L-Iskema tal-Marki IM Malti
L-Ewwel Sessjoni 2019
MATSEC Examinations Board
L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti
Paġna 1 minn 6
L-iskemi tal-marki ppubblikati mill-Bord tal-MATSEC mhumiex intenzjonati li jkunu dokumenti awtonomi. Huma riżorsa essenzjali għal min jikkoreġi, li wara dawn jiġu mmonitorjati permezz ta’ proċess ta’ verifika sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-iskemi tkun waħda konsistenti u preċiża.
Fil-każ ta’ skemi tal-marki li jkunu jinkludu tweġibiet jew spjegazzjonjiet mudell, għandu jiġi nnutat li dawn mhumiex maħsuba biex ikunu limitati skont it-tweġibiet mogħtija. Jistgħu jkunu aċċettabbli wkoll varjazzjonijiet u alternattivi. L-eżaminaturi għandhom jikkunsidraw it-tweġibiet kollha fuq il-mertu tagħhom, u f’każ ta’ dubju jridu jkunu kkonsultaw mal-Bord tal-MATSEC.
L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti
Paġna 2 minn 6
A. L-Oral (10 marki)
4 marki għall-iżvilupp tal-ħsieb u r-relevanza tematika
- l-irbit bejn idea u oħra - il-loġika tal-ħsibijiet - Ir-relevanza ta’ kull opinjoni b’rabta mas-suġġett
6 marki għall-espressjoni
- l-użu tal-Malti idjomatiku - l-użu ta’ vokabularju wiesa’ u tħaddim ta’ reġistri differenti - iċ-ċarezza f’li jingħad mingħajr interferenza
B. L-Ewwel Karta
(i) Kriterji għall-assessjar tal-Komponiment Ġenerali (15-il marka)
It-Tqassim tal-marki:
Medda tal-Marki - Total ta’ 15-il marka
Ideat dwar is-
suġġett u
kreattività
Stil u struttura:
L-espressjoni b’Malti idjomatiku
u vokabularju varjat,
il-ħila tat-tifsir tal-ħsieb, il-
preżentazzjoni xierqa b’taqsim
f’paragrafi u punteġġjatura
f’lokha
Grammatika u sintassi
korretti li juru li l-istudenti
jafu jesprimu ruħhom
tajjeb
Ortografija
korretta u
aġġornata
4 4 3 4
Tnaqqis tal-marki fil-komponiment:
Barra mis-suġġett
- Jekk il-komponiment ikun barra mis-suġġett - jitnaqqsu sa 7 marki (massimu)
It-tul tal-komponiment
- Jekk il-komponiment ikun anqas minn 200 kelma – jitnaqqsu sa 10 marki
- Jekk il-komponiment ikun bejn 200 u 350 kelma – jitnaqqsu sa 7 marki
- Jekk il-komponiment ikun bejn 350 sa 500 kelma – jitnaqqsu sa 5 marki
L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti
Paġna 3 minn 6
Jekk il-kandidat jikteb aktar minn 620 kelma jkun ippenalizzat sa 3 marki.
L-ortografija:
Żball ripetut jitqies bħala żball wieħed.
- Jekk il-komponiment ikollu 16-il żball jew aktar – jitnaqqsu l-4 marki
- Jekk il-komponiment ikollu bejn 11 – 15-il żball – jitnaqqsu 3 marki
- Jekk il-komponiment ikollu bejn 5 – 10 żbalji – jitnaqqsu 2 marki
- Jekk il-komponiment ikollu sa 4 żbalji – titnaqqas marka
Dan it-tnaqqis irid ikun immarkat fuq il-karta qabel titniżżel il-marka finali tal-komponiment.
Il-marka finali tal-komponiment għandha tkun tirrifletti dawn il-livelli:
Naqqas/żid skont il-livell
Kategorija Livell Kriterji Medda ta’ Marki
a
Tajba ħafna
* Eċċellenti Ideat addattati ħafna.
Espressjoni b’Malti
idjomatiku mill-aħjar. Bi
ftit li xejn żbalji. Struttura
tas-sentenza tajba
b’għażla u medda ta’
vokabularju varjati. Il-
kandidati juru ħila fil-
ħsieb, fil-komunikazzjoni u
l-kreattività.
15 14
*Tajba ħafna
b’xi difetti żgħar
13 12
b
Tajba
* Livell tajjeb Ideat limitati iżda tajbin u
kompetenza fl-aspett
komunikattiv. Għalkemm
fiha xi żbalji, dawn
mhumiex serji u spissi. Ix-
xogħol hu ta’ ħila medja
f’diversi aspetti tal-kitba
tal-komponiment.
11 10
* Mhux ħażin 9 8
ċ
Dgħajfa
* Livell baxx Nuqqas ta’ ideat u kitba
fqira u dgħajfa fil-
komunikazzjoni. Ħafna
żbalji serji f’ħafna aspetti
tal-kitba tal-
komponiment.
7 6 5 4
* Livell baxx
ħafna
3 2 1 0
L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti
Paġna 4 minn 6
(ii) Kriterji għall-assessjar tat-Taqsira/it-Traduzzjoni
(5 marki)
It-Taqsira: 3 marki għall-ħila fit-tqassir tat-test oriġinali
2 marki għall-istil tal-kitba u l-ortografija
(Jekk it-tweġiba jkollha iktar minn 10 kelmiet +/- il-limitu ta’ 100
kelma, titnaqqas marka)
(jew)
It-Traduzzjoni: 2 marki għal kemm il-kandidat kien fidil lejn is-sens
u l-kontenut tas-silta sors (eż. ħbieb qarrieqa, ommissjoni,
interpretazzjoni flok l-awtur)
3 marki għall-grammatika, l-espressjoni u l-istil, u
għall-ortografija
(iii) Kriterji għall-assessjar tal-Komponiment tal-lingwistika
(10 marki)
It-Tqassim tal-marki
Kontenut Lingwa
Argumenti
rilevanti
għas-suġġett
Użu tajjeb ta’ eżempji
rilevanti u oriġinali
Espressjoni Grammatika u
sintassi
Ortografija
4 2 1 1 2
Barra mis-suġġett jew qasir ħafna:
- Jekk il-komponiment ikun barra mis-suġġett jew ikollu anqas minn 150 kelma m’għandux jingħata aktar minn 3 marki.
L-ortografija:
Żball ripetut jitqies bħala żball wieħed.
- Jekk il-komponiment ikollu 8 żbalji jew aktar – jitnaqqsu ż-2 marki
- Jekk il-komponiment ikollu sa 7 żbalji – titnaqqas marka
L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti
Paġna 5 minn 6
Ċ. It-Tieni Karta
Tnaqqis tal-marki f’każ li l-komponiment ikun barra mis-suġġett u tnaqqis għall-iżbalji
ortografiċi.
Dan it-tnaqqis japplika għall-mistoqsijiet kollha tat-tieni u tat-tielet karta.
Komponiment barra mis-suġġett:
- Jekk il-kitba tkun barra mis-suġġett għandha tingħata sa massimu ta’ 3 marki.
L-ortografija:
- Żball ripetut jitqies bħala żball wieħed.
- Għandha titnaqqas marka għal kull 5 żbalji ortografiċi differenti (Fl-ewwel żewġ
komponimenti tat-tieni u t-tielet karta tista’ titnaqqas sa massimu ta’ marka 1 u fit-tielet
komponiment tat-tieni u tat-tielet karta (il-Kritika Letterarja) jistgħu jitnaqqsu sa massimu ta’
2 marki)
Il-Poeżija tas-Seklu XX u Monografiji Poetiċi (10 marki kull waħda)
Għall-ewwel u t-tieni mistoqsija ta’ din il-karta l-eżaminatur għandu jimxi ma’ din l-iskema:
Kontenut Lingwa
Argumenti u
ideat rilevanti
Kwotazzjonijiet u
referenzi1
Żvilupp ta’ ideat
u koeżjoni
Grammatika u
sintassi
Ortografija
4 2 2 1 1
Il-Kritika tal-Poeżija (10 marki)
Għat-tielet mistoqsija ta’ din il-karta l-eżaminatur għandu jqassam il-marki b’dan il-mod:
- 7 marki għall-kontenut (L-eżaminatur għandu jibbaża l-għoti ta’ dawn il-marki fuq kemm il-kandidat ikun analizza tajjeb dawn il-punti: il-metrika tal-poeżija, it-tqassim tal-istrofi, ix-xejriet tal-frażjoloġija, il-partijiet tat-taħdit, il-lingwaġġ figurattiv, l-għażla tal-kliem)
- 3 marki għall-ortografija u l-istil tal-kitba
1 Dan ifisser li l-istudenti jistgħu jużaw kemm kwotazzjonijiet preċiżi bejn il-virgoletti kif ukoll kwotazzjonijiet (jew referenzi) indiretti għat-testi letterarji jew kritiċi li juru għarfien tajjeb ta’ dawn it-testi.
L-Iskema tal-Marki (L-Ewwel Sessjoni): IM Malti
Paġna 6 minn 6
D. It-Tielet Karta
Id-Drama u n-Narrattiva (10 marki kull waħda)
Għall-ewwel u t-tieni mistoqsija ta’ din il-karta l-eżaminatur għandu jimxi ma’ din l-iskema:
Kontenut Lingwa
Argumenti u
ideat rilevanti
Kwotazzjonijiet u
referenzi
Żvilupp ta’ ideat
u koeżjoni
Grammatika u
sintassi
Ortografija
4 2 2 1 1
Il-Kritika tal-Proża (10 marki)
Għat-tielet mistoqsija ta’ din il-karta l-eżaminatur għandu jqassam il-marki b’dan il-mod:
- 7 marki għall-kontenut (L-eżaminatur għandu jibbaża l-għoti ta’ dawn il-marki fuq kemm il-kandidat ikun analizza tajjeb dawn il-punti: il-partijiet tat-taħdit, il-figuri tat-taħdit, il-binja sintattika tas-sentenzi, it-tonalità, ir-ritmu, l-għażla tal-kliem)
- 3 marki għall-ortografija u l-istil tal-kitba