postijiet tax-xogħol li jġibu ´l quddiem is-saħħa. tajjeb għalik. tajjeb għall-kumpanija
DESCRIPTION
Postijiet tax-xogħol li jġibu ´l quddiem is-saħħa. Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija. Kampanja Ewropea dwar l- e valwazzjoni tar- r iskj u. Il-kuntest tal-kampanja (1). 205 miljun impjegat fl-Ewropa - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
Postijiet tax-xogħol li jġibu ´l quddiem is-saħħa.
Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija.
Kampanja Ewropea
dwar l-evalwazzjoni tar-riskju
Il-kuntest tal-kampanja (1)
• 205 miljun impjegat fl-Ewropa
• 167,000 fatalità attribwita għal aċċidenti u mard relatat max-xogħol fl-UE-27, u f’dawn: ►159,000 fatalità attribwita għal mard relatat max-xogħol
74,000 fatalità attribwita għal sustanzi periklużi fuq ix-xogħol (inkluż l-asbestos)
►7,460 fatalità kkawżata minn aċċidenti fuq ix-xogħol
Il-figuri f’din il-preżentazzjoni huma meħuda mis-sommarju tal-kampanja tagħna:
http://osha.europa.eu/campaigns/hw2008/campaign/campaignsummary
Il-kuntest tal-kampanja (2)
• Kull 3.5 minuti xi ħadd fl-UE-27 imut minn kawżi relatati max-xogħol.
• Kull 4.5 sekondi, ħaddiem fl-UE-27 ikun involut f’aċċident li jġiegħlu joqgħod/jġegħlha toqgħod id-dar għal mill-anqas tlett ijiem xogħol.
• In-numru ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol li jikkawżaw tlieta jew aktar jiem ta’ assenza huwa enormi: ’l fuq minn 7 miljuni kull sena.
Dan iwassal għal spejjeż kbar ħafna …
• L-ispejjeż umani għall-ħaddiema u l-familji tagħhom (hemm persuni reali wara kull statistika)
• L-ispejjeż kummerċjali għall-organizzazzjonijiet/kumpaniji (lif minħabba mard, l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni, il-produttività, il-fatturat, il-motivazzjoni, il-kompetittività eċċ.)
• L-ispejjeż għas-soċjetà (piż dejjem akbar fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa)
X’inhi evalwazzjoni tar-riskju?
• L-RA hija l-ewwel pass għal postijiet tax-xogħol aktar siguri u aktar b’saħħithom u hija essenzjali sabiex jitnaqqsu l-aċċidenti u l-mard li huma relatati max-xogħol.
• L-RA hija l-proċess sabiex jiġu evalwati r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn periklu fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha li tikkunsidra: ►Dak li jista’ jikkawża feriti jew ħsara, ►Jekk il-perikli jistgħux jiġu eliminati u, jekk le, ►X’miżuri preventivi jew protettivi għandhom jkunu fis-
seħħ sabiex ir-riskji jiġu kkontrollati.
Kif tagħmel evalwazzjoni tar-riskju?
• Hemm żewġ prinċipji li wieħed dejjem għandu jżomm f’moħħu waqt li jkun qiegħed iwettaq RA:
►L-evalwazzjoni trid tiġi strutturata sabiex jiġi assigurat li l-perikli u r-riskji kollha relevanti jiġu indirizzati (eż. xogħlijiet sekondarji ma jiġux injorati, bħat-tindif)
►Meta riskju jiġi identifikat, ibda l-evalwazzjoni billi tistaqsi jekk ir-riskju jistax jiġi eliminat.
Approċċ ta’ ħames passi
• Ħafna organizzazzjonijiet, kull ma jkollhom bżonn huwa approċċ ta’ ħames passi għall-RA:
1. Jiġu identifikati l-perikli u dawk il-persuni li qegħdin f’riskju
2. Ir-riskji jiġu evalwati u jitqegħdu f’prijorità
3. Tittieħed deċiżjoni fuq azzjoni preventiva
4. Tittieħed azzjoni
5. Isir monitoraġġ u reviżjoni
• Tfakkira: RA għandha ssir bl-involviment attiv ta’ l-impjegati
Għaliex tagħmel kampanja fuq l-RA?
• RA hija obbligu legali għal min iħaddem (direttiva qafas ta’ l-UE 89/391)
• Avolja mijiet ta’ eluf ta’ intrapriżi jwettqu l-RA, għad hemm numru mhux ħażin minnhom li ma jevalwawx ir-riskji tagħhom. B’mod ġenerali, jista’ jingħad: Iktar ma tkun żgħira l-kumpanija, inqas huwa probabbli li ssir RA.
• Hemm il-bżonn li titjieb il-kwalità ta’ l-RA (Kummissjoni ta’ l-UE COM 2004/62)►L-RA spiss issir darba waħda (il-ħtieġa ta’ aġġornamenti
regolari)►L-RA spiss ma tiġix dokumentata (sew)► Ir-riskji fit-tul u r-riskji psikosoċjali ma jitqisux►L-effiċjenza tal-miżuri meħuda spiss ma tiġix sorveljata
biżżejjed
Udjenza fil-mira
• L-udjenza ewlenija fil-mira ►SMEs u d-ditti żgħar ħafna (!)
►Min iħaddem, l-impjegati, ir-rappreżentanti tas-sigurtà, il-prattikanti tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
• Intermedjarji►Dawk li jfasslu l-politika
►L-imsieħba soċjali
►Punti fokali nazzjonali … u n-netwerks tagħhom
(ara hawn taħt: kampanji bbażati fuq in-netwerks)
L-għanijiet tal-kampanja
• Iżżid l-għarfien u tħeġġeġ li jsiru RA
• Tagħmel il-proċess aktar ċar►Mhuwiex neċessarjament ikkumplikat jew burokratiku
►Mhuwiex biss għall-ispeċjalisti
• Tenfasizza li hija l-kwalità li tgħodd►L-involviment ta’ kulħadd fuq il-post tax-xogħol
►Proċess kontinwu (mhux ta’ darba)
• Tidentifika u tħeġġeġ il-prattiki tajbin
Il-kampanja tibni fuq …
• 2000: Kif tiġġieled l-MSDs
• 2001: Is-Suċċess ma jiġix b’Aċċident
• 2002: Naħdmu fuq l-Istress
• 2003: Sustanzi Periklużi
• 2004: Sigurtà fil-Kostruzzjoni
• 2005: Aqta' dak l-Istorbju!
• 2006: Ibda bit-Tajjeb
• 2007: Ħaffef il-Piż
Il-kampanja hija mibnija fuq ċiklu ta’ sentejn
• Il-bidla għal mudell ta’ sentejn tfisser aktar ħin …. ►Għall-preparazzjoni
►Għall-implimentazzjoni u l-promozzjoni
►Għall-parteċipazzjoni
►Għas-sħubija
►Għall-avvenimenti, kompetizzjonijiet u attivitajiet oħra…
• Ġimgħa Ewropea kull sena – sena kalendarja 43
Kampanja bbażata fuq in-netwerking (1)
• 25 miljun SMEs – 205 miljun ħaddiem ►Huwa lil hinn mill-kapaċitajiet ta’ l-Aġenzija li tilħaqhom
kollha
(60 persuna f’Bilbao)
• Il-Punti Fokali ta’ l-Aġenzija►Wieħed f’kull Stat Membru ta’ l-UE (27) u lilhinn
• Netwerk Tripartitika►Min iħaddem, ħaddiema, gvernijiet
►Fuq livell ta’ l-UE u fuq livell nazzjonali
Kampanja bbażata fuq in-netwerking (2)
• Il-persuni li għandhom interess u sħubiji oħra►Il-Kummissjoni Ewropea; ir-rappreżentanti ta’ l-UE,
Aġenziji oħra ta’ l-UE, l-imsieħba soċjali, l-NGOs, il-federazzjonijiet settorjali u n-netwerks; EEN (Netwerk ta’ l-Intrapriżi Ewropej - Enterprise Europe Network)
►Intrapriżi kbar u l-fornituri tagħhom (SMEs)
►Is-sħubija tissaħħaħ bil-Presidenzi ta’ l-UE (2008: Is-Slovenja, Franza; 2009: ir-Repubblika Ċeka, l-Iżvezja)
• Dawn l-attivitajiet għandhom jidhru wkoll fuq il-livell nazzjonali (permezz tal-Punti Fokali)
Il-kalendarju tal-kampanja (1)
• 2007►April-Diċ. Ippjanar / preparazzjoni tal-materjal
• 2008►13 Ġunju Avveniment ta’ tnedija fi Brussell
(bil-Presidenza Slovena ta’ l-UE u l-Kummissjoni Ewropea)
►20-26 Ott. Ġimgħa Ewropea (il-maġġoranza ta’ l-attivitajiet)
►3-4 Nov. Forum International Travail et Sécurité f’Pariġi (bil-Presidenza Franċiża ta’ l-
UE) ►Is-Sena kollha Avvenimenti nazzjonali u Premjijiet
ta’ Prattika Tajba
Il-kalendarju tal-kampanja (2)
• 2009►Frar/Marzu Konferenza u l-Premijiet tal-Prattika Tajba
ta’ l-UE(bil-Presidenza Ċeka ta’ l-UE)►19-25 Ott. Ġimgħa Ewropea (il-maġġoranza ta’ l-
attivitjiet)►Ott./Nov. Konferenza (bil-Presidenza Żvediża ta’
l- UE) ►Nov. Avveniment ta’ l-għeluq tal-kampanja f’
Bilbao► Is-sena kollha Attivitajiet ibbażati fuq is-suġġett;
attenzjoni lokali u tas-setturi; promozzjoni tar-rebbieħa tal-
Premju GP • 2010
►Jan.-… Rappurtaġġ u evalwazzjoni
Il-Materjal tal-Kampanja
• Materjali fi 22 lingwa ta’ l-UE►Logos, slogans, posters►Folji ta’ fatti, fuljett, opuskolu, faxxikoli dwar il-Premijiet ta’
Prattika Tajba►PPTs, internet banner, firma-email, screen saver, kwiżżijiet ►Napo DVD u pakketti awdjoviżivi oħra (Televiżjoni) ► Idejat għall-ażżjoni►Dejtabase tar-riżorsi dwar il-prattika tajba ►Paġna dwar l-isfond ta’ l-RA għall-esperti►Websajt: http://hw.osha.europa.eu
• Materjali f’lingwi limitati►Rapporti, magażins, ktejjeb fuq il-Premijiet tal-Prattika Tajba,
eċċ.
Involvi Ruħek !
• Ippromwovi l-parteċipazzjoni fil-Premijiet tal-Prattika Tajba • Ippromwovi l-kampanja u l-materjal tagħha
► Qiegħed l-internet banner fuq il-websajt tiegħek► Uża l-firma-email tal-kampanja► Qassam il-materjal tal-kampanja, l-istqarrijiet ta’ l-istampa u l-
aħbarijiet permezz tan-netwerk u l-websajt tiegħek► Uża PPTs, posters, Napo etc. fil-laqgħat tiegħek
• Organizza l-avveniment tiegħek għall-kampanja► Il-konferenza, seminar, workshop tiegħek stess► Organizza taħriġ għal/mal-personal tiegħek, fornituri eċċ.
• Żviluppa l-attivitajiet tiegħek stess► Ipproduċi video jew DVD dwar l-aħjar prattika► Niedi kompetizzjoni ta’ poster/ritratt► Oħrajn…???
Ikseb rikonoxximent!
• Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni►Għall-involviment attiv f’waħda mill-attivitajiet nazzjonali
jew ta’ l-UE
• L-Istatus ta’ Imsieħeb►Sir imsieħeb uffiċjali tal-kampanja!
►Jgħarrfek bħala organizzazzjoni dedikata għas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol
►Ikkontrolla l-offerta ta’ l-imsieħba UE-OSHA:
http://hw.osha.europa.eu/partners
http://hw.osha.europa.eu
Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija
Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju