. U bi tbissimtek ħelwa ssaltan waħdek, Fuq dak l-imkien ta' mewt dwejjaq u mrar. Int tibqa' hekk, b'dik żt-tbissima sħuna, Li ma tixhidx biżżejjed surtek kerha, Taħt dik l-irħama kiesħa minn ta' qabrek, Li ma fih xejn, għajr keslja, trab u gljadam!

Ġov. L. BONNICI

FUQ QABAR

Hawnhekk jinsab midfun wieħed minn dawk

Li fihom seħħ miraklu l-aktar kbir. Ma kien jaf xejn għax b' qari ma riedx jaf; L-aktar magħruf ġor-raljal fost il-1;mir. Ħareġ għall- el ezzjoni u tellugħ; F' daqqa sar ji fhem r kollox daqs il-kbar. SeM il-miraklu, ma baqax li kien. Għid talba int w-għaddej għal dan il-ħmar; Agħmel mżraklu ikbar, ja Mulej, Li jagħrfu l-ħmir ħajjin li m' huma xej.

25.9.64 Ġ. AQUILINA.

- 15-

Page 18: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

GĦANA MALTI

ŻJARA F'WIED IL-LUNZJATA, GHAWDEX

Għadu jbaqbaq, ibaqbaq l-ilma nieżel minn fuq il- bi ata ġol-qasab u s-simar f'Wied il-Lunzjata, bħal dak in-nhar.

Għadni nisma' tal-weraq it-tħaxwixa, issefsef f'widnejja, bħal dari, dak il-kliem td fomm l-għannejja, ta' ħlewwa u sliem.

Għadu l-ilma li nieżel donnu jwieġeb l eħen is-siġra. Qalb iż-żrar u l-ħaxix tieqaf il-miġra.

Hekk jieqfu mit- tħaxwix, mas-ski et tal-fewġa, għal filgħaxija l-weraq. Hekk tieqaf ta' xjuħiti hawnhekk tal-ħsieb kull mewġa fil-hena ta' ċkuniti.

L-aħħar dija tax-xemx fuq xfar il-blata, fuq bjut u rżi eżet, għadha twennes il-wied. Tal-weraq it-tħaxwixa ħassejtha mietet dal-ħin fis-skiet. [ssejjaħ xi qanpiena għat-talb td filgħaxija [leAve Maria.

Mal-merħla tiela' għall-maqjel ir-ragħaj minn xi mogħdija. Fuq l-andar xi bidwija trodd is-salib. Tintefa fuq il-blata,

- 16-

Page 19: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

15.7.64

fWied il-Lunzjata, [-aħħar dija tax-xemx, fis-skiet tal-wied. Tinsama' biss qanpiena tħabhar ġol-knisja, fl-Ave Maria, is-sliem ta' filgħaxija.

KELLlMNI FUQ IMĦABBTEK

A. CREMONA

Lil ħabibi Ġuż~ Cassar Pullicino li jħobb l-għana Malti.

Kellimni fuq imħabbtek, għalkemm żmien għadda sħiħ,

u kollox mar mar-rih. Kellimni fuq imħabbtek meta jien qalbek tlabtek,

Fakkami l-kliem ta' fommok

ik tar mill-għasel bnin, mal-ħarsa tiegħek ħelwa

li noħlom għadni s-snin~

Meta ftagħniqa, flejla, bil-bewsa ta' xofftejna, fid-dawl tal-qamar sieket il-hemm tad-dinja nsejna.

F akkami f dik il-wegħda, li darba għamilt u nsejtha.· li tibqa' tħobbni dejjem ukoll fil-qabar mejta.

Iż-żmien għadda minn fuqna, u berred ,il-qalb tagħ~a, imma t-tifkira baqgħet fil-qalb dejjem sultana.

Kellimni fuq imħabbtek, meta jien qalbek tlabtek.

6 April 1965 A. CREMONA

- 17-

Page 20: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

GHAJNEJJA BISS GHALIK

Ghajnejja biss ghalik u qalbek biss ghalija; hsiebi qatt ma kien fik meta kont tohlom bija.

Ghidli x' raj tli f ghajn ejja, x'ridt tgħidli mingħajr kliem. meta kont thares lejja tittama minghajr tmiem.

Ghaliex fhaddejk il-ħmura, ghaliex f ghajnek id-dija hekk kif b'ħarsa mistura jien lejk harist misthija? •••

1.5.1965

Dal-lejl jiena ħlomt bik, b'rasek fuq ħoġri rieqed, thewden, u nistaqsik ghaliex fimħabbtek sieket? ...

Kelma ma hriġtx minn fommok

għaliex f qalbek moħbija. Lilek ġo qalbi nżommok nedha b' dil-mistoqsija.

Sakemm int tgħidli sewwa il-kliem li qrajt f għajnejja ma dduqx ta' qalbi l-hlewwa kull meta tħares lejja .••

A. CREMONA

JIEN HDEJK ŻAGHŻUGH MILL-ĠDID

Jien hdejk żagħżugh mill-ġdid bI-imghoddi li għaddejna, nitghannqu ta' sikwit bil-ghanja li ghannejna.

Niftakrek kull fi-għaxija tistenna lili f' tieqa infeġġ minn xi moghdija, mill-harsa tieghi mixtieqa.

N iftakrek fuq il-bir, ix-xemx tiddi {'haddejk, tisqini minn ġoż-żir b'imhabbtek fuq xufftejk.

Mixhuta fuq il-qiegha, wara li thott il-bhima, induq f' dik l-ahħar siegha ta' fommok it-tbiss ima.

Jien darba ġejt ngħannilek, kont rieqda toħlom bija; f'imhabbti sejjaht lilek, {'imhabbtek ftakart fija.

Il-lum il-għanja mietet, qalbi {' lehinha fqira,­ghalik iżda le sieket lehen ta' qalb irsira.

I l-lum imgħannaq miegħek, l-imgħoddi narġa' nduq; aħjar l-imghoddi tieghek minn fiusi ġos-senduq.

15.5.1965 A. CREMONA

- 18-

Page 21: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

GHAJNEJK DEJJEM JIDHKULI

Għajnejk dejjem jidħkuli u kelma xejn minn fommok Li tgħidli x' għandek f' qalbek ma nafx x'inhu li jżommok.

L-għasfur ġ ie qalli darba li qalbek hi marbuta; ma nafx min rabarhielek, min hi dik l-għajn misħuta:

Min hu li lsienek bikkem, u s(!ħħrek għal warajh, ċaħadli l-kliem ta' fommok, xeħitni taħt saqajk.

10.7.1965

Urieh li għadek tħobbni, li għadek ma nsejtnix, għax l-ewwel li ħabbejtni, minn qalbek ma ċħadtnix.

Għajnejk dejjem jidħkuli, għalkemm dak fommok:sieket, għalkemm il-ħsieb ta' mħabbtek għalija baqa' rieqed.

Iżda xi darba l-kelma għad nisma' jien minn fommok, li qalbek mhix marbuta, f'imħabbtek ħadd ma jżommok.

A. CREMONA

GHALIEX?

Għaliex meta ħabbejtek qatt ma ridt tħares lejja, u mort f' ħoġ or ħaddieħor meta jien xtaqtek ħdejja?

Għaliex meta kont ċkejkna tħobb dejjem tilgħab miegħi, u llum li kbirt dak wiċċek m'għadux il-hena tiegħi?

Għaliex meta kont tifla imgħannqa miegħi dejjem, tibki biex tibqa' miegħi, u mi egħi biss titgħejjem?

Għaliex meta sirt xbejba ma bqajtx titgħannaq miegħi, għalxejn jien xtaqtek ħdejja, u ħrabt il-ħsara tiegħi?-

Għaliex insejt l-imgħoddi, l-imgħoddi ta' torbitek, għaliex insejt il-hena, il-hena ta' tfulitek?-

Meta fuq wiċċek xegħlet ta' qalbek is-sbuħija u jiena u int tgħaxxaqna bil-ħajja ta' bla ħtija.

Illum li naf kif tbiddlet il-ħajja ta' ż għoż itna, ma nistagħġ ibx li nsejtni fl-imħabba ta' tfulitna.

27.1.1966 A. CREMONA

- 19-

Page 22: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

MILIED 1962

Kanarin ċkejken Igħanni ħelu fil-għodwa tal-Milied X'ħin hu għax-xemx fit-tieqa U jiena medbi U ġewwa qalhi ferħ ma jitfissirx; Għaliex fil-għodu kmieni Meta jien u Ġesu' Tkellimna ftit fit-tul U fis saqsejtu Dak li ġo moMi berren għal jiem sħaħ: Għaliex dan il-Milied Għaliex kulliemkien dwal, tiżjin u għana Għaliex għaġeb hekk kbir? Dlonk smajt tweġibtu, Qisu mistagħġeb bija Kif jista' jkun ma nafx: "Ma tafx li fi twelidi bdiet il- Fidwa U l-bniedem li taħt madmad kiefer mgħawweg W mjassar, sebħ is-sema qatt ma lemaħ, Jien hlist . .. U seta' jerfa' ghajnejh w il-fuq ihares, Ghajnejħ bit-tama jibbru U jnissel r qalbu ferh li hu dejjiemr

Ma hekk ki f nibet Z-hena Ghal dak li m'n għandu smajt, Ghaddiet bħal shaba sewda minn ghalija -Tassew Mul ej li inti kollok tieba Il-ħni ena nfisha, Int ,~ibt ir·riżq w erfajt mill-għawġ lid-dinja; Iżda Sinjur ..• Dak li jsewwidli Qalbi: Li ghomja n-nies mexjin, Jiddiebqu jixxaZaw, jiżfnu, jitbahrduJ Qed nara li l-Milied Mhux hlief xi għors għalihom, Xi għors mingħajr tifSira - U lilek twajfeb hadd ma jrid jaf bik -Ma jaħsbu xejn.

- 20-

Page 23: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

Lejl dalmi jaħkem (ruħhom Ma'jistgħux jifhmu Le msejkna xejn ma jafu Li l-Fidwa mistennija MiegtJek bdiet; Li Int dawlet il-ħajja mistennija Li ma tintemmx fit-trab u fih tintesa -Iżda ħajja fejn qalb il-bniedem timla Biex qati ma tofrogħ, Hajja dejjiema, rżina, Ħajja ta' dawl u dija, Fejn l-ebda dell Ta' swied ta' qalb, ta' għelt, ta' ġlied, ta' għira, Ta' biża li jintemm il-hena mġarrba, Li l-m ewt taħtafna U tofthom, hu min hu, minn mili l-qalb ••• Ma jsaltan.

Is-sħaba sewda għaddiet Għalkemm imbikkma b'ħasra għall-bnedmin bagtJqet Qalbi mikduda . .. Dina biss xewqti, Din hija talbti Li qalb kull tJlejqa Titgħammex b' dawl il-ħajja u tissaħħar W iħossu fihom jikbes xrar il-hena MingtJajr għammieq ..• L-hena tal- fidwa.

lċ-ċkejken kanarin il-għana jferra' . .. Rafagħni minn dan l-ħsieb, 'Ma l-għana tiegħu, dal-ħsieb l-ieħor nissilli: Dan żgur li qatt ma jaf għaliex qed jifraħ; Dan ħajjtu tmur mar-riħ; Ma hux igħanni għax il- fidwa waslet . •• Għax fidwa m' hemmx gtJalih ..• Qalbi f' henitha żiedet, Ħajr ġewwieni

Bi kliem ma jitfissirx, Għaliex jien bniedem! Dil-ħajja w l-oħra wkoll, dawn il-tnejn tiegħi . .. Jien ngħix dil-ħajja w l-oħra wkoll - ta' hena:

- 21-

Page 24: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

Għalhekk nifraħ irrid; Nixtieq ma kulliemkien niġri inħabbar U mingħajr heda nfakkar Li l-fidwa bdiet!

26.12.62 - 3.1.63

Nieżel,

Bilmod. Nieżel,

Nirtogħ' d.

BR. BERNARD MALLIA S.J.

GHALL-QABAR

Nieżel,

Bla kliem. Niezel,

Bla sliem. Nieżel, bla ħajja,

bla ġrajja, fil-bogħ' d.

Niezel, bħal ħati inbati

sat-tmiem.

Niezel, Għajjien,

Niezel, Biż-żmien.

Niezel, Bla ġlied,

Niezel, Fis-skiet.

Niezel, il-ġisem, bla isem,

għarwien.

Nieżel ninġabar

fil-qabar g hall-kwiet.

MELBOURNE

Nieżel,

Fit-talb. Nieżel,

Bil-qalb. Nieżel bit-tama,

bil-tama qawwija, li f' sebh iż.żgħożija inkisser l-irħama biex ngħix kollni dija

ma' Alla Missieri f'Ġesi1 Kristu hija

għal dejjem ta' dejjem

Amen.

- 22-

DUN Ġu:l:EPP ABELA

Page 25: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

TWEMMIN

Għal Ulied in-Nil, setgħan kien Amon Hallieq tal-ħajja, alla fuq kulħadd. Fil-Babilonja l-qassisin, J ittalbu ħniena, Harqu l-inċens lil Marduk. In-nies t'Ateni u Ruma l-qadima Għollew imqades Wieħed isbaħ mill-ieħor,

Biex fihom igħammru l-allat Dijonijsju, Apollo u oħrajn.

Minn Tajhom taw xbubithom b'gieb lil Vesta. Għaddew ħajjithom

Jisahru mal-ħugġieġa; Żammewha mkebbsa għall-mijjiet ta' snin. Marbuta u mxekkla tajjeb Għall-qiegħa tal-blat rieżaħ Żgħażagħ felħana Hallew ix-xafra kiesħa tninhom Għax demmhom riduh l-allat.

Kollha ħabbew u emmnu B' fidi qawwijja f' az1athom. 'Ma l-lum t-tempji ġġarfu '[, nafu li fil-qerq għexu msejknin. L-allat kienu ħrafa, Dinhom qlajjiet giddieba, Tamietbom ħaIm fieragħ. Għax għexu fil-għamad

U bil-qerq konna aħna li ntbaħna? Tgħid g ħal xejn swielhom g ħemilhom? Ma daħkux ukoll bihom l-Insara Meta mitluqa rawhom mal-iljuni Imutu bil-ferħa? Nitħassruhom lil dawk Li jmiegħku ·mal-art wiċċhom U jitriegħdu bil-biża' Quddiem xi xbiha kerha tal-injam.

- 23-

Page 26: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

Hu lili:

Weħidha fis-sema x-xemx tiddi , Ma fl-ilmijiet tal-ibħra, Tax-xmajjar u l-għadajjar Tħalli suritha F' eluf eluf oħra ta! xmejjex . .. Alla wie ħed herr;m fis-sema. T a' kulħadd m issier hanin U mill-ewwel ulied u fettxewb. Hadd ma sabu mkien wieħed: , Ma naf biss illi kollha sabuh.

J. CAMILLERI

DHUL U HRUĠ

Spalla ma' spalla pass wiehed mexjin, Ghajnejhom qalbiena, sidirhom quddiem. Xkubetta fuq spallthom: ilkoll f'wied dehlin -Aghtihom, Mulejja, kull barka u kull sliem!

Spalla fuq spalla pass dghajjef mexjin, Ghajnejhom iżellġu, sidirhom jirtoghod, Xkubetta jkarkruha: mhux kollha herġin -Ghax prez zet ir-rebha minxur fl-art 'il bogf;od!

VICTOR FENECH

'IL MIN SER NIEHU?

Hu lili: ħudni fl-imwarrab, hudni fil-berah, ħudni fejn trid.

ħudni bil-herra, ħudni bil-ħlewwa,

ħudni kif trid.

Hu lili: hudni filgħodu, ħedni fl-għaxija,

ħudni x ħin trid.

MELBOURNE

- 24-

Hu lili: nitolbok bil-hniena, riġlejja għajjiena,

u ġismi marid, u d-dinja keċċietni. Hu lili jekk trid.

DUN ĠUZEPP ABELA

Page 27: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

DIEQ

Kont tifel ċkejken fart stranġiera u kiebi

immurZ-iskola b' swied il-qalb, imnikket, bħal għoqda nħoss taqfilli leħni, kliemi ... Hiemed, imbikkem, sewda ħsibijieti, nara jilagħbu t-tfal bla ħsieb, ferħana, nistaħba wara bieb jew siġra w nibki ... Kont hekk għax miet missieri fl-Art għaziza, Malta w ħalliena l-bogħ'd waħedna, ltiema ġo art għariba hekk bħal turufnati ... Hieni kont jien w inkwi et bħal itfal l-oħra, nagħti b'idejja, niġri, naqbez, nogħla, sa dak il-jum . .. Kont ġej ferħan ml-iskola, niġri mat-taraġ ngħajjat 'l ommi tiftah . .. Kienet waħedha ħdejn it-tieqa, msammra ħarstha fil-bogħ'd w ilmaħt fxofftejha rogħda, u ftit demgħat nezlin. bil-mod f ħaddejha .•• Tbissmet kif ratni w bdiet tgħannaqni, tbusni, riedet taħbili l-għali kbir td qalbha, iżda nfexxet u bkiet u bkejt jien magħha ... Qaltli: wToni, tibkix, jinsab fis-Sema missierek ... miet il bogħod ... ħalliena wħedna" ... Minn dak inhar insejt ħlewwiet zgħoriti, insejt il-tfal, insejt il~logħ' b u kiebi immur u niġi mill-iskola għal dari, ninxehet minnufih fil-ħoġor t'ommi, nibku w nitolbu bir-rużarju għall-mejjet . ..

Ramle - Israel Fr. JOSEPH CREMONA, O.F.M.

IL-HAKEM

Moħbi wara l-purtiera, ħdejn it-tieqa, ħarstu msammra [ix-xemx li saret sewda, waqt li mill-bogħ' d tal-mislubin qed jisma' l-għajjat Pilatu,

] onfoħ ġo sidru nifs ta' dieq u biża', moħħu mitluf ġo ħsibijiet waħxija, jidher f għajnejh wiċċ il-Mislub li hu ħakem, Bniedem bla ħtija ..•

- 25-

Page 28: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

Jaqbdu bħal ġenn ... idur, idur mal-kamra, jisma' t-twerżieq tal-lhud jitolbu mewtu, hsejjes ta' swat, hartiet u daqq ta' mrietel idamdmu fmoħħu ...

J ilmah Barabba, jilmaħ Kajfa, Erodi, fżifna ta' xjaten qalb tvenvin ta' rwiefen, jidhku, ji firhu, jobżqu w iżebilhu in-Nazzarenu ...

J ahbi wiċċu fl-imhadda . .. jqum . •. jitqalleb ... jitlob mistrieħ għad-dieq li rabat moħħu bhal klil ta' xewk •.. Iħoss jaghfas fuq dahru bħal zokk ta' siġra . ..

Sejjah irsir iġiblu buqar ilma Pilatu w beda (rogħda jaħsel, jogħroq idejh . .. jaħsel u joghroq ... Fl-istess siegha, wil-jum ... kull sena,

baqa' Pilatu idejh joghroq ġo l-ilma aħmar bid-demm u Wiċċ bix-xewk imkellel jidher fil-mewġa jhares lejh bhal jitlob il-ħaqq ta' mewtu ...

Ramle - Israel Fr. JOSEPH CREMONA, O.F.M.

SAQAJN IMBERRHIN

Saqajn imberrhin ta' żag hżug h fqir . .. ghani bilqieghda mistrieh fuq il-mag hqad artab ta' xarabank . ..

Jien tifel il-faqar,' daqs il-ghani l-jedd naghti bil-harta. Fil-misrah tar-raħal ksibt in-nifs tal-helsien fil-ghajta mghaddba ghalik.

Min int ghalija hlief il-JIEN? Nifsek x'jiswa għalija hlief intiena moqżieża? Demmek x'inhu ghalija hlief tixrid aħmar?

Jien tifel il-faqar: fil-qawwa ta' drieghi ghani daqs il-g ħonja; flusi muftieħ tad-deheb jaqbel g ħal kull qofol, intieghem il-jedd ta' serhan qalH

- 26-

Page 29: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

Warrab,' itlaq,' mur: hawn jien il-mulej. Int min int għalija? Ma għandix ghalfejn naqsam miegħek il-jedd tal-aħwa mgħannqin flimkien, Mief fit-tbahrid ta' demm sħun.

Il-jedd tiegħek fejn hu? Jekk issemmih nohonqok. Fil-misraħ tar-raħal tliftu, u rbaħt jien, Jien, JIEN. Il-għajta tar-rebħa għajjatna bħal Ahwa,' is-saltna tar-rebħa rridha Jien għalija.

Ottubru 1963 ANTON AGIUS MUSCAT

IX-XEMX

Kollox jarġa' jieħu l-ħajja, Hekk kif tarġa' fuqna x-xemx.

Ikun għadek, fil-ghodu, moħbija Taħt ix-xefaq imżewwaq b'ilwien, X' ħin int tagħti t-til qima tal-ħajja, U jistejqer mill-mard il-ħolqien.

Ikun għab swied il-qalb ta' fl-għaxija, U [-uġig ħ ta' mitt imma jkun tar, Ikun għereq fin-ngħas ta' lejl hiemed Dak li qanqal il-moħħ tul in-nhar.

U l-alwetta tispara ġol-arja B'dik il-ħeffa li għajja ma tafx, U il-medda ta' riġel il-bniedem Taqbad ritmu li mejt ma jagħrafx.

Jista' jkun illi l-moħħ jerġa jagħja X' ħin mad-dalma il-lejl jerġ,!' jsir; Jista' jkun illi l-qalb terġa' tofroli B/-ilmijiet tal-imrar u t-talisir.

Iżda x-xemx terġa' tkeċċi u ġġedded, Terġa' tbus il-għoljiet u l-widien. Għax jien biss fost kemm nara madwari Hekk inħossni fi tlugħek għajjien?

- 27-

CHARLES VELLA

Page 30: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

ŻIEDA TA' KLIEM U TIFSIR

Ta' V. MIFSUD BONNICI

(mi gub minn CASSAR PULLICINO)

(Jaqbad ma' Lehen il-Malti, Ghadd 8)

Q

QABEŻ, J AQBEŻ (għall-inbid) - sponta.

QABIDU - il-qbid tiegħu.

QABIL - razza. "Il-ħawha u l-lewża qabil wieħed-; "dak il-qabil (il-bhejjem ta' laħam il-kelb) irid jiekol u jaħdem".

QADD - żejjen qaddek, ilbes sabiħ.

QADI - imħallef.

QAFIŻ - "a, measure of capacity equal to 4.580 imperial gallons».

QAFQAF, IQAFQAF - jagħmel il-qfief; "aħna dejjem inqafqfu u nbe:rldu"; iġġib 'il dak li jkun bħal jixbeh il-qoffa kollha għesieleġ niexfa u qodbien imqarqċa, "il-bard qafqaf 'il kulħadd".

QAGHDI - Raba' qagħdi, wati, pjan; il-maqlub ta' sellum. L-għelieqi tar­raba' qagħad jew qagħdi joforquhom minn xulxin bil-hajjen, u s­slielem bis-sisien.

QALA' - qala' riħ, ħa riħ; qala' ruħu, bara ħafna; "qlajt ruħi ma' dik it­telgħa" •

QALBA - "il-lewż għal Lapsi jkun fih il-qalba»; xaqliba, <tfuq il-qalba ta' 'l ilhinn".

QALI - qiegħed; "u dak x'inhu jagħmel daż-żmien? - Qhl.il".

QALLAT, IQALLAT - mexxa, tajjar quddiemu xi ħaġa billi jagħti bis­sieq, bħal meta tilgħab il-ballabrott; mela sawwat, isawwat bis-sieq il-kbir billi jġerri quddiemu liż-żgħir (xi tifel); «diem iqallatni mis­sieri, u jien niġri".

QAMLA - fergħa illi ttalla' ftit għejjun; qamel, "il-frak irqiq tal-weraq li jibqa' mwaħħal mal-bjada".

QAMQAMA _ kelma qadima li tfisser baqra. Ara f' dan id-dar~ il-kliem li ġej: "Ixtri l-qamqama u l-qamqam imqar qamu kemm qamu".

- 28-

Page 31: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

QANA - gandott b'toqba. "L-ilma tax-xita jgħaddi minn ġo qana u jibqa' nieżel għal ġo belliegħa.

QANJA - daħla ma' ġenb il-forn biex iżommu r-rmied fiha (fejn il-furnar ige=ez in-nożżli) "Il-furnar ġibed il-ġamar tan-nar u xeħtu ġol-qanja".

QANNEB - Igħidu li l-qanneb jaqtgħuh mal-qamħ ir-mm; għal Santa Marija jibdew ibigħuh.

QANSAR, IQANSAR - Tagħti bil-ftit il-ftit, bħal dak li jxeħħ biex joħroġ dak li għandu joħroġ minn taħt idejh.

QARA - qara fi ktiebu, jedha f'dak li jmiss lilu; "dak ħallih jaqra fi ktiebu".

QARA', JAQRA' - għamel jew ġieb qargħi, qaxqax. "Taqragtlhuli x­xagħri"; "Issa dal-blat għax jaqergħuh sal-baħar?"

QARŻUT - riħ qawwi.

QASBIJA - it-taqċit tas-silla, żara', eċċ, li jibqa' fl-art wara l-ħsid; "Qas­bija taż-żara', qasbija tas-silla". Ir-raba' nnifsu fejn hemm il-qasbija. (fejn silla jew żara' ġie maħsud frisk, jew xi ful qatgħuh għal ahdar): .. għaddejna mill-qasbija".

QASIR - nieqes; robbu qasir, il-biċċa tar-robbu ta' quddiem jiġifieri bit­taħżima nieqsa.

QASMA, (pl. qsami) - fU fil-blat li mhux ġ~j mill-lbiċ. "Meta niltaqgħu ma' qasma ngħidu: Din ferħa ta' brama, m'hi xejn".

QATA' - rikkeb, bħalkieku qata' mill-art lil xi ħadd u rikkbu; kont seijer ir-rahal u sibt min qataghni, ttI was repairing to my village and was given a lift" •

QATTA - Wehel bil-qatta, ġabar ta' kulħadd, dejn, u ħwejjeġ oħra li ma tixteqhomx.

QAWS - "fuq ir-rex:xi~xa jsir l-akkordju tal-qaws; iktar ma jkun ikkurdat tajjeb iktar jaqta' tajjar ilhinn".

QAWSALLA - Id-dawra nofs tond li jidher jagħmel ġisem fis-sema minn xħin ifiġġ sa jgħib. Ix-xemx fix-xitwa l-qawsalla tagħha tqassarha: u narawha tida' minn ġox-xlokk u tgħib ġol-Ibiċ.

QAWWI - Qalbi qawwija, għandi tama kbira; ghandi qawwi, nemmen, għan­

di fehma qawwija, "minn dejjem kelli qawwi li l-Maltin għad iġibuha

żewfr: •

QAŻQAŻ - għajjat bħal qażquż.

- 29-

Page 32: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

QAŻWAT, IQAŻWAT - Iqassam u jarġa' jqassam fi bċejjeċ żgħar; suddi­vżdere, to subdivide; «min iqażwat juri xeħħa".

QELEQ, JEQLEQ - Raġa' qal "leqq", raġa' b<:!ielu. "Min ikun qiegħed tajjeb u jeqleq, il-ħażen ma jonqs~I:I:».

QERGHUN - Il-qiegħ nett tal-ħaġa, l-għeruq, il-basla, "tini (tisjir) tal­qergħun"i «naqlagħlek il-qergħun"i bħal ghid li fih is-sid jagħmel ħwejjeġ ta' l-ikel żejda biex jitma' li! dawk li jaħdmu miegħu f'xi jum ta' ferħ; xalata, "għada l-għarusa għandha l-qergħun".

QIEGH- Vina ta' l-art għaddejja ma' wiċċ l-art. Fil fil-bla t ghaddej wati mal-barriera kollha. F il-ktir qigħarz jew qagħarz. Il-qiegħ jagħmel

mogħla subgħajn qoxra iebsa, għalhekk jinsieħ ukoll SkOTĊ.

QIEGHA - Bħal dawra dawl abjad imsaħħab madwar il-qamar. "Il-qamar ikun bil-qiegħa meta jkun ġej ie-riħ".

QIEGHED (qroqqa) - "Il-qroqqa li jqiegħduha f'Jannar il-Hieles tagħha joħorġu sħah u f' saħħithom"; "fit-telfa tal-qamar tqigħedx bajd taħt il-qrejjaq»; "Qiegħed il-qroqqa f'riħ majjistral".

QOBRU - Granċ, grottlu. 'Sejrin lura bħal qobru".

QOFOL - Il-għoqda tal-ħaġa; kaptell li jgħatti ħajt tas-sejjieh jew il­kaptelli kollha mrikkbin fuq ħajt tas-sejjieh biex iqafBuh (ma jiġix imwaqqa', ma jimbalax, ma jinfetaħx bix-xita); ·coping stone".

QOLLIEGHA - Bħal blata mwaħħla ma' l-art imma tinqala', tirxa maq­lugħa minn ma' l-art.

QORQ TAL-FART - biċċa nagħla bis-suf b'kollox imfassal ħażin ħażin fuq is-saqajn u marbut bi qfieli tal-ġild minnu nnifsu jew tal-ħabel.

QORTIN - Bħal xagħra f'witja ta' ġ biel. «Qortin tal-blat"; "Qortin ma fihx trab".

QRENDI - Il-Qrendi kulħadd issiblu nagħġa; u l-Qrendin jieħdu ġbejniet wisq is-suq t'Għawdex.

QRIN (pL QRAN, QRAJJEN) - Coetarzeo, of the same age. "Għandi ħafna qrajjen"; "Aħna qrin wieħed".

Tmien tuzzani w erba' snin Ingħodd sew sewwa jien; Hbiebi kollha txerrdu w mietu Tiegħi qran ma baqa' mkien.

QSIMA - ratal u kwart.

- 30-

Page 33: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

QURQAĊA - ħafna ġo xulxin, bħal qurqaċa rak.kmu, qurqaċa kwiekeb, qurqaċa fidda. "Sidrija qurqaċa buttuni".

QXUR TAL-GATTARELL - il ġild tal-gattarell imnixxef li jħokku u jmel­lsu bih l-injam; xkatlu.

R

RABRABA - minn ħlief rabbaba. "Ħarġu jdoqqu biż-żaqq u r--rabr;aba u ż­żavżava" •

RADAM BIL-BŻAR - qaleb ie-raba' (għal seħħ) jew għażaq bit-talja (meta jaqilbu r-raba' mill-qiegħ u jagħmlu braġ fil-ħamrija).

RADD - ta, jagħti; "Qabel Santa Marija ma jkunx jaf il-bidwi x'radd ir­raba" •

RADDA - dik it-triq dejqa li tħalli x-xita fl-art minn fejn tgħaddi. "Meta x-xita tinżel ħelwa tifrigh f'ħafna miġriet ta' l-ilma li jħallu r-raddi wrajhom".

RAFA' - Qala'. Rafa' ċanfira.

RAĠUNI (RAĠUN) - Nofs artal, nofs kwart u uqicejn f'kull wiżna li jit­qiegħdu ġol-keffa tal-użin biex jinqata' b'riżq ix-xerrej fil-bejgħ tal­maħluġ għaNelf li jkun fih meta tagħżlu biex jibqag"llek dejjem wiżna xketta. Jew tliet wiżniet til-qamar (bil-qies sew jiġi Rtal 13 z5

/ 3J. RAJJA - Il-ħxuna ••• tal-mus tal-Ieħja. "lr-rajja ta' dal-mus bdietteħxien:

gl1andu bżonn tas-senn".

RAQT IR-RUH (jew REQQET !R-RUH) - g~laxwa; "Bil-glJafja li għandi tami raqt ir-ruħ".

RASS ID-DEMM - congestione; congestion; tt għandi rass f'qalbi".

RAXX (tal-baħar) - spray of the sea.

RAXXA - daqsxejn ġmielha, bejn ħafna u ftit, qisu kemm troxx; "Raxxa żara' fl-imniedaq; ġiet raxxa summien".

RAŻLA - xiber u nofs għuda, imgerba bħal lembuba, u b'biċċa ram f'kull ras, biex jimsaħ biha, il-kejjiel tal-qamħ, il-wejba, is-siegħ, eċċ.; rexqa. (Falzon jagħti l-kelma RAŻOLA)

RĊIPP - għeneb barra minn żmienu; "ir-rċipp jo'1roġ aktarx f'Ottubru-; Kemm qalgħet irċipp did-dielja".

RĊUGH (jew RĠUGH) - Weraq ta' barra minn żmienu, joħroġ fil-ħarifa u jerġa' jaqa'.

- 31-

Page 34: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

REBBIEGHA - ħabta fis-sena li fiha tirrabba xi ħaġa fl-art jew issir biex ttabbi. "Marzu r-rebbiegħa tal-bhejjem' (għax fih isibu x'jieklu l­iżjed, ir-tiegħi tibbies, eċċ). Isemmu r-rebbiegħa tal-qara' bagħli,

tat-tadam, tal-brinġiel, tal-qaqoċċ, tal-pastard, tal-ful u l-piselli.

REFĊA - (kelma tal-ħajja) tin.

REFFIEGHA - biċċa tax-xedd; dik li tarfa' 'l fuq id-dafar għal mal­pannell.

REHEM - fejn tkun il-bajda magħmula qiegħda l-aħħar.

REJJAQ - ta ta' xejn, lil min ma jmissux, ma għandux ħaqq; bħal dak li qallu ta għar-Tieq. "Dalwaqt se mmur inrejjaqlu mitt skud!".

RESLA (jew RISLA) - Ittra; "Ir-rsul leħpin huma A,E,I,O,U'; Ktiba sħi­ħa mibgħuta lil xi ħadd bħar-risla ta' S. Paul lin-nies ta' Korint.

REMA, JARMI - ta, jagħti. "Raħal jarmi ħafna nies", "riħ jarmi nxief".

REQQ, IREQQ - minn ħlief Taqq, iTeqq. Sar irqiq, xaħħ. Ruħu Teqqet, qal­bu għażżet (fil-ħaġa li tkun, irid jagħti u ma jridx, ma jridx jerħi minn idejh).

REWWIEHA - tieqa ċkejkna aktarx fil-għoli għan-nifs.

REXXIEXA - Kannol oħxon tal-qasab taħt il-ħajjasa. Jaqdi biex il-watal iże!Żer fuq il-ġilda - kemm iżerżer irqiq tkun ikkurdata.

RGATT - nies fuq xulxin jixxabbtu, jittawlu u jittuffaw biex iħarsu.

RGATT A, JIRGA TTA - żied, iżid fuq xulxin biex jixtri. "J irgatt aw biex jixtru xi bhima mill-għalqa".

RIEMA - Żurżieqa f'xatt il-baħar fejn il-baħar jobrom u jagb,mel ir-ragħwa bajda, xifer. "Il-ponta tal-Forti tinsieb riema tal-baħar".

RIEGHI - Ħobż Tiegħi (misem), mhux misjur żejjed għax irid it-tixrib. ll-ħobż wara li jitfgħuh fil-forn jerġgħu joħorġuh u jxarrbuh biex ma jibqax riegħi.

RIEWAH - li hu mrewwaħ, jgħaddi fil-wisa'.

RIH, IRIH - Dar b'salt u jaħbat fuq~k għal għarrieda, "il-bagħal nafarli u rieħli għal fuq il-ħajt tal-għalqa"; ma tibqax sejjer dritt, iddur mar-riħ, "jekk tgħaddi l-balla mill-wied rriħ xi naqra għax jixrobha".

RIH LI LLUM - modo avverbiale che significa fina al di d'oggi e non­ostante il lasso di lungo tempo; sal-jum imqaddes tal-lum, avolja ilu ħafna; "mar: riħ li llum ma ġiex iktar".

RIH T A' DIK - koċċla; "narra taqbdek riħ ta' dik!"

- 32-

Page 35: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

RIHAN - bħal terra jużawha l-qwiebel; FuIler's Eartb.

RIMA - scia, wake; brim ta' l-ilma maħluq minn ġisem tqil għaddej jiġri aktarx minn ġol-baħar.

RIMJA - sajda; li titfa' jew tarmi darba x-xlief jew l-għażel.

RIQ - Għal riħet ir-riq, kemm kemm idduq jew tmiss ma' saqaf il-ħalq.

RMOND - weraq tad-dwieli ••• biex iserrħu s-siġar.

RMOXK, RMIXK - m'aħniex, għax fih il-ħażin, mela ma jiswiex.

ROBBU (fil-ktir rbiegħ) - mill-erbgħa waħda ta' bhima maqtula, la quarta parte d'una vacca macellata esibita per vendita . .. Ir-robbu ta' wara - qasir - tissejjaħ il-qatgħa tan-naħa tal-kitf tar-robbu ta' quddiem; imur maqsum fi tnejn - u l-biċċa l-oħra tiegħu tinsieħ taħżima.

ROQQAJS - Biċċa fil-mithna tal-kaħwa.

RQIQ - xħiħ, iraqqaq, qalbu treqq meta jiġi biex jagħti. «Kemm hu rqiq!»

RSULI - Twassil ta' tweġib, ta' kliem aktarx bla bżonn. "Tiddi u ġġib ir-rsuli", "twassal ir-rsuli".

RTAQAD, JIRTAQAD - Iltewa, jiltewa u jarġa'.

RTOQOM - Żamm ruħu mill-aħjar fil-qagħda, fl-imġieba; tkabbar; to pique oneself. "Bdiet tirtoqom ġol-ħwejjeġ·.

R TUBA - Frisk.

RŻITTA - Qagħad ġwejjed, ma għadux demmu jegħilbu; mit-Taljan zitto.

- 33-

Page 36: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

KORRISPONDENZA BEJN L-GHAQDA TAL-MALTI (UNIVERSITA) U L-AWTORITAJIET UNIVERSITARJI SABIEX L-ILSIEN MALTI JKUN MAGHRUF BHALA LSIEN UFFIĊJALI FL-UNIVERSITA.

Liċ-Chairman

Għaqda tal-Malti (Universita) c/o Dipartiment tal-Malti, Universita Rjali ta' Malta, Triq S. Pawl, Valletta. 25 ta' Novembru 1963.

u Membri tal-Kunsill tal-Universita, Universita Rjali ta' Malta, Il-Belt.

Meqjumin Sinjuri, Fil-Laqgħa tal-Għaqda tal Malti (Universita) li saret

fis-16 ta' dan, billi għas-sena d-dieħla 1964 jaħbat it-3D anniversarju mill­GHARFIEN UFFIĊJALI TAL-MALTI flimkien ma' l-Ingliż bħala l-Ilsna ta' Malta ġie deċiż li din il-ġrajja tiġi mfakkra kif jixraq, u tkun ħaġa wisq flokha li l-MALTI WKOLL IKUN MEQJUS ILSIEN UFFIĊJALI FL-UNIVERSITA. flimkien ma' l-Ingliż.

Billi sa fejn nafu aħna, fl-ebda Universita tad-dinja l-Ilsien tal-pajjiż mhu imkien imċaħħad mill-prestiġju li jistħoqlu f'kull Universita ta' l-erba' naħat tad-dinja, aħna għalhekk NITOLBU BIL-QIMA KOLLHA LI L-MALTI JITQIES BHALA LSIEN UFFIĊJALI TA' L-UNI­VERSITA. kmieni kemm jista' jkun biex dan ir-rikonoxximent jaħbat mat-3D anniversarju tal-Għarfien tal-Malti mill-Gvern.

Qaqt li f'isem il-Membri kollha tal-Għaqda nixtieq !il!­Kunsill ta' l-Universita kull risq,

Ngħodd ruħi,

Dejjem Tagħkom BI-Akbar Qima, (Ġuże Cardona)

Segretarju.

- 34-

Page 37: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

Dear Sir,

The Royal University of Malta, Valletta. 7th January, 1964.

The Vice-Chancellor and Rector Magnificus has asked me to acknowledge receipt of your letter dated 25th November, 1963, and to inform you that your request is being referred to Council for consideration.

Ġuże Cardona, Esq., c/o Department of Maltese, Royal University of Malta.

Lill-Viċi-Kanċellier

Universita Rjali ta' Malta, Il-Belt.

Għażiż Viċi-Kancellier,

Y ours faithfully,

J. Ciappara for Registrar

Għaqda Tal-Malti (Universita) Universita Rjali ta' Malta, Triq S. Pawl, Vallerta. 16 ta' Jannar 1966.

B'riferenza għall-Korrispondenza li ftit taż-żmien ilu għaddiet bejn dan il-Kumitat u l-Universita dwar l-għarfien tal-Malti bħala lingwa uffiċjali ta' l-Universita flimkien ma' l-Ingliż, il-Kumitat talabni nistaqsik, Wisq Meqjum Professur, jekk wara dawn ix-xhur kollha kienx hemm xi progress f'dil-kwistjoni.

Il-Kumitat iħoss li, la darba l-Ilsien Malti għandu preċedenza fuq l-Ingliż fi-istess Kostituzzjoni ta' l-Indipendenza u fi-in­terpretazzjoni tal-liġijiet, għandu għall-anqas ikun magħruf bħala lingwa uffiċjali fl-ogħla istituzzjoni tal-Kultura f'Malta.

- 35-

Tiegħek bI-akbar Qima,

(G. Bonnici) Segretarju Onararju.

Page 38: LEHEN IL-MALTI · il-verb mal-lista ta' dawk imnissla fit-tieni forma. Fost il-kompilaturi ta' dizzjunarji etimoloġiċi bil-Malti insibu wkoll li l-biċċa l-kbira jqiegħdu dan

Għażiż Sur Bonnici,

The Royal University of Malta, Valletta. 9 ta' Frar, 1966.

B'referenza għall-ittra tiegħek tas-16 ta' Jannar, nixtieq ninfurmak li, fuq deċiżżjoni tal-Kunsill, jien ktibt lill-Onorevoli Prim Ministru fuq din il-kwistjoni u indikajtlu x'kienet ix-xewqa tal­Kunsill.

Sur G. Bonnici, Segretarju Onor., Għaqda tal-Malti (Universita), Universita Rjali ta' Malta, TriqS. Pawl, VALLETTA.

(Edwin J. Borg Costanzi) Viċi-Kanċellier u Rettur.

L-GHAQDA TAL-MALTI (UNIVERSITA') TAGHTI L·GHOMOR

LILL-FAMILJI TAŻ-ŻEWĠ KITTIEBA MALTIN

IVO MUSCAT AZZOPARDI LI MIET FIT-13 T-A' DIĊEMBRU, 1965

U

PATRI Ġ. MEJLAK, S.J. LI MIET FIL-21 TA' FRAR, 1966

- 36-