parroċċa familja mqaddsa ‑ l‑iklin telefon: 21 423 003...

4
Parroċċa Familja Mqaddsa ‑ L‑Iklin telefon: 21 423 003 email: p[email protected] Nru 201 | Jannar 2019 il‑miġemgħa E. IMBERKIN INTOM FAMILJI - li tħennu għal dawk ħutkom morda, - li titbaxxew iddewwulhom il-feriti, - li tagħrfu tilqgħu f’darkom u tħejju ikel għall-foqra. F. IMBERKIN INTOM FAMILJI - ta’ qalbkom safja li tingħataw kollkom kemm intom lil xulxin u tilqgħu l-ħajja bħala rigal ta’ l-imħabba tal-Hallieq. G. IMBERKIN INTOM FAMILJI Li ġġibu u tibnu l-paċi fil-familja u fid-dinja, - Li f’kull konflitt tfittxu d-djalogu; - Li ssolvu l-problemi mhux bis-saħħa tal-ponnijiet iżda bis-saħħa tar-raġuni; - Li tibnu pontijiet li jgħaqqdu u mhux ħitan li jifirdu. H. IMBERKIN INTOM Jekk f’ħajjitkom jirnexxilkom tpoġġu fil-prattika anke ftit minn dak li l-Vanġelu jgħallimkom. U jekk jgħajrukom li intom ‘fidili’ u ‘boloh’, ħenjin intom dak il-ħin, għax il-Mulej ikun kuntent bikom. Is-sliem u l-ħajr Fr Keith Bonnici kappillan Fil-ġimgħat li ġejjin ser niċċelebraw il-Festa Liturġika u mbagħad il-Festa Parrokkjali tal-Familja Mqaddsa. Għalhekk, ftit ħsibijiet fuq il-FAMILJI tagħna: A. IMBERKIN INTOM FAMILJI li tafu tkunu fqar fl-Ispirtu, li ma tħallux li l-hena tagħkom jiddependi minn kemm għandkom - flus fil-bank - karozza sabiħa - u dar lussuża B. IMBERKIN INTOM FAMILJI Li tagħrfu tilqgħu bil-kuraġġ is-slaleb u l-mewġ tal- ħajja u ma taqtgħux qalbkom mill-ħniena t’Alla. C. IMBERKIN INTOM FAMILJI - ta’ qalbkom ħelwa li tafu tisimgħu u taħfru lil xulxin; li tafu taċċettaw id- differenza ta’ xulxin mingħajr ma tiġġudikaw lil ħadd. D. IMBERKIN INTOM FAMILJI - li għandkom il-ġuh u l-għatx tal-ġustizzja. - Li żżommu qalbkom u darkom miftuħa u tinteressaw irwieħkom mill-problemi u l-ħtiġijiet tal-proxxmu fil-bżonn. Jikteb il-Kappillan KORS GĦALL-LETTURI Infakkru li fl-Erbgħat ta’ Jannar (9, 16, 23 u 30) hemm il-Kors għal- Letturi bħala parti mill-Hop On Hop Off Formation Wednesdays. Janima Emmanuel Said. Minn 6.40 pm sa 7.40 pm. Il-letturi kollha li għadhom ma ġewx għall-laqgħat ta’ formazzjoni huma mistiedna li jattendu.

Upload: votuyen

Post on 10-Jan-2019

227 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Parroċċa Familja Mqaddsa ‑ L‑Iklin telefon: 21 423 003 email: [email protected] Nru 201 | Jannar 2019

il‑miġemgħaE. IMBERKIN INTOM FAMILJI- li tħennu għal dawk ħutkom morda,- li titbaxxew iddewwulhom il-feriti,- li tagħrfu tilqgħu f’darkom u tħejju ikel għall-foqra.

F. IMBERKIN INTOM FAMILJI- ta’ qalbkom safjali tingħataw kollkom kemm intom lil xulxin u tilqgħu l-ħajja bħala rigal ta’ l-imħabba tal-Hallieq.

G. IMBERKIN INTOM FAMILJILi ġġibu u tibnu l-paċi fil-familja u fid-dinja,- Li f’kull konflitt tfittxu d-djalogu;- Li ssolvu l-problemi mhux bis-saħħa tal-ponnijiet iżda bis-saħħa tar-raġuni;- Li tibnu pontijiet li jgħaqqdu u mhux ħitan li jifirdu.

H. IMBERKIN INTOMJekk f’ħajjitkom jirnexxilkom tpoġġu fil-prattika anke ftit minn dak li l-Vanġelu jgħallimkom. U jekk jgħajrukom li intom ‘fidili’ u ‘boloh’, ħenjin intom dak il-ħin, għax il-Mulej ikun kuntent bikom.

Is-sliem u l-ħajrFr Keith Bonnici kappillan

Fil-ġimgħat li ġejjin ser niċċelebraw il-Festa Liturġika u mbagħad il-Festa Parrokkjali tal-Familja Mqaddsa. Għalhekk, ftit ħsibijiet fuq il-FAMILJI tagħna:

A. IMBERKIN INTOM FAMILJIli tafu tkunu fqar fl-Ispirtu, li ma tħallux li l-hena tagħkom jiddependi minn kemm għandkom- flus fil-bank- karozza sabiħa- u dar lussuża

B. IMBERKIN INTOM FAMILJILi tagħrfu tilqgħu bil-kuraġġ is-slaleb u l-mewġ tal-ħajja u ma taqtgħux qalbkom mill-ħniena t’Alla.

C. IMBERKIN INTOM FAMILJI- ta’ qalbkom ħelwali tafu tisimgħu u taħfru lil xulxin; li tafu taċċettaw id-differenza ta’ xulxin mingħajr ma tiġġudikaw lil ħadd.

D. IMBERKIN INTOM FAMILJI- li għandkom il-ġuh u l-għatx tal-ġustizzja.- Li żżommu qalbkom u darkom miftuħa u tinteressaw irwieħkom mill-problemi u l-ħtiġijiet tal-proxxmu fil-bżonn.

Jikteb il-Kappillan

KORS GĦALL-LETTURIInfakkru li fl-Erbgħat ta’ Jannar (9, 16, 23 u 30) hemm il-Kors għal-Letturi bħala parti mill-Hop On

Hop Off Formation Wednesdays. Janima Emmanuel Said. Minn 6.40 pm sa 7.40 pm. Il-letturi

kollha li għadhom ma ġewx għall-laqgħat ta’ formazzjoni huma mistiedna li jattendu.

18 - 27 TA’ JANNAR 2019

FESTA TAL‑FAMILJAMQADDSAPARROĊĊA IKLIN

Il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2019Ġurnata ta’ talb w interċessjoni06.00 am – 7.30 pm Ġurnata ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat li tulha nitolbu għall-familji kollha tal-parroċċa tagħna. Nitolbu għal ħutna morda u anzjani, għall-familji żgħażagħ, għan-nanniet, għall-ġenituri, għal kull min jgħin f’din il-komunita’, għat-tfal u ż-żgħażagħ u għall-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa tagħna.6.15 p.m. Quddiesa biex il-Ġimgħa tal-Festa tħalli frott spiritwali.Iqaddes Monsinjur Anton Vella.6.40 pm – 7.40 pm Adorazzjoni Komunitarja

Is-Sibt 19 ta’ Jannar 2019Jum il-Familja6.00p.m. Quddiesa Anniversarji taż-Żwieġ. Mistednin koppji li ser jiċċelebraw 5, 10, 15, 20, 25, 30, 35, 40, 45 u 50 sena ta’ żwieġ fl-2019.Jiċċelebra u jipprietka Monsinjur Pawl Camilleri.

Il-Ħadd 20 ta’ Jannar 2019Jum it-Tfal11.15 a.m. Quddiesa għat-tfal kollha tal-parroċċa animata mill-Kummissjoni Tfal tal-Iklin. Iqaddes Dun Mark Ellul, Surmmast tal-iskola tas-Seminarju.

It-Tnejn 21 ta’ Jannar 2019Jum il-Qdusija fil-Familji6.15 p.m. Quddiesa ċċelebrata minn Dun Keith Bonnici. Mistednin il-familji ta’ Triq il-Wied u Upper Iklin.

It-Tlieta 22ta’ Jannar 2019Jum l-Ospitalita fil-Familji6.15 pm Quddiesa ċċelebrata minn Monsinjur Anton Vella. Mistiedna l-familji ta’ Triq l-Iklin, Lewis F. Mizzi, Ċitru, Naxxar, Mużika, Giovanni Curmi, San Mikiel, S. Erardi, Ċensu Buġeja u Dun Karm.

L-Erbgħa 23 ta’ Jannar 2019L-Ewwel Jum tat-Tridu: Jum

l-Għaqda fil-Familji6.15 p.m. Quddiesa ċċelebrata minn Dun Jimmy Bonnici, li għaliha huma mistiedna il-famili tat-toroq: Geronimo Abos, Ġuże’ Galea, G.M. Azzopardi, Ġwann Mamo, A.M. Galea, Ġuzeppi Calleja, Dwardu Cachia, Dun Karm, Ċensu Busuttil, P. Marjanu Vella u Ġuże’ Bonnici.

Il-Ħamis 24 ta’ Jannar 2019Tifkira ta’ San Franġisku de Sales, Isqofu Duttur tal-Knisja - It-Tieni Jum tat-Tridu: Jum l-Imħabba fil-Familji.8.30 am Quddiesa għall-anzjani tal-parroċċa u wara kafe’ flimkien.Jiċċelebra Monsinjur Salvinu Micallef.6.15 p.m. Quddiesa ċċelebrata mill-Arċipriet tan-Naxxar, Dun David Gauci. Mistiedna il-familji ta’ Triq Karmenu Vassallo, PP Saydon, A. Buttiġieġ, Ġ. Ellul Mercer, Il-Poeti, Rumanzieri, Pjazza Ninu Cremona, Triq A M Caruana, Ġuże’ Pesci, P. A. Cuschieri, P. Grech, Erin Serracino Inglott, R. Taylor, May Butcher u il-Għargħur.

‘Kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim tal-Appostli u fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb’ (Atti 2: 42)

PROĠETT TAL-FESTA 2019 –Proġetti li jgħinu il-Knisja fil-Libja – ċekk preżentat lin-Nunzju Apostoliku ta’ Malta u l-Libja u lill-Isqof George Bugeja OFM ta’ Tripli f’Jum il-Festa. Għal żewġt iĦdud, il-parroċċa tagħna ser tiċċaħħad mill-ġbir tal-offertorju biex nippruvaw ngħinu lill-Knisja fil-Libja. Iċ-Ċentru Pastorali fi Tripli fil-Libja għandu bżonn dawra u qalgħa kbira. Fost l-oħrajn jenħtieġu

Refurbishment ta’ tlett kmamar tal-katekiżmu u tal-katekeżi għall-adulti. Dan jinkludi madum ġdid u servizzi ġodda. Security system ta’ cameras biex toffri ftit aktar sigurta lill-Isqof u l-patri Maġdi li jservu l-komunita Nisranija fi Tripli. Ukoll sigurta lis-SS.Mu Sagrament li jgħammar fil-Knisja. Ilbiesi għall-25 abbatini – uħud minnhom adulti – li jaqdu f’din il-knisja L-ispiża totali hija ta’ €7,500. Kull offerta tkun apprezzata.

KALENDARJU TAL-KATEKIŻMU GĦAT-TFALSEMINARS GĦAT-TFAL U L-ĠENITURIIl-Ħadd 6 ta’ Jannar 201909.45am - 12.00pm - Seminar għat-tfal u l-ġenituri KOLLHA ta’ tar-Raba’, il-Ħames u s-Sitt Sena11.15am - It-tfal kollha jieħdu sehem f’ċelebrazzjoni tal-Epifanija. Il-Quddiesa, organizzata mill-Kummissjoni Tfal, ser tiġi animata mit-tfal tar – Raba’ Sena.

Il-Ħadd 3 ta’ Frar 20199.45 am - 12.00 pm – Seminar għat-tfal u l-ġenituri KOLLHA ta’ L-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Sena11.15am - Quddiesa Kummissjoni Tfal – Tieħu ħsieb tanima il-klassi tat-Tieni Sena ( Ms Winnie)

MILL-PROGRAMM TAS-SENA KATEKETIKA GĦAT-TFALIt-Tnejn 7 ta’ Jannar 2019Jerġa’ jibda’ l-Katekiżmu għat-Tfal.

Il-Ħadd 20 ta’ Jannar 201911.15am - Quddiesa tal-Festa tal-Familja Mqaddsa bil-parteċipazzjoni tat-tfal kollha tal-Parroċċa.

It-Tnejn 28 ta’ Jannar 20194.30pm Festa ta’ San Ġwann Bosco fil-Klassijiet,

Patrun taċ-Ċentru tal-Katekiżmu għat-Tfal tal-Parroċċa tagħna. Laqgħa speċjali fil-klassijiet.

Is-Sibt 2 ta’ Frar 2019Jum il-Preżentazzjoni tal-Mulej – Issir Quddiesa, Purċissjoni u Preżentazzjoni tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina fis-6.00 pm. Tieħu ħsieb tanima il-klassi ta’ Miss Sue u Miss Marthese.

Il-Ħadd 3 ta’ Frar 20199.45am - 12.00pm – Seminar għat-tfal u l-ġenituri KOLLHA ta’ L-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Sena

11.15am - Quddiesa Kummissjoni Tfal – Tieħu ħsieb tanima il-klassi tat-Tieni Sena ( Ms Winnie)

Il-Ħamis 7 ta’ Frar 20194.30pm Pawlufest - Laqgħa dwar San Pawl fil-klassijiet.

Il-Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2019Festa tal-Konverżjoni tal-AppostluMissierna San Pawl6.15 p.m. Quddiesa li tulha l-operaturi Pastorali kollha jingħatawil-Mandat biex jaqdu fil-Parroċċa għas-sentejn li ġejjin. JiċċelebraDun Keith Bonnici, Kappillan.

Is-Sibt 26 ta’ Jannar 2019Jum il-Festa tal-Familja Mqaddsa5.30 p.m. Għasar kantat bil-Malti bis-sehem tal-Kor Parrokkjali

6.00 p.m. Quddiesa Solenni tal-Festa tal-Familja Mqaddsa. Jiċċelebrawl-E.T. Mons. Alessandro D’ Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta ul-Libja u l-E.T. Mons George Bugeja, Vigarju Apostoliku fi Tripli u Amministratur Appostoliku f’Bengħażi. Mistiedna is-Sindku u l-Kunsilliera tal-Iklin. Wara kulħadd mistieden għal refreshments tal-Festa fis-sala parrokkjali.

Il-Ħadd 27 ta’ Jannar 201911.15 am Quddiesa bil-Preżentazzjonijiet lill-Familja Mqaddsa tat-trabi li tgħammdu tul is-sena li għaddiet, 2018. Imexxi l-Kappillan Dun Keith Bonnici.

6.00 pm Quddiesa li fiha nitolbu għan-nisa u rġiel mejtin tar-romol tagħna. Mistiedna b’mod speċjali r-romol tal-parroċċa. Jiċċelebra u jipprietka Monsinjur Kalċidon Vassallo.

Ħinijiet tal‑Uffiċċju Parrokkjali

KAPPILLAN Is‑Sibt 07:10 am sa 10.30 am

Kuntatti

DUN KEITH BONNICI 79972444MONSINJUR ANTON VELLA 79289656

L-IKLIN

PARROĊĊAFAMILJA MQADDSA

Ħinijiet tal‑Quddies

MIT‑TNEJN SAL‑ĠIMGĦA6.45am; 6.15pm

IL‑ĦAMIS8:30am

NHAR TA’ SIBT6.45am; 8.30am; 6.00pm; 7.45pm

NHAR TA’ ĦADD8.30am; 10.00am; 11.15am; 6.00pm

Qrar qabel kull quddiesa.Rużarju kuljum għoxrin minuta qabel il‑quddiesa ta’ filgħaxija.

Appuntamenti oħra

ĦIN TAL‑KATEKIŻMU GĦAT‑TFALIt‑Tnejn u l‑Ħamis bejn l‑4:30 u l‑5:15pm fil‑ġranet tal‑iskejjel tal‑Istat.

TQARBIN TAL‑MORDAIt‑Tlieta u l‑Ġimgħa filgħodu

ŻJAJJAR FL‑ISPTARJekk xi ħadd ikun l‑isptar ikkuntattjawna fuq 7997 2444 biex immorru nżuruh.

VIA SAGRAkull nhar ta’ Ġimgħa fis‑5:55pm. Rużarju kuljum għoxrin minuta qabel ilquddiesa ta’ filgħaxija minbarra nhar ta’ Ġimgħa.

Parroċċa Familja Mqaddsa, Pjazza Ninu Cremona, l‑Iklin, IKL1302 telefon: 21 423 003 email: [email protected] www.parroccaiklin.com

IL-MILIED U S-SENA L-ĠDIDA FL-IKLINIl-Ħamis 20 fil-5.30 pm quddiesa u wara, fis-6.00 pm Purċissjoni Tradizzjonali bil-Bambin Ġesu’. Tgħaddita’ Diċembru minn Triq Anton Butiġieġ, Ċensu Busuttil, P Marjanu Vella, Karmenu Vassallo, u Trejqet

ir-Rumanzieri sal-knisja Parrokkjali. Wara Programm mit-Tfal u priedka tat-tifel. Wara il-premjazzjoni fil-klassijiet. Mistiedna l-ġenituri. L-aħħar ġurnata tal-Katekiżmu.

Il-Ħadd 23 Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent waqt il- Quddiesa tal-11.15am, din il quddiesa se tkun organizzata ghal kulħadd b’mod speċjali GĦAN-NANNIET KOLLHA TAGĦNA. It-tema hi Bring a Nannu – Bring a Nanna. Nirringrazzjawhom tas-servizz li jagħtuna. Nitolbu wkoll għan-nanniet mejtin.

It-Tnejn 24 LEJLIET IL-MILIED Quddiesa fis-6 pm. Imbagħad fil- 11.00 pm, kulħadd mistieden għal Musical tal-Milied miktub minn Ivan Debattista u mmexxi minn Analise Mifsud bil-parteċipazzjoni TAT-

TFAL TAL-PARROĊĊA W IL- KOR PARROKKJALI. WARA….Iċ-Ċelebrazjoni Liturġika, titkompla bil-prietka tat-TIFLA u l-quddiesa ta’ Nofsillejl tal-Milied bil-parteċipazzjoni tat-TFAL. Jikkollabora l-Kunsill Lokali. Wara nagħtu ‘l xulxin l-awguri tal-Milied.

It-Tlieta 25 JUM IL-MILIED ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Waqt il-QUDDIES kollu, jiġifieri tat-8.30am, 10.00am, 11.15am u 6.00pm ser ikollna prietka tat-tifel jew tifla, jew tfal.

Il-Ħamis 27 Party tat-tfal bejn l-4.30 pm u s-6.00 pm bill-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali.

Il-Ħadd 30 Festa tal-Familja Mqaddsa Quddies Is-Sibt 18:00; 19:45 u l-Ħadd: 08.30, 10.15 u 11.00 am u fis-6.00pm

It-Tnejn 31 06:45 am Quddiesa. Quddiesa fis-6.00pm bit-Te Deum kantat. Wara kulħadd mistieden għall-Adorazzjoni tas-SS. Mu Sagrament sal-quddiesa tat-7.45 pm.

It-Tlieta 1 Jum l-Ewwel tas-Sena. Il-Quddies ikun bħal tal-Ħadd. Nitolbukom biex min jista jġib il-ta’ Jannar weekend li ġej l-envelope tal-istrina tal-parroċċa li ser jitqassam mal-Flimkien ta’ Jannar.

SEGRETERIJAIt‑Tnejn 5:00 ‑ 7:00 pmL‑Ebgħa 6:00 ‑ 8:00 pmIl‑Ħamis 9:00 ‑ 11:00 am