nru. 507 marzu 2019 - wordpress.com...it-tieni Ħadd tar-randan (sena Ċ). obolo ta’ san pietru...

2

Upload: others

Post on 19-Feb-2021

3 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • Segretarjat għall-Katekeżi tal-Adulti ~ Djoċesi ta’ Għawdex

    Nru. 507Marzu 2019

    X’inhu r-Randan?• Ir-Randan hu perjodu speċjali fis-Sena Liturġika li fih il-poplu Nisrani jħejji ruħu biex jiċċelebra l-Misteru tal-Għid.• Hu żmien tajjeb biex nieqfu ma’ Marija u San Ġwann, id-dixxiplu l-maħbub, maġenb Kristu li fuq is-salib jikkonsma s-sagrifiċċju ta’ ħajtu għall-bnedmin kollha (ara Ġw 19:25).•• “Għad iħarsu lejn dak li nifdu”: hu żmien tajjeb biex inħarsu b’fiduċja lejn il-kustat minfud ta’ Ġesù, li minnu ħarġu “demm u ilma” (Ġw 19:34).• Ir-Randan għandu jkun għal kull Nisrani esperjenza mġedda tal-imħabba ta’ Alla mogħtija lilna fi Kristu, imħabba li min-naħa tagħna kuljum irridu nagħtu mill-ġdid lill-proxxmu, l-aktar lil dawk li jsofru u li huma fil-bżonn. Hekk biss nistgħu nieħdu sehem b’mod sħiħ fil-ferħ tal-Għid.

    Silta mid-“Dikjarazzjoni ta’ Abu Dhabi” Id-Dokument fuq il-Fratellanza UmanaId-Dokument fuq il-Fratellanza UmanaVjaġġ tal-Papa fl-Emirati Għarab Magħquda

    Min jemmen jara lill-ieħor bħala ħuh li għandu jwieżen u jħobb. Bil-fidi f’Alla, li ħalaq l-univers, il-kreaturi u l-bnedmin kollha – ilkoll indaqs minħabba l-Ħniena Tiegħu. Min jemmen hu msejjaħ biex jesprimi dil-fratellanza umana billi jindokra l-maħluq u l-univers kollu u jwieżen lil kull persuna, speċjalment lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn u foqra.Bit-tluqBit-tluq minn dal-valur traxxendentali, f’diversi laqgħat iddominati minn atmosfera ta’ fratellanza u ħbiberija, qsamna flimkien ferħat, niket u l-problemi tad-dinja tal-lum, fuq il-livell tal-progress xjentifiku u tekniku, tal-kisbiet terapewtiċi, tal-era diġitali, tal-mass media u tal-komunikazzjoni; fuq il-livell tal-faqar, tal-gwerer u ta’ dak li qed jifleġ lil tant ħutna f’diversi nħawi tad-dinja minħabba l-ġirja għall-armamenti, l-inġustizzji soċjali, il-korruzzjoni, in-nuqqas ta’ ugwaljanza, it-telqa morali, id-diskriminazzjoni, l-estremiżmu u tant raġunijiet oħra.MinnMinn dawn id-dibattiti fraterni u sinċieri li kellna, u mil-laqgħa mimlija tama f’futur imdawwal għall-bnedmin kollha, nibtet l-idea ta’ dan id-Dokument dwar il-Fratellanza Umana. Dokument irraġunat bis-sinċerità u s-serjetà biex ikun dikjarazzjoni komuni ta’ rieda tajba u leali, sabiex jistieden lill-bnedmin kollha li jġorru fihom il-fidi f’Alla u l-fidi fil-fratellanza umana jingħaqdu u jaħdmu flimkien, ħalli dan isir gwida għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda lejn kultura ta’ rispett reċiproku, u jinftiehem bħala grazzja kbira divina li tagħmel lill-bnedmin kollha aħwa.

    IS-SENA MARJANA Nofstanhar ta’ Spiritwalità Marajana Kemmuna għall-Katekisti 16 ta’ Marzu: Katekisti li jservu fin-Nadur, fil-Qala f’Għajnsielem u fix-Xewkija. 23 ta’ Marzu: Katekisti li jservu fl-Għasri, fiż-Żebbuġ, f’San Lawrenz, fl-Għarb, f’Ta’ Kerċem u fix-Xagħra. 30 ta’ Marzu: Katekisti li jservu fil-Belt Victoria, fil-Fontana, f’Ta’ Sannat u fil-Munxar. Eżerċizzi għas-Saċerdoti: 7 u 8 ta’ Marzu: Dar Manresa | 9 ta’ Marzu: Santwarju Ta’ Pinu

    Appuntamenti mid-Djarju...Via Crucis Djoċesana fuq il-Għolja ta’ Għammar Il-Ħadd 7 ta’ April 2019 fl-4.30pmIs-6 Anniversarju mill-elezzjoni ta’ Papa Franġisku Is-6 Anniversarju mill-elezzjoni ta’ Papa Franġisku 13 ta’ Marzu Nitobu għall-Papa, il-Missier spiritwali tagħna.Obolo ta’ San Pietru Fil-quddies kollu tal-Ħadd 17 ta’ Marzu Ġabra għall-karità li jmexxi l-Papa Dħul fl-ewwel sena tal-iskejjel sekondarji tal-Knisja Reġistrazzjoni: it-Tnejn 25 ta’ Marzu..

  • MARZU 2019 ¦ KALENDARJU PASTORALI ¦ Numru 507

    1. Il- Ġimgħa L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Adorazzjoni u Tqarbina Riparatriċi. Quddiesa għall-Professjonisti (Santu Wistin, Victoria - 8.00pm). Laqgħa għall-Persuni Separati (KDF - 8pm) / It-12-il dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes.

    2. Is- Sibt

    L-ewwel Sibt tax-xahar / It-13-il dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes. Festa tal-Madonna tal-Fiduċja fil-Kappella tal-Ispigolatriċi, ix-Xagħra. Konċelebrazzjoni preseduta mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech (6pm). Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta’ Ħamet - Quddies: 8.00pm u f’nofsillejl).

    3. Il-Ħadd It-Tmien Ħadd ta’ matul is-Sena (Sena Ċ). L-14-il dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes. Films għall-familja kull nhar ta’ Ħadd fil-5.30pm (Oratorju Don Bosco)

    4. It-Tnejn San Każimiru (Tifkira) / Il-15-il dehra tal-B.V.M. ta’ Lourdes.

    5. It-Tlieta San Ġwann Ġużepp tas-Salib, Presbiteru. Tifkira.

    6. L-Erbgħa

    Ras ir-Randan (Obbligu ta’ Sawm u Astinenza). L-Erbgħa tal-Irmied. Bidu ta’ Kampanja ta’ Karità matul ir-Randan b’risq il-ħidma tal-Caritas f’Għawdex. Ġabra b’risq is-Seminarju Djoċesan waqt l-Eżerċizzi tar-Randan. Laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani.

    7. Il-Ħamis

    Santa Perpetwa u Santa Feliċita, Martri. Tifkira. Jum ta’Adorazzjoni Ewkaristika għall-Vokazzjonijiet (Kappella tas-Seminarju: 6.30am-8pm). Eżerċizzi għas-Saċerdoti (Manresa). Mixja tat-thejjija għaż-Żwieġ u għall-Ħajja tal-Familja (Dar San Ġużepp, Santa Venera, Malta).

    8. Il- Ġimgħa San Ġwann ta’ Alla. Tifkira. / Jum internazzjonali tan-Nisa (GM) / Eżerċizzi għas-Saċerdoti (Manresa). Parenting Skills: Parenting from the inside out: 8. Teaching Your Child Values and morals - Kif ngħaddu valuri tajbin lil uliedna? ( Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II - 7.30pm).

    9. Is- Sibt

    Santa Franġiska Rumana, Reliġjuża. Tifkira. Nofstanhar Spiritwalità għas-Saċerdoti (Santwarju Ta’ Pinu) / Cenaklu A.K. fl-4.30pm. “Woytla, L-Għajta t’Alla” Musical dwar Ġwanni Pawlu II (Oratorju Don Bosco - 7.30pm). Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja ta’Savina, ir-Rabat - Quddies: 8.00pm u f’nofsillejl).

    10. Il-Ħadd

    L-Ewwel Ħadd tar-Randan (Sena Ċ). Festa ta’ San Girgor il-Kbir (Parroċċa Kerċem). Irtir għall-Għarajjes (Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II). “Woytla, L-Għajta t’Alla” Musical dwar Ġwanni Pawlu II (Oratorju Don Bosco - 7.30pm).

    11. It-Tnejn KKSK (Sta. Tereża).

    12. It-Tlieta San Ġużepp Zhang Dapeng, Martri. Tifkira.

    13. L-Erbgħa Is-6 Anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku.

    14. Il-Ħamis Jum Dinji tal-Kliewi (GM.).

    15. Il-Ġimgħa Laqgħa għall-Persuni Separati (KDF - Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II - 7.30pm).

    16. Is-Sibt Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Kappella tal-Oratorju Don Bosco, ir-Rabat - Quddies: 8.00pm u f’nofsillejl).

    17. Il-Ħadd It-Tieni Ħadd tar-Randan (Sena Ċ). Obolo ta’ San Pietru (Ġabra Djoċesana għall-Papa). Films għall-familja kull nhar ta’ Ħadd fil-5.30pm (Oratorju Don Bosco).

    18. It-Tnejn San Alessandru tal-Kappadoċja, Isqof u Martri. Tifkira.

    19. It-Tlieta

    San Ġużepp Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija. Solennità. Jum il-Papa: is-6 Anniversarju mill-bidu tal-Pontifikat tal- Papa Franġisku. Attività tar-Randan għat-tfal (Azzjoni Kattolika).

    20. L-Erbgħa Il-Qaddisin Martri ta’ San Saba. Tifkira.

    21. Il-Ħamis Jum Internazzjonali biex titneħħa d-Diskriminazzjoni Razzjali (ĠM).

    22. Il-Ġimgħa Jum Dinji tal-Ilma (GM).

    23. Is- Sibt

    Jum ta’ Talb u Sawm b’tifkira tal-Missjunarji Martri. Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù, in-Nadur - Quddies: 8.00pm u f’nofsillejl). Adorazzjoni għall-Persuni kkonsagrati (Parroċċa tal-Għarb: 5.30pm - Adorazzjoni, 6.30pm – Quddiesa).

    24. il-Ħadd It-Tielet Ħadd tar-Randan (Sena Ċ) Acies għal-Leġjunarji kollha (Santwarju Ta’ Pinu - 3pm). Films għall-familja kull nhar ta’ Ħadd fil-5.30pm (Oratorju Don Bosco).

    25. It-Tnejn It-Tħabbira tal-Mulej. Solennità. Festa fil-Knisja tal-Lunzjat: Quddiesa mill-Isqof Mario Grech (6.15pm). Irtir għas-Saċerdoti (Manresa).

    26. It-Tlieta Irtir għas-Saċerdoti (Manresa).

    27. L-Erbgħa Irtir għas-Saċerdoti (Manresa).

    28. Il-Ħamis San Ċirillu, Djaknu u Martri. Tifkira. 29. Il-Ġimgħa Pellegrinaġġ tar-Randan għall-Istudenti tal-Iskejjel Primarji tal-Knisja.

    30. Is-Sibt Seminar għall-Koppji (Istitut tal-Familja Ġwanni Pawl II - 4-7pm). Lejl Adorazzjoni mill-Moviment Ewkaristiku (Knisja tal-Madonna tal-Karmnu Ta’ Ħamet, ix-Xewkija - Quddies: 8.oopm u nofsillejl).

    31. Il-Ħadd Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan (Sena Ċ). Jum il-Ħelsien. Festa Nazzjonali.