Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 1 minn 6
SKOLA THERESA NUZZO
EŻAMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2018
Ir-Raba’ sena MALTI FEHEM MIS-SMIGĦ Ħin: Tletin minuta
Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami għall-Istudenti
Ir-Riżorsi:
1. It-test li jinqara.
2. Il-karti tal-mistoqsijiet.
3. Riga u lapes.
Jitqassmu l-karti bil-mistoqsijiet u t-tfal jintalbu jiktbu isimhom, kunjomhom u l-isem tal-klassi.
L-għalliema jgħidu lill-istudenti li:
1. Se jinqralhom it-test tal-istorja. 4 minuti
2. Se jinqrawlhom il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss. 4 minuti
3. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tieni darba. 4 minuti
4. Iwieġbu l-mistoqsijiet. 8 minuti
5. Se jinqralhom it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li
Jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet.
4 minuti
6. Jistgħu jiċċekkjaw it-tweġibiet kollha u jkunu ċerti li
mmarkaw waħda biss.
6 minuti
Marka totali
20
Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 2 minn 6
Mid-Djarju ta’ Robert
In-nannu Louis iħobb imur jimxi. Dejjem jgħid li l-mixi tajjeb għas-saħħa. Jien ma
tantx inħobb nimxi imma xi kultant inħobb immur man-nannu għal xi passiġġata fir-
raħal. In-nannu Louis ma joqgħodx bogħod mid-dar tagħna u sikwit jiġi għandna.
Lin-nannu Louis kulħadd iħobbu għax dejjem jiċċajta u qatt ma tarah bin-nervi. Kull
meta noħroġ miegħu dejjem jixtrili xi ħaġa. Il-mama’ tibda tgerger miegħu u tgħidlu
li qiegħed ifissidni! Illum mort il-quddies man-nannu u dan baqa’ ġej għandna biex
jieħu naqra te. Wara mort miegħu għal passiġġata mar-raħal. It-temp kien tassew
sabiħ u ma ddejjaqtx nimxi. Kull meta mmur man-nannu xi dawra mar-raħal dejjem
jibda jirrakkontali fuq meta kien għadu tifel daqsi. In-nannu twieled f’dan ir-raħal u
baqa’ joqgħod hawn. Illum qagħad jurini fejn kien iħobb jilgħab u fejn kien hemm
ħafna għelieqi qabel ma’ bnew id-djar. Kif konna għaddejjin minn quddiem il-ħanut
tal-ħelu, in-nannu waqaf u ħares lejja. Jien indunajt x’kellu f’rasu. Wara ftit qalli bi
tbissima fuq wiċċu: “Aħna u ġejjin lura nieqfu hawn u nixtrilek ftit pasti. Neħduhom
id-dar.” Imma n-nannu ma jikolx pasti għax it-tabib ma jridux jiekol ħelu! Waqt li
konna għaddejjin minn fejn il-każin tal-banda, in-nannu ltaqa’ ma’ Fredu li kull sena
jżejjen il-pjazza fil-festa. Fredu u n-nannu ilhom jafu lil xulxin minn mindu kienu
tfal. Waqfu jitkellmu u tgħidx kemm damu! Jien bdejt niddejjaq u n-nannu nduna u
ma kompliex jitkellem. Komplejna mexjin u dorna mal-knisja u bqajna telgħin lejn il-
ġnien il-ġdid li fetħu tal-Kunsill. Qabel ma dħalna fil-ġnien, in-nannu waqaf fil-
Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 3 minn 6
ħanut ta’ Godfrey u minn hemm xtara gazzetta. Dħalna fil-ġnien u n-nannu qagħad
fuq bank jaqra l-gazzetta sakemm jien mort nilgħab fil-ġnien. Hemmhekk iltqajt ma’
xi tfal oħra u qgħadna nilagħbu flimkien. F’ħin minnhom smajt lin-nannu jgħajjatli
għax kien sar il-ħin biex immorru d-dar. Sellimt lil ħbieb u tlaqt man-nannu. Aħna u
sejrin lura għaddejna minn pjazza żgħira fejn hemm ħanut tal-kotba u n-nannu
daħal jara l-kotba. In-nannu jħobb jaqra ħafna, l-aktar kotba dwar l-istorja ta’
Malta. Kif konna hemm ġew rajt ktieb dwar L-Assedju l-Kbir. Jien ma kont naf xejn
dwar din il-ġrajja iżda n-nannu qagħad jirrakkontali sakemm wasalna fejn il-ħanut
tal-ħelu u minn hemm in-nannu xtara xi ħobż u l-pasti li kien wegħedni.
Mid-Djarji ta` Lara u Robert ~ Charles Casha
Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 4 minn 6
Wieġeb skond l-istorja.
A. Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. (10 marki)
1. In-nannu jħobb a. jilgħab il-futbol.
b. jimxi.
ċ. jistad.
2. In-nannu dejjem a. jiċċajta.
b. jirrabja.
ċ. jinnervja.
3. In-narratur ma ddejjaqx jimxi għax a. kien imsaħħab.
b. kien bnazzi.
ċ. kien il-ksieħ.
4. In-nannu jirrakkonta dwar a. l-isports.
b. l-ispazju.
ċ. il-passat.
Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 5 minn 6
5. Għaddew minn quddiem a. il-knisja u l-każin tal-banda biss.
b. il-knisja, il-każin tal-banda u l-ħanut
tal-ħelu.
ċ. il-każin tal-banda biss.
6. In-nannu kellu f’moħħu jixtri a. pasti.
b. perżut.
ċ. kejk.
7. Fredu kien a. iżejjen il-pjazza fil-festa.
b. is-Sindku.
ċ. is-sagristan.
8. In-nannu xtara a. bajrow.
b. pitazz.
ċ. gazzetta.
9. In-narratur lagħab a. fil-pjazza.
b. fil-ġnien.
ċ. fit-triq.
Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 6 minn 6
10. Xtraw il-ħobż a. mingħand il-furnar.
b. mingħand il-biċċier.
ċ. mingħand il-ħanut tal-ħelu.
B. Imla l-vojt. (5 marki)
11. In-narratur ma kienx iħobb imur jimxi man-nannu imma xi kultant kien
imur ________________ miegħu.
12. In-nannu Louis ma joqgħodx _________________ mid-dar tagħna u sikwit
jiġi għandna.
13. In-nannu kien _________________ xi ħaġa lin-narratur kull meta joħorġu.
14. In-narratur iltaqa’ ma’ xi tfal oħra u qagħdu ___________________ flimkien.
15. Meta n-nannu beda jitkellem ma’ Fredu in-narratur beda______________.
Ikteb Veru jew Falz. (5 marki)
16. In-nannu poġġa jaqra ktieb fil-ġnien. ___________
17. In-nannu ma twelidx fir-raħal fejn kienu qegħdin jimxu. ___________
18. In-nannu qagħad jirrakkonta fuq il-ġrajja tal-Assedju l-Kbir. ___________
19. In-nannu seta’ jiekol pasti kemm irid. ___________
20. In-nannu kien iħobb jaqra dwar l-istorja ta’ Malta. ___________
Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 1 minn 4
SKOLA THERESA NUZZO
E|AMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2018
Ir-Raba’ sena MALTI IL-FEHEM MIS-SMIGĦ Ħin: Tletin minuta
Karta tal-istudenti
Isem: ________________________ Klassi: ______________ Gwida
1. Se jinqralek it-test tal-istorja.
2. Se jinqrawlek il-mistoqsijiet mogħtija għal darba biss.
3. Se jinqralek it-test tal-istorja għat-tieni darba.
4. Twie[eb il-mistoqsijiet.
5. Se jinqralek it-test tal-istorja għat-tielet darba waqt li tista’ twie[eb il-mistoqsijiet.
6. Tista’ tiċċekkja t-twe[ibiet kollha u kun ċert li mmarkajt waħda biss.
Marka totali
20
Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 2 minn 4
Wieġeb skond l-istorja.
A. Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. (10 marki)
1. In-nannu jħobb a. jilgħab il-futbol.
b. jimxi.
ċ. jistad.
2. In-nannu dejjem a. jiċċajta.
b. jirrabja.
ċ. jinnervja.
3. In-narratur ma ddejjaqx jimxi għax a. kien imsaħħab.
b. kien bnazzi.
ċ. kien il-ksieħ.
4. In-nannu jirrakkonta dwar a. l-isports.
b. l-ispazju.
ċ. il-passat.
Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 3 minn 4
5. Għaddew minn quddiem a. il-knisja u l-każin tal-banda biss.
b. il-knisja, il-każin tal-banda u l-ħanut
tal-ħelu.
ċ. il-każin tal-banda biss.
6. In-nannu kellu f’moħħu jixtri a. pasti.
b. perżut.
ċ. kejk.
7. Fredu kien a. iżejjen il-pjazza fil-festa.
b. is-Sindku.
ċ. is-sagristan.
8. In-nannu xtara a. bajrow.
b. pitazz.
ċ. gazzetta.
9. In-narratur lagħab a. fil-pjazza.
b. fil-ġnien.
ċ. fit-triq.
Malti: Il-Fehem mis-Smigħ, ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 4 minn 4
10. Xtraw il-ħobż a. mingħand il-furnar.
b. mingħand il-biċċier.
ċ. mingħand il-ħanut tal-ħelu.
B. Imla l-vojt. (5 marki)
11. In-narratur ma kienx iħobb imur jimxi man-nannu imma xi kultant kien
imur ________________ miegħu.
12. In-nannu Louis ma joqgħodx _________________ mid-dar tagħna u sikwit
jiġi għandna.
13. In-nannu kien _________________ xi ħaġa lin-narratur kull meta joħorġu.
14. In-narratur iltaqa’ ma’ xi tfal oħra u qagħdu ___________________ flimkien.
15. Meta n-nannu beda jitkellem ma’ Fredu in-narratur beda______________.
Ikteb Veru jew Falz. (5 marki)
16. In-nannu poġġa jaqra ktieb fil-ġnien. ___________
17. In-nannu ma twelidx fir-raħal fejn kienu qegħdin jimxu. ___________
18. In-nannu qagħad jirrakkonta fuq il-ġrajja tal-Assedju l-Kbir. ___________
19. In-nannu seta’ jiekol pasti kemm irid. ___________
20. In-nannu kien iħobb jaqra dwar l-istorja ta’ Malta. ___________
-------- TMIEM Il-KARTA -------
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 1 minn 14
SKOLA THERESA NUZZO
E|AMIJIET TA’ NOFS IS-SENA 2018
Ir-raba’ sena MALTI KITBA Ħin: Sieg]a u kwart
Karta tal-istudenti
Isem:_____________________________ Klassi:___________
Il-Marki
Il-Fehem mill-Qari Il-Kitba
______________________________
_______________________________
30 marka 30 marka
Aqra sew dan li ġej:
• Ikteb ismek, kunjomok u l-klassi.
• Qabel tikteb it-twe[iba, ifhem sewwa il-mistoqsija.
• Jekk ma tkunx taf xi twe[iba ]alliha vojta u kompli l-o]rajn. Imbag]ad er[a’
pruvaha fl-a]]ar.
• Jekk tie]u \ball ingassah pulit u er[a’ ikteb.
• Qis li ma t]alli xejn barra.
Marka totali
60
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 2 minn 14
TAQSIMA A: Il-Qari
Il-FEHEM MILL-QARI
A. Aqra dan l-invit. (10 marki)
Għażiża Lawra,
Nixtieq nistiednek għall-festin ta’ għeluq snini. Ommi u Missieri ser jorganizzawli
festin Villa Rundle r-Rabat Għawdex nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018 mit-3:00
sal-5:00 ta’ wara nofsinhar. Se jkun hemm ħafna ikel u logħob b’rigali sbieħ. Il-
kuġini Mario, Lisa u Anthea diġà qaluli li ġejjin. Tinsiex iġġib umbrella miegħek
f’każ li tagħmel ix-xita. Nispera li narak!
Dejjem tiegħek,
Vivie
Wieġeb il-mistoqsijiet fuq l-invit li qrajt. Ikteb Malti sabiħ u tajjeb.
1. Ikteb fil-kaxxa l-vojta jekk hux Veru jew Falz: (2 marki)
a. Vivie se tiċċelebra l-ewwel tqarbina.
b. Il-festin se jorganizzawħ il-ħbieb tagħha.
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 3 minn 14
2. Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. ( 4 marki)
a. Il-festin se jibda (fit-tlieta ta’ waranofsinhar, fl-erbgħa ta’ waranofsinhar,
fil-ħamsa ta’ waranofsinhar).
b. Il-festin ser isir (id-dar, Villa Rundle, Villa Arrigo).
ċ. Il-festin se jdum (siegħa, tliet sigħat, sagħtejn).
d. Vivie hija tifla (Għawdxija, Maltija).
3. Imla l-vojt bil-kliem it-tajjeb.
Il-______________ se jmorru għall-festin ta’ Vivie. Magħhom se jieħdu
____________ minħabba l-maltemp li jista’ jinqala’. (2 marki)
4. Ikteb id-data ta’ meta ser isir dan il-festin. (2 marki)
_________________________________________________________
_________________________________________________________.
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 4 minn 14
B. Aqra din is-silta. ( 20 marka)
FRANSIN
Fransin tgħidx kemm kien ferrieħi. Erħilu jsaffar u jgħanni l-
ġurnata kollha. Xejn ma kien jinkwitah jew idejqu. (Par. 1)
Jum wieħed qatagħha li jinżel sal-wied. Leħnu rbombja waqt
li saffar u għanna hemmhekk. Ħadu l-għatx, u malajr sab nixxiegħa u beda jixrob
mill-ilma ġieri tagħha. Hekk kif kellu rasu baxxuta ħass xi ħadd jiġbdu minn dahru.
Sab ruħu f’idejn ġgant ħafna ikbar minnu. Il-ġgant, kollu ferħan, ħares darba tnejn
lejh u malajr malajr qiegħdu fix-xibka tiegħu u telaq bih. (Par. 2)
Fransin għamel ħiltu biex jaħrab imma ma rnexxilux. Tħabat kemm felaħ biex forsi
jċarrat jew jiftaħ ġenb ix-xibka, imma dan ma sewa għal xejn ħlief biex daħħak
aktar lill-ġgant. (Par. 3)
Malli l-ġgant daħal id-dar, sakkar sewwa u ħareġ lil Fransin mix-xibka. Hemm
Fransin ra kamra mudlama b’borma tagħli fuq in-nar. Fransin ħaseb li daqshekk se
jgawdi l-ġmiel tal-wied u l-beraħ. Madanakollu l-ġgant ma riedx jiekol lil Fransin
iżda qiegħdu f’kamra li kellu lesta għalih. (Par. 4)
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 5 minn 14
Il-kamra kienet mudlama, imdawra bi twieqi kbar b’vireg twal tal-ħadid fihom.
Fransin kien mogħti biss biċċiet ta` ħobż niexef u kemm kemm ilma. Xejn ma kien
għal qalbu magħluq f’kamartu. Lanqas aptit ta’ xejn ma kellu. Tgħidx kemm ġera
min-naħa għal oħra tal-kamra. Anki minn hemm ipprova jaħrab imma ma setax.
(Par. 5)
L-għada l-ġgant ta titwila lil Fransin u meta ra li ma kien kiel xejn qabdu minn
għonqu, fetaħlu ħalqu u bellagħlu l-ikel. Tassew weġġa` l-istonku tiegħu u l-ikel xejn
ma tiegħmu tajjeb. (Par. 6)
Fransin reġa` tħalla ġurnata oħra f’kamartu mudlama. Xi dwejjaq qabduh! Fejn
kienu sħabu li kien jilgħab magħhom? X’differenza kamartu mill-arja tal-wied mimli
fjuri, ilma frisk u ġranet sbieħ! Xtaq li kellu s-saħħa jifqa` bieb kamartu u jaħrab
minn dak il-ħabs kiefer. Ħassu fjakk u ma jiflaħx. (Par. 7)
Il-ġgant reġa` lura u ried jisma` lil Fransin isaffar u jgħanni, u mhux igorr. Ma riedx
jarah aktar b’wiċċu mqarras. (Par. 8)
‘Għanni u saffar. Għanni u saffar,’ ordna l-ġgant. Imma Fransin kien wisq imdejjaq
biex jagħmel kif qallu l-ġgant. Il-ġgant saħan bil-kbir. Qabad lil Fransin bejn idejh
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 6 minn 14
iebsin u, filwaqt li għollieh ma’ wiċċu, reġa’ ordnalu biex jgħanni u jsaffar. Fransin
ipprova jgħanni imma taħt l-għafis ta’ idejn il-ġgant beda jaqta` nifsu sa ma fl-
aħħar werżaq waħda, mejjel rasu u miet! (Par. 9)
Din hi storja vera – Fransin kien daqsxejn ta` għasfur u l-ġgant kien tifel kattiv.
1. Ikteb Veru jew Falz. (4 marki)
a. Fransin niżel fil-wied. __________________
b. Fransin ħadu l-ġuħ. _____________
c. Il-ġgant poġġa lil Fransin fil-ġewlaq. _____________
d. Fransin irnexxielu jaħrab. _____________
2. Agħżel it-tajba. (4 marki)
a. Qabel ma’ niżel il-wied Fransin dejjem kien ikun (imdejjaq, ferħan, ħosbien).
b. Fransin xorob (min-nixxiegħa, mill-vit, mill-bir).
c. Il-ġgant (beka, iddejjaq, daħak) xħin ra lil Fransin jitħabat biex jaħrab.
d. Malli daħal id-dar il-ġgant (kisser, sakkar, fetaħ) il-bibien.
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 7 minn 14
3. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet billi tfittex it-tweġiba fl-istorja.
(6 x 2 = 12 il-marka)
a. X’ħin inqabad Fransin? (Par.2)
_______________________________________________________
_______________________________________________________.
b. X’għamel Fransin fix-xibka? (Par. 3)
_______________________________________________________
_______________________________________________________.
ċ. X’ħaseb Fransin x’ħin ra l-borma fuq in-nar? (Par. 4)
_______________________________________________________
_______________________________________________________.
d. X’tah jiekol u jixrob lil Fransin il-ġgant? (Par. 5)
_______________________________________________________
_______________________________________________________.
e. X’għamel il-ġgant x’ħin ra li Fransin ma kiel xejn? (Par. 6)
_______________________________________________________
_______________________________________________________.
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 8 minn 14
f. Xi xtaq il-ġgant li Fransin jagħmel? (Par. 8)
_______________________________________________________
_______________________________________________________.
----------------TMIEM TAQSIMA A -----------------
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 9 minn 14
TAQSIMA B – Il-Kitba
Ċ: Il-Grammatika (10 marki)
1. Aqra dawn is-sentenzi.
Mis-sentenzi sib u ikteb: ( 6 marki)
a. nom komuni
b. nom fil-femminil
ċ aġġettiv
d. verb
e. nom proprju
f. nom fil-plural
In-nanna Liża dejjem tgħajjat. “Ara ma tmurx fil-kamra l-ħadra.” Iżda llum nannti ħarġet mal-mama u jien bi ħsiebni nitla’ fis-sular ta’ fuq nett u nidħol f’din il-kamra. Jiena dejjem nobdihom lin-nanniet u l-ġenituri, iżda ma nara xejn ħażin billi nidħol fil-kamra l-ħadra. Ħija Reno qalli li mhux ġej miegħi għax jibża’.
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 10 minn 14
2. Imla l-vojt bil-kelma t-tajba. ( 2 marki)
a. Mawro beda _____________ bil-ferħ. jibki / jipki
b. Il-ktieb kitbu awtur ______________. famus / famuż
3. Ikteb il-mamma u l-għerq tal-verb: ( 2marki)
Verb mamma għerq
jixorbu
D: Slowgan Ikteb Slowgan taħt kull stampa. (3 marki)
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 11 minn 14
E: Kitba Kreattiva (17-il marka) Agħżel WIEĦED minn dawn it-titli. B’Malti sabiħ u tajjeb, ikteb paragrafu ta’ mhux
inqas minn 90 kelma. Aqra l-kliem mogħti fil-parentesi sabiex jgħinek tikteb.
1. Meta sibt kelb fit-triq.
Punti li jistgħu jgħinuk: Fejn kont sejjer? X’rajt? Xi smajt? X’għamilt? Fejn ħadtu?
X’għamilt bih? X’semmejtu? Għadu għandek? Kif tieħu ħsiebu?
_____________________
2. Il-Familja tiegħi Punti li jistgħu jgħinuk: Kemm tiltaqgħu? Min huma? X’jisimhom? Imorru skola? Fejn jaħdmu l-ġenituri? X’iħobbu jagħmlu? Kif tgħinu lil xulxin? Xi tħobbu tagħmlu flimkien?
_____________________________________
3. Jiena ħuta. Punti li jistgħu jgħinuk: X’tip ta’ ħuta int? X’jismek? Fejn tinsab… fil-baħar jew ġo akkwarju? Kif tqatta’ l-ġurnata tiegħek? X’tiekol? Għandek ħbieb? Minn xhiex tibża’? Fejn toqgħod?
________________________
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 12 minn 14
4. Ibni storja billi tħares lejn l-istampa t’hawn taħt:
Punti li jistgħu jgħinuk: Min huma ż-żewġt itfal? Għalfejn marru fil-kampanja? Fejn marru jimxu? X’qagħdu jagħmlu? Xi ġralu t-tifel? X’għamlet it-tifla biex tgħinu?
Uża dan l-ispazju biex tikteb xi ideat sabiex tippjana l-istorja tiegħek. (2 marki)
Tinsiex tagħżel titlu xieraq
għall-istorja!
Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 13 minn 14
Ikteb it-titlu li għażilt: _________________________________ ( 15-il marka)
_____________________________________________________________________

Malti Kitba ir-4 sena, Skola Theresa Nuzzo, L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena Pa[ni 14 minn 14
_____________________________________________________________________
_____________________________________________________________________
_____________________________________________________________________
_____________________________________________________________________
_____________________________________________________________________
_____________________________________________________________________
_____________________________________________________________________
_____________________________________________________________________
--------------- TMIEM --------------
Ideat 5 Grammatika 3 Vokabularju 4 Punteġġjatura 3 Total