il-qala – għawdex · festi ad unur il-kbir patrijarka san ĠuŻepp. l-erbgĦa 24 ta’ lulju:...

12
Programm Festa San Guzepp il-Qala – Għawdex 22 ta’ Lulju – 8 t’ Awwissu 2013

Upload: others

Post on 22-Jun-2020

11 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: il-Qala – Għawdex · festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP. L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM

Programm FestaSan Guzeppil-Qala – Għawdex

22 ta’ Lulju – 8 t’ Awwissu 2013

Page 2: il-Qala – Għawdex · festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP. L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM

Programm tal-Festi Solennif’Ġieħ il-Kbir Glorjuż Patrijarka

San GuzeppIr-Raġel Kastissimu tal-Verġni Marija u Patrun tal-Knisja Universali

Meqjum fis-Santwarju Arċipretali tal-Qala – Għawdex

22 ta’ Lulju – 8 t’ Awwissu 2013

Fl-okkażjoni: • Sena tal-Fidi imnedija mill-Papa Benedittu XVI • L-introduzzjoni tal-isem ta’ San Ġużepp fit-

Talbiet Ewkaristiċi mill-Papa Franġisku • 325 anniversarju mit-Twaqqif tal-Parroċċa ta’ ‘Santa Marija tal-Qala’ • 25 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari ta’ ‘Santa Marija tal-Qala’ • 150 sena mill-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Mikiel Franġisku Buttigieg bħala l-Isqof Awżiljarju ta’ Malta • 140 sena mit-twaqqif tal-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament • 140 sena

mill-miġja tal-Kwadru mirakoluż u devot ta’ Salus Infirmorum

Motto: “Lejk Nirrikorru O Ġużeppi Mqaddes”

325SENA PARROĊĊASANTA MARIJA TAL-QALA

Page 3: il-Qala – Għawdex · festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP. L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM

IT-TNEJN 22 TA’ LULJU:7.00pm Quddiesa mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe

Zammit b’suffraġju għas-Saċerdoti kollha li servew fil-Parroċċa.

7.30pm Adorazzjoni bis-sehem tal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali li fiha jsir talb biex il-Festa tilħaq l-iskop tagħha.

IT-TLIETA 23 TA’ LULJU:7.00pm Quddiesa mmexxija mill-W.R. Vigarju Parrokkjali

Dun Charles Buttigieg.7.30pm Laqgħa konklussiva tas-sena tal-Kunsill Pastorali

Parrokkjali. Tindaqq mota bil-qniepen kollha li tagħti bidu għall-

festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP.

L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-

ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM IL-ĠENEROŻITÀ Filgħodu jsir it-Tqarbin tal-Morda.7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.R Mons.

Giovanni Bosco Gauci, Vigarju Ġenerali, li tagħti bidu għall-Festi ad unur il-Kbir Glorjuż Patrijarka San Ġużepp. Mistiedna partikolari l-Qalin residenti barra l-Parroċċa. Isiru donazzjonijiet għall-opri karitattivi tal-Parroċċa. Issir il-proposta għall-membri ġodda fil-Grupp Parrokkjali ‘Informa’ u fil-Grupp Parrokkjali tal-Fundraising. Tanima l-kant, il-Banda Ite ad Joseph tal-Qala taħt id-direzzjoni tas-surmast Mark Gauci flimkien mal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.

8.00pm Ħruġ tradizzjonali tal-istatwa titulari u devota ta’ San Ġużepp min-niċċa fost kant u ċapċip mill-folla preżenti. Il-Banda Ite ad Joseph tilqa’ lil San Ġużepp fuq iz-zuntier bl-innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’, mużika ta’ Mro. Vincenzo Ciappara u versi tal-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani. Issir ġabra speċjali għall-festa.

8.30pm Il-Banda Ite ad Joseph tagħmel marċ brijuż li jdur

Page 4: il-Qala – Għawdex · festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP. L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM

mal-pjazza ewlenija u jispiċċa quddiem il-Każin tal-istess Banda.

Fil-jiem tan-Novena r-Rużarju jkun fis-6.30pm.

IL-ĦAMIS 25 TA’ LULJU: L-EWWEL JUM TAN-NOVENA JUM IT-TFAL U L-ISTUDENTI7.00pm Quddiesa tal-Ewwel Jum tan-Novena mmexxija mill-W.R.

Kan. Michael Galea, bis-sehem tat-tfal u tal-istudenti. Issir il-vestizzjoni tal-abbatini ġodda u ssir il-proposta għall-abbatini ġodda. Matul din is-sena ħamest tfal ġodda ħaddnu l-ministeru ta’ abbati fil-parroċċa tagħna. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘Magnificat’.

8.30pm Seratà ta’ logħob u divertiment għat-tfal u għall-istudenti kollha, fil-pjazzetta.

IL-ĠIMGĦA 26 TA’ LULJU: IT-TIENI JUM TAN-NOVENA JUM IL-KATEKISTI7.00pm Quddiesa tat-Tieni Jum tan-Novena mmexxija mill-

W.R. Kan. Michael Galea, bis-sehem tal-katekisti tal-parroċċa. Issir il-proposta għall-membri ġodda fil-Grupp Parrokkjali tal-katekisti u fis-Soċjetà tal-Mużew. Janima l-kant, il-Grupp tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ.

8.30pm BBQ Annwali fil-Bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien organizzat mill-Għaqda Briju San Ġużepp.

IS-SIBT 27 TA’ LULJU: IT-TIELET JUM TAN-NOVENA JUM IL-VOKAZZJONIJIET6.30pm Talba tar-Rużarju b’intenzjoni għall-vokazzjonijiet

immexxija mill-Grupp tal-Vokazzjonijiet u l-Grupp tal-Abbatini tal-parroċċa.

7.00pm Quddiesa tat-Tielet Jum tan-Novena mmexxija mill-W.R. Kan. Michael Galea. Issir il-proposta għall-membri ġodda fil-Grupp Parrokkjali tal-vokazzjonijiet. Mistiedna r-Reliġjużi u l-Lajċi

FestaSan Guzepp

Page 5: il-Qala – Għawdex · festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP. L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM

kkonsagrati. Janimaw il-liturġija, is-sorijiet Franġiskani tal-Qala.

8.30pm Attività organizzata mill-Grupp tal-‘Fund Raising’ fil-pjazzetta.

IL-ĦADD 28 TA’ LULJU: IR-RABA’ JUM TAN-NOVENA JUM L-ADOLOXXENTI U Ż-ŻGĦAŻAGĦ10.00am Konċelebrazzjoni Solenni tar-Raba’ Jum tan-Novena

mmexxija mill-W.R. Patri Christopher Farrugia O.F.M., bis-sehem tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ Qalin. F’dan il-jum issir il-proposta għall-grupp tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ f’ħidma ta’ volontarjat fil-Parroċċa. Janima l-kant, il-Grupp tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ.

11.00am Wirja ta’ karozzi ta’ fama internazzjonali fil-pjazza ewlenija organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Qala.

8.30pm ‘High Tea Kbir’ u annwali tal-Festa organizzat mill-Kumitat tan-Nar fil-pjazzetta.

IT-TNEJN 29 TA’ LULJU: IL-ĦAMES JUM TAN-NOVENA JUM IR-RESIDENTI BARRANIN7.00pm Quddiesa tal-Ħames Jum tan-Novena mmexxija mill-

W.R. Patri Christopher Farrugia O.F.M. Issir il-proposta għal talb ekumeniku lill-gruppi ta’ talb eżistenti fil-Parroċċa. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.

8.30pm It-Tlieta u Għoxrin Edizzjoni tal-‘Gozo International Celebration’ fil-pjazza ewlenija. Tema: “Positivity through Faith”. Mistiedna: Joy Gospel Singers, Gianluca Bezzina, Magnificat Choir flimkien ma’ Terry Shaw.

IT-TLIETA 30 TA’ LULJU: IS-SITT JUM TAN-NOVENA JUM L-GĦAQDIET SOĊJALI7.00pm Quddiesa tas-Sitt Jum tan-Novena mmexxija mill-

W.R. Patri Christopher Farrugia O.F.M., bis-sehem tal-Għaqdiet Soċjali tal-Parroċċa. Issir il-proposta lil min

Page 6: il-Qala – Għawdex · festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP. L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM

jixtieq ikun bandist fil-Banda tagħna Ite ad Joseph. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’.

8.30pm Marċ mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li jibda minn Triq San Franġisk u jintemm fil-pjazza ewlenija.

9.30pm Kunċert Mużikali mill-Banda Ite ad Joseph fil-pjazza ewlenija.

L-ERBGĦA 31 TA’ LULJU: L-EWWEL JUM TAT-TRIDU SOLENNI JUM IL-FAMILJA6.30pm Kant Solenni tal-Għasar mill-Kleru tal-Parroċċa

flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit. Wara tingħad il-Kurunella.

7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni tal-Ewwel Jum tat-Tridu mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit, bl-omelija mill-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia Wara, Antifona u Barka Sagramentali mmexxija mill-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia. Isir talb partikolari għall-koppji miżżewġin li qed jiċċelebraw l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Isir it-tiġdid tal-wegħdiet taż-żwieġ u ssir il-proposta għall-membri ġodda fil-laqgħa tal-familji u fil-kors tal-għarajjes.

9.00pm BBQ kbir organizzat mill-Parroċċa fil-pjazza ewlenija bis-sehem tal-band The Tramps.

IL-ĦAMIS 1 T’AWWISSU:IT-TIENI JUM TAT-TRIDU SOLENNI

JUM L-EMIGRANTI6.30pm Kant Solenni tal-Għasar mill-Kleru tal-Parroċċa

flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit. Wara tingħad il-Kurunella.

7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit, bl-omelija mill-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia, bis-sehem tal-emigranti Qalin. Wara, Antifona u Barka Sagramentali mmexxija mill-W.R. Dun Richard

FestaSan Guzepp

Page 7: il-Qala – Għawdex · festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP. L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM

Nazzareno Farrugia. Issir il-proposta għal volontiera ġodda fi ħdan Radju Leħen il-Qala.

8.45pm Riċeviment għall-emigranti Qalin offrut mill-Arċipriet fiċ-Ċentru Parrokkjali.

9.30pm Marċ brijuż mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li jitlaq minn Triq In-Nigret, Triq Anton Buttigieg, Triq Ġanni Vella, Triq in-Nigret, Triq il-Maġistrat Salvu Attard, jgħaddi għal parti oħra minn Triq Anton Buttigieg, Triq l-Isqof Baldassare Cagliares, Triq Ottubru 30, Triq il-Kunċizzjoni, Pjazza San Ġużepp u Triq 28 ta’ April 1688. Il-marċ jagħlaq bit-tlugħ brijuż tal-istatwa ta’ San Ġużepp fuq il-pedistall fi Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg.

12.00am Jittella’ ‘Feature’ mill-Għaqda Briju San Ġużepp.

IL-ĠIMGĦA 2 T’AWWISSU: IT-TIELET JUM TAT-TRIDU SOLENNI

JUM L-EWKARISTIJA - L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar8.00am Quddiesa u wara jibda nofs ta’ nhar Adorazzjoni. 6.30pm Kant Solenni tal-Għasar mill-Kleru tal-Parroċċa

flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit. Wara tingħad il-Kurunella.

7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tielet Jum tat-Tridu mmexxija mill-W.R. Arċipriet Kan. Joe Zammit, bl-omelija mill-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia. Wara, Antifona u Barka Sagramentali mmexxija mill-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia. Issir il-proposta għall-Adoraturi l-ġodda.

9.30pm Dimostrazzjoni popolari bl-istatwa ta’ San Ġużepp, xogħol l-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri. Id-dimostrazzjoni tkun akkompanjata mill-Baned Ite ad Joseph tal-Qala u Prekursur tax-Xewkija li titlaq mill-Pjazza Ewlenija għal Triq In-Nadur, Triq Ir-Rebħa, Triq l-Isqof Mikiel Buttigieg, Triq 28 t’ April 1688 u tispiċċa mill-ġdid fil-Pjazza Ewlenija. Waqt it-tlugħ brijuż tal-istatwa fuq il-pedestall fil-pjazza jindaqq l-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’, mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara u versi tal-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani.

12.00am Logħob tan-nar tal-art fil-pjazza.

Page 8: il-Qala – Għawdex · festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP. L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM

IS-SIBT 3 T’AWWISSU: TMIEM IN-NOVENA MQADDSA

JUM IL-BENEFATTURI9.30am Konċelebrazzjoni Solenni, bil-kant Solenni tat-Te

Deum f’għeluq in-Novena mmexxija mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri, bis-sehem tal-morda, tal-anzjani u tal-persuni bi bżonnijiet speċjali. Tingħata tifkira tal-festa.

LEJLIET IS-SOLENNITÀ TA’ SAN ĠUŻEPP6.30pm Marċ mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li jibda

minn Pjazza l-Isqof Mikiel Buttiġieġ, Triq 28 t’ April 1688, Pjazza San Ġużepp, Triq il-Kunċizzjoni u wara jakkompanja t-Translazzjoni Solenni minn ħdejn il-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani għall-Knisja Arċipretali.

7.00pm Translazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ San Ġużepp immexxija mill-W.R. Mons. Alfred Xuereb, l-ewwel Segretarju u Segretarju Personali tal-Q.T. Papa Franġisku, mill-Kappella tas-Sorijiet Franġiskani għall-Knisja Arcipretali li fiha tieħu sehem il-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala flimkien ma’ Fratellanzi oħra. Waqt id-dħul Solenni tat-Translazzjoni fil-Knisja Arċipretali jindaqq l-Innu u l-Antifona. Konċelebrazzjoni Solenni, Antifona u Barka Sagramentali. Isir il-bews tar-Relikwija.

9.00pm Marċ li jitlaq minn ħdejn il-Kunvent tas-Sorijiet u wara Programm Mużikali fil-Pjazza mtella’ mill-Banda Ċittadina La Stella tal-Belt Vittorja.

9.30pm Marċ trijonfali u popolari ta’ lejliet il-festa mill-Banda Victory tax-Xagħra li tibda minn Triq l-Imġarr u mill-Banda San Ġużepp ta’ Għajnsielem li tibda minn Triq il-Belveder fejn imbagħad jiltaqgħu flimkien fi Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg u jimxu tul Triq 28 t’ April 1688 fost il-briju u jispiċċaw fil-Pjazza Ewlenija.

12.00am Logħob tan-nar tal-art fil-pjazza.FestaSan Guzepp

Page 9: il-Qala – Għawdex · festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP. L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM

IL-ĦADD 4 T’AWWISSU: JUM IS-SOLENNITÀ TA’ SAN ĠUŻEPP

Quddies fil-5.30am, fis-6.30am, fit-8.00am, fid-9.00am, fil-11.00am u fil-5.00pm.

9.00am Konċelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali u mas-Saċerdoti.

11.00am Quddiesa mmexxija mill-W.R. Dun Charles Buttigieg.11.30am Marċ popolari u brijuż mill-Banda San Ġużepp tal-

Kalkara li jibda minn Triq l-Imġarr, Triq 28 t’ April 1688 u jintemm għall-ħabta tas-2.30pm fil-pjazza ewlenija.

5.00pm Quddiesa mmexxija mill-W.R. Arċipriet Emeritu Mons. Anton Sultana.

6.30pm Kant tat-Tieni Għasar tas-Solennità mill-Kleru tal-Parroċċa flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-W.R. Mons. Lawrenz Xerri.

6.30pm Marċ mill-Banda Mnarja tan-Nadur li jibda minn Pjazza Repubblika, Triq il-Qala, Triq San Ġużepp u jispiċċa fil-Pjazza Ewlenija.

7.00pm Marċ mill-Banda Ite ad Joseph tal-Qala li jitlaq minn Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg, Triq 28 t’ April 1688 u jintemm fi Pjazza San Ġużepp.

7.30pm Ħruġ Solenni tal-istatwa devota ta’ San Ġużepp u Purċissjoni mmexxija mill-W.R. Mons. Giovanni Bosco Cremona tal-Kapitlu tal-Katidral, flimkien mal-Kleru tal-Parroċċa, l-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala u Fratellanzi oħra. Il-Banda Ite ad Joseph tal-Qala taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mark Gauci tilqa’ u ssellem lil San Ġużepp bl-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’ u bl-Innu l-Kbir A San Giuseppe ta’ Mro. Indri Borg bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara, l-istess Banda takkompanja l-Purċissjoni Solenni bid-daqq ta’ innijiet reliġjużi. Waqt il-Purċissjoni jiġi reċitat talb wara l-istatwa sakemm din tasal f’tarf Triq il-Wardija.

8.15pm Il-Banda Mnarja tan-Nadur ittella’ Programm Mużikali fil-Pjazza.

9.15pm Il-Banda Santa Margerita V.M. ta’ Sannat iddoqq diversi innijiet fil-Pjazza.

Page 10: il-Qala – Għawdex · festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP. L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM

10.00pm Dħul Solenni tal-istatwa Titulari ta’ San Ġużepp akkompanjat minn spettaklu kbir tal-logħob tan-nar u mill-kant tal-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’.

10.30pm Fil-knisja, tindaqq l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.

10.45pm Il-Banda Santa Margerita V.M. ta’ Sannat tesegwixxi programm mużikali ta’ marċi popolari fil-pjazza ewlenija bħala marċ tal-aħħar.

IL-ĦAMIS 8 T’AWWISSU: GĦELUQ IT-42 ANNIVERSARJU MILL-INKURUNAZZJONI TAL-KWADRU TITULARI TA’ SAN ĠUŻEPP

JUM TA’ RADD IL-ĦAJR7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr bil-kant

tat-Te Deum, immexxija mill-W.R. Gabriel Gauci saċerdot novell. Janima l-kant, il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara jsir id-dħul tal-istatwa ta’ San Ġużepp fin-niċċa.

8.00pm Get-Together fiċ-Ċentru Parrokkjali għal dawk kollha li taw sehemhom biex seta’ jkollna festa mill-isbaħ ad Unur il-Kbir Patrijarka San Ġużepp.

Infakkru li din hija festa reliġjuża u għalhekk jintlaħaq l-iskop veru tagħha

meta wieħed jersaq lejn Alla permezz tas-sagramenti.

FestaSan Guzepp

Page 11: il-Qala – Għawdex · festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP. L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM

QUDDIES U QRAR FIL-KNISJA ARĊIPRETALI: Il-Quddies f’Jum il-Festa jkun hekk: (Filgħodu): 5.30, 6.30, 8.00, 9.00, 11.00 (Filgħaxija): 5.00

Il-Qrar matul il-Festa jkun hekk (konfessuri barranin): Il-Ħamis 1 t’Awwissu

mill-4.00pm sas-7.00pm Il-Ġimgħa 2 t’Awwissu

mill-4.00pm sas-7.00pm Is-Sibt 3 t’Awwissu

mill-5.00pm sas-6.00pm u mid-9.00pm sal-10.30pm Il-Ħadd 4 t’Awwissu

mit-7.45am sad-8.45am

Is-Saċerdoti tal-Parroċċa jkunu disponibbli għall-qrar fil-ħinijiet tas-soltu.

MUŻIKA SAGRA FIL-KNISJA ARĊIPRETALI :• Il-mużika fil-knisja, fil-jiem tan-Novena Mqaddsa tkun tal-

Kor Parrokkjali San Ġużepp li huwa taħt id-direzzjoni tal-Organista s-Sur Mario Portelli u tal-Kor Magnificat li huwa taħt id-direzzjoni tal-Arċipriet Kan. Dr Joe Zammit.

• Il-mużika bl-orkestra u l-kor fil-knisja, kemm fil-jiem tat-Tridu u kemm lejliet u nhar il-festa tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Frankie Debono.

NAR U ILLUMINAZZJONI FIL-FESTA :• In-nar ta’ matul il-festa huwa maħdum minn: Lourdes

Fireworks Factory tal-Qrendi; St Mary Fireworks Factory tal-Qrendi; St Nicholas Fireworks Factory tas-Siġġiewi; Tal-Virtù Fireworks Factory tal-Għarb; St Joseph Fireworks Factory ta’ Ħal Għaxaq; St Leonard Fireworks Factory ta’ Ħal Kirkop. Nitolbu li fil-ġranet tal-festa u fil-jiem ta’ wara, ma jersaq ħadd lejn l-għelieqi tan-nar jekk mhux awtorizzat.

• L-illuminazzjoni kemm tal-knisja u kemm tat-toroq ssir mis-Sur Joe Cutajar.

TRASMISSJONIJIET TAL-FESTA FUQ IR-RADJU U L-WEBSAJT :

• Radju Leħen il-Qala ser ixandar fuq 106.3FM Stereo, bi skeda sħiħa mis-6 ta’ Lulju sal-4 ta’ Awwissu 2013 il-funzjonijiet liturġiċi u l-attivitajiet esterni kollha marbuta mal-festa flimkien ma’ programmi varji mill-istudjows fi Triq San Franġisk b’servizz partikolari għall-anzjani u l-morda.

• Il-funzjonijiet kollha tal-festa jistgħu jiġu segwiti fuq il-websajt www.radjulehenil-qala.com fejn mhux biss jinstemgħu imma jintwerew ukoll permezz tal-kameras kemm fil-pjazza kif ukoll fil-knisja. B’mod immedjat u estensiv wara kull ċelebrazzjoni kemm interna u kemm esterna ser jiġi offrut servizz ta’ ritratti fuq l-istess websajt. Dan kollu għall-benefiċċju ta’ ħutna l-emigranti.

OPRI ĠODDA U ĦIDMIET VARJI FIL-PARROĊĊA• Karlotta tal-Papa Franġisku li qaddes biha nhar il-31 ta’ Mejju

2013 (fid-29 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tal-Arċipriet)

• Restawr mid-Ditta Laga tat-42 ex-voto tal-fidda lis-Santwarju tal-Kunċizzjoni

• Live-Streaming fil-Knisja Arċipretali• Live-Streaming fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni• Restawr u Induratura bid-deheb tar-Ruġġiera tal-urna tas-

Sepulkru• Tkomplija tal-Armar, Pavaljuni, Bandalori u tal-Pedestall tal-

Pjazza.• Niċċa ġdida għall-istatwa tar-Rendentur• Fjoretti tal-Ganutell għall-Artal tar-Rużarju• Lasti għall-Vara tal-Monument• Restawr Estensiv tal-Kappella taċ-Ċimiterju• Restawr tal-Kappella tal-Blat• Restawr tal-Arloġġi tal-Knisja u tas-Santwarju• Żebgħa tal-bibien kollha tal-Knisja• Restawr fis-sagristija tal-Knisja• Xogħolijiet fiċ-Ċentru Parrokkjali• Regolarizzazzjoni tal-Fire Extinguishers tal-Knisja

Apparti l-ħafna xogħol volontarju, l-ispejjeż inġabru kollha mill-komunità

Parrokkjali li f’sena tat ukoll €25,272 f’karità.

Page 12: il-Qala – Għawdex · festi AD UNUR IL-KBIR PATRIJARKA SAN ĠUŻEPP. L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: IS-SEBA’ ERBGĦA TA’ SAN ĠUŻEPP U JUM IL-ĦRUĠ TAL-ISTATWA MIN-NIĊĊA JUM

Ritratti | Frankie Ion Magro, Joseph M. Cefai Grafika | Pauljames Mizzi Stampat | A&M Printing, Qala

Dar Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala | T. 2155 6684 – 2155 8552 (Knisja)