matsec examinations board€¦ · b. karta 2a (fl-ewwel taqsima u t-tieni taqsima l-markers...

21
L-Iskema tal-Marki ĊES Malti Is-Sessjoni Prinċipali 2019 MATSEC Examinations Board

Upload: others

Post on 03-Aug-2020

11 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki ĊES Malti

Is-Sessjoni Prinċipali 2019

MATSEC Examinations Board

Page 2: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 1 minn 20

L-iskemi tal-marki ppubblikati mill-Bord tal-MATSEC mhumiex intenzjonati li jkunu dokumenti awtonomi. Huma riżorsa essenzjali għal min jikkoreġi, li wara dawn jiġu mmonitorjati permezz ta’ proċess ta’ verifika sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-iskemi tkun waħda konsistenti u preċiża.

Fil-każ ta’ skemi tal-marki li jkunu jinkludu tweġibiet jew spjegazzjonjiet mudell, għandu jiġi nnutat li dawn mhumiex maħsuba biex ikunu limitati skont it-tweġibiet mogħtija. Jistgħu jkunu aċċettabbli wkoll varjazzjonijiet u alternattivi. L-eżaminaturi għandhom jikkunsidraw it-tweġibiet kollha fuq il-mertu tagħhom, u f’każ ta’ dubju jridu jkunu kkonsultaw mal-Bord tal-MATSEC.

Page 3: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 2 minn 20

A. L-Ewwel Karta

L-Ewwel Taqsima – Il-Komponiment (25 marka)

Dan it-taħriġ jittestja l-produzzjoni tal-lingwa: kemm il-kandidati għandhom ħila jħaddmu l-Malti miktub għall-komunikazzjoni effettiva. Fil-produzzjoni miktuba għalhekk jitqiesu l-elementi mogħtija fl-ewwel tabella ta’ hawn taħt. Dawn li ġejjin huma l-kriterji tal-KOMPONIMENT ġenerali li għandu 25 marka. Il-markers iridu jimxu ma’ dawn il-kriterji bir-reqqa biex issir ġustizzja mal-kandidati kollha.

It-tqassim tal-marki għal L-assessjar ta’

Relevanza → 10 marki Koerenza + ċarezza (i.e. l-ideat irid ikollhom x’jaqsmu

mas-suġġett u jagħmlu sens; irid ukoll ikollhom vokabularju xieraq

bit-tifsir xieraq tiegħu; mela jekk il-komponiment ikun barra

mis-suġġett jitlef il-marki tar-relevanza kollha )

Stil → 5 marki Koeżjoni + struttura (i.e. fil-mod ta’ preżentazzjoni

s-sentenzi u l-paragrafi jridu jintrabtu ma’ xulxin;

il-punteġġatura trid tkun xierqa)

Grammatika → 5 marki Morfoloġija + sintassi (i.e. il-lingwa trid timxi mar-regoli kollha

stabbiliti; jitqies ukoll jekk il-Malti jkunx idjomatiku)

Ortografija → 5 marki Spelling (i.e. il-kitba trid tkun korretta u aġġornata; jekk jintuża xi

kliem missellef u jitħalla bl-Ingliż, l-ispelling ukoll irid ikun tajjeb

inkella jitnaqqsu l-marki – imma ma jitnaqqsux marki għax dan

il-kliem ma jinkitibx bl-inverted commas jew ma jkollux sing taħtu)

Fil-marġin ta’ kull esej iridu jidhru dawn l-erba’ marki fl-ordni ta’ hawn fuq, u f’ċirku jingħata t-total tagħhom li mbagħad jitniżżel fuq quddiem tal-iskript u fuq il-mark sheet.

Page 4: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 3 minn 20

It-totali tal-marki jkollhom dawn it-tifsiriet, bejn wieħed u ieħor:

Medda

tal-marki

Livell Karatteristiċi

25-23 Għoli ħafna Koerenza u ċarezza mill-aħjar; koeżjoni u struttura xierqa; morfoloġija

u sintassi tajbin; vokabularju varjat; ortografija bla żbalji.

Il-kandidat juri ħila fil-ħsieb, komunikazzjoni, u kreattività.

22-19 Għoli Koerenza u ċarezza tajbin; koeżjoni u struttura addattati; morfoloġija u

sintassi ġeneralment tajbin; vokabularju varjat;

xi żbalji tal-ortografija.

Il-kandidat juri ħila fil-ħsieb, komunikazzjoni, u kreattività.

18-15 Tajjeb Koerenza u ċarezza mhux ħżiena; koeżjoni u struttura addattati;

morfoloġija u sintassi mhux ħżiena; vokabularju komuni;

xi żbalji tal-ortografija.

Il-kandidat juri ħila fl-aspett komunikattiv.

14-11 Average Koerenza u ċarezza mhux ħżiena; koeżjoni u struttura b’xi difetti;

morfoloġija u sintassi mhux ħżiena; vokabularju komuni; żbalji aktar

spissi tal-ortografija.

In-nuqqasijiet ma jtellfux l-espressjoni tal-kandidat.

10-6 Baxx Koerenza u ċarezza dgħajfin; koeżjoni u struttura bid-difetti;

morfoloġija u sintassi batuti; vokabularju limitat; żbalji spissi

tal-ortografija.

Espressjoni batuta.

5-0 Baxx ħafna Koerenza u ċarezza dgħajfin; koeżjoni u struttura ħżiena; morfoloġija u

sintassi ħżiena; vokabularju limitat; ħafna żbalji tal-ortografija.

Espressjoni fqira.

Dawn il-karatteristiċi għandhom iservu ta’ għajnuna għall-immarkar tal-komponiment ġenerali.

Page 5: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 4 minn 20

L-iżbalji

Żball repetut jitqies żball wieħed. Żbalji tal-grammatika: naqqas marka għal kull żball. Jekk il-kandidat ikollu ħames żbalji differenti jew aktar jitlef il-marki kollha allotjati għall-grammatika. Żbalji tal-ortografija: naqqas marka għal kull erba’ żbalji differenti. Jekk il-kandidat ikollu 20 żball differenti jew aktar jitlef il-marki kollha allotjati għall-ispelling. Minn żball sa tlieta ma titnaqqas ebda marka.

It-tul tal-esej

Il-komponiment irid ikun fih madwar 350 kelma.

Għoxrin kelma ’l fuq u ’l isfel (330/370) minn din iċ-ċifra ma jitnaqqsux marki.

Jekk kandidat jikteb aktar minn 370, il-marker jieqaf jimmarka mat-370 u jaqta’ sing aħmar u jagħmel nota biex juri safejn immarka.

Jekk komponiment ikollu minn 300 sa 330: il-kandidat jiġi ppenalizzat billi mill-marka li jagħti l-marker skont il-kriterji ta’ hawn fuq jitnaqqsulu 3 marki.

Jekk komponiment ikollu minn 250 sa 300: il-kandidat jiġi ppenalizzat billi mill-marka li jagħti l-marker skont il-kriterji ta’ hawn fuq jitnaqqsulu 4 marki.

Jekk komponiment ikollu minn 200 sa 250: il-kandidat jiġi ppenalizzat billi mill-marka li jagħti l-marker skont il-kriterji ta’ hawn fuq jitnaqqsulu 5 marki.

Jekk komponiment ikollu inqas minn 200 kelma: il-kandidat jiġi ppenalizzat billi l-marka li jagħti l-marker skont il-kriterji ta’ hawn fuq tiġi diviża bin-nofs.

Meta jkun hemm xi sitwazzjoni minn dawn li semmejna, il-marker irid jirreġistra dan it-tnaqqis ta’ marki fil-marġin; it-total tal-esej irid jinkludi dan it-tnaqqis.

It-Tieni Taqsima (22 marka)

Fehim it-Test

Dan it-taħriġ jittestja r-riċeviment tal-lingwa: kemm il-kandidati għandhom ħila jifhmu l-Malti miktub għall-komunikazzjoni effettiva. Għalhekk l-aktar ħaġa importanti hija l-komprensjoni. L-iżbalji tal-ortografija ma jiġux ippenalizzati, imma jekk ikun hemm żbalji tal-grammatika mit-total (li l-kandidat ikun kiseb għat-tweġibiet tajbin) jitnaqqsulu 2 marki (ikun hemm kemm ikun hemm żbalji grammatikali). Jekk marker jiltaqa’ ma’ tweġiba tajba li mhijiex imniżżla f’din l-iskema, jekk jogħġbu jikkuntattja liċ-chairman.

1. Għax ried jinżel fl-ajruport ta’ Ħal Luqa wara titjira ta’ taħriġ. (2 marki)

2.

L-ajruplan żvija għan-naħa tax-xellug sabiex jevita nżul/tiġrif fil-fabbriki fil-qasam industrijali

tal-Marsa. (2 marki)

3.

Iva (marka)

Għaliex, xi nies li rawh għaddej innutaw bħal xi duħħan ħiereġ minnu, u f’daqqa waħda niżel

f’daqqa. Aċċetta tweġibiet li fihom l-istess ħsieb ta’ din ir-risposta. (marka)

Page 6: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 5 minn 20

4.

Il-post ġie magħluq għall-pubbliku sabiex 1. Jitneħħew il-fdalijiet kollha tal-ajruplan, u 2. Issir

investigazzjoni xierqa mingħajr ma jintmessu l-provi. Aċċetta tweġibiet li fihom l-istess ħsieb

ta’ dawn ir-raġunijiet. (2 marki)

5.

Iż-żewġ tislimiet kienu skorta ta’ 80 suldat li nqasmu f’żewġ ringieli fid-daħla taċ-ċimiterju biex

isellmu lill-vittmi, u ajruplan Canberra ttajjar fil-baxx fuq iċ-ċimiterju. (2 marki)

6.

Iva. Jidher li mhijiex l-ewwel darba li saru inċidenti ta’ tiġrif minn ajruplani tal-istess tip Jew Le.

Mhux neċessarjament għandna nassoċjaw tiġrif minħabba t-tip ta’ ajruplan. Ħsarat jistgħu

jseħħu lil kull oġġett, anke lill-ajruplani.

Aċċetta tweġibiet li fihom l-istess ħsieb ta’ dawn ir-risposti sakemm jibqgħu jorbtu ma’ dak li

tgħid is-silta. Agħti marka jew tnejn skont iċ-ċarezza tal-ispjegazzjoni. (2 marki)

Għarfien il-Lingwa

7. pilota (marka)

servew/ħadmu (marka)

kkraxxja/tfarrak/sploda (marka)

stazzjonati (marka)

8. a. skorta (marka)

b. fillieri (marka)

ċ. isellmu (marka)

d. vittmi (marka)

9. Sar fjamma waħda (2 marki)

Page 7: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 6 minn 20

It-Tielet Taqsima – Il-Grammatika (14-il marka)

Dan it-taħriġ jittestja l-għarfien tal-grammatika bħala l-qofol tal-istruttura u s-sistema tal-Malti.

1. bennej (marka)

2. bini (marka)

3. artistika, diffiċli, differenti (marka)

4. talba (marka)

5. 2 forma (marka)

6. rfin (marka)

7. tqarraq (marka)

8. mibnija (marka)

9. xogħol missirijietna (marka)

10. MWR, mwr, M-W-R, m-w-r (marka)

11. dwejra (marka)

12. xogħlijiet (marka)

13. ngħinuhom (marka)

14. din/dan (marka)

Ir-Raba’ Taqsima – Ir-Rapport (12-il marka)

Dan it-taħriġ jittestja l-produzzjoni tal-lingwa: kemm il-kandidati għandhom ħila jħaddmu l-Malti miktub għall-komunikazzjoni effettiva skont ir-reġistru u l-forma li titlob is-sitwazzjoni.

F’dan it-taħriġ (80 kelma) ta’ Malti komunikattiv, mela, il-kandidat irid juri li jaf kif jinkiteb rapport qasir. Il-marker irid jassessja b’dan il-mod:

2 marki għall-forma tar-rapport (l-istil)

6 marki għall-kontenut tar-rapport: relevanza (3 marki); koeżjoni (3 marki); titlu xieraq (relevanti mas-suġġett u jiġbor l-essenzjal tal-kontenut)

2 marki għall-grammatika (jitnaqqsu dawn iż-2 marki anki jekk ikun hemm żball grammatikali wieħed)

2 marki għall-ortografija (titnaqqas marka għal kull erba’ żbalji differenti, imma sa 2 marki biss jista’ jitlef)

Page 8: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 7 minn 20

It-tul tar-rapport: ħames kelmiet aktar jew inqas ma jitnaqqsu ebda marki. Aktar minn ħames kelmiet imma inqas minn 10 kelmiet, titnaqqas marka mit-total miksub. Aktar minn 10 kelmiet żejda jew nieqsa jitnaqqsu 2 marki mit-total miksub. Il-marker irid jirreġistra dan it-tnaqqis fil-marġin.

Il-Ħames Taqsima – L-Ittra (12-il marka)

Dan it-taħriġ jittestja l-produzzjoni tal-lingwa: kemm il-kandidati għandhom ħila jħaddmu l-Malti miktub għall-komunikazzjoni effettiva skont ir-reġistru u l-forma li titlob is-sitwazzjoni. F’dan it-taħriġ (80 kelma) ta’ Malti komunikattiv, mela, il-kandidat irid juri li jaf kif tinkiteb ittra formali jew informali. Il-marker irid jassessja b’dan il-mod:

2 marki għall-forma tal-ittra (l-istil)

6 marki għall-kontenut tal-ittra: relevanza (3 marki); koeżjoni (3 marki); suġġett tal-email xieraq (relevanti mas-suġġett u jiġbor l-essenzjal tal-kontenut)

2 marki għall-grammatika (jitnaqqsu dawn iż-2 marki anki jekk ikun hemm żball grammatikali wieħed)

2 marki għall-ortografija (titnaqqas marka għal kull erba’ żbalji differenti, imma sa 2 marki biss jista’ jitlef) It-tul tal-ittra: ħames kelmiet aktar jew inqas ma jitnaqqsu ebda marki. Aktar minn ħames kelmiet imma inqas minn 10 kelmiet, titnaqqas marka mit-total miksub. Aktar minn 10 kelmiet żejda jew nieqsa jitnaqqsu 2 marki mit-total miksub. Il-marker irid jirreġistra dan it-tnaqqis fil-marġin.

Page 9: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 8 minn 20

B. Karta 2A

(Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u

tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima u r-Raba’ Taqsima: ara l-iskema tal-immarkar aktar ’l isfel.)

L-EWWEL TAQSIMA

(Minbarra t-tweġibiet mogħtija hawn isfel, jista’ jkun hemm tweġibiet validi oħra li għandhom jitqiesu tajbin.

F’każ ta’ diffikultà kkuntattja liċ-chairperson.)

Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Poeżija

B’Idejna, Adrian Grima

(20 marka)

Wieġeb:

1. Islet ŻEWĠ sentenzi mill-poeżija li permezz tagħhom nagħrfu l-indeċiżjoni li jinsab fiha l-poeta. Għaliex il-poeta

qed iħossu daqshekk indeċiż? (4)

“Ma nkunx naf x’se naqbad nagħmel b’idejja.”

“Meta nħares lejn l-oħrajn/nintebaħ x’għandi nagħmel.” (2 marki)

Għalkemm bl-innu nazzjonali għandna nħossuna kburin bħala Maltin, il-poeta jħoss emozzjonijiet opposti għax jara

nuqqasijiet fil-poplu. (2 marki)

2. X’inhi l-figura tat-taħdit li qed iħaddem il-poeta fil-vers: “dan il-moħħ lewn ix-xagħri?” Fisser l-effett li jrid

joħloq il-poeta b’din il-figura tat-taħdit. (4)

Metafora. (marka)

Minħabba li “xagħri” tfisser post infertili (fejn ma jikber xejn) il-poeta jrid ifisser li l-moħħ huwa vojt, mingħajr

intelliġenza, mingħajr sens ta’ inizjattiva, eċċ.

(3 marki)

3. Il-poeta x’qiegħed jikkritika permezz tas-sentenza: “jitħabat ma’ stering ta’ karozza li ma tridx tistartja?”

(4)

Il-karozza, minflok qiegħda timxi, għadha anqas biss startjat!

Pajjiż għandu bżonn jaqbad it-triq tal-progress, jimxi ’l quddiem, (2 marki) imma mhux talli mhux qed jirnexxilu, talli

għadu anqas biss beda miexi f’din it-triq. (2 marki)

Page 10: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 9 minn 20

4. Ikteb ŻEWĠ raġunijiet għaliex nistgħu ngħidu li din il-poeżija hija waħda ta’ protesta. Islet kwotazzjoni għal kull

raġuni li ssemmi. (4)

Minflok isellem waqt l-innu nazzjonali, iżomm idejh warajh: “ġieli nitfa’ jdejja wara dahri.” (2 marki) Ma jixtieqx

jisma’ u jara n-nuqqasijiet ta’ madwaru: “npoġġihom quddiem għajnejja u nsodd widnejja f’salt.” (2 marki)

5. Ikteb dwar il-vers li qed iħaddem il-poeta. X’taħseb li hi r-raġuni li minħabba fiha qed iħaddem dan il-vers?

(4)

Vers ħieles - versi b’tulijiet differenti - rima irregolari - strofi mhux indaqs. (2 marki)

Id-diżappunt li qed iħoss il-poeta f’din iċ-ċirkostanza, l-emozzjonijiet imqallba li għaddej minnhom

il-poeta huma riflessi fin-nuqqas ta’ regolarità tal-vers. (2 marki)

Niftakar, Anton Buttigieg

(Total: 20 marka)

Wieġeb:

1. X’inhi l-figura tat-taħdit li nsibu fil-vers: “il-ħabel iżaqżaq bil-piż tat-tebut?” Il-poeta x’effett joħloq b’din

il-figura tad-diskors? (4)

Onomatopea (marka)

Il-poeta jqajjem il-fantasija tal-qarrej, u qisek tisma’ l-ħoss tal-ħabel huma u jniżżlu

t-tebut fil-qabar. (3 marki)

2. X’inhu t-ton li juża l-poeta matul din is-silta? Ikteb TLIET kwotazzjonijiet li jsaħħu l-għażla li għamilt.

(4)

Ton malinkoniku, ta’ niket, ta’ dwejjaq. (marka)

“jien nibki l-Baħħ jibki” - “talb u rużarju” - “weħidna flimkien” - “ta’ xejn.” (3 marki)

3. F’sentenza waħda, ikteb dwar xiex tittratta l-ewwel strofa ta’ din il-poeżija. Dan x’effett joħloq meta tinqara

t-tieni parti tal-poeżija? (4)

Il-ferħ f’jum it-tieġ tagħhom. (marka)

Permezz tal-kuntrast inħossu x-xokk tal-mewt ta’ martu b’aktar saħħa. (3 marki)

Page 11: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 10 minn 20

4. Ikteb dwar il-metrika ta’ din il-poeżija. Għaliex il-poeta jħaddem din il-metrika?

(4)

Vers ħieles - versi b’tulijiet differenti - rima irregolari. (2 marki)

L-emozzjonijiet imqallba li għaddej minnhom il-poeta huma riflessi fin-nuqqas ta’ regolarità tal-vers. Għadu jħobb lil

martu b’intensità, imma qalbu maqsuma għax tilifha. (2 marki)

5. X’effett joħloq il-poeta permezz tal-versi: “jien u l-Baħħ // il-Baħħ u jien,” lejn it-tmiem ta’ din

is-silta? (4)

Il-vojt li ħalliet warajha l-mara meta mietet - vojt doppju għax id-dar hija vojta mingħajrha, u qalbu hija vojta wkoll.

- Jiġbed is-simpatija tagħna lejh. (4 marki)

IT-TIENI TAQSIMA

(Minbarra t-tweġibiet mogħtija hawn isfel, jista’ jkun hemm tweġibiet validi oħra li għandhom jitqiesu tajbin.

F’każ ta’ diffikultà kkuntattja liċ-chairperson.)

Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Proża

Ċensina, Lino Spiteri

(20 marka)

Wieġeb:

1. F’liema qagħda kienet tgħix Ċensina? Ikteb ŻEWĠ kwotazzjonijiet mis-silta biex tagħti prova ta’ dak li ktibt.

(4)

Qagħda ta’ faqar, solitudni, miżerja. (2 marki)

“fil-ħaxix sema’ t-tħaxwix tal-ġrieden.” - “jien ma nafx naqra.” - “ma tkellimnix” - “tgħajjarni biss” - “il-bieb jagħti

lejn il-vojt ta’ ġewwa.” (2 marki, waħda għal kull kwotazzjoni li tingħata)

2. Minn din is-silta ta’ proża, sib eżempju ta’ metafora, iktibha, u ikteb l-effett li n-narratur joħloq biha.

(4)

“Id-diska li jdoqq max-xjuħ ma ħasshiex f’postha.” (marka)

Il–kliem li jirrepeti mekkanikalment lil kull min imur iżur issa ħassu ma jagħmilx sens waqt li qed ikellem lil din

il-mara.

(3 marki)

Page 12: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 11 minn 20

3. Għal liema raġuni n-narratur isemmi l-ġrieden aktar minn darba f’din is-silta ta’ proża? X’importanza

għandhom il-ġrieden f’dan ir-rakkont? (4)

Ġurdien huwa annimal li kulħadd jistkerrhu, u ħadd ma jridu viċin tiegħu. (marka) Ċensina kienet f’sitwazzjoni simili

għax ħadd ma kien jagħti kasha, kienet emarġinata, eċċ. (3 marki)

4. X’tip ta’ relazzjoni kienet teżisti bejn Ċensina u l-ġirien tagħha? X’emozzjoni tqanqal fil-qarrej din ir-relazzjoni?

(4)

Relazzjoni bierda, ma jkellmuhiex, jgħajruha. (2 marki)

Il-qarrej jissimpatizza ma’ Ċensina għax, aktar ma qiegħda tgħix ħajja diffiċli, aktar issib min jagħmilhielha agħar.

(2 marki)

5. Mis-silta kollha, spjega l-bidla li saret fil-karattru tad-deputat minn xħin daħal sakemm ħareġ.

(4)

Daħal għand Ċensina bħalma jagħmel kull kandidat li joħroġ għall-elezzjoni biex jakkwista l-vot tagħha, qisha għalih

hija numru u xejn aktar. (2 marki) Imma mbagħad tħassarha, u wegħedha li jagħmel minn kollox biex jgħinha ttejjeb

il-qagħda tagħha. (2 marki)

Ix-Xini Jimxi fl-Art, Manwel Magri

(Total: 20 marka)

Wieġeb:

1. X’jissejjaħ dan il-ġeneru ta’ proża? Semmi mill-inqas TLIET elementi li s-soltu nsibu f’dan

il-ġeneru ta’ proża. (4)

Ħrafa. (marka)

Kondizzjoni impossibbli - enfasi fuq in-numru tlieta - iż-żgħir fost l-aħwa għandu aktar sens minn ħutu - element

fantastiku - tagħlima fl-aħħar. (3 marki, marka għal kull element li jissemma, sa massimu ta’ tlieta)

2. Liema valur tal-ħajja li għandu t-tifel jinkixef meta dan jiltaqa’ mal-mara x-xiħa?

Billi tirreferi għal din is-silta ta’ proża, fisser għaliex għażilt dan il-valur. (4)

Valur tal-ġenerożità. (marka)

Meta x-xiħa talbitu l-ħobż, it-tifel iż-żgħir qalilha tieħu kemm trid għaliha u għal uliedha. Bi tpattija,

ix-xiħa għenitu jagħmel ix-xini jimxi fl-art. (3 marki)

3. Minn dak li naqraw f’din is-silta ta’ proża, x’tip ta’ relazzjoni kien hemm bejn l-omm u wliedha?

(4)

Ulied: jirrispettaw lil ommhom għax qabel ma jitilqu jmorru jgħidulha x’se jagħmlu. (marka)

Omm: tibża’ għalihom għax ma tafx x’jista’ jiġrilhom; tagħtihom pariri. (marka)

Rispett u mħabba reċiproka. (2 marki)

Page 13: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 12 minn 20

4. Ir-ritmu ta’ din is-silta huwa mgħaġġel jew kajman? Agħti tliet raġunijiet għaliex għamilt l-għażla li għamilt.

(4)

Ir-ritmu huwa mgħaġġel. (marka)

Fid-djalogi nsibu bosta battuti qosra: “”Tini ħalq ħobż” - “Hekka mmur” - “Ma tarax ħutek?”

Mistoqsija u tweġiba mingħajr kliem żejjed: “Qalilha ..... Qaltlu .....”

Interruzzjonijiet immarkati bil-puntini: “Ħallini għax għamilt ħobż għal ġimgħa ....” - “Ibni, nirrak

l-ewwel ....” (3 marki)

5. Skont dak li naqraw fil-kumplament ta’ din in-novella, is-sultan żamm kelmtu jew le? X’taħseb li hi r-raġuni?

(4)

Le, ma żammx kelmtu għax, meta t-tifel iż-żgħir ġieb ix-xini jimxi fl-art, beda jagħmillu aktar kondizzjonijiet, waħda

wara l-oħra. (marka) Ir-raġuni tista’ tkun li fil-verità mhux veru li ried iżewweġ lil bintu. (marka) It-tifel spiċċa biex

iżżewweġ lil bint is-sultan xorta waħda wara li r-raġel xiħ ordna li joqtlu lis-sultan u t-tifel iż-żgħir sar sultan floku.

(2 marki)

Għat-Tielet u r-Raba’ Taqsima

L-Esejs Letterarji – Skemi tal-Immarkar

It-tqassim tal-marki fl-esejs letterarji għandu jkun skont dawn l-iskemi:

Il-Komponimenti Letterarji: Bejn Ħaltejn (barra Il-Ħarsa ta’ Rużann)

(15-il marka kull esej)

Referenzi 2 marki Referenza għal xogħol wieħed biss (naqqas marka); iż-2 marki

jingħataw meta fit-tweġiba jkun hemm referenza (anki waħda) għal

kull xogħol tal-mistoqsija

Argument 8 marki Jekk jingħata rakkont minflok analiżi naqqas 2 marki; argument

mibni fuq xogħol wieħed biss naqqas 2 marki; l-argumenti mibnijin

biex janalizzaw ix-xogħol tal-mistoqsija jridu jkunu relevanti (2 marki)

u jintrabtu ma’ xulxin (2 marki)

Forma 3 marki Introduzzjoni effettiva (marka)

Tqassim f’paragrafi xierqa (marka)

Konklużjoni effettiva (marka)

Ortografija marka Din il-marka tintilef jekk il-kandidat ikollu 3 żbalji jew aktar

Grammatika marka Din il-marka tintilef anki jekk ikun hemm żball wieħed

tal-morfoloġija jew tas-sintassi

50 kelma inqas mil-limitu tal-kliem naqqas 3 marki mit-total tal-marki miksub mill-kandidat

fil-komponiment

100 kelma (jew aktar minn 100) inqas mil-limitu tal-kliem, naqqas 5 marki mit-total tal-marki miksub

mill-kandidat

Page 14: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 13 minn 20

Il-Komponimenti Letterarji: Bejn Ħaltejn (Il-Ħarsa ta’ Rużann)

(30 marka)

Referenzi 4 marki Referenza waħda biss għar-rumanzett jingħataw 2 marki;

aktar minn waħda jingħataw 4 marki; ebda referenza għax-

xogħol = 0 marki

Argument 16–il marka Jekk jingħata rakkont minflok analiżi naqqas 8 marki; -

argumenti mibnijin biex janalizzaw ix-xogħol tal-mistoqsija

jridu jkunu relevanti (4 marki) u jintrabtu ma’ xulxin (4 marki)

Forma 6 marki Introduzzjoni effettiva (2 marki)

Tqassim f’paragrafi xierqa (2 marki)

Konklużjoni effettiva (2 marki)

Ortografija 2 marki Kull 3 żbalji titnaqqas marka

Grammatika 2 marki Iż-2 marki jintilfu anki jekk ikun hemm żball wieħed

tal-morfoloġija jew tas-sintassi

50 kelma inqas mil-limitu tal-kliem, naqqas 3 marki mit-total tal-marki miksub mill-kandidat

fil-komponiment;

100 kelma (jew aktar minn 100) inqas mil-limitu tal-kliem, naqqas 5 marki mit-total tal-marki miksub

mill-kandidat

Page 15: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 14 minn 20

Ċ. Karta 2B

(Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u

tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima u r-Raba’ Taqsima: ara l-iskema tal-immarkar aktar ’l isfel.)

L-EWWEL TAQSIMA (Minbarra t-tweġibiet mogħtija hawn isfel, jista’ jkun hemm tweġibiet validi oħra li għandhom jitqiesu tajbin.

F’każ ta’ diffikultà kkuntattja liċ-chairperson.)

Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Poeżija

B’Idejna, Adrian Grima

(20 marka)

Wieġeb:

1. Skont dak li jikteb il-poeta fl-ewwel żewġ versi tal-poeżija, x’inhi r-relazzjoni bejn l-innu nazzjonali u jdejn

il-poeta?

(4)

L-idejn spiss nużawhom biex insellmu b’sens ta’ rispett, f’dan il-każ lejn l-innu nazzjonali. (2 marki) Imma meta

l-poeta jgħid li ma jafx x’se jagħmel b’idejh, irid ifisser li mhuwiex ċert jekk għandux jagħmel dan is-sinjal ta’ rispett.

(2 marki)

2. Islet sentenza mill-poeżija li biha l-poeta jirreferi għall-identità tiegħu. Taħseb li l-poeta huwa kburi jew

imdejjaq b’din l-identità? Islet frażi jew sentenza mill-poeżija biex issaħħaħ

l-argument tiegħek. (4)

“Jien dak li jien.” (marka)

Nafu li huwa diżilluż (marka) meta jikteb, “*idejja+ npoġġihom quddiem għajnejja u nsodd widnejja f’salt.” (2 marki)

3. X’inhi l-figura tat-taħdit li jħaddem il-poeta fil-vers: “Inħossni qisni spalliera?” Fisser l-effett li jrid joħloq

il-poeta b’din il-figura tat-taħdit. (4)

Similitudni. (marka)

Dritt dritt, ma jiċċaqlaqx, imma bla ħajja. (3 marki)

4. Il-poeta x’qiegħed jikkritika permezz tas-sentenza: “jistenna wara l-bieb ta’ uffiċjal pubbliku ... mingħajr ma

jemmen fil-kredenzjali tiegħu stess?” (4)

Il-mentalità żbaljata ta’ bosta Maltin li jippretendu li jingħataw impieg/promozzjoni, eċċ., billi jitolbu l-għajnuna ta’

min hu mlaħħaq (2 marki) minflok ma jibbażaw it-talba tagħhom fuq il-kapaċitajiet li għandhom. (2 marki)

Page 16: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 15 minn 20

5. a) Meta l-poeta jisma’ l-innu nazzjonali jħossu: (agħżel WAĦDA)

i. irrabjat

ii. kburi

iii. diżilluż

iv. kuntent (2)

iii. diżilluż. (2 marki)

b) Ikteb ŻEWĠ raġunijiet għaliex għamilt din l-għażla. (2)

Il-poeta jara ħafna nuqqasijiet fis-soċjetà ta’ madwaru bħal moħħ vojt, nuqqas ta’ inizjattivi, eċċ.

(2 marki)

Niftakar, Anton Buttigieg

(Total: 20 marka)

Wieġeb:

1. Ikteb dwar ix-xena li l-poeta qiegħed jiddeskrivi fl-ewwel sitt versi ta’ din is-silta ta’ poeżija. Semmi TLIET

emozzjonijiet li l-poeta jqanqal fina permezz ta’ dawn il-versi.

(4)

Deskrizzjoni tal-funeral ta’ martu (marka) Ħasra, dispjaċir, niket. (3 marki)

2. Mis-silta, sib eżempju ta’ anafora, iktibha, u fisser l-effett li l-poeta joħloq b’din il-figura

tat-taħdit. (4)

“Il-ħsejjes taż-żwiemel għaddejja,

Il-ħsejjes tax-xorok jinqalgħu.” (marka)

Iqanqal is-sens tas-smigħ. Ritmu kemxejn mgħaġġel biex jenfasizza kif il-funeral għadda malajr, qisu ħolma. Kuntrast

bejn il-ħsejjes ritmiċi taż-żwiemel u l-ħsejjes qawwija tax-xorok. (3 marki)

3. X’inhi l-figura tat-taħdit li nsibu fil-vers: “il-Baħħ u jien?” X’effett joħloq il-poeta b’din il-figura tat-taħdit?

(4)

Personifikazzjoni (marka)

“Baħħ” tfisser vojt, xejn. Allura qiegħda tirrappreżenta lil martu li mhijiex ħdejh. Ix-xewqa kbira li għandu l-poeta li

jkollu lil martu ħdejh. Imċaħħad mill-persuna li jħobb. (3 marki)

4. Ikteb dwar il-metrika mħaddma f’din il-poeżija. (4)

Vers ħieles - versi ta’ tulijiet differenti - rima irregolari - ritmu tal-ħsieb

(4 marki, waħda għal kull punt li jissemma)

Page 17: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 16 minn 20

5. a) Din is-silta ta’ poeżija hija: (agħżel WAĦDA)

i. patrijottika

ii. reliġjuża

iii. eleġija

iv. mimlija tama (2)

Eleġija (2 marki)

b) Fisser għaliex għamilt l-għażla li għamilt, u x’emozzjonijiet tqajjem din it-tip ta’ kitba. (2)

Għax hija poeżija miktuba biex tfakkar il-mewt ta’ xi ħadd. Tqanqal emozzjonijiet ta’ niket, patos, dispjaċir, eċċ.

(2 marki)

IT-TIENI TAQSIMA (Minbarra t-tweġibiet mogħtija hawn isfel, jista’ jkun hemm tweġibiet validi oħra li għandhom jitqiesu tajbin.

F’każ ta’ diffikultà kkuntattja liċ-chairperson.)

Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Proża

Ċensina, Lino Spiteri

(20 marka)

Wieġeb:

1. F’liema qagħda kienet tgħix Ċensina? Ikteb ŻEWĠ kwotazzjonijiet mis-silta biex tagħti prova ta’ dak li ktibt.

(4)

Qagħda ta’ faqar, solitudni, miżerja. (2 marki)

“fil-ħaxix sema’ t-tħaxwix tal-ġrieden.” - “jien ma nafx naqra.” - “ma tkellimnix” - “tgħajjarni biss” - “il-bieb jagħti

lejn il-vojt ta’ ġewwa.” (2 marki, waħda għal kull kwotazzjoni li tingħata)

2. X’kienet ir-reazzjoni tad-deputat meta ra l-qagħda li kienet tgħix fiha Ċensina? X’iddeċieda li kellu jagħmel?

(4)

Stagħġeb - ma riedx jemmen li bniedma tista’ tgħix f’tant miżerja. (2 marki)

Iddeċieda li jgħinha b’kull mod possibbli għax kien jaf li għandha tirċievi pensjoni ogħla, u għax tħassarha. (2 marki)

3. X’tip ta’ karattru kellu d-duputat? Ikkwota ŻEWĠ siltiet li juru l-karatteristiċi li semmejt.

(4)

Sinċier - bniedem iżomm kelmtu - iħenn għall-batut - ġenwin

(2 marki, marka għal kull karatteristika li tissemma, sa massimu ta’ żewġ marki)

“ħalli f’idejja” - “issa naralek jien” - “inqanqalha mal-ministru” - “nerġa’ niġi jien stess”

(2 marki, marka għal kull kwotazzjoni)

Page 18: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 17 minn 20

4. X’inhi l-figura tat-taħdit li nsibu fis-sentenza, “Id-diska li jdoqq max-xjuħ ma ħasshiex f’postha?” Fisser l-effett li

toħloq din il-figura tat-taħdit. (4)

Metafora (marka)

Il-kliem li jirrepeti mekkanikalment lil kull min imur iżur (għalhekk “diska”) issa ħassu ma jagħmilx sens, u anqas huwa

ġust, waqt li qed ikellem lil din il-mara. (3 marki)

5. a) Ir-relazzjoni ta’ Ċensina mal-ġara tagħha kienet: (Agħżel WAĦDA)

i. soda.

ii. ineżistenti.

iii. fuq livell familjari.

iv. waħda ta’ ħbiberija.

(2)

ii. ineżistenti (2 marki)

b) Billi tirreferi għas-silta, ikteb kif nafu dan. (2)

Ma tkellimhiex, tgħajjarha, tħares lejha bl-ikrah, ma tħossx għaliha, ma tgħinhiex. (2 marki)

Ix-Xini Jimxi fl-Art, Manwel Magri

(Total: 20 marka)

Wieġeb:

1. X’jissejjaħ dan il-ġeneru ta’ proża? Semmi mill-inqas TLIET elementi li s-soltu nsibu f’dan

il-ġeneru ta’ proża. (4)

Ħrafa. (marka)

Kondizzjoni impossibbli - enfasi fuq in-numru tlieta - iż-żgħir fost l-aħwa għandu aktar sens minn ħutu - element

fantastiku - tagħlima fl-aħħar. (3 marki, marka għal kull element li jissemma, sa massimu ta’ tlieta)

2. Ikteb dwar ix-xebh u d-differenzi li tinnota bejn it-tliet ulied. (4)

Ambizzjużi. Jidħlu għall-isfida li jagħmel is-sultan. (2 marki)

Filwaqt li l-kbir u l-fustani huma egoisti u neqsin mill-valur tal-karità għax ma jagħtux ikel lix-xiħa,

iż-żgħir huwa l-oppost tagħhom u jirnexxilu l-pjan li kellu. (2 marki)

Page 19: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 18 minn 20

3. Din is-silta hija deskrittiva jew narrattiva? Ikteb raġunijiet għaliex għamilt l-għażla li għamilt. (4)

Narrattiva. (marka)

In-narratur jirrakkonta ġrajja fantastika. Episodji li jseħħu wieħed wara l-ieħor f’ordni kronoloġika.

(3 marki)

4. Din is-silta miktuba biex tagħti iktar minn tagħlima waħda. Ikteb WAĦDA mit-tagħlimiet li nnotajt u fisser kif in-

narratur jagħti din it-tagħlima.

(4)

Tagħlimiet possibbli : Għin lil ħaddieħor u ssib min jgħin lilek.

Taqtax qalbek meta tiltaqa’ ma’ diffikultajiet. (2 marki)

X’ġara lill-kbir u lill-fustani għax ma tawx ħobż lill-mara x-xiħa (wieħed kiser idu, u l-ieħor kiser siequ). Imma ż-żgħir

mhux talli ma ġralu xejn minn dan, imma talli sab ix-xini jimxi fl-art, u fl-aħħar mill-aħħar sar sultan. (2 marki)

5. Ikteb ERBA’ kelmiet marbutin mal-familja li nsibu f’din is-silta ta’ proża. (4)

Tifla, omm/u/i, fustani, ħuk, ibni ħutek, nanna. (4 marki)

Page 20: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 19 minn 20

Għat-Tielet u r-Raba’ Taqsima

L-Esejs Letterarji – Skemi tal-Immarkar

F’każ li l-komponiment letterarju jkun qasir (inqas minn 150 kelma), jitnaqqsu ħames marki mill-marka globali li

l-kandidat ikun ġab fil-komponiment. Dan jgħodd għaż-żewġ komponimenti letterarji.

It-tqassim tal-marki fl-esejs letterarji għandu jkun skont dawn l-iskemi:

Il-Komponiment Letterarju: Bejn Ħaltejn (barra Il-Ħarsa ta’ Rużann)

(30 marka)

Referenzi 4 marki Referenza waħda biss għax-xogħol tal-mistoqsija jingħataw 2

marki; aktar minn waħda jingħataw 4 marki; ebda referenza

għax-xogħol = 0 marki

Argument 16-il marka Jekk jingħata rakkont minflok analiżi naqqas 8 marki.

L-argumenti mibnijin biex janalizzaw ix-xogħol tal-mistoqsija

jridu jkunu relevanti (10 marki) u jintrabtu ma’ xulxin (6 marki)

Forma 6 marki Introduzzjoni effettiva (2 marki)

Tqassim f’paragrafi xierqa (2 marki)

Konklużjoni effettiva (2 marki)

Ortografija 2 marki Kull 3 żbalji titnaqqas marka

Grammatika 2 marki Iż-2 marki jintilfu anki jekk ikun hemm żball wieħed

tal-morfoloġija jew tas-sintassi

Page 21: MATSEC Examinations Board€¦ · B. Karta 2A (Fl-Ewwel Taqsima u t-Tieni Taqsima l-markers m’għandhomx jagħtu kas żbalji tal-ispelling u tal-grammatika. Għat-Tielet Taqsima

L-Iskema tal-Marki (Is-Sessjoni Prinċipali 2019): ĊES Malti

Paġna 20 minn 20

Il-Komponiment Letterarju: Bejn Ħaltejn (Il-Ħarsa ta’ Rużann)

(30 marka)

Referenzi 4 marki Referenza waħda biss għax-xogħol tal-mistoqsija jingħataw 2

marki; aktar minn waħda jingħataw 4 marki; ebda referenza

għax-xogħol = 0 marki

Argument 16-il marka Jekk jingħata rakkont minflok analiżi naqqas 8 marki.

L-argumenti mibnijin biex janalizzaw ix-xogħol tal-mistoqsija

jridu jkunu relevanti (10 marki) u jintrabtu ma’ xulxin (6 marki)

Forma 6 marki Introduzzjoni effettiva (2 marki)

Tqassim f’paragrafi xierqa (2 marki)

Konklużjoni effettiva (2 marki)

Ortografija 2 marki Kull 3 żbalji titnaqqas marka

Grammatika 2 marki Iż-2 marki jintilfu anki jekk ikun hemm żball wieħed

tal-morfoloġija jew tas-sintassi