nru./no. 20,354 prezz/price 0.36 gazzetta tal-gvern ta’ malta gazette...(ki 0268984m), ittra...

8
Nru./No. 20,354 Prezz/Price 0.36 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta The Malta Government Gazette L-Erbgħa, 26 ta’ Frar, 2020 Wednesday, 26th February, 2020 Pubblikata b’Awtorità Published by Authority SOMMARJU — SUMMARY Notifikazzjoni tal-Gvern .................................................................................................. 1725 - 1727 Government Notice .......................................................................................................... 1725 - 1727 Avviż tal-Qorti ................................................................................................................. 1728 Court Notice ..................................................................................................................... 1728

Upload: others

Post on 15-Aug-2021

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Nru./No. 20,354 Prezz/Price 0.36 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Gazette...(KI 0268984M), Ittra Medjazzjoni 1199/19, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta’ notifika

Nru./No. 20,354Prezz/Price

€0.36

Gazzetta tal-Gvern ta’ MaltaThe Malta Government Gazette

L-Erbgħa, 26 ta’ Frar, 2020Wednesday, 26th February, 2020

Pubblikata b’AwtoritàPublished by Authority

SOMMARJU — SUMMARY

Notifikazzjoni tal-Gvern .................................................................................................. 1725 - 1727Government Notice .......................................................................................................... 1725 - 1727

Avviż tal-Qorti ................................................................................................................. 1728Court Notice ..................................................................................................................... 1728

Page 2: Nru./No. 20,354 Prezz/Price 0.36 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Gazette...(KI 0268984M), Ittra Medjazzjoni 1199/19, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta’ notifika
Page 3: Nru./No. 20,354 Prezz/Price 0.36 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Gazette...(KI 0268984M), Ittra Medjazzjoni 1199/19, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta’ notifika

Is-26 ta’ Frar, 2020 1725

NOTIFIKAZZJONIJIET TAL-GVERN GOVERNMENT NOTICES

Nru. 210

AKKWIST TA’ ART

DIKJARAZZJONI MILL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET

JIENA hawnhekk niddikjara illi l-art hawn taħt imsemmija

hija meħtieġa mill-Gvern ta’ Malta għal skop pubbliku skont

l-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kap. 573) tal-Liġijiet ta’ Malta

u illi l-akkwist tagħha għandu jkun b’xiri assolut.

Is-26 ta’ Frar, 2020

(File No. L 391/2009)

Deskrizzjoni tal-Art

L-art li ġejja fil-Mosta:

Biċċa art tal-kejl ta’ madwar 901 metri kwadri, li tmiss

mil-Lvant ma’ triq pubblika, min-Nofsinhar u mix-Xlokk

ma’ proprjetà tal-Gvern jew irjieħ verjuri.

L-art hawn fuq imsemmija qiegħda tiġi akkwistata għal

formazzjoni u t-twessiegħ ta’ triq fi Triq in-Naġġar, Il-Mosta.

L-art tidher murija delinjata bil-kulur aħmar fuq il-

pjanta P.D. Nru. 2019_0803, li wieħed jista’ jara fuq

talba fl-Awtorità tal-Artijiet, Auberge de Baviere, Il-Belt

Valletta.

Il-kumpens offrut għall-biċċa art hawn fuq imsemmija

huwa ta’ tliet mija u disgħa u ħamsin elf, seba’ mija u ħamsin

Ewro (€359,750), skont l-istima li saret mill-Perit Edric

Micallef, A&CE, li estratt tagħha qed jiġi hawn anness ma’

din id-dikjarazzjoni.

No. 210

ACQUISITION OF LAND

DECLARATION BY THE LANDS AUTHORITY

I HEREBY declare that the undermentioned land is required

by the Government of Malta for a public purpose in accordance

with the Government Lands Act (Cap. 573) of the Laws of Malta

and that its acquisition thereof is to be by absolute purchase.

26th February, 2020

Description of the Land

The following land at Mosta:

A plot of land measuring about 901 square metres,

bounded on the East by a public road and on the South

and South East by Government property or more precise

boundaries.

The above-mentioned land is being acquired for the

formation and widening of a road in Triq in-Naġġar, Mosta.

The land is shown delineated with the colour red on plan

P.D. No. 2019_0803, which may be viewed on demand at

the Lands Authority, Auberge de Baviere, Valletta.

The compensation offered for the above mentioned plot of

land is three hundred and fifty nine thousand, seven hundred

and fifty Euros (€359,750), according to the valuation made

by Architect Edric Micallef, A&CE, an extract of which is

being attached with this declaration.

Page 4: Nru./No. 20,354 Prezz/Price 0.36 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Gazette...(KI 0268984M), Ittra Medjazzjoni 1199/19, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta’ notifika

1726 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta 20,354

Ma’ din id-dikjarazzjoni qed tiġi ppubblikata site plan li turi l-immobbli msemmija.

(Iff.) L-ImħaLLef emerItu C. farrugIa SaCCo

Chairman Awtorità tal-Artijiet

Il-25 ta’ Frar, 2020

Din is-site plan qed tiġi ppubblikata f’paġna 952.

Stima tal-Perit (Oriġinali bil-Malti)

Valutazzjoni ta’ porzjon art fi Triq in-Naġġar, fil-Mosta, meħtieġa għall-finijiet ta’ esproprjazzjoni għal skopijiet pubbliċi.

Fuq inkarigu taċ-Chairman tal-Awtorità tal-Artijiet, skont l-Att dwar Artijiet tal-Gvern, Kapitolu 573 tal-Liġijiet ta’ Malta, qiegħed niffissa l-valur liberu u frank tal-proprjetà hawn taħt deskritta fi Triq in-Naġġar, fil-Mosta, li hija meħtieġa mill-Gvern għal skop pubbliku, u dan wara li kkunsidrajt il-lokalità, il-qies, l-għamla, l-istat u l-potenzjal, skont il-pjanijiet u l-konfini taż-żona tal-iżvilupp kif maħruġa uffiċjalment mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll il-valur ta’ proprjetajiet oħra viċini jew simili u ħwejjeġ oħra li jista’ jkollhom effett fuq il-valur tal-istess proprjetà.

Biċċa art tal-kejl ta’ madwar 901 metri kwadri, li tmiss mil-Lvant ma’ triq pubblika, min-Nofsinhar u mix-Xlokk ma’ proprjetà tal-Gvern jew irjieħ verjuri, u hija murija delinjata bil-kulur aħmar fuq il-pjanta P.D. Nru. 2019_0803 u stmata għall-valur ta’ tliet mija u disgħa u ħamsin elf, seba’ mija u ħamsin Ewro (€359,750).

Nota: Dan huwa estratt tar-rapport oriġinali li ġie mogħti min-naħa tiegħi fit-22 ta’ Jannar, 2020. L-estratt tar-rapport qed isir biex jiġi anness u ppubblikat mad-dikjarazzjoni.

(Iff.) Perit Edric Micallef, A&CE

Is-27 ta’ Jannar, 2020

A site plan showing the mentioned immovable property is being published with this declaration.

(Sgd) Judge emerItuS C. farrugIa SaCCo

Chairman Lands Authority

25th February, 2020

This site plan is being published on page 952.

Architect’s Valuation (Original in Maltese)

Valuation of a plot of land in Triq in-Naġġar, in Mosta, required for expropriation purposes for a public purpose.

As instructed by the Chairman of the Land Authority, in terms of Government Lands Act, Chapter 573 of the Laws of Malta, I am assessing the freehold and unencumbered value of the property described hereunder in Triq in-Naġġar, in Mosta, which is required by the Government for a public purpose, and this after having considered the locality, size, shape, state and potential, in terms of the plans and boundaries of the development zone as officially published by the Planning Authority, as well as the value of similar properties nearby and other matters which may effect the value of the same property.

A plot of land measuring about 901 square metres, bounded on the East by a public road and on the South and South East by Government property or more precise boundaries, and is shown delineated with the colour red on plan P.D. No. 2019_0803 and is valued for three hundred and fifty nine thousand, seven hundred and fifty Euros (€359,750).

Note: This is an extract of the original report given by us on the 22nd January, 2020. The extract of the report is being made to be attached and published with the declaration.

(Sgd) Architect Edric Micallef, A&CE

27th January, 2020

Page 5: Nru./No. 20,354 Prezz/Price 0.36 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Gazette...(KI 0268984M), Ittra Medjazzjoni 1199/19, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta’ notifika

Is-26 ta’ Frar, 2020 1727

Page 6: Nru./No. 20,354 Prezz/Price 0.36 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Gazette...(KI 0268984M), Ittra Medjazzjoni 1199/19, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta’ notifika

1728 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta 20,354

AVVIŻ TAL-QORTI – COURT NOTICE

272

B’digriet mogħti mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) fl-20 ta’ Frar, 2020, fl-atti tal-Ittra Medjazzjoni fl-ismijiet Melissa Turner illum Cefai (KI 0447088M) vs Don Spagnol (KI 0268984M), Ittra Medjazzjoni 1199/19, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta’ notifika fil-konfront tal-intimat Don Spagnol (KI 0268984M), a tenur tal-Artikolu 187(3) et sequitur tal-Kap. 12.

Permezz ta’ Rikors ippreżentat fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja), Ittra Medjazzjoni 1199/19, fl-ismijiet Melissa Turner illum Cefai (KI 0447088M) vs Don Spagnol (KI 0268984M), fl-4 ta’ Diċembru, 2019, ir-rikorrenti Melissa Turner illum Cefai (KI 0447088M) esponiet bir-rispett:

1. Illi minn relazzjoni bejn il-partijiet nhar l-24 ta’ Novembru, 2006, twieled il-minuri … omissis …;

2. Illi jirriżulta li r-relazzjoni tal-partijiet sfaxxat fix-xejn żmien ilu u minkejja li l-konvenut jara lit-tifel sporadikament, ftit li xejn jikkollabora mar-rikorrenti għall-ġid tat-tifel;

… omissis …

5. Illi iktar minn hekk jingħad li anke meta jasal l-inkartament tal-iskola kif ġara riċentement il-konvenut ma jħossx li għandu jikkollabora u spiss ir-rikorrenti qed tispiċċa tiffirma għall istess waħidha.

Għaldaqstant tenut kont taċ-ċirkostanzi u fl-aħjar interess tat-tifel ir-rikorrenti umilment titlob lil din l-Onorabbli Qorti:

1. Tafda l-kura u l-kustodja tal-minuri … omissis …esklussivament f’idejn ir-rikorrenti;

2. F’każ li ma tilqax l-ewwel talba tawtorizza lill-esponenti sabiex tkun tista’ taġixxi waħidha f’isem u fl-aħjar interess tal-minuri mingħajr problemi u ħtieġa ta’ firem jew awtorizzazzjoni tal-intimat.

U dan salv kull provvediment li l-istess Qorti jogħġobha timponi.

Intimat: Joe Flats, Numru 2, Triq Enrico Mizzi, Il-Ġzira

Reġistru tal-Qrati Ċivili (Sezzjoni Familja) illum 24 ta’ Frar, 2020

AV. FRANK PORTELLI, LLDGħar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali

By means of a decree given by the Civil Court (Family Section) on the 20th February, 2020, in the records of the Letter of Mediation in the names Melissa Turner today Cefai (ID 0447088M) vs Don Spagnol (ID 0268984M), Letter of Mediation 1199/19, the following publication was orderded for the purpose of service of the respondent Don Spagnol (ID 0268984M), in terms of Article 187(3) et sequitur of Cap. 12.

By means of an application filed in the Civil Court (Family Section), Letter of Mediation 1199/19, in the names Melissa Turner today Cefai (ID 0447088M) vs Don Spagnol (ID 0268984M), on the 4th December, 2019, the applicant Melissa Cefai today Turner (ID 0447088M) respectfully pleaded:

1. That from a relationship between the parties on the 24th November, 2006, the minor … omissis … was born;

2. That it results that the relationship of the parties broke down long ago and despite that the defendant sees the boy sporadically, he collaborates very little with the applicant for the boy’s welfare;

… omissis …

5. That furthermore it is stated that even when the school papers arrive as happened recently the defendant does not feel that he should collaborate and very often the applicant is ending up signing alone.

Thus keeping in view the circumstances and in the best interest of the boy the applicant humbly prays this Honourable Court:

1. To entrust the care and custody of the minor … omissis … exclusively to the applicant;

2. In case it does not uphold the first demand authorise the applicant so that she can act on her own in the name and in the best interest of the minor without problems and necessity of signatures or authorisation of the respondent.

And saving any provision that the same Court deems fit to impose.

Respondent: Joe Flats, Number 2, Triq Enrico Mizzi, Gżira

Registry of the Civil Courts (Family Section) today 24th February, 2020

ADV. FRANK PORTELLI, LLDFor the Registrar, Civil Courts and Tribunals

Page 7: Nru./No. 20,354 Prezz/Price 0.36 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Gazette...(KI 0268984M), Ittra Medjazzjoni 1199/19, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta’ notifika
Page 8: Nru./No. 20,354 Prezz/Price 0.36 Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Gazette...(KI 0268984M), Ittra Medjazzjoni 1199/19, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta’ notifika

Ippubblikat mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (doi.gov.mt) — Valletta — Published by the Department of Information (doi.gov.mt) — VallettaMitbugħ fl-Istamperija tal-Gvern fuq karta FSC® — Printed at the Government Printing Press on FSC® certified paper

®