uliedna speċjali - futur fis-sod

8
L-Erbgħa, 30 ta’ Jannar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 5 skejjel ġodda kull sena u l-istess ritmu fis-snin li ġejjin Apprezzament għall-inizjattivi kulturali fil-bliet u fl-irħula tagħna Muscat għażel lil Zapatero ta’ Spanja - falliment kbir - bħala mudell tiegħu ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Il-Water Park ta’ Buġibba li kien inawgurat fis-sajf li għadda sar b’investiment ta’ €600,000 bl-iskop li t-tfal ikollhom post ieħor fejn jilagħbu u jirrikreaw ruħhom. Dan il-Water Park sar fuq medda ta’ art ta’ 800m². Il-park jikkonsisti f’area kbira tal-logħob bl-ilma għat- tfal attrezzata b’funtani u logħob interattiv. Il-park hu maqsum f’partijiet ikkuluriti biex it-tfal ikunu jafu f’liema areas ikunu jistgħu jmorru skont it-tul tagħhom. Uliedna speċjali Il-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista tpoġġi lit-tfal tagħna fiċ-ċentru tagħha biex ikollhom l-aqwa u l-aħjar kwalità f’kollox... fl-edukazzjoni, fis-saħħa u fil-faċilitajiet ta’ divertiment u rikreazzjoni L-investimenti li għamel il- Gvern matul dawn il-ħames snin fl-iżvilupp ta’ spazji rikreattivi għat-tfal u l-familji, kienu jinkludu wkoll l-iżvilupp ta’ Water Park f’Buġibba bl- iskop li anki fix-xhur tas-sajf it-tfal u l-familji jkollhom postijiet siguri fejn jistgħu jmorru jistrieħu, jiddevertu u jirrilassaw. Il-Water Park f’Buġibba kien ħolqa oħra fis-sensiela ta’ proġetti ta’ ħolqien ta’ spazji rikreattivi li kienu żviluppati matul dawn il-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura, fosthom l-Adventure Park f’Ta’ Qali, il-Park tan-Natura fi Xrobb l-Għaġin f’Delimara, Ġnien George Bonello du Puis f’Tas-Sliema, Pjazza San Ġorġ fil-Belt, Ġnien Santa Marija tal-Anġli f’Baħar iċ-Ċagħaq, ir-rinnovament ta’ Villa Rundle fir-Rabat f’Għawdex u l-iżvilupp tal-ispazju rikreattiv f’Marsalforn f’Għawdex ukoll. Permezz ta’ proġetti ta’ dan it-tip, it-tfal qed ikollhom aktar spazji fejn joħorġu l-kreattività tagħhom filwaqt li qed igawdu minn livell ta’ għajxien aħjar. Grazzi għal dan il-Water Park it-tfal jistgħu jibdew igawdu u jiddevertu f’din l-avventura ġdida li qed toffri sbatax-il water feature differenti. Investiment ta’ €600,000 biex it-tfal ikollhom fejn jilagħbu u jikbru b’saħħithom Il-Water Park hu maqsum f’numru ta’ zoni għal tfal ta’ etajiet varji. Tfal ta’ kull età jgawdu minn park li joffri varjetà ta’ logħob bħal water loops, water umbrellas, parasols, bucket tower, palm spring u żewġ kanuni tal-ilma. L-ilma kollu li jintuża fil-park huwa riċirkolat u jinżamm f’reservoir taħt l-istess park. Il-Water Park f’Buġibba kompla jsebbaħ din iz-zona turistika. Bil-proġetti tal-Gvern li qed iseħħu f’dawn l-inħawi li jinkludu l-Proġett tar- Riabilitazzjoni tas-Salini u l-Akwarju u l-proġetti li twettqu fosthom Xatt ġdid f’San Pawl il-Baħar, it-tisbiħ f’Kennedy Grove u estenzjoni tal-park tas-Salini b’aktar spazju għall-afforestazzjoni, qed jiżdiedu l-postijiet għat- tfal u l-familji u qed jitjieb il-prodott turistiku tagħna liema investiment iwassal biex jiżdied il-kummerċ u jinħoloq aktar xogħol għall- ħaddiema.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 28-Mar-2016

240 views

Category:

Documents


7 download

DESCRIPTION

Suppliment 30 ta' Jannar 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Uliedna Speċjali - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 30 ta’ Jannar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

5 skejjel ġodda kull sena u l-istess ritmu fis-snin li ġejjin

Apprezzament għall-inizjattivi kulturali fil-bliet u fl-irħula tagħna

Muscat għażel lil Zapatero ta’ Spanja - falliment kbir - bħala mudell tiegħuii iii viFATTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScAT jAgħżEL ħAżIN

Il-Water Park ta’ Buġibba li kien inawgurat fis-sajf li għadda sar b’investiment ta’ €600,000 bl-iskop li t-tfal ikollhom post ieħor fejn jilagħbu u jirrikreaw ruħhom.

Dan il-Water Park sar fuq medda ta’ art ta’ 800m². Il-park jikkonsisti f’area kbira tal-logħob bl-ilma għat-tfal attrezzata b’funtani u logħob interattiv. Il-park hu maqsum f’partijiet ikkuluriti biex it-tfal ikunu jafu f’liema areas ikunu jistgħu jmorru skont it-tul tagħhom.

Uliedna speċjaliIl-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista tpoġġi lit-tfal tagħna fiċ-ċentru tagħha biex ikollhom l-aqwa u l-aħjar kwalità f’kollox... fl-edukazzjoni, fis-saħħa u fil-faċilitajiet ta’ divertiment u rikreazzjoni

L-investimenti li għamel il-Gvern matul dawn il-ħames snin fl-iżvilupp ta’ spazji rikreattivi għat-tfal u l-familji, kienu jinkludu wkoll l-iżvilupp ta’ Water Park f’Buġibba bl-iskop li anki fix-xhur tas-sajf it-tfal u l-familji jkollhom postijiet siguri fejn jistgħu jmorru jistrieħu, jiddevertu u jirrilassaw.

Il-Water Park f’Buġibba kien ħolqa oħra fis-sensiela ta’ proġetti ta’ ħolqien ta’ spazji rikreattivi li kienu żviluppati matul dawn il-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura, fosthom l-Adventure Park f’Ta’ Qali, il-Park tan-Natura fi Xrobb l-Għaġin f’Delimara, Ġnien

George Bonello du Puis f’Tas-Sliema, Pjazza San Ġorġ fil-Belt, Ġnien Santa Marija tal-Anġli f’Baħar iċ-Ċagħaq, ir-rinnovament ta’ Villa Rundle fir-Rabat f’Għawdex u l-iżvilupp tal-ispazju rikreattiv f’Marsalforn f’Għawdex ukoll.

Permezz ta’ proġetti ta’ dan it-tip, it-tfal qed ikollhom aktar spazji fejn joħorġu l-kreattività tagħhom filwaqt li qed igawdu minn livell ta’ għajxien aħjar.

Grazzi għal dan il-Water Park it-tfal jistgħu jibdew igawdu u jiddevertu f’din l-avventura ġdida li qed toffri sbatax-il water feature differenti.

Investiment ta’ €600,000 biex it-tfal ikollhom fejn jilagħbu u jikbru b’saħħithom

Il-Water Park hu maqsum f’numru ta’ zoni għal tfal ta’ etajiet varji.

Tfal ta’ kull età jgawdu minn park li joffri varjetà ta’ logħob bħal water loops, water umbrellas, parasols, bucket tower, palm spring u żewġ kanuni tal-ilma.

L-ilma kollu li jintuża fil-park huwa riċirkolat u jinżamm f’reservoir taħt l-istess park.

Il-Water Park f’Buġibba kompla jsebbaħ din iz-zona turistika.

Bil-proġetti tal-Gvern li

qed iseħħu f’dawn l-inħawi li jinkludu l-Proġett tar-Riabilitazzjoni tas-Salini u l-Akwarju u l-proġetti li twettqu fosthom Xatt ġdid f’San Pawl il-Baħar, it-tisbiħ f’Kennedy Grove u estenzjoni tal-park tas-Salini b’aktar spazju għall-afforestazzjoni, qed jiżdiedu l-postijiet għat-tfal u l-familji u qed jitjieb il-prodott turistiku tagħna liema investiment iwassal biex jiżdied il-kummerċ u jinħoloq aktar xogħol għall-ħaddiema.

Page 2: Uliedna Speċjali - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 30 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

€600,000f’investiment

biex it-tfal għandhom water park modern

fejn jistgħu jiddevertu matul ix-xhur tas-sajf

800m²ta’ art f’Buġibba kienet żviluppata għal skop ta’

rikreazzjoni għat-tfal u l-familji tagħhom

Fatti u Ċifri

17-ilwater feature jagħmlu

dan il-Water Park wieħed ta’ attrazzjoni għat-tfal li għandhom fejn jilagħbu

f’ambjent sigur

100proġett ta’ tisbiħ u restawr imferrxa mal-pajjiż kollu

għat-tgawdija tat-tfal u l-familji Maltin

u għawdxin

L-iżvilupp ta’ Water Park f’Buġibba hu esperjenza

sabiħa ġdida għat-tfal grazzi għall-investiment li għamel il-gvern immexxi mill-Partit

Nazzjonalista fit-titjib tal-ambjent ta’ madwarna

5 skejjel ġodda nbnew

u kienu inawgurati matul din il-leġiżlatura – prattikament

skola ġdida kull sena bl-aqwa faċilitajiet għat-tagħlim

u għar-rikreazzjoni tat-tfal

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

Finanzi fis-SodInkomplu nattiraw l-investiment

Mingħajr stabbiltà ekonomika u finanzi fis-sod ma konniex naslu s’hawn. Kien jiġrilna bħal pajjiżi oħra.

Wara l-Greċja, issa anki l-Irlanda, il-Portugall, Spanja u saħansitra Ċipru talbu bailout, jiġifieri li jkunu mislufa għajnuna finanzjarja ta’ emerġenza biex joħorġu mis-sitwazzjoni prekarja li daħlu fiha. Biss, kif wieħed jistenna, għajnuna finanzjarja f’sitwazzjoni ta’ emerġenza tiġi b’kundizzjonijiet iebsa. Il-prezz huwa miżuri ħorox ta’ awsterità li joħolqu tbatija soċjali kbira permezz ta’ żidiet goffi fit-taxxi, inkluż il-VAT u l-fuel, tkeċċija ta’ nies mill-impjieg tagħhom, tnaqqis fil-pagi, tnaqqis fil-pensjonijiet, tnaqqis fis-servizzi soċjali u tnaqqis fl-investiment fl-edukazzjoni, is-saħħa u l-ambjent.

Dan kollu qed iseħħ f’pajjiżi oħra. Iżda ma seħħx f’Malta.

F’Malta ma seħħx għaliex għandna tmexxija tajba u għaliex għamilna għażliet responsabbli. U filwaqt li għamilna sagrifiċċji, ma kellniex għalfejn ngħaddu mit-tbatija li qed jgħaddu minnha popli oħra. Dan mhux b’kumbinazzjoni. Dan għax il-Gvern Nazzjonalista mexxa tajjeb.

Jekk il-finanzi pubbliċi nżommuhom fis-sod, inkunu nistgħu nkomplu nsaħħu l-ekonomija, nattiraw l-investiment, inżidu l-impjiegi,

innaqqsu l-piż tat-taxxi u noħolqu aktar ġid. Jekk inħallu f’idejn min iwiegħed kollox lil kulħadd, il-finanzi tagħna jmorru l-baħar u dan iġib tbatija soċjali kbira, speċjalment għal dawk li jifilħu l-anqas. Jekk nimxu wara l-mudell ta’ Ċipru, kif qal li għandna nagħmlu Joseph Muscat, il-pajjiż jidħol ġo ħajt u jispiċċa b’bailout.

Wara li poġġejna l-finanzi fis-sod b’defiċit pubbliku fost l-aktar baxxi fiz-zona ewro, il-mira li jmiss issa hija li l-finanzi pubbliċi jibdew iħallu surplus u li fil-ħames snin li ġejjin jibda jitnaqqas id-dejn, biex b’hekk jitnaqqas ukoll il-piż tal-interessi. L-obbligu li l-baġit jinżamm bilanċjat jiddaħħal fil-Kostituzzjoni u jitwaqqaf Kunsill Fiskali indipendenti li l-funzjoni tiegħu tkun li jissorvelja li l-Gvern ikun qed iżomm mal-miri fiskali tiegħu kif ukoll bit-twaqqif ta’ Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.

Finanzi fis-sod jippermettu wkoll li nkunu nistgħu nkomplu nnaqqsu l-piż tat-taxxi. Malta diġà għandha l-anqas piż ta’ taxxi fuq id-dħul tal-ħaddiema (income tax) fl-Unjoni Ewropea. Waqt li l-medja tal-UE hija ta’ €33 taxxa u bolla għal kull €100 dħul, f’Malta t-taxxa u l-bolla jlaħħqu biss €21.3 għal kull €100. Dan kien possibbli għax il-Gvern baqa’ jnaqqas il-piż tat-taxxi fi tliet baġits konsekuttivi bejn l-2007 u l-2009 filwaqt li reġa’ naqqas l-income tax għall-ġenituri fl-2012.

Page 3: Uliedna Speċjali - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 30 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemTitjib qawwi fil-kwalità tal-ħajja, fosthom ukoll billi f’din il-leġiżlatura saret enfasi qawwija fuq il-promozzjoni tal-kultura Maltija u dak kollu li writna mingħand missirijietna. Ir-risposta tal-Maltin u l-Għawdxin għal dawn l-inizjattivi kienet mill-aqwa

Opportunitajiet uniċiIl-bniedem għaddej minn fażi delikata immens, dik li qiegħed jiġri l-ħin kollu wara l-ħin, u tant il-ħajja saret mgħaġġla li ftit li xejn qiegħed ikollna ċans nieqfu għal ftit mumenti biex ingawdu l-ħajja b’pass kalm ma’ sħabna u l-familja.

Mixjiet fil-kampanja jew ħarġiet kulturali ta’ nhar ta’ Ħadd donnhom qegħdin jonqsu u kultant imnalla jkunu proġetti u attivitajiet organizzati mill-Gvern Ċentrali, fosthom dik tan-Notte Bianca, li n-nies tattendi bi ħġarha għalihom biex tinduna kemm il-kultura Maltija hi vasta u varjata, u tintebaħ li ftit nafu dwarha.

F’dawn l-attivitajiet qiegħed ikun hemm aċċess għal diversi postijiet fosthom bereġ u mużewijiet li forsi rari jew qatt ma jkollna ċans inżuruhom minħabba x-xogħol jew impenji oħra.

Nifs lill-għaqdiet volontarjiF’dawn l-aħħar snin, innutajt li b’mod ġenerali l-għatx għall-informazzjoni dwar il-kultura Maltija kompla jikber tant li mijiet ta’ Maltin u Għawdxin ta’ kull ġimgħa jagħżlu li jattendu għal xi attività organizzata kemm mill-Gvern, mill-kunsilli jew minn xi entità privata.

Ftit tas-snin ilu dawn ma kinux isiru, tant li meta kienet issir xi ħaġa, ftit kienu jkunu jafu biha jew jekk kienu jkunu jafu biha, meta wieħed jattendi kien isib li jrid iħallas mhux ħażin biex jara dak li jkun hemm. Dan jgħodd kemm għall-wirjiet, għal xi kunċert u attivitajiet oħra.

L-għaqdiet volontarji, permezz ta’ diversi fondi, fosthom dak tal-kawżi ġusti, saru jorganizzaw attivitajiet differenti, waħda f’waħda, u hemm tapprezza kemm għandna talent lokali mill-ifjen, għax dawn l-attivitajiet iservu ta’ pjattaforma importanti.

Mill-banda l-oħra, attivitajiet bħal dawn iservu ta’ niċeċ għal dawk il-mijiet ta’ turisiti li jkunu f’pajjiżna u jħeġġuhom jerġgħu jattendu biex jitgħallmu fuq il-kultura tagħna.

Għajnuniet mill-kunsilli lokaliIllum, permezz tal-kunsilli lokali u finanzjament dirett mill-Gvern, għadd kbir ta’ kunsilli lokali qegħdin jaħdmu bis-sħiħ fuq numru ta’ inizjattivi u attivitajiet tant li kważi kull ġimgħa wieħed għandu fejn imur flimkien mal-ħbieb u l-membri tal-familja.

Dawn l-attivitajiet, barra li jkomplu jkattru isem il-lokalità fejn isiru, jgħinu biex il-kultura, l-identità u l-aqwa ta’ dak ir-raħal jew belt, joħorġu għad-dawl u b’hekk persuna tispiċċa titgħallem fuq raħal twelidha jew fuq xi villaġġ ieħor.

Dan kollu jkompli jkattar l-identità lokali u fuq kollox, bihom nitgħallmu dwar id-diversi ġojjelli li Malta għandha u li bl-aljenazzjoni ta’ kuljum lanqas biss nagħtu kashom. Għall-inqas issa, permezz ta’ dawn l-attivitajiet, il-poplu għandu ċans li jitgħallem.

Investiment fit-tfalL-attivitajiet kulturali żdiedu bil-kbir f’pajjiżna u dan grazzi għall-ħidma diretta mill-Gvern u l-għaqdiet mhux governattivi bħal ngħidu aħna Heritage Malta, li permezz tal-inizjattivi li joħorġu jgħinu biex dak li jkun jattendi u jitgħallem xi ħaġa ġdida.

L-istrateġija tal-Gvern ma tiffukax biss fuq it-tixrid tal-edukazzjoni fost il-kbar iżda wkoll fost it-tfal tant li dawk il-ġenituri kollha li jibagħtu lit-tfal f’attivitajiet kulturali jieħdu wkoll tax-rebate.

Din l-inizjattiva naqbel magħha, għax it-tagħlim li jingħata lit-tfal hu investiment fil-futur qarib u meta jiltaqgħu mat-turisti li dawn jistaqsuhom informazzjoni dwar Malta jew jiġu biex jitkellmu dwar Malta mal-barranin, ikunu jafu x’għandhom jgħidu u jkunu preparati. Dan jista’ jwassal biex persuna titħajjar tiġi f’pajjiżna.

Turiżmu kulturaliIllum it-turisti li qegħdin jiġu lejn il-gżejjer Maltin, m’għadhomx l-istess bħal dawk li kienu jiġi għoxrin jew tletin sena ilu.

Illum ninnota li t-turisti m’għadhomx dawk ta’ dak iż-żmien li kienu jintefgħu f’xi bar jixorbu l-birra. Illum għandna turisti li huma speċjalizzati u li jiġu apposta biex ifittxu postijiet kulturali.

Dan it-tip ta’ turiżmu hu ferm importanti u l-attivitajiet li jorganizzaw il-Gvern u l-kunsilli lokali jgħinu biex lil dawn it-turisti noffrulhom l-aħjar prodotti u nkomplu ninkoraġġuhom jerġgħu jżuru lil pajjiżna. Turist li jiġi fostna u jitlaq lura lejn pajjiżu kuntent, jagħmlilna l-aqwa reklam.

Dawn l-attivitajiet fil-bliet u l-irħula lokali jkomplu jsaħħu l-kummerċ lokali u nazzjonali filwaqt li jsaħħu id in-negozji ż-żgħar li jkunu jinsabu viċin il-post fejn tkun qed issir l-attività.

DONIA BORG ĦAż-żEbbUġ

KIMbErLy NAUDIbIrżEbbUġA

FERGAL CAMILLERIIL-MARSA

ShARON RAPINETTbIrKIrKArA

VINCE BROwNbIrKIrKArA

Page 4: Uliedna Speċjali - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 30 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Investiment qawwi biex ikollna kwalità tal-għajxien fis-sod għat-tfal u l-familji kollha

Il-Gvern investa f’Adventure Park f’Ta’ Qali għaż-żgħażagħ u l-adulti biex ikollhom fejn jirrikreaw lilhom infushom f’ambjent

sigur. Dawn il-faċilitajiet, fihom infushom, huma xhieda tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja li ngħixu

F’ħafna bliet u rħula kienu żviluppati spazji ta’ rikreazzjoni li qabel kienu spazji mitluqa, jew użati għal skopijiet oħra. Il-Gvern irid li niżviluppaw kemm jista’ jkun faċilitajiet fejn it-tfal u l-familji jkunu jistgħu jmorru biex jistrieħu u jirrikreaw lilhom infushom

Pajjiżna hu sabiħ u aħna kburin li dan il-ġojjell f’nofs il-Mediterran igawdi minn temp relattivament tajjeb fejn it-tfal

u l-familji jistgħu joħorġu, jistrieħu u jiddevertu. Għalhekk il-Gvern f’din il-leġiżlatura investa ħafna fit-titjib tal-faċilitajiet

ta’ rikreazzjoni u fil-ħolqien ta’ spazji pubbliċi ġodda

Page 5: Uliedna Speċjali - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 30 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

It-tfal ħaqqhom l-aqwa u l-aħjar u għalhekk il-Gvern fl-inizjattivi kollha li jieħu jżommhom fiċ-ċentru tal-politika tiegħu... Aktar

xogħol bi dħul akbar għall-ġenituri, aktar edukazzjoni tal-aqwa kwalità, faċilitajiet tas-saħħa tal-ogħla livell u ambjent san

madwarna għal tgawdija u mistrieħ

Pajjiżna hu sabiħ u aħna kburin li dan il-ġojjell f’nofs il-Mediterran igawdi minn temp relattivament tajjeb fejn it-tfal

u l-familji jistgħu joħorġu, jistrieħu u jiddevertu. Għalhekk il-Gvern f’din il-leġiżlatura investa ħafna fit-titjib tal-faċilitajiet

ta’ rikreazzjoni u fil-ħolqien ta’ spazji pubbliċi ġodda

Page 6: Uliedna Speċjali - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 30 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

20,000 IMPJIEG U żIEDA FIr-rATA TA’ NIES JAĦDMU = FOST L-ANQAS PAJJIżI LI GĦANDHOM NIES IFITTXU XOGĦOL

(dehret għall-ewwel darba: il-mument 24.07.11)

Muscat jagħżel ħażin...Muscat u Spanja: Muscat qal li l-Prim Ministru Soċjalista ta’ Spanja Zapatero hu l-mudell tiegħu... Spanja għandha qgħad ta’ 25% li jitla’ għal 52% fost iż-żgħażagħ u Zapatero għosfor; Malta żiedet il-persentaġġ ta’ nies jaħdmu b’4 punti perċentwali

Muscat u l-Iżlanda: Muscat kiteb lill-Iżlandiżi li ma jmorrux jidħlu fl-Unjoni Ewropea... l-Iżlanda barra l-Ewropa falliet; Malta fl-Ewropa ħolqot 20,000 impjieg f’ħames snin bid-deċiżjonijiet għaqlin tal-Gvern

Muscat u Ċipru: Muscat qal lil Lawrence Gonzi biex jagħmel lil Malta bħal Ċipru... Ċipru falla, mar jittallab il-flus mill-UE u r-Russja u għandu splużjoni ta’ qgħad; Malta għandha l-ħames l-anqas rata ta’ nies ifittxu x-xogħol fost is-27 pajjiż tal-UE

...u tbati int

Muscat mal-mudell tiegħu Zapatero

Page 7: Uliedna Speċjali - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 30 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Dan l-aħħar, il-Labour Party beda jipprova jmeri s-sewwa magħruf, jiġifieri li waqt li pajjiżi oħrajn fl-aħħar ħames snin kienu qed inaqqsu l-impjiegi, Malta kienet qed iżżid 20,000 impjieg ġdid.

Il-Labour Force Survey jikkonferma 20,000 impjieg ġdid u aktarIl-Labour Force Survey jikkonferma li fl-aħħar ħames snin in-nies jaħdmu f’Malta żdiedu bi 17,000. Meta wieħed iqis li żgur kien hemm 3,000 impjieg li ntilfu, fosthom dawk mit-Tarzna, dan ifisser li żgur inħolqu 20,000 impjieg ġdid li pattew għal dawk li ntilfu u bqajna minn fuq bi 17,000.

Konferma wkoll li żdied il-persentaġġ ta’ nies jaħdmuIl-Labour Force Survey igiddeb ukoll xi ħaġa li qed jgħidu l-Profs Edward Scicluna u reklami tal-Labour Party li l-employment rate – jiġifieri kemm hu l-persentaġġ ta’ nies li hawn jaħdmu f’Malta

Il-persentaġġ ta’ nies jaħdmu f’Malta żdied sew fl-aħħar ħames snin

fl-etajiet tax-xogħol – baqa’ l-istess fl-aħħar ħames snin. Bil-maqlub ta’ li qed jgħid il-Labour Party, il-Labour Force Survey juri li ħames snin ilu n-nies jaħdmu fl-etajiet bejn 15 u 64 kienu 56.1% waqt li llum huma 59.6%. Din hi qabża ta’ 4 punti perċentwali.

Kejl waħdani EwropewTa’ min jgħid li aħna għandna rata li tidher kemxejn baxxa ta’ nies jaħdmu għax f’Malta l-età tal-pensjoni mhix ta’ 65 u lanqas ma tista’ taħdem ta’ 15-il sena. Imma biex l-Unjoni Ewropea jkollha kejl l-istess għall-pajjiżi kollha tagħha, il-bażi li tiddividi biha f’Malta (jiġifieri l-ammont ta’ nies fl-etajiet bejn 15 u 64) hi artifiċjalment akbar u għalhekk il-persentaġġ ta’ nies jaħdmu jiġi jidher artifiċjalment anqas.

żieda fil-persentaġġ minkejja żieda qawwija ta’ nies fl-etajiet tax-xogħolMeta tqis li l-popolazzjoni ta’ Malta fl-etajiet bejn 15

u 64 kienet qed tiżdied sostanzjalment f’dawn l-aħħar ħames snin, minn 279,262 għal 291,720, kif jikkonferma wkoll il-Labour Force Survey, anke kieku bqajna b’56% jaħdmu konna nkunu qed inżidu l-impjiegi. Aħseb u ara meta l-popolazzjoni fl-etajiet tax-xogħol meħudin bil-kejl Ewropew bejn 15 u 64 żdiedet bi 12,500 u minn din il-popolazzjoni tiżdied qed jaħdmu 4 punti perċentwali aktar, minn 56% għal 60%.

Il-Labour Party juża l-persentaġġi biex jaħbi l-elufIl-Labour Party qed jieħu l-aktar kejl li jinstema’ artifiċjalment baxx, jiġifieri l-persentaġġ tan-nies jaħdmu f’Malta bħala proporzjon tal-popolazzjoni. Il-Labour qed jagħżel dan il-kejl għax billi l-popolazzjoni ta’ Malta kienet qed tikber f’dawn l-aħħar ħames snin, iż-żieda fil-persentaġġ tidher anqas għax qed tiddividi b’numru akbar

fil-kejl l-aktar reċenti. Il-Labour qed juża l-persentaġġi biex jevita li jkollu jammetti ċ-ċifri reali, jiġifieri l-eluf ta’ kemm hawn nies jaħdmu aktar illum f’Malta milli kien hawn ħames snin ilu u kemm, għalhekk, inħolqu 20,000 impjieg ġdid u aktar.

Suċċess skont il-kejl tal-Labour Party stessImma anke bil-kejl tal-persentaġġi stess li qed juża l-Labour Party, Malta għamlet suċċess kbir fil-qasam tax-xogħol u l-impjiegi. Għax waqt li pajjiżi oħrajn kienu qed inaqqsu l-impjiegi kemm fl-ammont kif ukoll fil-persentaġġ, Malta kienet qiegħda żżid l-ammont ta’ impjiegi b’20,000 u b’4 punti perċentwali.

Ir-riżultat tax-xogħol: pagi tajbinMeta jkun hawn ix-xogħol, il-ħaddiem jista’ jaqla’ paga aħjar u l-unions jistgħu jinnegozjaw pagi u

kundizzjonijiet aħjar. Jekk ikun hawn il-qgħad, mhux biss il-ħaddiema jkunu qed ibatu; ibatu wkoll dawk li jibqgħalhom impjieg imma li ma jkunux jistgħu jiżdiedu fil-paga.

Gvern Nazzjonalista żied l-impjiegi b’20,000 u żied it-taħriġ u l-edukazzjoni għal impjiegi speċjalizzati ħalli l-investituri li qed joħolqu minn dan it-tip ta’ impjiegi jkunu jistgħu jħaddmu aktar ħaddiema Maltin u Għawdxin ippreparati tajjeb.

Il-paga medja fis-sena żdiedet b’2,600 ewroIl-Labour Force Survey jikkonferma wkoll li l-paga medja fis-sena żdiedet b’2,600 ewro fuq l-aħħar ħames snin. Il-Labour Force Survey jaħdem iċ-ċifra tal-pagi fuq dak li jgħidu l-ħaddiema stess. Din iż-żieda fil-paga medja hi riżultat ieħor tax-xogħol li ħoloq Gvern Nazzjonalista.

Żieda kemm fl-ammont ta’ nies jaħdmu f’Malta fl-aħħar ħames snin kif ukoll

fil-persentaġġ ta’ nies jaħdmu fl-etajiet bejn 15 u 64 li hu l-kejl Ewropew... dan

il-persentaġġ f’Malta tela’ minn 56% għal 60% waqt li f’ħafna pajjiżi kien qed jonqos

Page 8: Uliedna Speċjali - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 30 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu impenjat li jiftaħ aktar spazji pubbliċi għall-familji Maltin u Għawdxin. b’aktar spazji pubbliċi l-Gvern qed jirnexxilu joħloq ambjent fejn it-tfal u l-familji jingħaqdu, jilagħbu u jikkomunikaw u b’hekk ukoll tinbena soċjetà aktar b’saħħitha. Dan l-investiment li l-Gvern għamel b’mod regolari fil-ħames snin li għaddew se jissokta fis-snin li ġejjin biex hekk inkomplu ntejbu l-kwalità tal-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi