programm festa san Ġiljan 2014

44
FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 1

Upload: parrocca-san-giljan

Post on 02-Apr-2016

243 views

Category:

Documents


7 download

DESCRIPTION

 

TRANSCRIPT

Page 1: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 1

Page 2: Programm Festa San Ġiljan 2014

2 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

HEAD OFFICE 212/6 Tower Point Mansions, Tower Road, Sliema, SLM 1602, MaltaWAREHOUSE Qormi Road, Luqa, Malta T 21441800 M : 79717190 E: [email protected]

Page 3: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 3

X’sar fil-Parroċċa

Programm tal-Festa

42Il-Programm tan-Nar

42Il-Programm tal-Ġostra

41 Il-Programm tal-Banda Spinola

39Il-Programm tal-Banda San Ġiljan

22Il-Programm tal-Attivitajiet Liturġiċi

36Restawr u Xogħlijiet34Rendikont Finanzjarju tal-Festa ‘13 28Ġrajjiet u Attivitajiet

Kalendarju ta’ attivitajiet li saru fil-Parroċċa matul din is-sena.

Introduzzjoni

Artikli

05 Il-Messaġġ tal-Kappillan

06 Stanley FioriniSan Ġiljan: Qaddis ‘Reċenti’

08Tifkira: Dun Karm Calleja

David Grech

16 San Ġwanni Pawlu II Andrew Borg

16

22

F’dIN IL-ĦArĠA

Fr Claude Portelli

Nirringrazzjaw lil Mark Micallef għar-ritratt fuq il-faċċata, Kit Azzopardi għall-qari tal-provi, John

Grixti u Kevin Kiomall għar-ritratti, Pat Tabone għall-gbir tar-reklami, David Grech għall-ġbir tal-materjal u

lil Matteo Depares għad-disinn u s-settjar.

Tifkira: Dun Ġużepp BusuttilDavid Grech

12

24 L-Ordinazzjoni TiegħiFr Paul Mizzi

Saint Julian’s Choral GroupVincent Vassallo26HEAD OFFICE

212/6 Tower Point Mansions, Tower Road, Sliema, SLM 1602, MaltaWAREHOUSE Qormi Road, Luqa, Malta T 21441800 M : 79717190 E: [email protected]

Page 4: Programm Festa San Ġiljan 2014

4 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

Fr Claude Portelli

KappillanParroċċa

San Ġiljan

Page 5: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 5

għat-tiġdid tal-parroċċi għadha ma tatx biżżejjed frott biex l-istess parroċċi jkunu komunitajiet ħajja bil-parteċipazzjoni. (cfr Evangelii Gaudium, 28)

Fid-dawl ta’ dawn il-ħsibijiet, tajjeb li f’dawn il-jiem fejn se nkunu qed niċċelebraw il-festa f’ġieħ il-patrun tagħna San Ġiljan, insaqsu lilna nfusna kemm qed nikkontribwixxu. individwalment biex ili nippruvaw inġedduha tikwit.Nawguralkom l-isbaħ xewqat għal dawn il-jiem tal- festa.

a nkunx żbaljat li ngħid li llum il-ġurnata l-lajċi huma l-maġġoranza

kbira tal-poplu ta’ Alla u li għandhom għas-servizz tagħhom minoranza ċkejkna: is-saċerdot. Illum kiber l-għarfien dwar l-identità u l-missjoni tal-lajċi fil-Knisja. Għandna ħafna lajċi, anke jekk qatt mhu biżżejjed, b’sens komunitarju b’saħħtu u fedeltà kbirà lejn l-impenn fil-karita’, fil-katekeżi u fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Din il-kuxjenza ta’ din ir-responsabbiltà lajkali taf il-bidu u l-pedament tagħha fil-Magħmudija u fil-Grizma. (cfr Evangelii Gaudium,114)

Ilkoll jeħtieġ li nifhmu sewwa li nkunu Knisja tfisser inkunu Poplu ta’ Alla, fid-dawl tal-pjan kbir ta’ mħabba li għandu l-Missier. Dan jimplika li nkunu l-ħmira ta’ Alla qalb il-bnedmin. Ifisser

li nħabbru u nwasslu s-salvazzjoni ta’ Alla fid-dinja tagħna, li spiss hi mitlufa, li għandha bżonn tweġibiet li jagħmlulha l-qalb, li jimlewha bit-tama, li jagħtuha ħeġġa ġdida fil-mixja tagħha.

Il-parroċċa għalhekk hi l-preżenza tal-Knisja f’territorju fejn tinstema’ l-Kelma, fejn tikber il-ħajja Nisranija, fejn isiru d-djalogu, it-tħabbira, l-imħabba ġeneruża, l-adorazzjoni u ċ-ċelebrazzjoni. Permezz tal-attivitajiet kollha tagħha, parroċċa tagħmel il-qalb u tifforma lill-membri tagħha biex isiru aġenti tal-evanġelizzazzjoni. Hi komunità ta’ komunitajiet, santwarju fejn dawk li huma bil-għatx jersqu jixorbu biex jissoktaw jimxu, u ċentru ta’ mandat missjunarju kontinwu. Fid-dawl ta’ dan kollu wieħed irid ikun onest u jammetti li s-sejħa għar-reviżjoni u

Messaġġtal-KappillanIl-Parroċċa sfida kontinwa

M

Page 6: Programm Festa San Ġiljan 2014

6 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

ta’ kappelel u knejjes li nġabru, xejn anqas minn 400 minnhom – jew 95% tagħhom – kienu qaddisin tal-ewwel żminijiet tal-Knisja: Appostli (Ġwanni, Pawlu, Pietru, Bartilmew, Mattew, Tumas, Filippu ...), artri tal-bidu (Stiefnu, Lawrenz, Ġorġ, Marina/Margarita, Katarina ta’ Lixandra, Injazju ta’ Antijokja,)

is-sena 1575, sewwasew għaxar snin wara l-Assedju l-Kbir, kien ġie mibgħut

Malta mill-Vatikan il-Monsinjur Pietru Dusina bħala Viżitatur Appostoliku għad-Djoċesi ta’ Malta. Dal-Viżitatur kiteb rapport dettaljat mill-aktar

dwar l-istat tal-Knisja f’dawn il-gżejjer wara li kien żar, tista’ tgħid, kull knisja, kull kappella u kull altar, u intervista kull qassis u kjeriku u bosta lajċi li xtaqu jew ma xtaqux jitkellmu miegħu. Mid-deskrizzjoni li kiteb Dusina toħroġ b’mod ċar ħafna il-firxa ta’ qaddisin li kienu jqimu l-Maltin sa dik is-sena. Mill-419-il dedika

F

Kitba ta’ Stanley FioriniSAN ĠILJAN

QAddIS ‘rEĊENTI’

Page 7: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 7

eremiti tad-deżert (Bażilju...), santipadri (Girgor ...) u qaddisin oħra, bħal Nikola ta’ Mira u Elena omm Kostantinu, aktarx meqjuma fil-Lvant, fosthom ruxxmata titli tal-Madonna bħall-Assunta jew, kif inhi magħrufa fir-Rit Biżantin, id-Dormizzjoni ta’ Marija, u Omm Alla Hodigitrja. Il-5% l-oħra biss kienu qaddisin li, għalkemm ta’ nisel qadim ukoll, il-kult tagħhom nibet u xtered f’dawn il-gżejjer fit-tieni millennju; fost dawn insibu l-qaddis tagħna San Ġiljan.

Dan ifisser li l-Maltin sa żmien l-Assedju – 1500 sena wara li ġie San Pawl – kienu għadhom ankrati fid-devozzjoni tagħhom fl-ewwel żminijiet tal-Knisja u kien biss wara l-miġja tan-Normanni li bdew jiċċaqalqu xi ftit minn din it-tradizzjoni bikrija. Dan il-fenomenu għandu rabta intima u sħiħa mal-ġrajja kollha ta’ dawn il-gżejjer, għax il-fil l-aktar kostanti tal-kultura u l-identità tagħna, sal-bieraħ, kienet il-Knisja. Sa nofs is-seklu VIII il-Knisja f’Malta kienet Knisja Rumana/Latina, imma, lejn is-sena 750 W.K., dawn il-gżejjer, flimkien ma’ Sqallija, il-Kalabrja u l-Illyrja, inħatfu mill-Imperatur ta’ Kostantinopli, fl-eqqel tal-ġlieda ikonoklasta, u bħal minn nhar għall-lejl, bdew jagħmlu parti mill-Knisja Biżantina tal-Lvant. U hekk baqgħu sa wara l-Għarab u l-ħakma Normana u Sveva fis-sekli XII u XIII. Lanqas ma nistgħu ngħidu li l-Knisja Biżantina (Ortodossa u Xiżmatika wara l-1054) għosfrot fix-xejn f’daqqa għax ġew in-Normanni u l-Isvevi (it-Tedeski). It-transizzjoni mill-Griega għal-Latina kienet proċess li ħa sekli biex żvolġa. Drawwiet ta’ sekli u millennji ma taqtagħhomx kif ġieb u laħaq. Terġa’ u tgħid, it-tip ta’ Knisja li daħħlu magħhom in-Normanni – il-liturġija, id-drawwiet,

id-devozzjonijiet eċċ. – ma kienu xejn ta’ xejra dominanti ‘mainstream’ fil-Knisja fl-Ewropa, għax in-Normanni (‘Northmen’), li kienu oriġinarjament Vikingi mill-Iskandinavja fit-Tramuntana, kienu niżlu ‘l isfel ifittxu xortihom u xeħtu għeruqhom fin-Normandija fil-Gallja (Franza). Hawnhekk ma damux ma ddakkru mill-Knisja lokali, ikkonvertew għall-Kattoliċiżmu (kemm trid) imma adottaw drawwiet Insara lokali tal-Gallja, l-hekk imsejħa Knisja Gallikana.

Ir-rit Gallikan li ġabu magħhom hawn isfel meta niżlu għall-Għarab fi Sqallija, il-Kalabrja u l-Pulja kien baqa’ jerfa’ rasu sa żmien Dusina u l-Viżitatur Appostoliku għamel kemm felaħ biex iliġġmu, l-aktar billi r-riforma Tridentina kienet għadha friska. Mela għandna dan ix-xenarju: Sa xi l-1260 u t-tmiem tal-Isvevi, il-Knisja fi Sqallija u f’dawn il-gżejjer kienet għadha Griega, bi drawwiet u liturġija tal-ewwel żminijiet. Fis-seklu ta’ wara, beda proċess ta’ Latinizzazzjoni bil-liturġija mċappsa (biex ngħidu hekk) mir-rit Gallikan. Dan l-aktar li ħa spinta kien wara l-1270 fi żmien l-Anġevini (Franċiżi minn Anjou), gvern b’id tal-ħadid li ma tantx kien iċedi għall- pressjoni. Kien sewwasew hawn li l-Gallikan ġie l-aktar f’tiegħu u bdew jitfaċċaw qaddisin bil-kult tagħhom ispirat minn dak li kien Franċiż/Gallikan. Fost dawn jibdew jidhru San Martin ta’ Tours, San Leonardu, San Amator ta’ Auxerre, kif ukoll San Ġiljan tal-Belġju. Il-kult ta’ dawn qisu tqabbad b’mod artifiċjali b’impożizzjoni minn fuq. Il-kixx u l-mixx kienu għadhom imqabbda mad-drawwiet il-qodma. Il-qaddisin il-ġodda kienu ġabuhom magħhom in-Normanni imma kellu jgħaddi

ftit żmien sew biex jaqbdu l-art għax il-Griegi kellhom antagoniżmu sħiħ lejn kull forma ta’ Latin. Hawnhekk ta’ min jirrimarka li aktarx li din kienet ir-raġuni għala l-ordnijiet mendikanti – id-Dumnikani, l-Agostinjani, il-Franġiskani – damu daqshekk ma qabdu l-art fil-gżejjer tagħna.

Imma aħna l-aktar li jikkonċernana hawn hu San Ġiljan. M’hemm l-ebda dubju li l-kult tiegħu daħħluh fi Sqallija in-Normanni lejn tmiem is-seklu XI. Il-leġġenda tgħid li meta l-Konti Ruġġieru I ġie biex jaħbat għall-Għarab f’Erice – belt fuq muntanja qrib Trapani fil-Punent ta’ Sqallija – hu kien mgħejjun mis-sema meta kellu dehra tal-qaddis favorit tiegħu, San Ġiljan, b’qatgħa klieb feroċi warajh, qed isuq quddiemu l-Mislem. Tant ħadha bis-serjetà l-Konti did-dehra li jibqa’ fatt (u mhux leġġenda) li lil Erice bidlilha isimha u saret Il-Muntanja ta’ San Ġiljan. Minn hawn beda jinxtered il-kult tal-qaddis fi Sqallija u minn hemm kien li ġie Malta fejn nibet l-ewwel fl-Isla fis-seklu XIV, biswit il-Kastell Sant’Anġlu, il-Forti Anġevina. Hekk naraw li San Ġiljan hu fost il-qaddisin l-aktar reċenti li l-kult tagħhom deher hawn f’kuntrast mal-qaddisin tal-bidu tal-Knisja li ħallew impatt daqshekk qawwi fuq il-Maltin.

Page 8: Programm Festa San Ġiljan 2014

8 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

TIFKIrAdun Ġużepp Busuttil

Kitba ta’ David Grech

Page 9: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 9

Fl-1 ta’ April ta’ din is-sena ġriet l-aħbar li l-Mons. Ġużepp Busuttil kien ħalliena, ftit jiem biss qabel iċċelebra it-52 anniversarju ta’ l-Ordinazzjoni tiegħu.

Huwa twieled fil-parroċċa tas-Sagro Cuor f’ Tas-Sliema fis-6 ta’ Novembru, 1937. Il-ġenituri tiegħu kienu Antonio Busutill u Maude mwielda Schranz. Missieru kien tabib u serva għal diversi snin f’San Ġiljan u aktar tard f’ Ħad-Dingli. Dun Ġużepp trabba ġo familja numeruża u kellu sebat aħwa – Mary, Helen, Tessie, Lina, Jane, Victor u Bessie. Ftit wara l-gwerra, eżattament fl-1946, hu flimkien mal-familja tiegħu ġew joqogħdu f’ Telgħet Birkirkara f’San Ġiljan fejn baqa’ jgħix flimkien ma’ ħutu sal-aħħar jiem tal-ħajja tiegħu.

Dun Ġużepp kien ordnat saċerdot fis-7 ta’ April, 1962 ġewwa l-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt u qaddes l-ewwel quddiesa so-lenni tiegħu flimkien ma’ Mons. Dun Ġwann Galea fil-parroċċa ta’ San Ġiljan fil-5 ta’ Awwissu tal-1962. Il-kappillan ta’ dak iż-żmien kien Dun Guido Calleja.

Hu beda l-istudji tiegħu fil-livell primarju u sekondarju fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi f’Birkirkara u wara kompla jistudja fl-Università ta’ Malta u fis-Seminarju. Huwa studja l-lingwi u sar għalliem tal-Grieg u l-Latin fl-Università ta’ Malta kif ukoll għal xi żmien fil-Fourah Bay College University fi Sierra Leone fl-Afrika. Huwa jibqa’ magħruf għall-eċċellenza akkademika u l-għerf tiegħu, speċjalment fil-lingwa tal-Latin fejn kien strumentali għall-qlib ta’ diversi klassiċi u dokumenti importanti mil-Latin għal-lingwa Maltija.

Dun Ġużepp kien bniedem ta’ ftit kliem, kemxejn mistħi u rispettat minn kulħadd. Hu dejjem qeda d-dmirijiet tiegħu ta’ saċerdot mingħajr ebda sens ta’ obbligu iżda b’sens ta’ pjaċir u ferħ ġenwin u bla ma qatt jistenna li jkun ippremjat. Apparti l-ħidma akkademika tiegħu li kienet toħodlu ħafna mill-ħin, hu xorta kien isib il-ħin biex iqaddes, iqarar u

Page 10: Programm Festa San Ġiljan 2014

10 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

t: 21374454 m: 99054321 / 99493086e: [email protected] w: www.mbfmalta.com

Plastering, Painting,gyPsum boards,

scaffolding systems,restoration,

insulation systems,floor screeds, turnkey

Finishing, Restoring, Preserving, EnhancingHomes & Businesses for over 20 years.

jgħin kull fejn ikun hemm bżonn fil-ħidma pasto-rali tiegħu fil-parroċċa. Għal żmien twil kien ukoll iqaddes ta’ kuljum il-quddiesa tas-6.30 ta’ filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali u dik tal-Ħadd filgħodu tas-7:00 fil-Knisja ta’ Lapsi.

Wara l-karriera tiegħu ta’ għalliem huwa beda jaħdem bħala arkivista fil-Kurja u b’attenzjoni u paċenzja kbira kien jiġbor u jikklassifika dokumenti antiki bil-Latin u jindiċjahom f’posthom biex b’ hekk kull min jiġi jagħmel riċerka jsibha aktar faċli biex isib dak li jkun qed ifittex. Dan ix-xogħol isir b’reqqa kbira biex wara dawn id-dokumenti jsiru aċċessibli għal kull min irid jaqrahom jew jirreferi għalihom.

Għalkemm is-saħħa tiegħu bdiet tbatti, Dun Ġużepp xorta baqa’ attiv sal-aħħar jiem ta’ ħajtu, infatti kien baqa’ jagħti s-sehem tiegħu b’mod limitat, kemm fix-xogħol tal-Kurja, kif ukoll billi jgħin fil-quddiesa tat-8:00 ta’ filgħo-du ta’ nhar ta’ Ħadd.

Fil-ħin liberu tiegħu, Dun Ġużepp kien iqatta’ ħafna mill-ħin jaqra u jikteb u kellu wkoll il-passatemp tal-mużika, tant li kien tgħallem idoqq il-pjanu waħdu bla ebda lezzjonijiet. Kien ukoll iħobb is-safar u żar diversi pajjiżi fosthom l-Italja, ir-Rumanija, il-Ġermanja u l-Afrika.

Page 11: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 11

t: 21374454 m: 99054321 / 99493086e: [email protected] w: www.mbfmalta.com

Plastering, Painting,gyPsum boards,

scaffolding systems,restoration,

insulation systems,floor screeds, turnkey

Finishing, Restoring, Preserving, EnhancingHomes & Businesses for over 20 years.

Page 12: Programm Festa San Ġiljan 2014

12 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

TIFKIrAdun Karm Calleja Kitba ta’

David Grech

Page 13: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 13

Dun Karm, kif kien magħruf ma’ kulħadd, twieled Birkirkara fl-4 ta’ Lulju 1927, iżda għex il-parti l-kbira ta’ ħajtu San Ġiljan. Infatti, hu ġie joqgħod San Ġiljan flimkien mal-familja tiegħu meta kellu biss 15-il sena, eżattament fl-1942.

Minn ċkunitu, Dun Karm dejjem kellu x-xewqa li jsir saċerdot u ta’ 12 -il sena daħal is-Seminarju. Hu beda l-kors għas-saċerdozju meta għalaq 19-il sena u ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Awwissu tal-1953. Fis-60 sena li hu dam saċerdot, Dun Karm serva taħt tmien kapillani differenti. Dawn kienu Dun Anton Debono, Dun Philip Grech, Dun Guido Calleja, Dun Ġwann Galea, Dun Tony Agius, Dun Martin Cardona, Dun Ray Toledo u Dun Claude Portelli.

Matul dawn is-60 sena ta’ ħidma saċer-dotali, Dun Karm ħadem bla waqfien biex ikun ta’ servizz għall-komunità Ġiljaniża. Fl-1960 waqqaf l-ewwel ċentru taż-żgħażagħ fi ħdan l-Azzjoni Kattolika, li kienet tinkludi s-sezzjoni tal-irġiel biss. Fl-1968 fetaħ l-ewwel ċentru għaż-żgħażagħ għall-irġiel u n-nisa f’ Malta li kellha madwar 350 membru regolari. Il-ħsieb ewlieni tiegħu kien biex jara ż-żgħażagħ miġburin flimkien u biex ikun ta’ għajnuna għalihom fejn ikun hemm bżonn.

Kien hu wkoll li waqqaf l-ewwel kor tat-tfal ta’ San Ġiljan. Dan il-kor kellu diversi suċċessi, fosthom l-okkażjoni sabiħa tat-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Knisja Parrokkjali l-ġdida meta

l-Arċisqof Gonzi żar San Ġiljan u ntlaqa’ bil-kant tal-kor tiegħu magħmul minn 400 tifel u tifla u xi mija oħra kbar. Dan il-kor kien ukoll ikanta fl-Iskola Primarja kull l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Huma l-ftit li jafu li kien Dun Karm li beda l-kor tal-kbar ta’ San Ġiljan u wara ftit taż-żmien għaddieh f’idejn Dun Ġwann Galea minħabba impenji oħrajn.

Dun Karm kien ukoll jorganizza attivitajiet soċjali inklużi drammi fuq il-palk u ta sehem

Page 14: Programm Festa San Ġiljan 2014

14 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

ukoll fl-’iscouts’ billi kien jagħti taħditiet spir-itwali ta’ kull ġimgħa li kull min kien jattendi. Kien ukoll joħroġ jiġbor għall-festa u saħansitra kien jitla’ sal-Imsieraħ (illum San Ġwann).Hu kien ukoll għalliem fl-iskejjel primarji ta’ San Ġorġ u ta’ San Ġiljan u fl-Istitut Tekniku tan-Naxxar u l-Mriehel. Kien serva ukoll bħala ‘Counselling and Guidance Officer’ fl-Istitut Tekniku bejn l-1975 u l-1981.

Fl-1980 laħaq Kanonku tal-Bażilika ta’ Sant’ Elena ta’ Birkirkara, fejn beda jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-beni tal-Bażilika. Fl-1987 kien sar ukoll id-direttur spiritwali tal-Banda Spinola, kariga li baqa’ jokkupa sal-aħħar ta’ ħajtu.

Dun Karm jibqa’ magħruf għall-karattru ferrieħi u l-qalb tajba tiegħu. Dawk li kienu jafuh mill-qrib ftit li xejn qatt rawh jirrabja u dejjem kien ta’ eżempju għal dawk ta’ madwaru. Hu baqa’ attiv sal-aħħar jiem ta’ ħajtu, u ta’ kuljum baqa’ jqad-des fil-Knisja Parrokjali u fil-Kappella tal-Kunċizz-joni li tagħha kien ir-rettur, kif ukoll kien iqaddes regolarment f’lukanda fil-Qawra. Fl-2006, Dun Karm ingħata l-unur ‘Ġieħ San Ġiljan’. Dan l-unur ingħatalu mill-Kunsill Lokali tal-kontribut u l-ħid-ma spiritwali u soċjali li għamel fil-lokal tagħna.

Dun Karm ħalla din id-dinja fl-4 ta’ Settembru 2013 fl-età ta’ 86 sena, ftit jiem biss wara l-festa ta’ San Ġiljan li hu tant kien iħobb. Matul il-ġranet tal-fes-ta, fuq xewqa tiegħu stess, ġiet ikkonċelebrata l-istess quddiesa ‘Missa Pontificalis Secunda’ li kien qaddes għall-ewwel darba 60 sena qabel f’Birkirk-ara. Fil-ġurnata tal-funeral tiegħu hu nġieb għall-aħħar darba fil-Kappella tal-Kunċizzjoni fejn kien qaddes għal tant snin. Hemmhekk il-poplu Ġiljaniż inġabar biex jirrangrazzjah tal-ġid kollu li għamel u jtih l-aħħar tislima. Il-funeral tiegħu sar ġewwa Birkirkara.

Page 15: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 15

Page 16: Programm Festa San Ġiljan 2014

16 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

Kitba ta’ Andrew Borg

San Ġwanni Pawlu II

Page 17: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 17

ont hemm. Esperjenza li tnaqqxet f’qalbi u li se nibqa’ ngħożż kemm indum ħaj. Il-Ħadd 27 ta’ April 2014

jien flimkien ma’ ħija konna ma’ aktar minn miljun ruħ qed nassistu għal avveniment storiku, meta żewġ papiet ikkanonizzaw żewġ papiet. Inkitbet paġna tad-deheb fl-istorja tal-Knisja Kattolika meta l-Papa Franġisku, li bħalissa għandu t-tmun tal-Knisja f’idejh, flimkien mal-Papa Emeritu Benedittu XVI, ħadu sehem f’ċerimonja solenni li matulha żewġ papiet predeċessuri tagħhom, Papa Ġwanni XXIII u Papa Ġwanni Pawlu II, ġew mgħollija għall-qima tal-kotra bħala qaddisin ġodda tal-istess Knisja. Għalkemm kont ili bix-xewqa li nkun preżenti għal dan l-avveniment storiku, ma kellix idea li kienet se ssir realtà. Wisq inqas kelli idea li kien se jkolli post privileġġat, qrib ħafna ta’ fejn saret iċ-ċerimonja, grazzi għat-tħabrik ta’ ħija u l-kunjata tiegħu. Issa li ċ-ċerimonji spiċċaw, issa nistgħu niffukaw fuq l-essenza ta’ dan kollu, għax inkella nkunu ċċelebrajna għalxejn. U l-essenza ta’ dan kollu hija l-qdusija ta’ dan il-bniedem: qdusija li issa qiegħda hemm biex tħeġġiġna u tqarribna lejn Sidna Ġesù Kristu.

K

Tibżgħux tkunu qaddisinNibda billi nikkwota lil dan il-Papa mill-omelija li kien għamel fl-okkażjoni tal-kanonizzazzjoni tal-Beata Kinga fis-16 ta’ Ġunju 1999: “La tibżgħux tkunu qaddisin! Ibqgħu mexjin ma’ Kristu, sabiex Huwa jibqa’ fikom! La tħallux li ġewwa qlubkom jintefa d-dawl tal-qdusija! La tibżgħux taspiraw għall-qdusija! La tibżgħux tkunu qaddisin! Minn dawn l-aħħar xhur tas-seklu li wasal biex jintemm u mill-

millennju l-ġdid agħmlu era ġdida ta’ nies qaddisa!“

Ħafna drabi naħsbu fil-qaddisin bħala bnedmin straordinarji, u ngħiduha kif inhi, b’xi ħadd bħal Ġwanni Pawlu II, ikollna raġun naħsbu hekk. Naħsbu li dawn in-nies ikollhom doti speċjali, karatteristiċi partikulari, ħwejjeġ li diffiċli timitahom jew li tieħu eżempju minnhom. Iżda Papa Ġwanni Pawlu II wriena kif dan mhux minnu, anzi ħajtu kienet ikkaratterizzata minn traġedja wara l-oħra, aħbar ħażina wara l-oħra, kuntrarju wara l-ieħor. Mewt fil-familja. Inkwiet f’pajjiżu. Persekuzzjoni tar-reliġjon. Tfixkil fl-istudju. Ġuħ u għaks. Mard. Sofferenzi. Iżda minkejja dan kollu, huwa għaraf jgħix, jgħix b’għan wieħed ewlieni, jgħix għal Kristu. U bħalu, imsejħin li nagħmlu aħna. Id-diskors ikkwotat hawn fuq jitkellem fuq din il-qdusija li hi miftuħa għal kulħadd, għal kull min iridha. Huwa jinkoraġġiena u jgħidilna li din mhijiex xi ħaġa li ma tistax tintlaħaq, mhijiex xi ħaġa li tmur lil hinn mill-kapaċitajiet tal-bniedem. Sintendi l-bniedem ma jridx ikun supperv, u jrid ifittex l-għajnuna ta’ Alla, għax mingħajr din l-għajnuna ma nistgħu nagħmlu xejn, ma nistgħu niksbu xejn, ma nistgħux insiru qaddisin. Irridu nintreħew f’dirgħajn Kristu, nafdaw fih b’għajnejna magħluqa, kif

Page 18: Programm Festa San Ġiljan 2014

18 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

Casual Maltese DinerTypical Maltese food at moderate prices

www.gululu.com.mtSpinola Bay, St. Julians Tel: 21 333 431

Home of the traditional Maltese Ftira

us on our Gululu Kcina Maltija Facebook page

għamel hu. U kif għamlu ħafna.

Proprju kien dan il-messaġġ li ried jagħti l-istess Papa bil-beatifikazzjoni u l-kanonizazzjoni ta’ numru ta’ qaddisin li huwa aktar mid-doppju ta’ dawk li għamlu l-papiet kollha ta’ qablu f’daqqa. Kienu 1,345 l-persuni bbeatifikati fi żmienu, u 485 dawk li saru qaddisin. U jekk wieħed jifli minn kienu dawn it-talin, isib fosthom nies minn kull rokna tad-dinja, nies minn kull grad tas-soċjetà, nies minn kull qasam tad-dinja tax-xogħol, u mhux biss reliġjużi, patrijiet, sorijiet, saċerdoti, isqfijiet, kardinali u papiet, iżda anke ommijiet, missirijiet, koppji miżżewġin. Il-Papa Ġwanni Pawlu II ried jgħinna nifhmu din id-dimensjoni ġdida tal-qdusija. Mhi ġdida xejn fil-fatt, imma forsi qabel ma konniex

iffukajna fuqha daqshekk.

Id-diskors ikkwotat fil-paġna ta’ qabel jitkellem fuq din il-qdusija li hi miftuħa għal kulħadd, għal kull min iridha. Huwa jinkoraġġiena u jgħidilna li din mhijiex xi ħaġa li ma tistax tintlaħaq, mhijiex xi ħaġa li tmur lil hinn mill-kapaċitajiet tal-bniedem. Sintendi l-bniedem ma jridx ikun

supperv, u jrid ifittex l-għajnuna ta’ Alla, għax mingħajr din l-għajnuna ma nistgħu nagħmlu xejn, ma nistgħu niksbu xejn, ma nistgħux insiru qaddisin. Irridu nintreħew f’dirgħajn Kristu, nafdaw fih b’għajnejna magħluqa, kif għamel hu. U kif għamlu ħafna.

Mhux mirakli bissTabilħaqq l-istess Papa li qed nitkellmu dwaru, kellu jgħaddi mill-passatur tal-eżaminaturi tal-Knisja biex ikun jista’ jiġi ddikjarat qaddis. U allura kienu meħtieġa żewġ mirakli, wieħed għall-beatifikazzjoni u ieħor għall-kanonizzazzjoni. L-ewwel wieħed kien jitratta l-fejqan ta’ Swor Marie Simon Pierre Normand mill-marda tal-Parkinson’s li l-istess Papa kien bata ħafna biha fl-aħħar snin ta’ ħajtu, filwaqt li t-tieni miraklu seħħ proprju waqt il-beatifikazzjoni tiegħu, meta

Floribeth Mora Diaz fieqet minn marda kerha f’waħda mill-arterji prinċipali li jwasslu għall-moħħ.

Iżda l-qdusija mhijiex mirakli biss. Dawn huma okkażjonijiet li l-Mulej Alla li jista’ kollox jippermetti biex għalina l-bnedmin ikun aktar faċli għalina li nemmnu. Għax il-bniedem għandu bżonn fatti tanġibbli, irid imiss b’subgħajh bħal Tumas. Imma l-qdusija tirrigwardja mod ta’ għajxien, stil ta’

ħajja, għotja ta’ ħajja. Din hi l-kelma proprja: għotja. Trid tagħti biex taqla’. Trid titlef biex tirbaħ. Trid tmut biex tgħix għal dejjem. Kinitx din il-ħajja ta’ dan il-bniedem kbir? Kienx dan il-perkors tal-ħajja mimlija avventuri u żvinturi ta’ Karol, il-bniedem li ġie minn pajjiż imbiegħed, biex sar Vigarju ta’ Kristu, suċċessur ta’ Pietru?

Hemm testimonjanzi varji minn kull żmien u minn kull qasam tal-ħajja

Page 19: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 19

Casual Maltese DinerTypical Maltese food at moderate prices

www.gululu.com.mtSpinola Bay, St. Julians Tel: 21 333 431

Home of the traditional Maltese Ftira

us on our Gululu Kcina Maltija Facebook page

Page 20: Programm Festa San Ġiljan 2014

20 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

ta’ dan il-bniedem, fejn nies li b’xi mod jew ieħor kellhom x’jaqsmu miegħu fl-istudju, fix-xogħol, fil-missjoni saċerdotali, f’dik episkopali u kardinali; ilkoll stqarrew bla tlaqliq kif dan il-bniedem ma kien iżomm xejn għalih ħlief il-minimu neċessarju. Suttana waħda meta kien saċerdot u eventwalment kappillan fil-Polonja, suttana li ħdaret u li kien jgħaddi d-dawl minnha. Żarbun mherri. U kien hemm min saħansitra ħa għalih meta rregalalu xi par żarbun, jew xi kappott, jew xi indument ieħor neċessarju, iżda li qasir il-għomor kien jgħosfor minn fuq Dun Karol, li malajr ikun sab xi ħadd fi stat ta’ povertà agħar minn tiegħu u rregalahulu.

Iżda Karol, tul ħajtu kollha, mhux biss il-ġid materjali tiegħu qasam mal-proxxmu tiegħu, iżda xi ħaġa oħra imprezzabbli, il-ħin. Ħinu kien ukoll jagħtih lil għajru biex iferrħu, biex jgħinnu, biex jgħallmu. Hekk għamel mar-raħħala u l-gabillotti meta kien kappillan fir-raħal imwarrab ta’ Niegowic. Hekk għamel mat-tfal u ż-żgħażagħ meta eventwalment kien intbagħat fil-parroċċa ta’ St Florian. Magħhom qasam esperjenzi sbieħ fil-kampanja, qalb ix-xmajjar u l-foresti u fuq il-muntanji tal-Polonja. Magħhom ukoll iżda qasam esperjenzi ta’ tagħlim utli għall-ħajja, kemm dik materjali, kemm

dik emozzjonali, u fuq kollox dik spiritwali. Dan ma waqafx jagħmlu meta kien magħżul bħala isqof ta’ Krakovja, u eventwalment anke arċisqof u saħansitra kardinal. Sab ħin għall-istudju, iżda qatt ma naqas milli jiddedika biżżejjed ħin għall-bżonnijiet tal-oħrajn.

U jekk naħsbu li ħajtu kienet mimlija daqs bajda b’dan kollu, inkunu qed inħallu barra parti importanti u għalih essenzjalissima minn ħajtu. It-talb u l-meditazzjoni. Iva, kien isib ħin għal dan ukoll. Anzi huwa kien jemmen, u dan stqarru pubblikament kemm-il darba, li t-talb u l-meditazzjoni huma s-sorsi tal-enerġija li lilu żammitu għaddej tul ħajtu kollha. Xhud ta’ dan huwa Stanlislao Dziwisz, li akkumpanja lil Karol għal erbgħin sena sħaħ sa minn meta kien isqof u tul il-papat tiegħu kollu, billi huwa kien is-segretarju privat tiegħu. Jgħidilna pereżempju li, qabel kull ċelebrazzjoni pubblika kien ikun irid iqatta’ mumenti ta’ talb u meditazzjoni fis-silenzju. Dan rajnieh aħna stess jagħmlu hekk kif daħal fil-knisja tagħna għal-laqgħa tiegħu mal-intellettwali. Huwa nesa l-mistednin kollha li kien hemm fil-knisja u mar dritt quddiem il-kurċifiss kbir li hemm wara l-altar ewlieni, niżel għarkupptejh quddiemu u dam mad-disa’ minuti f’silenzju assolut, maqtugħ minn dawk kollha li kienu qed iħarsu lejh ftit jew

wisq sorpriżi b’dan il-ġest.

Fid-diskors tiegħu fiċ-Ċerimonja ta’ Akkoljenza għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li sar f’Ruma fis-sena tal-Millennju l-Ġdid (2000) huwa ħeġġeġ lill-miljuni ta’ żgħażagħ miġbura hemmhekk u lilna:

“Fittxu li jkollkom l-esperjenza tat-talb, fejn tħallu l-Ispirtu jkellem lil qlubkom. Li titlob ifisser li tikkonċedi ftit minn ħinek għal Kristu, fejn tintelaq kompletament fih, u fis-silenzju tisma’ l-kelma tiegħu, u tħalliha tidwi f’qalbek. “

Dziwisz jgħidilna wkoll li anke meta kien papa, Ġwanni Pawlu kien ikun irid iqerr tal-anqas darba

Page 21: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 21

fil-ġimgħa. Għaliex huwa kien jemmen bis-sħiħ fl-imħabba infinita ta’ Alla l-Imbierek, li għamel kollox, ta kollox, saħansitra lil Ibnu l-waħdieni, għalina. F’Denver, f’edizzjoni oħra tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, seba’ snin qabel, proprju fil-jum konklussiv ta’ manifestazzjoni oħra massiċċa taż-żgħażagħ mid-dinja kollha, Ġwanni Pawlu II nsista biex ikollna l-kuraġġ li nemmnu fl-Aħbar it-Tajba tal-Vanġelu u ħeġġeġ il-miġemgħa biex:

“Iftħu moħħkom u qlubkom għas-sbuħija ta’ dak kollu li Alla għamel għalina u għall-imħabba speċjali tiegħu, imħabba personali fil-konfront ta’ kull wieħed u waħda minnkom. Isimgħu leħnu u segwuh kull fejn isejħilkom!”

Ma’ Marija, Nistgħu Naslu Marija kienet preżenti fil-ħajja kollha ta’ dan il-bniedem. Forsi l-fatt li tilef lil ommu meta kien għad kellu biss disa’ snin, kellu effett f’ħajtu f’dan is-sens. Nafu wkoll li sa minn kmieni f’ħajtu huwa kien espost għall-immaġini ta’ Marija. Jidher ukoll li kien imħajjar jidħol mal-patrijiet Karmelitani, iżda l-parir li ngħata kien li aktar kien hemm bżonn il-ħidma tiegħu bħala saċerdot djoċesan. Madanakollu qatt ma ntfiet il-ġibda tiegħu lejn Marija. Il-labtu tagħha kien iżommu dejjem fuq sidru, qrib qalbu. Dan kien ukoll evidenti meta ddaħħal b’emerġenza l-Isptar Gemelli wara li kien intlaqat serjament minn żewġ tiri ta’ arma tan-nar fi Pjazza San Pietru, proprju fil-Jum tal-Festa tal-Madonna ta’ Fatima, nhar it-13 ta’ Mejju 1981. Huwa kien konvint li kienet hi li ħelsithielu dakinhar. Għax Marija tintervjeni għalina. Hija tinterċedi għalina kontinwament quddiem it-Tron tal-Missier. San Ġwanni Pawlu II kien konvint minn dan u dejjem fittex li jikkonvinċi lilna, li ma’ Marija, nistgħu naslu għand Binha Ġesù.

Page 22: Programm Festa San Ġiljan 2014

22 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

Il-Programm tal-FestaIs-Sibt, 23 ta’ Awwissu6.45pm Il-vara ta’ San Ġiljan tal-Ban-da Spinola titlaq fuq dgħajsa mill-pont tal-Qaliet. Il-vara tkun akkumpanjata minn inġenji tal-baħar. Mad-dħul tal-vara f ’Xatt is-Sajjieda jitkanta l-innu popolari.

7.45pm Quddiesa fix-xatt mill-Kappillan Fr Claude Portelli (illum ma ssirx il-qud-diesa tas-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali). Il-quddiesa tkun animata minn Andrew Cauchi. Wara l-quddiesa jkun hemm attiv-ità fl-istess post.

Il-Ħadd, 24 ta’ Awwissu 7.00pm Is-Saċerdot Novell Fr Paul Mizzi jiċċelebra l-Prima Messa fil-Knisja Parrok-kjali bħala radd il-ħajr lill-Mulej.

It-Tnejn, 25 ta’ AwwissuJum id-dilettanti tal-Festa

7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali ssir qud-diesa għad-dilettanti tal-festa, għall-kaċċa-turi u dawk li jġibu isem il-patrun San Ġiljan bis-sehem tas-St Julian’s Choral Group immexxi mis-Sur Pio Dalli. Iqad-des il-Kappillan Fr Claude Portelli. Wara jsir il-ħruġ tal-vara artistika ta’ San Ġiljan min-niċċa.

It- Tlieta, 26 ta’ AwwissuJum l-Anzjani

Fil-Knisja ta’ Lapsi, fis-6.00 pm se tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-mor-da li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija. Din se tkun

immexxija minn Fr Stefan Attard, u animata mis-St Julian’s Choral Group.

Wara jkun hemm riċeviment żgħir għall-anzja-ni fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi.

Fis-7.00pm ikun hemm quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.

L- Erbgħa, 27 ta’ Awwissu Jum it-Tfal

7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi ċċel-ebrata quddiesa għat-tfal mill-Kappillan Fr Claude Portelli, organizzata mill-Kummissjoni Tfal tal-Parroċċa u animata mis-St Julian’s Chil-dren’s Choir. Waqt il-quddiesa ssir il-vestizz-joni tal-abbatini l-ġodda.

Wara ssir purċissjoni għat-tfal bil-vara ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali u tgħaddi minn Triq il-Kbira, Triq Lapsi sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-purċissjoni tiġi akkumpanjata mill-Banda Spinola. Wara t-tfal ikollhom festin.

Il-Ħamis, 28 ta’ Awwissu Jum l-Għaqdiet

7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali, se tiġi organiz-zata quddiesa mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali li għaliha huma mistiedna l-kummissjonijiet parrokkjali u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Il-quddiesa se tiġi ċċelebrata minn Fr Joe Zammit u se tkun animata mis-St Julian’s Choral Group. Wara l-quddiesa titkanta l-antifona “Beate Juliane” u ċ-ċelebrazzjoni tintemm bil-kant tal-innu popolari.

Page 23: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 23

F’din il-quddiesa, il-membri tal-kummiss-jonijiet u l-għaqdiet jippreżentaw l-għotja tagħhom lill-Kappillan, li din is-sena se tmur b’risq il-proġetti ta’ karità tal-Par-roċċa.

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Awwissu Jum il-Familja

7.00pm Fil-Knisja Parrokkjali se tiġi orga-nizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għandhom xi anniversarju taż-żwieġ u koppji li kellhom tarbija f ’din l-aħħar sena. F’din il-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan. Jiċċelebra l-quddiesa Fr Brendan Gatt.

Is-Sibt, 30 ta’ Awwissu Lejliet il-Festa

5.00pm Il-quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi titqaddes minn Fr Robert Grech, Viċi Kap-pillan tal-Parroċċa tas-Swatar.

6.00pm Issir translazzjoni solenni tar-re-likwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi għall-Knisja Parrokkjali mmexxija mill-E.T. Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Apposto-liku għal Malta.

6.30pm Quddiesa solenni li se tiġi mmexxija mill-E.T. Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Appostoliku għal Malta. Jieħ-du sehem l-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro Brian Ce-fai. (Illum ma ssirx il-quddiesa fit-7.45pm)

Il-Ħadd, 31 ta’ AwwissuJum il-Festa

Il-ħin tal-quddies: 8.00am, 9.00am (il-Knis-ja ta’ Lapsi), 9.30am (Solenni), 11.45am (minflok tal-12.15)

9.30am Fil-Knisja Parrokkjali tiġi organizza-ta quddiesa solenni bis-sehem tal-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro Brian Cefai. Tiġi esegwita l-quddiesa Santa Cecilia ta’ Gounoud. Il-quddiesa tiġi ċċelebrata minn Fr Paul Mizzi filwaqt li jinseġ il-paniġierku f ’ġieħ il-patrun San Ġiljan, W.R. Kan. Jonathan Farrugia.

6.00pm Fil-Knisja Parrokkjali tiġi ċċelebrata quddiesa letta.

7.00pm Ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ San Ġiljan, immexxija minn Fr Paul Mizzi. Jingħata wkoll salut mill-kaċċa-turi. Il-Banda Stella Maris ta’ Tas-Sliema, iddoqq l-innu popolari u wara takkumpanja l-purċissjoni matul it-toroq: Forrest, Mensija, San Ġorġ, il-Kbira, Lapsi, St Angelo, B’Kara Hill, il-Kbira u Ġorġ Borg Olivier.

8.00pm Marċ mill-Banda S. Gabriel ta’ Ħal Balzan tul Triq Ġorġ Borġ Olivier. Wara tilqa’ l-istatwa titulari ta’ San Ġiljan fil-pjazza u takkumpanjaha sal-Knisja.

10.15pm Il-Ġiljaniżi jkunu jistgħu jerfgħu l-istatwa ta’ San Ġiljan minn ħdejn is-Saddles sal-Għassa tal-Pulizija biss.

11.00pm Id-dħul tal-vara fil-Knisja l-istatwa tiġi milqugħa bil-kant tal-antifona “Beate Juliane” ta’ Dr Paolo Nani mill-Amadeus Chamber Choir. Wara ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika u jitkanta l-innu ta’ San Ġiljan.

Page 24: Programm Festa San Ġiljan 2014

24 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

Qed nikteb dan l-artiklu l-għada tal-Ordinazzjoni Presbiterali tiegħi, meta ż-żejt qaddis li Mons. Arċisqof dilikli jdejja bih għadu bilkemm nixef u meta bilkemm għadni nemmen li l-Mulej fdali f’idejja dan il-misteru qaddis tas-saċerdozzju ministerjali.

Inħossni kuntent ħafna u nixtieq naqsam magħkom xi ħsibijiet li għaddew minn moħħi waqt il-quddiesa tal-Ordinazzjoni. Naturalment dan diffiċli nagħmlu fi ftit kliem imma sa nipprova nikteb dwar l-aktar mumenti sinifikanti għalija.

Qabel l-Ordinazzjoni, għall-ħabta tal-5pm, inġbarna s-seba’ djakni li konna se niġu ordnati fl-oratorju tal-kunvent tal-patrijiet Franġiskani Konventwali fil-Belt Valletta biex ngħidu l-Għasar flimkien u nitolbu ‘l Alla jimliena bil-qawwa tal-Ispirtu Qaddis tiegħu f’dak il-mument tant important għalina u għall-Knisja Maltija.

Wara dan morna l-Konkatidral ta’ San Ġwann fejn ilqajna lill-mistidnin tagħna u ħadt pjaċir li ltqajt ma’ wħud mill-parroċċa li ġew għal din l-okkażjoni. Naprezza verament il-preżenza ta’ kull persuna li attendiet u oħrajn li segwewni permezz tal-’live streaming’.

Meta sar il-ħin dħalna proċessjonalment biex nibdew il-quddiesa. Kien mument ta’ ferħ u eċitament kbir imma fl-istess ħin ta’ kuraġġ għax ħassejtni mdawwar minn għadd sabiħ ta’ nies li ġew biex jaqsmu miegħi dan il-mument; fosthom il-mamà tiegħi, ħija, zijiet, kuġini u qraba oħra (uħud minnhom ġew minn barra minn Malta), saċerdoti u seminaristi, ħbieb u eks kollegi tax-xogħol fejn kont

L-OrdINAZZJONI TIEGĦIFr Paul Mizzi

Page 25: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 25

naħdem, kif ukoll, kif diġà għidt, il-Ġiljaniżi. Waqt il-Liturġija tal-Kelma, li għażilna aħna, laqatni ħafna r-ritornell tas-salm “Hawn jien ġej biex nagħmel ir-rieda tiegħek” għax din it-tema rrifletejt fuqha ħafna drabi waqt il-mixja ta’ dixxerniment għall-vokazzjoni saċerdotali tiegħi.

Mill-Vanġelu laqatni l-kliem “jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.” Naħseb dan hu messaġġ qawwi li mmu-tu għalina nfusna biex jidher Kristu fina li jagħmel il-frott permezz tagħna. Żewġ punti li laqtuni fl-omelija kienu 1. li aħna li ġejna ordnati għandna teżor f’idejna – il-bniedem u 2. li l-grazzja tal-Ordinazzjoni tidher fid-dgħu-fija tagħna speċjalment meta niċċelebraw is-sagrament tar-rikonċiljazzjoni.

Waqt ir-Rit tal-Ordinazzjoni, il-mumenti li kienu l-aktar emozzjonanti għalija kienu 1. waqt li konna mixħutin fl-art filwaqt li l-miġemgħa kienet qed titlob għalina bil-kant tal-litanija tal-qaddisin. F’dan il-mu-ment nuru x-xejn tagħna quddiem Alla u nintelqu f’idejh biex imexxina hu filwaqt li nitolbu l-għajnuna ta’ dawk li telqu qabilna; 2. It-tqegħid tal-idejn fuq rasna, li hu l-mument tal-Ordinazzjoni, kif ukoll id-dlik tal-idejn biż-żejt qaddis, li hu sinjal tal-konsagrazzjoni tagħna lil Alla.

Il-Funzjoni xxandrat permezz ta ‘live streaming’ fuq l-internet u għalhekk xi wħud li kienu barra minn Malta jew ma setgħux jiġu kellhom l-opportunità li jsegwu mill-qrib l-Ordinazzjoni. Kelli ‘feedback’ pożittiv dwar dan u ta’ dan nirringrazzja lil dawk li offrew dan is-servizz. Nirringrazja wkoll lil dawk kollha li tellgħu ritratti fuq Face-book biex jaqsmu l-ferħ mal-oħrajn.

Jekk Alla jrid, bħala parti mil-festa ta’ San Ġiljan, se niċċelebra l-ewwel quddiesa so-lenni tiegħi bħala ringrazzjament ‘l Alla għad-don li rċevejt mingħajr ma jistħoqqli. Narakom!

Nawgura lil kulħadd il-festa t-tajba.

Page 26: Programm Festa San Ġiljan 2014

26 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

‘Marzu tal-2003, ġie ffurmat is-St Julian’s Choral Group; bosta membri kienu membri tal-kor St Julian’s Choir, taħt id-direzzjoni ta’ Dun Ġwann Galea, li kien ġie xolt xi ftit żmien qabel. Ronnie Galea kien determinat li jkompli, u wara li rċieva rispons tajjeb minn bosta nies,

ifforma l-kor preżenti, li s’issa għadu jkanta u jissaħħaħ għal aktar minn 11-il sena.

Bl-għajnuna tal-kappillani kollha, il-kor beda taħt it-tmexxija ta’ Dr Mro. Joseph Gatt u l-organista Chev. Patrick Falzon Gough u ħa sehem f’ħafna ċerimonji liturġiċi fil-parroċċa u kompla f’parroċċi oħra wkoll, u anke f’kunċert ta’ xoġħlijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa tal-kompożitur famuż Malti Mro Paolo Nani.Fl-2006, il- Mro Joseph Gatt kellu jħalli l-kariga tiegħu minħabba pressjoni ta’ xogħol ieħor u l-kor għadda taħt id-direzzjoni ta’ Pio Dalli, li kien membru mill-bidu, u huwa solista baritonu wkoll. Edward Grech kien laħaq l-organista u kompla sakemm kellu jieqaf ukoll. Marie Claire Gatt, it-tifla tal- Mro J. Gatt, saret l-organista u għadha sal-illum mas-St Julian’s Choral Group.

F

Saint Julian’s Choral Group

Kitba ta’Vincent Vassallo

Page 27: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 27Matul dawn il-11-il sena, il-kor għamel progress kbir u żied fil-membri u l-attivitajiet u l-kunċerti. Barra l-funzjonijiet fil-parroċċa, bħal fil-festa tax-xitwa ta’ San Ġiljan, żmien il-Għid, il-Festa f’Awwissu u żmien il-Milied, ikanta f’okkażjonijiet oħra matul is-sena. Kanta u għadu jkanta mal-Banda San Ġiljan u l-Banda Spinola u f’diversi attivitajiet bħal tiġijiet, funerali, kunċerti fi djar tal-anzjani, f’kunventi tas-sorijiet u f’attivitajiet soċjali oħra.

F’ Ottubru 2012, il-kor mar żjara sa Montecchio Maggiore, fil-provinċja ta’ Venezja, l-Italja, biex ikanta mal-kor Taljan Sisilla Coro. Kienet żjara sabiħa minn kull lat; vaganza vera b’dawriet, żjarat, ikel, xorb, kunċerti sbieħ, ħbiberija u għaqda. Grazzi għall-kunsill tal-provinċja Taljana u speċjalment għal Caroline Rossitto, li kienet il-kordinatriċi.

F’April 2013, ġiet reċiprokata ż-żjara fl-Italja, u l-Coro Sisilla ġie għal żjara hawn Malta. Ġew imdawra ma’ ħafna postijiet ta’ valur f’ Malta u Għawdex u l-Ħadd 30 ta’ April, iz-żewġ korijiet taw kunċert sabiħ fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan. Wara sar riċeviment kbir. Meta n-nies jaraw, jisimgħu u jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet, l-isem u l-fama tas-St Julian’s Choral Group jikbru u jissaħħu u parroċċi oħra jitolbu biex il-kor ikanta fil-knejjes tagħhom. Dan jitlob impenn qawwi mill-membri, li ħafna minnhom huma minn tal-bidu, u mid-direttur u l-organista.

Il-kor jorganizza żewġ festini kbar għall-membri, il-familjari u l-ħbieb, ħarġiet , drammi, eċċ. Il-membri jingħataw rigal sabiħ ta’ tifkira u ringrazzjament fil-bidu tas-sena. Dan kollu għax l-impenji kontinwi jitolbu dedikazzjoni u imħabba, biex waqt li jifirħu huma u jagħtu l-frott tat-talenti tagħhom, iferrħu lil ħaddieħor bil-kant, bit-talb u l-eżempju tal-volontarjat fil-fażi kulturali kemm f’ San Ġiljan u f’ Malta u Għawdex.

Is-St Julian’s Choral Group huwa ħolqa oħra integrali fil-ħajja tal-Parroċċa u l-impenn Nisrani ta’ kull wieħed u waħda minnha.

Grazzi lil Ronnie Galea, li hu l-mutur permanenti, f’kull qasam tal-kor; lil Pio Dalli, id-Direttur, li b’ impenn u paċenzja jgħallem u jmexxi ‘l fuq minn tletin korista; lil Marie Claire Gatt li tikkumpanja l-kor bl-orgni u t-tmexxija u l-pariri; lil Brandon Attard, korist żagħżugħ li jgħin fit-tmexxija u d-direzzjoni; lill-membri tal-kor, il-koristi dedikati li jagħtu qalbhom u lill-ħbieb sinċieri li jagħtu l-għajnuna f’waqtha.

Grazzi lill-Kappillan Fr Claude Portelli li jinkoraġġina ħafna u lill-eks majestri, kemm Joe Attard kif ukoll lil Dun Ġwann Galea, tal-pariri u l-kontribut tagħhom.

Nawguraw futur sabiħ u aktar suċċessi lis-St Julian’s Choral Group.

Page 28: Programm Festa San Ġiljan 2014

28 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

1

2

3

4 5

113 ta’ Settembru 2013 - Quddiesa ta’ ringrazzjament fi tmiem

il-ħidma pastorali ta’ Fr Robert Grech bħala Viċi fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan.

2 26 ta’ Ottubru 2013 - Ċelebrazzjoni tal-Gri żma tal-Isqof li tmexxiet

minn Mons. Carmelo Zammit flimkien mal-kappillan Fr Claude Portelli.

323 ta’ Novembru 2013 - Il-festa ta’ Kristu Re. Din il-funzjoni mill-isbaħ

tmexxiet mill-Mons. Isqof Pawlu Cremona flimkien ma’ tfal minn Malta kollha.

ĠrAJJIET U ATTIVITAJIET FIL-PArrOĊĊA

2013-14

Page 29: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 29

6

7

8 9

4 2 ta’ Diċembru 2013- ‘Helpers’ mill-passat u dawk tal-preżent

ingħaqdu biex jiċċelebraw l-anniversarju tat-30 sena minn meta fetaħ il-Book Centre tal-Parroċċa.

58 ta’ Diċembru 2013 - Issir quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa tal-Kunċizzjoni.

Issir ukoll preżentazzjoni ta’ Ostensorju ġdid u wara sar riċeviment żgħir ħdejn il-Kappella tal-Kunċizzjoni.

6 25 ta’ Diċembru 2013 – Fil-jum tal-Milied tiġi ċċelebrata l-quddiesa ta’

nofsillejl fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan. Qabel il-quddiesa kien hemm il-kant tal-għanjiet tal-Milied mill-Amadeus Choir, segwita mill-prietka tat-tfal.

731 ta’ Diċembru 2013 – Quddiesa tal-aħħar tas-sena.

824 ta’ Jannar 2014 - Ġiet iċċelebrata quddiesa mill-Kappillan ta’ San Ġiljan

Fr Claude Portelli fil-kappella dedikata lil San Ġiljan ġewwa l-Isla fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Ġiljan.

9 25 ta’Jannar 2014 – Issir il-festa liturġika ta’ San Ġiljan li tmexxiet mill-

Kapillan Fr Claude Portelli u animata mis-St Julian’s Choral Group taħt it-tmexxija tas-Sur Pio Dalli u l-organista Marie Claire Gatt.

Page 30: Programm Festa San Ġiljan 2014

30 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

10

11

12

13

Page 31: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 31

14

15

16

105 ta’ Marzu - Ras ir-Randan – Quddiesa u adorazzjoni tas-salib.

11 19 ta’ Marzu 2104 - Irtir ta’ nofstanhar li l-Parroċċa San Ġiljan torganizza kull sena fiż-żmien tar-

Randan. Din is-sena mexxa l-irtir is-Sur Tonio Caruana.

1231 ta’ Marzu 2014 – Sar kors ta’ eżerċizzi tar-Randan li tmexxa minn Fr Martin Cilia.

136 ta’ April - Isir it-52 Anniversarju tal-Pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ Lapsi għall-Mellieħa li kien beda

il-mibki Dun Anton Sciberras.

14 11 t’ April 2014 - Pellegrinaġġ bl-istatwa tad-Duluri b’meditazzjoni tul it-triq dwar

is-seba’ duluri ta’ Marija.

1513 t’ April 2014 – F’ Ħadd il-Palm tiġi organizzata quddiesa mill-kummissjoni tfal fl-okkażjoni ta’

Ħadd il-Palm li tmexxiet mill-Kapillan Fr Claude Portelli bis-sehem tal-’iscouts’.

1614 t’April 2014 - Issir il-Via Sagra fit-toroq tal-parroċċa ta’ San Ġiljan

1717 ta’ April 2014 – Ċelebrazzjoni ta’ ħamis ix-Xirka fejn saret iċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn.

17

Page 32: Programm Festa San Ġiljan 2014

32 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

18

19

20

21

1819 ta’ April 2014 – il-Ġimgħa l-Kbira - Fit-3.00 pm saret il-funzjoni li tfakkar il-passjoni

u l-mewt ta’ Ġesù Kristu. Matul din il-funzjoni nqara r-rakkont tal-passjoni.

1920 ta’ April 2014 - Sibt il-Għid - Issir il-funzjoni tal-Vġili tal-Għid li tmexxiet mill-kappillan Fr

Claude Portelli u Fr Stefan Attard.

201 ta’ Mejju - ‘Family Fun Day’ - Il-Kummissjoni Tfal tal-parroċċa San Ġiljan organizzat

‘Family Fun Day’ fis-Seminarju li kienet tinkludi quddiesa u diversi attivitajiet divertenti għall-familja kollha.

2129 ta’ Mejju 2014 – Purċissjoni u l-inkurunazzjoni tal-Madonna f’ għeluq is-sena Katekista.

2221-22 ta’ Ġunju 2014 – Funzjoni tal-Ewwel Tqarbina u l-purċissjoni Ta’ Corpus.

22

Page 33: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 33

231 ta’ Lulju 2014 – Rev. Paul Mizzi jiġi ordnat saċerdot mill-Arċisqof ta’ Malta Pawlu

Cremona f’ ċerimonja fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann.

Awguri Fr Paul

Page 34: Programm Festa San Ġiljan 2014

34 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

RENDIKONT FINANZJARJU FESTA 2013

DĦUL 2012

ĦRUĠ

2013

20122013

Assigurazzjoni1

Ġbir għall-festa2

Pubblikazzjoni tal-festa‘Fund Raising’3Donazzjonijiet4

Total

AssigurazzjoniDwal tat-toroqLiturġija5

Divertiment6

FratelliBillbord

Total

Bilanċ -€2,834 -€2,879

€ 750€ 8,608€ 1,905€ 1,513

€ 0

€ 12,776.00

€ 2,265€6,660€3,194 €3,017€328€146

€ 15,610

€ 2,575€6,000€ 4,110€2,058€346

€141.00

€ 15,230

€ 0€ 8,127€ 770

€ 1,790€ 1,750

€ 12,437.00

Page 35: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 35

Noti

1.Din hija s-somma miġbura minn diversi kumitati tal-festa.2.Din hija s-somma miġbura mill-envilops imqassma mal-’Flimkien’.3.Din hija s-somma miġbura mil-lejla Maltija.4.Donazzjonijiet miġbura f’Awwissu.

Din il-figura tinqasam hekk:

5. 2013 (€ )2012(€ )

Il-Fuljett 1,197 1,223Il-Fjuri 295 756Il-Kor 0 551L-Orkestra 1,484 1,580it-Tindif 218 0 3,194 4,110

6. 2013(€ ) 2012(€ )

Ix-Xorb 243 297Il-Ġelat 75 85Il-Kiri tas-siġġijiet: 90 0Ir-Riċeviment 1,609 676Spejjeż Ohra 1,000 1,000 3,017 2,058

Page 36: Programm Festa San Ġiljan 2014

36 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

1

2

3

4 5

1 Qed isir xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bankijiet tal-knisja u saru

kuxins ġodda għal kull bank.2

Ġie illustrat mill-ġdid l-armadju u l-għamara tas-sagristija tal-Knisja

Parrokkjali u dik tal-Knisja ta’ Lapsi.

3Sar ‘refurbishment’ estensiv tal-kappella tal-Adorazzjoni.

rESTAWr u XOGĦLIJIET

6

4Irħama bl-ismijiet tal-kapillani tal-parroċċa. 5 Ġew imqaxxrin u

ngħataw il-lostru kemm il-bieb prinċipali kif ukoll

il-bibien tal-ġnub tal-knisja parrokkjali.

6Tibdil tal-art bi rħam ġdid għall-presbiterju fil-Kappella tal-Kunċiżżjoni.

7Ġie restawrat l-inkwatru ta’ Sant’Antnin li jinsab fis-sagristija. 8

Tlesta s-sett kollu ta’ dvalji għall-artali kollha tal-knisja. Rakkmu u ħjata tas-Sur George Cassar, minn Għawdex.

Page 37: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 37

7

8 9

9 Kien ilu ħafna jinħass il-bżonn li jsir restawr fuq l-istatwa ta’ San Ġużepp. Din l-istatwa hija xogħol ta’ Karlu Darmanin u hu maħsub li saret qabel dik ta’ San Ġiljan, madwar 130 sena ilu. Kienet għalhekk deċiżjoni għaqlija min-naħa tal-Kapillan li jirrestawra din l-istatwa. Il-proċess ta’ konservazzjoni beda billi saret analiżi tal-ħsarat illi kellha l-istatwa. L-ikbar ħsarat kienu dawk strutturali billi l-istatwa kienet qed turi sinjali ta’ xquq u qsim f’ diversi partijiet tal-istatwa u l-libsa. Apparti minn hekk kien hemm ħsara kbira fl-isħaba ta’ isfel ikkaġunata mill-umdità ta’ matul is-snin.

L-ewwel fażi kienet tikkonsisti fit-tindif ġenerali tal-istatwa,

speċjalment tindif fuq l-uċuħ ta’ San Ġużepp u l-Bambin biex jerġa’ joħroġ il-kulur tal-karnaġġjon oriġinali.

It-tieni fażi kienet it-tisħiħ tal-istruttura. L-isħaba tan-naħa t’isfel tal-istatwa kienet mifqugħa minħabba l-umdità u kellu bżonn isirilha xogħol estensiv. Din il-parti t’isfel reġgħet ingħatat il-kulur oriġinali tal-abjad fiċ-ċilesti.

It-tielet fażi kienet tkopri l-estetika tal-vara. Kien hemm partijiet fejn id-deheb kien ingiref u kellu jerġa’ jiġi ndurat mill-ġdid bit-trab tad-deheb, u wara jitqabbel ma’ dak antik. Kien hemm bżonn li jsir xogħol delikat biex jissewwa l-qsim f’ diversi partijiet tal-libsa u l-istatwa nnifisha. Sar ukoll xogħol tar-restawr

biż-żebgħa taż-żejt fuq il-kulur u d-disinn tal-libsa biex jerġa’ joħroġ il-kulur kannella u d-disinni oriġinali. Ġie restawrat ukoll id-disinn oriġinali tal-kmiem u l-għonq tal-libsa tal-Bambin u l-għonq tal-libsa ta’ San Ġużepp. Ir-raġġieri ta’ San Ġużepp u l-Bambin reġgħu saru mill-ġdid, kif ukoll il-bastun ta’ San Ġużepp li reġa’ sar fuq id-disinn oriġinali.Il-ħajt ta’ madwar in-niċċa sarulu toqob aktar adekwati għall-ventilazzjoni biex tiċċirkola l-arja u titnaqqas l-umdità. Ix-xogħol ta’ restawr sar minn Robert Bartolo.

Page 38: Programm Festa San Ġiljan 2014

38 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

Page 39: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 39

Il-Programm t’ Attivitajiet mill-Banda San Ġiljan

Is-Sibt, 23 ta’ Awwissu 2014

8.30pm Kunċert mill-Banda San Ġil-jan waqt il-Lejla Maltija li se tiġi orga-nizzata mill-parroċċa f’Xatt is-Sajjieda. Il-Banda, taħt id-direzzjoni tas-Sur-mast Etienne Spiteri, se ddoqq mużi-ka popolari.

It-Tnejn, 25 ta’ Awwissu 2014

7.45pm Il-Banda San Ġiljan tilqa’ l-Istatwa ta’ San Ġiljanfuq iz-zuntier tal-knisja bl-Innu ta’ San Ġiljan u wara tissokta bil-marċi tagħha minn dawn it-toroq: Lapsi, il-Kbira,il-Pjazza tal-Qalb ta’ Ġesù, San Ġorg, il-Mensija, Forrest, San Ġorg sal-Każin.

L-Erbgħa, 26 ta’ Awwissu 2014

8.30pm Riċeviment fil-każin għall-membri, rappreżentanti tal-għaqdiet ta’ San Ġiljan u misted-nin oħra distinti.

Il-Ġimgha, 29 ta’ Awwissu 2014

8.30 Il-Banda San Ġiljan tagħmel marċ li jibda mit-tarf ta’ Telgħet B’Kara u jkompli fi Triq Sant’ Anġlu, Lapsi,

il-kbira, San Ġorg sal-Każin.

Is-Sibt, 30 ta’ Awwissu 2014

8.30pm Il-Banda San Ġiljan tagħmel marċ li jitlaq minn ħdejn il-knisja ta’ Lapsi għal Triq Sant’Anglu, il-Karmnu, il-Kbira, San Elija, Sant’ Anġlu, Telgħet B’kara,il-Kbira,Triq Ġorġ Borg Olivier, għall-Pjazza Spinola fejn tingħaqad mal-Banda Spinola u jindaqq l-Innu ta’ San Ġiljan. Il-Ħadd, 31 ta’ Awwissu 2014

10.30am Il-Banda San Ġiljan tagħmel il-marċ tradizzjonali tagħha “ta’ nofsinhar’’, minn ħdejn il-knisja tal-Kunċizzjoni għal Triq San Ġorg, il-Pjazza tal-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Kbira, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq San Ġorġ sal-Każin.

7.00pm: Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris mistiedna tal-Banda San Ġiljan, iddoqq l-innu popolari waqt il-ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa artisitika ta’ San Ġiljan, u wara takkumpanja l-purċissjoni matul Triq Forrest, Men-sija, Triq San Ġorġ, Triq il-Kbira, Triq Lapsi, Triq Sant’ Anġlu, Telgħet B’kara, Triq il-Kbira,u Triq Ġorġ Borg Olivier.

Page 40: Programm Festa San Ġiljan 2014

40 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

Page 41: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 41

Is-Sibt, 23 t’ AwwissuIt-Tħabbira tal-Festa18.45 L-istatwa ta’ San Ġiljan, xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi fl-1992, li tħaddan is-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987, tiddawwar mill-Ponta tal-Qaliet tul ix-xatt ta’ ġewwa f’ attività organizzata mill-Parroċċa ta’ San Ġiljan. Mad-dħul tal-istatwa f’Xatt is-Sajjieda, jitkanta l-”Innu Popolari” lil San Ġiljan ta’ Mro Angelo Pullicino.

It-Tnejn, 25 t’ Awwissu Ħruġ tal-vara minn niċċa19:45 Il-Kumitat tas-Soċjetà jattendi bi ħġaru għaċ-ċeremonja tal-Ħruġ tal-vara artistika ta’ San Ġiljan Ospitalier min-niċċa ġewwa l-Knisja Parrokkjali.

It-Tlieta, 26 t’ Awwissu Jum iż-Żgħażagħ u l-Anzjani20.00 Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987, akkumpjanata bl-istandardi tas-Soċjetà, li jibda mill-Każin tas-Soċjetà fi Triq Luigi Apap għal Triq San Ġorġ, Triq Ross, Triq il-Knisja, Triq Spinola, il-ponta tal-Qa-liet sa Xatt is-Sajjieda. 21.15 Programm Mużikali Annwali mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Mro Aldo Minuti, f’ Xatt is-Sajjieda. Il-preżentazzjoni tal-pro-gramm hija f’ idejn il-preżentatur tal-programm MarċiFest fuq Radju Malta, Daniel Vella.

L-Erbgħa, 27 t’ Awwissu L-Ewwel Jum tat-TriduJum it-Tfal20:00 Purċissjoni għat-tfal bil-Vara ta’ San Ġiljan, xogħol Chris Micallef, mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan Ospitalier għal Triq Lapsi, sal-Knisja ta’ Lapsi. Takkumpanja l-purċissjoni

s-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987.Wara l-purċissjoni tat-Tfal-Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 li jibda mill-Knisja ta’ Lapsi għal Triq Lapsi, Triq San Mikiel, Triq San Mark, Triq Lapsi, Telgħet B’Kara, Trejqet il-Bajja, Triq Alfred Gauci sat-tarf u lura, Trejqet il-Bajja, Triq il-Kbira sa Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù.

Il-Ħamis, 28 t’ Awwissu It-Tieni Jum tat-Tridu Jum l-Għaqdiet tal-Parroċċa21.00 Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 fejn takkumpanja l-istatwa ta’ Malta Rebbieħa, xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi fl-1997, mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan Ospitalier għal Triq Lapsi, Triq il-Kbira fejn f’Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù tittella’ l-istatwa ta’ Malta Rebbieħa fuq il-Kolonna. Il-marċ jissokta minn Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù għal Triq Wied Għomor, Triq il-Mensija, Triq Forrest, Triq il-Mensija, Triq San Ġorġ, Triq Ross fejn tiġi nawgurata sorpriża mill-Kum-missjoni Armar. Il-marċ jissokta tul Triq Ross għal Triq Luigi Apap sal-Każin tal-istess Soċjetà.

Il-Ġimgħa, 29 t’ Awwissu It-Tielet Jum tat-Tridu Jum il-Familja20.00 Marċ mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 li jibda mill-Kazin tas-Soċjetà fi Triq Luigi Apap għal Triq San Ġorġ, Triq Sant’ Andrija, Triq Elija Zammit, Trejqet Dragonara, Triq Ball, Triq il-Wilġa, Triq il-Knisja, Triq Schreiber, Vjal Paceville, Triq Ross fejn minn Triq Luigi Apap il-Banda tak-kumpanja l-istatwa tal-Papa Ġwanni Pawlu II, xogħol il-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi fl-1995. Il-marċ jissok-ta tul Triq San Ġorġ sa Misraħ il-Qalb

ta’ Ġesù fejn tittella’ l-istatwa tal-Papa Ġwanni Pawlu II fuq il-Kolonna.

Is-Sibt, 30 t’ Awwissu Lejlet il-Festa20.00 Dimostrazzjoni ferrieħa bl-istat-wa ta’ San Ġiljan, xogħol il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi fl-1992, bis-sehem tas-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 li tibda minn ħdejn is-City of London Bar tul Triq Ġorġ Borg Olivier sa Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù fejn b’ mod brijuż, l-istatwa ta’ San Ġiljan tittella’ fuq il-kolonna bid-daqq tal-”Innu Popolari lil San Ġiljan” ta’ Mro Angelo Pullicino flimkien mal-Banda San Ġiljan.22.50 Marċ qasir mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987 li jibda minn Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù għal Triq San Ġorġ, Triq Luigi Apap sal-Każin tas-Soċjetà.

Il-Ħadd, 31 t’ AwwissuSolennità ta’ San Ġiljan Ospitalier20.00 Marċ mill-Banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan, mistiedna mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987, li jibda mill-Każin tas-Soċjetà fi Triq Luigi Apap għal Triq San Ġorġ, Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù, Triq Ġorġ Borġ Olivier sa kantu-niera ma’Triq il-Kbira.21.00 Il-Banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan issellem lill-vara artistika ta’ San Ġiljan Ospitalier bl-”Innu Popolari ta’ San Ġiljan Ospitalier” ta’ Mro Angelo Pullicino f’tarf Triq il-Kbira u takkump-anja l-purċissjoni b’ innijiet u marċijiet reliġjużi tul Triq Ġorġ Borġ Olivier, Mis-raħ il-Qalb ta’ Ġesù, Triq Wied Għomor, il-Pont tal-Knisja sad-dħul tal-Vara fil-Knisja Parrokkjali.

Il-Programm t’ Attivitajiet mis-Soċjetà Mużikali Spinola A.D. 1987

Page 42: Programm Festa San Ġiljan 2014

42 |FESTA SAN ĠILJAN 2014

Mix itup

Valletta | St Julian’s | Sliema | B’Kara | MIA | Bugibba | Gozo | Bay Street | Sliema, Tigné | Għargħur

McMENU TM

MEAL OFFER 10%DISCOUNT

10% discount on any McMenu Meal.Offer valid at McDonald’s restaurant in Malta and Gozo until end September 2014.

C

M

Y

CM

MY

CY

CMY

K

A5 Advert voucher.pdf 1 27/06/2014 13:28

Il-Programm

tal-Ġostra

Is-Sibt, 23 ta’ Awwissu fil-5pm

Il-Ħadd, 24 ta’ Awwissu fil-5pm

Is-Sibt, 30 ta’ Awwissu fil-5pm

Il-Ħadd, 31 ta’ Awwissu fil-5pm

Il-Programm tan-NarIl-Ġimgħa, 29 ta’ Awwissu12.00pm - Bombi u murtaletti. 10.15pm - Bombi u murtaletti, murtali tal-kulur u kaxxa infernali Spanjola.

Is-Sibt, 30 ta’ Awwissu12.00pm - Bombi u murtaletti.6.30pm - Murtali tal-logħob u aktar.9.30pm - Wirj mill-aqwa ta’ blalen u murtali u spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika.

Il-Ħadd, 31 ta’ Awwissu12.00pm - Bombi u murtali tal-logħob.7.00pm - Salut u kaxxa Spanjola u wara murtali mill-isbaħ.8.15pm - Tkompli il- tan-nar, murtali u kaxxi nfernali ta’ l-għelu

Page 43: Programm Festa San Ġiljan 2014

FESTA SAN ĠILJAN 2014 | 43

Mix itup

Valletta | St Julian’s | Sliema | B’Kara | MIA | Bugibba | Gozo | Bay Street | Sliema, Tigné | Għargħur

McMENU TM

MEAL OFFER 10%DISCOUNT

10% discount on any McMenu Meal.Offer valid at McDonald’s restaurant in Malta and Gozo until end September 2014.

C

M

Y

CM

MY

CY

CMY

K

A5 Advert voucher.pdf 1 27/06/2014 13:28

Is-Sibt, 23 ta’ Awwissu fil-5pm

Il-Ħadd, 24 ta’ Awwissu fil-5pm

Is-Sibt, 30 ta’ Awwissu fil-5pm

Il-Ħadd, 31 ta’ Awwissu fil-5pm

Page 44: Programm Festa San Ġiljan 2014

44 |FESTA SAN ĠILJAN 2014