taqbiliet maltin (l-ewwel parti) malti.skola.mt
DESCRIPTION
Taqbiliet Maltin (l-ewwel parti) http://malti.skola.edu.mt. A - B - Ċ. A - B - Ċ l-iskutella bil-kafè il-kikkra u l-plattina u n-nannu ma jridx jagħtina. Agħmel xita agħmel!. Agħmel xita agħmel! Ħalli jikber il-ħaxix, il-ħaxix intuh il-mogħża u l-mogħża ttina l-ħalib. - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
Taqbiliet Maltin(l-ewwel parti)
http://malti.skola.edu.mt
A - B - ĊA - B - Ċ
A - B - Ċ l-iskutella bil-kafèil-kikkra u l-plattina
u n-nannu ma jridx jagħtina.
Agħmel xita agħmel!Agħmel xita agħmel!
Agħmel xita agħmel!Ħalli jikber il-ħaxix,
il-ħaxix intuh il-mogħżau l-mogħża ttina l-ħalib.
(Il-ħalib intuh lin-nanna u n-nanna tagħmlilna l-ġbejniet)
Ajma żaqqiAjma żaqqi
Ajma żaqqi kemm tuġagħnikilt il-għeneb mhux misjur,iddendilt mal-kannizzataqisni kelb tal-kaċċatur.
Ara Ġejja l-Mewt Għalik!Ara Ġejja l-Mewt Għalik!
Ara ġejja l-mewt għalik,biex tixwik, biex taqlik, ara ġejja,
ara waslet,din id-daqqa min tahielek?
Banni bannozzi Banni bannozzi (1)(1)
Banni bannozziĠej il-papà ġej
Kollox għal __________u lill-papà ma ntuh xej’!
(minflok il-papà jista’ jingħad it-tata)
Banni bannozzi Banni bannozzi (2)(2)
Banni bannozziġejja n-nanna Nozzi.
Nozzi ta’ ħdejnabiċċa ħobż bil-ġbejna.
Ċuff ċuff il-baħarĊuff ċuff il-baħar
Ċuff ċuff il-baħar,ommi mir-raħal.
Missieri miż-Żejtungħandu baqra u karettun.
Dawra DurellaDawra Durella
Dawra durellaQasba żigarellaĊoff tal-bellus
Ċaqċaqhielu lill-għarus
Axxa! Axxa!Għax missieru għamel kaxxa.
(jew: Missieru mastrudaxxa / Ma’ rasu għandu faxxa / Issa kulħadd jitbaxxa)
Elf ZalzettaElf Zalzetta
Hawn raġel, qrajt darba f’gazzetta,li jiekol kuljum elf zalzetta.
U mbagħad xarba nbid,u jorqod mhux ftit,
u jonħor bil-ħoss ta’ trumbetta.
Ġili Ġili ĠaĠili Ġili Ġa
Ġili ġili ġafuq it-toppu tal-mamà!
Igdimha u bushafuq it-toppu tal-għarusa!
Kaxxa ĠugarelliKaxxa Ġugarelli
Għandi kaxxa ġugarelli, din mimlija sa fuq nett,
għandi I-pupa u l-karozza u tat-te jien għandi sett.
Ballun ċkejken u safrani, ors jiċċaqlaq u vapur,
hemm xadina qisha ħajja, pupu ħelu fuq mutur.
Lanċa ĠejjaLanċa Ġejja
Lanċa ġejja u oħra sejraminn Tas-Sliema għal Marsamxett,
il-kaptan bil-pipa f’ħalqujidderieġi l-bastiment.
Sewwa sewwa f’nofs ta’ baħaril-kaptan ħassu ħażin,
ma kellux min idur miegħudaru miegħu l-baħrin.
Agħmillu karta, agħmillu karta,agħmillu karta għal tax-xjuħ!
Mamma MiaMamma Mia
Mamma mia* pulizija,Tiħux lili, ħu lil ħija!
* Mia, mit-Taljan, tfisser tiegħi
NannakolaNannakola
Nannakola mur l-iskola,aqbad siġġu u ibda ogħla!
Onġi Onġi Onġella Onġi Onġi Onġella (...tkompli)(...tkompli)
Bum, bum il-bieb,Onġi, onġi onġella!Bum, bum il-bieb,Onġi, o kavallier!
Min ġie? Min ġie? Min ġie? Onġi, onġi, onġella!
Min ġie, min ġie, min ġie? Onġi, o kavallier!
Ġie l-ambaxxatore,Onġi, onġi onġella!Ġie l-ambaxxatore,Onġi, o kavallier!
Xi jrid l-ambaxxatore? Onġi, onġi onġella!
Xi jrid l-ambaxxatore? Onġi, o kavallier!
Irid tifla* sabiħa.Onġi, onġi onġella!
Irid tifla sabiħa.Onġi, o kavallier!
Min hija din it-tifla?Onġi, onġi onġella!Min hija din it-tifla?
Onġi, o kavallier!
Din hija ________Onġi, onġi onġella!Din hija ________Onġi, o kavallier!
X’se ntuha ’l din it-tifla?Onġi, onġi onġella!
X’se ntuha ’l din it-tifla?Onġi, o kavallier!
Nagħtuha ġurdien moqli.Onġi, onġi onġella!
Nagħtuha ġurdien moqliOnġi, o kavallier!
*jista’ jingħad ukoll ‘tifel’
(...tkompli) (...tkompli) Onġi Onġi OnġellaOnġi Onġi Onġella
U dana mhux biżżejjed.Onġi, onġi onġella!
U dana mhux biżżejjed.Onġi, o kavallier!
Nagħtuha... (xi ħaġa kerha)
Onġi, onġi, onġella!Nagħtuha... (xi ħaġa kerha)
Onġi, o kavallier!
Nagħtuha... (xi ħaġa sabiħa)
Onġi, onġi onġella!Nagħtuha... (xi ħaġa sabiħa)
Onġi, o kavallier!
Ħuduha la triduha, għax aħna
m’għandniex x’nambuha!Karozza b’erba’ roti,
Tagħmel ħoss tat-terremoti.
Pizzi Pizzi KannaPizzi Pizzi Kanna
Pizzi pizzi kanna,Dolores ta’ Sant’Anna;Sant’Anna tal-Morina
Ħabba biċċa pellegrina.Mgħaref tal-fidda,Bandiera tal-ħarir.
Noli kannoli,Insara qaddisin.
Il-PupaIl-PupaGħandi pupa wisq sabiħa,
aħmar wiċċha bħall-peprin.B’par għajnejn minn lewn is-sema,
bħalha żgur ma ssibx ħelwin.
Il-mamà bħali tlibbisha,mid-drapp stess tal-libsa tiegħi.
Oħti ż-żgħira nistħajjilha,meta jien noħroġha miegħi.
Fejn immur dejjem noħodhagħax mingħajrha ma jien xejn.
Minn fejn ngħaddi nisma’ jgħidu:"Dawna donnhom pupi t-tnejn!"
Sinna BasinnaSinna Basinna
Sinna basinna,bajda ħalib.
Oqgħod fil-qasrijameta mmut niġi għalik!
Iż-ŻunżanaIż-Żunżana
Iż-żunżana ddur iddurfuq il-bejt tal-kaċċatur.Meta tasal taħt il-mina
tagħmel żinn żann żunn.
Norqod u NistrieħNorqod u Nistrieħ
Norqod u nistrieħ,noffri ruħi lill-erwieħ.
Norqod u nirpoża,noffri ruħi ’l Santa Roża.
Norqod u nimtedd,noffri ruħi ’l San Ġużepp.
O Marija ĠuljaO Marija Ġulja
O Marija Ġulja,oqgħod għarkupptejk.
Ħares lejn is-sema u ara min hu ġej.Ġej Ġesù Bambin,
qalb il-ward u l-ġiżimin.
Orqod Ibni, OrqodOrqod Ibni, Orqod
Orqod ibni, orqod(jew Ninni ninni, ruħi ninni)
fil-benniena tal-ħarir.Dik ommok il-Madonna
u missierek San Ġwakkin.
Paċi KulaċiPaċi Kulaċi
Paċi kulaċi,il-Madonna fuq rasi.
Kristu fuq l-artal,qed ibierek dawn it-tfal.Dawn it-tfal imberkin,għax se jsiru qaddisin.
Sant’AnnaSant’Anna
Sant’Anna u San Ġwakkin,il-Madonna u l-Bambin.
X’xorti kellha dik Sant’Anna, li l-Bambin sejħilha nanna.
Taqbiliet Maltin oħra ssibhom f’dawn il-kotba:
• Maria Grazia Sammut et al (edituri), Taqbil u Għanjiet/Rythm and Rhyme, Il-Kulleġġ San Ġorġ Preca, l-Iskola Primarja tal-Furjana.
• Guido Lanfranco, Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin sa Nofs is-Seklu Għoxrin, 2006, Wise Owl.
• Keith Mayl et al (edituri), Taqbiliet Maltin għall-Kbar u għaż-Żgħar, 2010, Rhymed, Malta.
• Bro. Henry, Madwari 2, 1979, Pub. De La Salle.
Taf b’xi ktieb ieħor? Ibagħtilna d-dettalji tiegħu ħalli nżiduh mal-lista.
Taqbiliet oħra mmużikati ssibhom fis-sit:http://schoolnet.gov.mt/socialstudies/Rizorsi/inkantaw.htm
GRAZZI
http://malti.skola.edu.mt