qari mill-i ttra lil-lhud . lhud 7, 25-8,6
DESCRIPTION
Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6. Kristu offra sagrifiċċju darba għal dejjem , meta offra lilu nnifsu. Ħuti : Kristu jista ’ jsalva għalkollox ’ il dawk li bih jersqu lejn Alla , ladarba hu jibqa ’ g ħ al dejjem ħaj biex jidħol għalihom . - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
![Page 1: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/1.jpg)
Qari mill-Ittra lil-Lhud.Lhud 7, 25-8,6.
Kristu offra sagrifiċċju darba għal dejjem, meta offra lilu nnifsu.
![Page 2: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/2.jpg)
Ħuti: Kristu jista’ jsalva għalkollox ’il dawk li bih jersqu lejn Alla, ladarba hu jibqa’ għal dejjem ħaj biex jidħol għalihom.Dan hu, tabilħaqq, il-qassis il-kbir li kien jgħodd
![Page 3: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/3.jpg)
għalina: qaddis, innoċenti, safi, maqtugħ mill-midinbin, merfugħ ’il fuq mis-smewwiet; li ma għandux bżonn, bħall-qassisin il-kbar l-oħra, joffri kuljum
![Page 4: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/4.jpg)
is-sagrifiċċju, l-ewwel għad-dnubiet tiegħu stess, imbagħad għad-dnubiet tal-poplu. Dan hu għamlu darba għal dejjem meta offra lilu nnifsu. Għax il-Liġi tqiegħed, bħala
![Page 5: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/5.jpg)
qassisin il-kbar, bnedmin li huma dgħajfa; iżda l-kelma tal-ġurament, li ġiet wara l-Liġi, tqiegħed Iben, li ġie magħmul perfett għal dejjem.Din hi issa l-aqwa ħaġa li
![Page 6: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/6.jpg)
rridu ngħidu: li aħna għandna qassis hekk kbir, li qagħad fuq il-lemin tat-tron tal-kobor ta’ Alla fis-sema,ministru tas-santwarju u tat-tabernaklu veru, li hu magħmul mill-Mulej u
![Page 7: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/7.jpg)
mhux mill-bnedmin.Kull qassis isir biex iressaq l-offerti u joffri is-sagrifiċċji; jeħtieġ għalhekk li dan ukoll ikollu xi ħaġa x’joffri. Issa, li kieku Kristu kien fuq l-art,
![Page 8: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/8.jpg)
ma kien ikun qassis xejn, billi fuq l-art hawn qassisin li jressqu l-offerti skont il-Liġi. Dawn jaqdu santwarju li hu xbieha u dell ta’ dak tas-sema, skont ma Alla qal lil Mosè meta
![Page 9: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/9.jpg)
dan kien wasal biex iwaqqaf it-tabernaklu,“Qis li tagħmel kollox fuq
il-mudell li wrejtek fuq il-muntanja.”
Issa l-ministeru li kiseb Kristu hu daqshekk aqwa
![Page 10: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/10.jpg)
minn dak tal-imgħoddidaqs kemm hu aqwa l-patt li tiegħu hu l-medjatur,għaliex hu patt mibnifuq wegħdiet aqwa.
![Page 11: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/11.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
![Page 12: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/12.jpg)
Salm Responsorjali
R:/ Hawn jien, Mulej,
ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
![Page 13: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/13.jpg)
Int ma titgħaxxqx b’sagrifiċċji u offerti;
imma widnejja int ftaħtli.Ma tlabtnix vittmi tal-ħruq
u tat-tpattija.Imbagħad jien għidt:
“Hawn jien, ġej.”
![Page 14: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/14.jpg)
R:/ Hawn jien, Mulej,ġej nagħmel ir-rieda
tiegħek.
![Page 15: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/15.jpg)
“Fil-bidu tal-ktieb hemm miktub fuqi
li nagħmel ir-rieda tiegħek.Alla tiegħi, dan jogħġobni;
il-liġi tiegħek ġewwa qalbi.”
![Page 16: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/16.jpg)
R:/ Hawn jien, Mulej,ġej nagħmel ir-rieda
tiegħek.
![Page 17: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/17.jpg)
Xandart il-ġustizzjaf’ġemgħa kbira;
xufftejja ma żammejthomx magħluqa;
Mulej, dan inti tafu.
![Page 18: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/18.jpg)
R:/ Hawn jien, Mulej,ġej nagħmel ir-rieda
tiegħek.
![Page 19: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/19.jpg)
Jithennew u jifirħu bikdawk kollha li
jfittxuk;jgħidu dejjem, <Kbir
il-Mulej!>dawk li jħobbu
s-salvazzjoni tiegħek.
![Page 20: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/20.jpg)
R:/ Hawn jien, Mulej,ġej nagħmel ir-rieda
tiegħek.
![Page 21: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/21.jpg)
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah
Is-Salvatur tagħna, Kristu Ġesù, qered il-mewt, u
dawwal il-ħajja bla tmiem permezz tal-Evanġelju.Hallelujah, Hallelujah
![Page 22: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/22.jpg)
QariMill-Evanġelju ta’
San MarkMk 3, 7-12
R:/ Glorja lilek MulejL-Ispirti ħżiena kienu jgħajtu: “Int l-Iben ta’ Alla!” Iżda hu
kien jordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien.
![Page 23: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/23.jpg)
F’dak iż-żmien, Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Ġallilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija,
![Page 24: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/24.jpg)
min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kulma kien għamel, marru ħdejh.Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa
![Page 25: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/25.jpg)
mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies, dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh. U l-ispirti ħżiena, kull
![Page 26: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/26.jpg)
darba li kienu jilmħuh,kienu jinxteħtu fl-art quddiemu u jaqbdu jgħajtu:
“Int l-Iben ta’ Alla!”Iżda hu kien jordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien.
![Page 27: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/27.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
![Page 28: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 7, 25-8,6](https://reader036.vdocuments.mx/reader036/viewer/2022081502/56815b2c550346895dc8f118/html5/thumbnails/28.jpg)
ĦSIEB