vġili tal-milied

77
Vġili tal-Milied Ċ

Upload: chandler

Post on 13-Feb-2016

118 views

Category:

Documents


4 download

DESCRIPTION

Vġili tal-Milied. Ċ. Qari I Il-Mulej tgħaxxaq bik. Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. 6 2 , 1 -5. Ċ milied. Min ħ abba f’Sijon ma nehdiex, minħabba f’Ġerusalemm ma niskotx ,. Ċ milied. sa ma tfe ġġ b ħ al dija l- ġ ustizzja tag ħ ha , t ħeġġeġ b ħ al tor ċ a - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Vġili tal-Milied

Vġili tal-MiliedĊ

Page 2: Vġili tal-Milied

Qari IIl-Mulej tgħaxxaq bik.

Qari mill-Ktiebtal-Profeta Isaija.62, 1-5

Ċmilied

Page 3: Vġili tal-Milied

Minħabba f’Sijon ma nehdiex,minħabba f’Ġerusalemm ma niskotx,

Ċmilied

Page 4: Vġili tal-Milied

sa ma tfeġġ bħal dija l-ġustizzja tagħha,tħeġġeġ bħal torċa s-salvazzjoni tagħha.

Ċmilied

Page 5: Vġili tal-Milied

Il-ġustizzja tiegħek għad jarawha l-ġnus,u s-sebħ tiegħek jarawh is-slaten kollha.

Ċmilied

Page 6: Vġili tal-Milied

B’isem ġdid għad isejħulek,isem li għad jagħżlu fomm il-Mulej.

Ċmilied

Page 7: Vġili tal-Milied

Għad tkun kuruna ta’ ġmiel f’id il-Mulej,u dijadema ta’ sultan f’id Alla tiegħek.

Ċmilied

Page 8: Vġili tal-Milied

Ma jgħidulekx aktar l-Abbandunata,lanqas lil artek l-Imħarbta.

Ċmilied

Page 9: Vġili tal-Milied

Lilek għad isejħulek Għaxqti fiha,u lil artek għad jgħidulha Għarusa;

Ċmilied

Page 10: Vġili tal-Milied

għax l-għaxqa tal-Mulej fik, u artek għad titgħarras.

Ċmilied

Page 11: Vġili tal-Milied

Bħalma għarus jitgħarras xebba,hekk jitgħarrsek il-Bennej tiegħek;

Ċmilied

Page 12: Vġili tal-Milied

u bħalma l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu,hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek.

Ċmilied

Page 13: Vġili tal-Milied

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

Ċmilied

Page 14: Vġili tal-Milied

Salm88 (89), 4-5.16-17.27.29

℟.It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

Ċmilied

Page 15: Vġili tal-Milied

Int għedt Mulej:«Għamilt patt mal-magħżul tiegħi,Ħlift lil David, il-qaddej tiegħi:

Ċmilied

Page 16: Vġili tal-Milied

«Jien nagħmelli nislek jibqa’ għal dejjem,li f’kull żmien jibqa’ sħiħ it-tron tiegħek.»

Ċmilied

Page 17: Vġili tal-Milied

℟.It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

Ċmilied

Page 18: Vġili tal-Milied

Hieni l-poplu li jaf jgħajjat bil-ferħ,li jimxi, Mulej, fid-dawl ta’ wiċċek.

Ċmilied

Page 19: Vġili tal-Milied

B’ismek jithennew il-jum kollu,u bil-ġustizzja tiegħek jifirħu.

Ċmilied

Page 20: Vġili tal-Milied

℟.It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

Ċmilied

Page 21: Vġili tal-Milied

«Hu jsejjaħli: “Int missieri u Alla tiegħi,fortizza u salvazzjoni tiegħi!”

Ċmilied

Page 22: Vġili tal-Milied

«It-tjieba tiegħi nżommha fuqu għal dejjem,u l-patt tiegħi miegħu jibqa’ sħiħ.»

Ċmilied

Page 23: Vġili tal-Milied

℟.It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

Ċmilied

Page 24: Vġili tal-Milied

Qari IIPawlu jixhed għal Kristu, Bin David.

Qari mill-Ktiebtal-Atti tal-Appostli.13, 16-17. 22-25

Ċmilied

Page 25: Vġili tal-Milied

Meta ġie f’Antijokja ta’ Pisidja, Pawlu qam fis-sinagoga,

Ċmilied

Page 26: Vġili tal-Milied

għamel sinjal b’idu u beda jitkellem:

Ċmilied

Page 27: Vġili tal-Milied

«Nies ta’ Iżrael, u intom il-ġnus li tibżgħu minn Alla, isimgħuni.

Ċmilied

Page 28: Vġili tal-Milied

«Alla ta’ dan il-poplu ta’ Iżrael għażel lil missirijietna.

Ċmilied

Page 29: Vġili tal-Milied

«Meta l-poplu kien jgħix f’art barranija, fl-Eġittu, Alla għamlu poplu kbir u ħarġu minn hemm bil-qawwa ta’ driegħu.

Ċmilied

Page 30: Vġili tal-Milied

«Meta mbagħad neħħa lil Sawl, qiegħed bħala sultan tagħhom lil David, li għalih ta din ix-xhieda:

Ċmilied

Page 31: Vġili tal-Milied

“Sibt lil David, bin Ġesse, Raġel skont qalbi, li jagħmel dak kollu li rrid jien.”

Ċmilied

Page 32: Vġili tal-Milied

«Min-nisel ta’ David, Alla, skont il-wegħda tiegħu, ġieb għal Iżrael salvatur, li hu Ġesù.

Ċmilied

Page 33: Vġili tal-Milied

«Qabel il-miġja tiegħu, Ġwanni ħareġ ixandarmagħmudija ta’ ndiema lill-poplu kollu ta’ Iżrael. Ċmilied

Page 34: Vġili tal-Milied

«U meta kien wasalfi tmiem il-ħidma tiegħu, Ġwanni qal:

Ċmilied

Page 35: Vġili tal-Milied

“Jien m’iniex dak li intom taħsbu li jien.

Ċmilied

Page 36: Vġili tal-Milied

“Imma, araw, warajja ġej wieħed li jien anqas jistħoqqli nħoll il-qorq ta’ riġlejh.”»

Ċmilied

Page 37: Vġili tal-Milied

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

Bilwieqfa

Ċmilied

Page 38: Vġili tal-Milied

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Hallelujah.℟.Hallelujah.

Ċmilied

Page 39: Vġili tal-Milied

Għada jinqered il-ħażen tal-art,u jsaltan fuqna s-Salvatur tad-dinja.

Ċmilied

Page 40: Vġili tal-Milied

℟.Hallelujah.

Ċmilied

Page 41: Vġili tal-Milied

EvanġeljuKtieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David.

Qari mill-Evanġeljuskont San Mattew.1, 1-25

Ċmilied

Page 42: Vġili tal-Milied

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham.

Ċmilied

Page 43: Vġili tal-Milied

Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ċmilied

Page 44: Vġili tal-Milied

Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram,

Ċmilied

Page 45: Vġili tal-Milied

Aram nissel lil Għamminadab,Għamminadab nissel lil Naħson,

Ċmilied

Page 46: Vġili tal-Milied

Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab,

Ċmilied

Page 47: Vġili tal-Milied

Bogħaż nissel lil Għobed minn Rut,Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan.

Ċmilied

Page 48: Vġili tal-Milied

David nissel lil Salamun mill-mara ta’ Urija, Salamun nissel lil Robogħam,

Ċmilied

Page 49: Vġili tal-Milied

Robogħam nissel lil Abija, Abija nissel lil Asa, Asa nissel lil Ġosafat,Ġosafat nissel lil Ġoram, Ġoram nissel lil Għużżija,

Ċmilied

Page 50: Vġili tal-Milied

Għużżija nissel lil Ġotam, Ġotam nissel lil Aħaż, Aħaż nissel lil Ħeżekija, Ħeżekija nissel lil Manassi, Ċmilied

Page 51: Vġili tal-Milied

Manassi nissel lil Amon,Amon nissel lil Ġosija,Ġosija nissel lil Ġekonija u lil ħutu;

Ċmilied

Page 52: Vġili tal-Milied

kien żmien l-eżilju f’Babilonja.

Ċmilied

Page 53: Vġili tal-Milied

Wara l-eżilju f’Babilonja, Ġekonija nissel lil Salatjel,

Ċmilied

Page 54: Vġili tal-Milied

Wara l-eżilju f’Babilonja, Ġekonija nissel lil Salatjel, Salatjel nissel lil Żorobabel,

Ċmilied

Page 55: Vġili tal-Milied

Żorobabel nissel lil Abiħud, Abiħud nissel lil Eljakim,Eljakim nissel lil Ażor,

Ċmilied

Page 56: Vġili tal-Milied

Ażor nissel lil Sadok, Sadok nissel lil Akim,Akim nissel lil Eliħud,

Ċmilied

Page 57: Vġili tal-Milied

Eliħud nissel lil Elgħażar, Elgħażar nissel lil Mattan, Mattan nissel lil Ġakobb,

Ċmilied

Page 58: Vġili tal-Milied

Elgħażar nissel lil Mattan, Mattan nissel lil Ġakobb,

Ċmilied

Page 59: Vġili tal-Milied

Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu l-Messija.

Ċmilied

Page 60: Vġili tal-Milied

Mela n-nisel kollu kien, minn Abraham sa David, erbatax-il nisel,

Ċmilied

Page 61: Vġili tal-Milied

minn David sal-eżilju ta’ Babilonja, erbatax-il nisel;

Ċmilied

Page 62: Vġili tal-Milied

u mill-eżilju ta’ Babilonja sal-Messija, erbatax-il nisel.

Ċmilied

Page 63: Vġili tal-Milied

It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk:

Ċmilied

Page 64: Vġili tal-Milied

ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien,

Ċmilied

Page 65: Vġili tal-Milied

saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.

Ċmilied

Page 66: Vġili tal-Milied

Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd,

Ċmilied

Page 67: Vġili tal-Milied

għamel il-ħsieb li jibgħathabil-moħbi tan-nies.

Ċmilied

Page 68: Vġili tal-Milied

Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu:

Ċmilied

Page 69: Vġili tal-Milied

«Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil, martek Marija,

Ċmilied

Page 70: Vġili tal-Milied

«għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu.

Ċmilied

Page 71: Vġili tal-Milied

«Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.»

Ċmilied

Page 72: Vġili tal-Milied

Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal:

Ċmilied

Page 73: Vġili tal-Milied

«Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El,» li bi lsienna jfisser “Alla magħna.”

Ċmilied

Page 74: Vġili tal-Milied

«Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, U jsemmuh Għimmanu-El,» li bi lsienna jfisser “Alla magħna.”

Ċmilied

Page 75: Vġili tal-Milied

Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej,

Ċmilied

Page 76: Vġili tal-Milied

u ħa lil martu għandu. Imma baqa’ ma għarafhiex sa ma kellha iben, u semmieh Ġesù.

Ċmilied

Page 77: Vġili tal-Milied

℟.Tifħir lilek Kristu.

Bilqiegħda

Ċmilied