newsheet tal-għaqdiet kattoliċi - gozo...

3
Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi Nru. 446 FRAR 2014 JUM IL-ĦAJJA IKKONSAGRATA (2 ta’ Frar) Mons Isqof Mario Grech se jmexxi Quddiesa Pontifikali għall-Persuni Kkonsagrati fil-Knisja Katidrali, nhar il-Ħamis 2 ta’ Frar, fis- 6.00pm. Ningħaqdu mar-Reliġjużi u l-Lajċi kkonsagrati biex nitolbu lil Alla għal aktar vokazzjonijiet għall-ħajja kkonsagrata. Fid-diskors tiegħu mas-Superjuri Ġenerali, f’laqgħa fil-Vatikan li saret fid-29 ta’ Novembru 2013, Papa Franġisku ħabbar li ser jiddedika s-sena 2015 bħala “Is-Sena tal-Ħajja Konsagrata”. Il-Papa stqarr li l-Insara kollha huma msejħa biex jgħixu b’mod radikali l-ħajja Nisranija. Imma l-vokazzjoni tal-persuni konsagrati hi sejħa speċjali li “tista’ tqajjem id-dinja”. Il-Papa sejjaħ il-ħajja konsagrata bħala “profezija”. Il-Papa ħeġġeġ lill-persuni konsagrati biex imorru fil-periferiji tad-dinja. Hu b’dan il-mod li nistgħu nimitaw tassew lil Kristu. CELEBRAZZJONI TA’ GĦELUQ IL-ĦAMSIN SENA MIT-TWAQQIF TAL-MOVIMENT EWKARISTIKU GĦAWDXI DJOĊESAN (1964 – 6 TA’ FRAR – 2014) Il-Moviment Ewkaristiku Għawdxi Djoċesan qed jistieden lill-poplu Nisrani biex jieħu sehem f’konċelebrazzjoni ta’ Radd il-ħajr preseduta mill-E.T. Mons Mario Grech, Isqof t’Għawdex fl-okkażjoni tal-ħamsin (50) anniversarju mit-twaqqif tal-Moviment. Nhar is-Sibt 8 ta’ Frar 2014, fis-Santwarju: Madonna ta’ Pinu, fis-6.30pm N.B. Is-Saċerdoti ġġibu magħkom Alba u stola ħadra biex jikkonċelebraw. STEDINA MILL-MIXJA TAL-AĦWA NEOKATEKUMENALI It-Tlieta 4 ta' Frar se tibda katekeżi għaż-żgħażagħ u adulti fiċ-Ċentru Pastorali "Ragħaj it-Tajjeb", Taċ-Ċawla, fis- 7.00pm. Il-katekeżi ssir kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa, sal-25 ta' Marzu. Din hi sejħa li l-Mulej qed jagħmel lil dawk li jħossu l-bżonn li jibdew mixja serja lejn fidi adulta. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal. A step forward for Multiple Sclerosis Awareness Konferenza ta’ għarfien dwar il-kundizzjoni tal-Multiple Sclerosis Ministeru għal Għawdex - Is-Sibt 8 ta’ Frar 2014 - 10.00am-12.00 Nofsinhar Il-Konferenza se sservi wkoll biex jitwaqqaf sub committee f'Għawdex Multiple Sclerosis society of Malta. Barra minn hekk ser ikun hemm esperjenzi ta’ persuni li ghandhom MS. L-udjenza ser ikollha l-opportunità biex tagħmel interventi. SOLENNITÀ TAN-NAWFRAĠJU TAL-APPOSTLU MISSIERNA SAN PAWL Nhar it-Tnejn 10 ta’ Frar 2014 taħbat is-Solennità tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun tal-Gżejjer Maltin. Dawk kollha responsabbli mill-Għaqdiet u Movimenti Kattoliċi u Gruppi Ekkleżjali huma mitluba li jibagħtu rappreżentanza għall-Pontifikal mill-Isqof li jibda fid-9.00am fil-Parroċċa tal-Munxar. It-Tlieta 11 ta’ Frar huwa t-22 JUM DINJI TAL-MORDA «Fidi u Mħabba: “Jeħtieġ nagħtu ħajjitna għal xulxin” (1 Ġw 3:16)» Fil-Messaġġ tiegħu, Papa Franġisku jindirizza b’mod speċjali lill-morda u lil dawk li jieħdu ħsiebhom. Hu jgħidilhom: “Il-Knisja tagħraf fikom il-morda preżenza speċjali ta’ Kristu sofferenti.”

Upload: others

Post on 23-Jan-2021

7 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Gozo Diocesegozodiocese.org/wp-content/uploads/2014/01/newsheet-frar... · 2020. 12. 4. · Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 446 FRAR 2014

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi

Nru. 446 FRAR 2014

JUM IL-ĦAJJA IKKONSAGRATA (2 ta’ Frar) Mons Isqof Mario Grech se jmexxi Quddiesa Pontifikali għall-Persuni Kkonsagrati fil-Knisja Katidrali, nhar il-Ħamis 2 ta’ Frar, fis- 6.00pm. Ningħaqdu mar-Reliġjużi u l-Lajċi kkonsagrati biex nitolbu lil Alla għal aktar vokazzjonijiet għall-ħajja kkonsagrata.

Fid-diskors tiegħu mas-Superjuri Ġenerali, f’laqgħa fil-Vatikan li saret fid-29 ta’ Novembru 2013, Papa Franġisku ħabbar li ser jiddedika s-sena 2015 bħala “Is-Sena tal-Ħajja Konsagrata”. Il-Papa stqarr li l-Insara kollha huma msejħa biex jgħixu b’mod radikali l-ħajja Nisranija. Imma l-vokazzjoni tal-persuni konsagrati hi sejħa speċjali li “tista’ tqajjem id-dinja”. Il-Papa sejjaħ il-ħajja konsagrata bħala “profezija”. Il-Papa ħeġġeġ lill-persuni konsagrati biex imorru fil-periferiji tad-dinja. Hu b’dan il-mod li nistgħu nimitaw tassew lil Kristu.

CELEBRAZZJONI TA’ GĦELUQ IL-ĦAMSIN SENA MIT-TWAQQIF TAL-MOVIMENT EWKARISTIKU GĦAWDXI DJOĊESAN

(1964 – 6 TA’ FRAR – 2014) Il-Moviment Ewkaristiku Għawdxi Djoċesan qed jistieden lill-poplu Nisrani biex jieħu sehem f’konċelebrazzjoni ta’ Radd il-ħajr preseduta mill-E.T. Mons Mario Grech, Isqof t’Għawdex fl-okkażjoni tal-ħamsin (50) anniversarju mit-twaqqif tal-Moviment.

Nhar is-Sibt 8 ta’ Frar 2014, fis-Santwarju: Madonna ta’ Pinu, fis-6.30pm N.B. Is-Saċerdoti ġġibu magħkom Alba u stola ħadra biex jikkonċelebraw.

STEDINA MILL-MIXJA TAL-AĦWA NEOKATEKUMENALI It-Tlieta 4 ta' Frar se tibda katekeżi għaż-żgħażagħ u adulti fiċ-Ċentru Pastorali "Ragħaj it-Tajjeb", Taċ-Ċawla, fis-7.00pm. Il-katekeżi ssir kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa, sal-25 ta' Marzu. Din hi sejħa li l-Mulej qed jagħmel lil dawk li jħossu l-bżonn li jibdew mixja serja lejn fidi adulta. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

A step forward for Multiple Sclerosis Awareness

Konferenza ta’ għarfien dwar il-kundizzjoni tal-Multiple Sclerosis Ministeru għal Għawdex - Is-Sibt 8 ta’ Frar 2014 - 10.00am-12.00 Nofsinhar

Il-Konferenza se sservi wkoll biex jitwaqqaf sub committee f'Għawdex Multiple Sclerosis society of Malta. Barra minn hekk ser ikun hemm esperjenzi ta’ persuni li ghandhom MS. L-udjenza ser ikollha l-opportunità biex tagħmel interventi.

SOLENNITÀ TAN-NAWFRAĠJU TAL-APPOSTLU MISSIERNA SAN PAWL Nhar it-Tnejn 10 ta’ Frar 2014 taħbat is-Solennità tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun tal-Gżejjer Maltin. Dawk kollha responsabbli mill-Għaqdiet u Movimenti Kattoliċi u Gruppi Ekkleżjali huma mitluba li jibagħtu rappreżentanza għall-Pontifikal mill-Isqof li jibda fid-9.00am fil-Parroċċa tal-Munxar.

It-Tlieta 11 ta’ Frar huwa t-22 JUM DINJI TAL-MORDA «Fidi u Mħabba: “Jeħtieġ nagħtu ħajjitna għal xulxin” (1 Ġw 3:16)»

Fil-Messaġġ tiegħu, Papa Franġisku jindirizza b’mod speċjali lill-morda u lil dawk li jieħdu ħsiebhom. Hu jgħidilhom: “Il-Knisja tagħraf fikom il-morda preżenza speċjali ta’ Kristu sofferenti.”

Page 2: Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Gozo Diocesegozodiocese.org/wp-content/uploads/2014/01/newsheet-frar... · 2020. 12. 4. · Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 446 FRAR 2014

Frar-2014 KALENDARJU PASTORALI Numru 446

1.Sibt L-Ewwel Sibt tax-xahar / Kunsill Presbiterali / Preżentazzjoni tat-Trabi lill-Madonna Ta’ Pinu (Santwarju Ta’

Pinu - A.K. -4.30pm) / Lejl Adorazzjoni mill-Mov.Ewk. fil-Knisja ta’ Santu Wstin, Victoria (8.00pm).

2.Ħadd Il-Preżentazzjoni tal-Mulej. Festa. Pontifikal fil-Katidral. Jum il-Ħajja Kkonsagrata. Festa ta’ San Ġwann Bosco (Oratorju Don Bosco, Victoria). Kungress Leġjun ta’ Marija.

3.Tnejn Laqgħa għas-Saċerdoti għaż-Żona A (Seminarju - 4.00pm).

4.Tlieta Preparazzjoni MTŻ 2 (KDF San Ġorġ u Katidral - 6.30pm).

5. Erbgħa Kulleġġ tal-Kappillani / Preparazzjoni MTŻ 2 (KDF-700pm).

6.Ħamis Ġurnata Adorazzjoni Ewkaristika b’talb għall-Vokazzjonijiet (Seminarju: 7.00am – 10.00pm). Laqgħa “Grupp Talb Dun Mikiel Attard” (Seminarju - 7.00-8.00pm) / Preparazzjoni MTŻ 1 (KDF-6.15pm).

7.Ġimgħa Beatu Piju IX, Papa. Fundatur tad-Djoċesi t’Għawdex . L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Adorazzjoni u Tqarbina Riparatriċi / Laqgħa għall-Persuni Separati (KDF - 8.00pm). Adorazzjoni għall-Koppji għarajjes u miżżewġin (Istitut tal-Familja Papa Ġwann Pawlu II - 8.30-9.30pm)

8.Sibt Għeluq il-50 sena mit-twaqqif tal-Moviment Ewkaristiku Djoċesan. Koncelebrazzjoni preseduta mill-Isqof Mario Grech (Ta’ Pinu - 6.30pm). Lejl Adorazzjoni mill-Mov. Ewk. Fl-istess Santwarju Ta’ Pinu / Ċenaklu Azzjoni Kattolika (4.00pm)

9.Ħadd Il-Ħames Ħadd tas-Sena A. Jum il-Ħajja / Festa ta’ San Pawl (Marsalforn) Films għall-familja kollha (Oratorju Don Bosco – 5.30pm)

10.Tnejn Solennità tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun ta’ Malta u Għawdex. Obbligu tas-Smigħ tal-Quddies. Pontifikal Parroċċa Munxar (9.00am)

11.Tlieta L-Ewwel dehra tal-B.V.M ta’ Lourdes. Id-dehriet l-oħra fi Frar: 14,18, 19, 20, 21, 23, 24, 25, 26, 27 u 28.

It-22 Jum Dinji tal-Morda. / Festa tal-Madonna ta’ Lourdes (Knisja ta’ Lourdes,Għajnsielem). Preparazzjoni MFF 3 (KDF - 6.30pm).

12.Erbgħa Laqgħa Nukleju Ċentrali KDF (7.00pm) / Preparazzjoni MFF 2 (KDF - 8.00pm).

13. Ħamis Laqgħa għad-Delegati Pastorali (Kurja - 9.00am).

14. Ġimgħa San Ċirillu, Raħeb u San Metodju, Isqof, Patruni tal-Ewropa. Festa. Irtir A.K. (Manresa)

15.Sibt Irtir A. K. (Manresa) / Lejl Adorazzjoni Mov. Ewk. fil-Knisja ta’ Ħamet li jibda fit-8.00pm.

16.Ħadd Is-Sitt Ħadd tas-Sena A. Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda (Sptar Ġenerali ta’ Għawdex - 9.30am). Films għall-familja kollha (Oratorju Don Bosco – 5.30pm).

17.Tnejn Laqgħa għas-saċerdoti Żona B ( Zebbuġ - 4.00pm).

19.Erbgħa Laqgħa Kummissjoni Kleru (Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb - 7.00pm). Laqgħa Kunsill Djoċesan tal-Kumunitajiet Ewkaristiċi (7.00pm).

20.Ħamis Birthday tal-Isqof Mons Mario Grech. Nitolbu għalih. Laqgħa għall-istudenti tal-Form 5 u Form 6 (Seminarju - 7.00pm). Laqgħa għas-saċerdoti ordnati fl-aħħar 15- il sena (Ċentru Ragħaj it-Tajjeb - 7.30pm).

21.Ġimgħa Laqgħa dwar l-Adolexxenti (KDF - Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II).

22.Is-Sibt Laqgħa Vokazzjonali Djoċesana Forms 2 u 3 u Forms 4 u 5 (4.30pm). Laqgħa dwar l-Adolexxenti (KDF - Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II). Adorazzjoni għall-Persuni kkonsagrati (Parroċċa ta’ Sannat - 6.00pm quddiesa). Lejl Adorazzjoni Mov. Ewk. fil-Knisja ta’ San Franġisk li jibda fit-8.00pm bil-quddiesa.

23.Ħadd Is-Seba’ Ħadd tas-Sena A. Għoti tal-ministeru tal-Lettorat (Parroċċa Munxar - 4.00pm). Laqgħa dwar l-Adolexxenti (KDF - Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II). Films għall-familja kollha (Oratorju Don Bosco – 5.30pm).

24.Tnejn Late Applications interni Form 1 (Skejjel tal-Knisja). Laqgħa għas-saċerdoti Żona Ċ ( Sannat - 4.00pm). Kunsill Pastorali Djoċesan.

25.Tlieta Beata Marija Adeodata Pisani, Verġni. Tifkira. Kors ta’ Aġġornament għas-saċerdoti.

26 Erbgħa KKSK (Skola St. Francis-Victoria). Kors ta’ Aġġornament għas-saċerdoti.

27.Ħamis Kors ta’ Aġġornament għas-saċerdoti.

28. Ġimgħa Laqgħa għall-Persuni f’relazzjoni barra ż-żwieġ (KDF - 8.00pm).

Page 3: Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Gozo Diocesegozodiocese.org/wp-content/uploads/2014/01/newsheet-frar... · 2020. 12. 4. · Newsheet tal-Għaqdiet KattoliċiNru. 446 FRAR 2014