manifest elettorali · dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed...

24
MANIFEST ELETTORALI ELEZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 2019 PARTIT LABURISTA

Upload: others

Post on 23-Jan-2020

17 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

M A N I F E S T E L E T T O R A L IELEZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 2019

P A R T I T L A B U R I S T A

Page 2: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

P A R T I T L A B U R I S T A

Page 3: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

Is-suċċessi li qed niksbu bħala pajjiż huma frott l-għażla li għamel il-poplu Malti u Għawdxi sitt snin ilu.

Il-poplu emmen fil-viżjoni u l-pjan tagħna biex dan il-pajjiż jibdel id-direzzjoni. Fl-ekonomija, fil-finanzi, fix-xogħol, fit-tnaqqis fil-faqar, fil-ġid li qed noħolqu u fil-progress soċjali bi drittijiet ġodda nistgħu ngħidu li Malta u Għawdex huma l-aqwa fl-Ewropa. L-isfida hija li meta tkun fil-quċċata tibqa’ hemm. Anzi, taħdem iktar biex fejn għadna ma wasalnix, naslu.

Ma’ dan il-moviment tafu fejn qegħdin. Tafuna għax ilna sitt snin nimxu t-triq magħkom. Allura tafu u tħossu s-suċċessi li ksibna. Tafu wkoll li fadlilna x’nagħmlu u li l-aspirazzjonijiet tagħkom huma l-aspirazzjonijiet tagħna.

Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq dak li qed niksbu, li jagħti direzzjoni lill-Membri Parlamentari Ewropej Laburisti li se jirrappreżentawna lkoll.

Fuq livell nazzjonali, nafu x’inhuma l-prijoritajiet tagħkom u qed naħdmu dwarhom. Il-prijoritajiet jinbidlu. Imma d-direzzjoni favur iktar progress soċjali tibqa’ l-istess.

Għalhekk qed nerġgħu nitolbukom il-fiduċja, biex pajjiżna jibqa’ miexi ‘il quddiem. Grazzi talli intom parti mis-suċċess ta’ pajjiżna u nappellalkom biex tibqgħu magħna. Għax il-Maltin u l-Għawdxin huma f’qalbna. Malta f’Qalbna.

Page 4: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

Malta f’Qalbna hija l-qofol ta’ dak kollu li nemmnu bħala Partit Laburista u bħala moviment. Dan hu dak li jemmnu l-Maltin u l-Għawdxin kburin b’pajjiżhom. Għax nemmnu f’pajjiżna u fil-potenzjal ta’ niesu rnexxielna fi ftit snin inġibu pajjiżna l-aqwa fl-Ewropa.

Malta f’Qalbna għax ħdimna biex Malta jkollha ekonomija b’saħħitha. Ħloqna l-ġid biex jitqassam fost kulħadd. Issa huwa ż-żmien li iktar ġid imur għal dawk li l-iktar għandhom bżonn. Dan jista’ jsir jekk inkomplu nkabbru l-ekonomija u nżommu l-finanzi fit-triq it-tajba b’surplus, biex il-Gvern ikun jista’ jgħin lin-nies jimxu iktar ‘il quddiem.

B’hekk il-manifest elettorali tal-Membri Parlamentari Ewropej se jkun qed jiffoka fuq it-temi li l-iktar qed jolqtu lill-Maltin u lill-Għawdxin fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

P A R T I T L A B U R I S T A

Page 5: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

1. Dejjem favur Malta Malta hi membru importanti tal-Unjoni Ewropea. Pajjiż li jista’ jinfluwenza u jġib il-bidla fuq livell Ewropew daqskemm fuq livell lokali.

Dan kollu deher ċar bl-irwol li ħa pajjiżna tul l-aħħar snin, inkluż tul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Bl-istess mod għandhom jaħdmu l-Membri tal-Parlament Ewropew Maltin. Għalhekk:

- Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista jassiguraw li kull deċiżjoni li jieħdu tkun imnebbħa mill-interess ta’ Malta bħala pajjiż u ċ-ċittadini tiegħu u qatt ma jagħmlu ħsara lill-pajjiż għal skopijiet politiċi partiġġjani. Dan l-interess nazzjonali jitwaħħad mal-interess Ewropew,

li f’ħafna oqsma huwa l-interess tagħna lkoll.

Page 6: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

2. Ekonomija b’saħħitha Malta huwa l-pajjiż bl-ikbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea. Bl-ikbar Surplus fiskali u fost l-inqas pajjiżi li għandu persuni qegħda.

Vot għall-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew jassigura li l-Gvern jibqa’ jtejjeb l-andament ekonomiku. B’hekk insostnu l-pass ta’ dawk li diġà mexjin ‘il quddiem u ngħinu oħrajn jesperjenzaw l-istess riżultati pożittivi. Għalhekk:

- Fis-snin li ġejjin il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista jkomplu jaħdmu biex jaraw li l-politika Ewropea tgħin biex jinħoloq il-ġid bi tkabbir ekonomiku sod kif kellna dawn l-aħħar snin. Dan il-ġid għandu jitqassam fost dawk li l-iktar għandhom bżonn biex tkompli tikber il-middle-class ġdida li ħoloq Gvern Laburista fl-aħħar snin.

P A R T I T L A B U R I S T A

Page 7: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

3. Ewropa ta’ opportunitajiet F’dinja ta’ kompetizzjoni ħarxa l-Unjoni Ewropea għandha taħdem biex tkun art ta’ opportunitajiet. Għalhekk:

- Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista jemmnu li kwistjonijiet ta’

tassazzjoni jibqgħu kompetenza nazzjonali u esklussiva tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

- Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista jippromwovu l-bżonn li l-Unjoni Ewropea tadotta hi wkoll politika favur teknoloġiji ġodda

bħall-intelliġenza artifiċjali u blockchain biex il-kontinent ikun ‘leader’ f’oqsma li se joħolqu l-impjiegi tal-futur.

- Naħdmu biex jissaħħu oqsma ta’ xogħol tradizzjonali fl-industriji u l-manifattura li joħolqu eluf ta’ impjiegi. Nippromwovu l-bidliet meħtieġa biex ikollna iktar impjiegi ta’ kwalità u biex l-Unjoni Ewropea ma tkomplix titlef

il-ġlieda ta’ kompetittività ma’ kontinenti oħrajn.

Page 8: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

4. Deċiżjonijiet ambjentali kuraġġużi Nappoġġjaw l-idea ta’ Green Europe u ekonomija ċirkulari fejn tinħoloq politika serja dwar l-isfida ambjentali li kuljum qed inħabbtu wiċċna magħha.

Dan il-Gvern diġà beda jindirizza l-isfida tal-iskart u s-separazzjoni tal-iskart, qed jaħdem biex inaqqas l-użu ta’ plastik, u jħejji biex Malta tkun fost tal-ewwel li timxi lejn trasport iktar nadif biex titjieb il-kwalitá tal-arja. Wasal iż-żmien li naħsbu u naġixxu b’mod kuraġġuż.

Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista jemmnu li biex jinkisbu dawn l-għanijiet m’hemmx għalfejn li l-Unjoni Ewropea tħaddan miżuri li huma soċjalment rigressivi. Jekk il-politika tkun imfassla tajjeb nistgħu nistimulaw it-tkabbir ekonomiku u nħarsu l-ambjent mingħajr ma nimponu piż fuq l-iktar setturi vulnerabbli tas-soċjetá. Għalhekk:

- Prijorità tingħata lill-bidliet li jnaqqsu l-użu tal-plastik fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Permezz tal-iskema ta’ rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb

Malta diġà bdiet it-triq biex ikunu riċiklati miljuni ta’ fliexken li sal-lum ta’ kull sena jintremew wara li jintużaw.

P A R T I T L A B U R I S T A

Page 9: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

- Inkunu fost l-ewwel pajjiżi Ewropej li nibdew nagħmlu l-qalba għal użu ta’ iktar karozzi elettriċi billi nkunu ta’ mudell għall-pajjiżi Ewropej. Nibdew billi nagħmlu rati speċjali tal-elettriku għal min jiċċarġja l-karozza elettrika d-dar. Għawdex tingħata prijorità f’din l-istrateġija. Dan ikun pass ieħor biex pajjiżna jnaqqas l-emmissjonijiet wara li fis-snin li għaddew diġà qaleb għal ġenerazzjoni tal-elettriku b’sorsi iktar nodfa.

- Dan il-Gvern beda jifrex servizz ta’ trasport b’xejn lil żgħażagħ minn 14-il sena ‘l fuq u studenti kollha ta’ Malta u Għawdex. Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista jkomplu jappoġġjaw lill-Gvern biex jasal għall-viżjoni biex it-trasport pubbliku jkun b’xejn għal kulħadd u jidentifikaw fondi speċifiċi għal dan.

- Insostnu lill-bdiewa u lis-sajjieda tagħna li huma strument importanti mhux biss biex ikollna prodott agrikolu lokali, iżda biex inħarsu wkoll uċuħ tal-art li sal-lum mhumiex mittiefsa.

Page 10: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

5. Ewropa iktar ugwali Illum pajjiżna jinsab fuq quddiem nett fid-dinja f’dik li hi promozzjoni ta’ ugwaljanza. Għalhekk:

Mill-Parlament Ewropew naraw li l-esperjenza pożittiva tagħna fl-oqsma tal-LGBTIQ għandha sservi ta’ xprun għal bidliet oħra f’pajjiżi Ewropej li għadhom ma waslux kemm wasal pajjiżna.

- Il-Membri Parlamentari Ewropej Laburisti jappoġġjaw fl-istituzzjonijiet Ewropej l-Azzjonijiet Pożittivi tal-Gvern sabiex ikollna iktar rappreżentanza ekwa fost is-sessi fis-soċjetà Maltija, f’kull qasam.

- Il-Membri Parlamentari Ewropej se jaħdmu bis-sħiħ, flimkien mal-Gvern Malti, biex jitnaqqas il-gender pay gap li jeżisti.

- Naħdmu biex bi qbil mal-imsieħba soċjali jidħol il-kunċett ta’ family leave bil-għan li l-ġenituri jagħżlu huma kif iqassmu l-leave għad-dispożizzjoni tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-familja partikolari.

P A R T I T L A B U R I S T A

Page 11: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

6. Ewropa ġusta Irridu Ewropa ġusta għall-ħaddiema, il-pensjonanti, is-self employed u dawk kollha li jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jagħtu ġejjieni aħjar għalihom u l-familja tagħhom.

Nifhmu li l-maġġoranza kbira tan-nies imxew ‘il quddiem f’pajjiżna. Iżda nifhmu wkoll li hemm min mexa b’pass inqas mgħaġġel minn oħrajn. Jeħtieġ li l-Gvern Laburista jibqa’ jaħdem biex itejjeb il-kwalitá tal-ħajja ta’ kulħadd. Biex dan isir, irridu nassiguraw li l-ekonomija tibqa’ b’saħħitha biex il-ġid jitqassam fost dawk li l-iktar għandhom bżonn.

- Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista se jaħdmu biex jibqgħu

jissaħħu l-pagi tan-nies. Kif kien dan il-Gvern li għolla l-paga minima, biex illum l-ebda ħaddiem ma jista’ jdum fuq paga minima għal iktar minn sena, il-Membri Parlamentari Ewropej jkomplu jħeġġu l-Gvern favur titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, kemm fil-pagi kif ukoll fil-livell tal-għajxien tagħhom u tal-familji tagħhom. B’dan l-ispirtu wkoll nappoġġjaw l-għajta għall-paga minima diċenti f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea.

Page 12: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

- Irridu l-istess ħlas għall-istess xogħol u għalhekk aħna favur li jinħolqu mekkaniżmi li jassiguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fuq bażi ta’ nazzjonalità. B’hekk inkunu qed nipproteġu wkoll il-ħaddiem Malti.

- Bħalma adottajna l-garanzija għaż-żgħażagħ nappoġġjaw il-garanzija għat-tfal fuq livell Ewropew, li hija maħsuba biex ikun hemm l-investiment meħtieġ biex it-tfal kollha jkollhom aċċess għall-aqwa servizzi tas-saħħa, edukazzjoni, nutrizzjoni u opportunitajiet.

Malta diġá bdiet mixja lejn il-mira li teqred il-faqar fost it-tfal kollha f’familji fejn imqar wieħed mill-ġenituri jaħdem. Dan grazzi għal diversi inizjattivi li ħa l-Gvern bħaċ-child care b’xejn, in work benefit u ż-żidiet fiċ-childrens allowance.

- Il-Membri Parlamentari Ewropej jibqgħu jaħdmu flimkien mal-Gvern favur iktar housing soċjali għal min verament għandu bżonnu u skemi ta’ housing affordabbli għal kulħadd.

P A R T I T L A B U R I S T A

Page 13: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

7. Ninvestu fil-ġenerazzjonijiet tal-lum u għada Iż-żgħażagħ qed jibnu l-futur tal-Ewropa. Huwa għalhekk li jrid ikollhom kundizzjonijiet tajbin ta’ taħriġ u aċċess ġust għal impjiegi bi dħul tajjeb.

Għaldaqstant, l-UE għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jinvestu aktar fl-edukazzjoni. L-Ewropa għandha tinvesti ħafna aktar fil-finanzjament tat-tagħlim tul il-ħajja. - Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista jassiguraw li

l-finanzjament tal-UE għal programmi ta’ skambju, bħall-Programm Erasmus, jeħtieġ li jiżdied għaliex kull żagħżugħ għandu jkollu l-possibbiltà li jipparteċipa fi programm ta’ skambju irrispettivament mill-isfond finanzjarju jew mill-karriera edukattiva. Dan għandu jkun baġit li mhux biss iservi għal dak li hemm illum, iżda biex il-programm jitwessa’ anke għall-istudenti f’livelli li llum ma jintlaħqux.

- Naraw li l-Unjoni Ewropea taġixxi b’mod qawwi kontra sistemi ta’ bullying fuq l-internet u social media.

Page 14: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

- Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista jżommu kuntatt kontinwu ma’ għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u għaqdiet kulturali u

filantropiċi li jaħdmu fil-lokalitajiet. Dan bil-għan li jservu ta’ referenza u gwida għall-opportunitajiet li tista’ toffri l-Unjoni Ewropea. Kemm opportunitajiet

ta’ finanzjament u wkoll iċ-ċans li jesebixxu ħidmiethom u l-ħiliet tagħhom lil hinn minn xtutna inkluż fl-istituzzjonijiet Ewropej.

- Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista jappoġġjaw l-istrateġija nazzjonali għall-isport li qed jaħdem fuqha l-Gvern Malti u jieħdu kull inizjattiva possibbli fuq livell Ewropew bil-għan li jkunu sostnuti l-miri ta’

din l-istrateġija.

P A R T I T L A B U R I S T A

Page 15: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

8. Pro-attivi fl-isfida tal-immigrazzjoni Urejna fl-aħħar snin li għandna l-aħjar politika biex jittaffa l-piż tal-immigrazzjoni. Id-dgħajjes li daħlu Malta kienu ftit meta mqabbel ma’ żminijiet oħra u dawk li ma kellniex responsabbiltà tagħhom tqassmu fost pajjiżi Ewropej bil-Prim Ministru juri leadership Ewropew b’negozjati ma’ mexxejja Ewropej oħra.

Ir-risposta tal-Partit Laburista ma tistax tkun ibbażata fuq biżgħat imma lanqas ma nistgħu ninjoraw l-identitajiet u s-sigurtà nazzjonali. Nibqgħu noħolqu l-bilanċ bejn l-interess nazzjonali u d-dinjità umana. - Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista jaraw li jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ solidarjetà u nikkumpensaw lill-Istati Membri li

huma relattivament iktar esposti għall-effetti tal-migrazzjoni jew li jagħmlu iktar minn oħrajn.

Page 16: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

- Bit-tmexxija tal-Gvern Malti tajna prova ta’ kif għandu jinqasam il-piż. Permezz tal-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista nimbottaw biex din ma tibqax tkun soluzzjoni ad hoc u jinsistu biex ikun hemm rilokazzjoni u ripatrijazzjoni iktar effettiva, skont ir-regoli u l-ħtieġa.

- Il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista filwaqt li jifhmu li Malta tkun parti mis-soluzzjoni se jibqgħu jinsistu li Malta ma ssirx hub fejn jieqfu l-immigranti biex jiġu distribwiti fost pajjiżi oħra.

P A R T I T L A B U R I S T A

Page 17: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

9. Sigurtà Il-Partit Laburista fil-Gvern joffri serħan il-moħħ lin-nies fi djarhom u fil-komunità. Iż-żieda fl-investiment fil-forzi tas-sigurtà tagħna, mir-riżors uman sal-apparat li jaħdmu bih qed iħalli frott meħtieġ.

Konxji wkoll li f’ċerti lokalitajiet iktar minn oħrajn huma lok għal imġieba anti-soċjali, il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista jappoġġjaw il-ħidma tal-Gvern biex ikun hemm tisħiħ ta’ sigurtà. - Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista jassiguraw li inizjattivi

li qed jieħu l-Gvern bħal ‘Safe City’ li jgħassu nħawi problematiċi f’Malta u Għawdex jiġu implimentati skont regoli Ewropej li jkunu f’rispett lejn

il-privatezza tal-individwi.

- Il-Partit Laburista jibqa’ l-Partit li jirrispetta l-forzi tal-ordni. B’hekk il-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Laburista jaraw li jkomplu jissaħħu d-drittijiet tal-membri tal-forzi tal-ordni kif sar b’mod eċċellenti minn mindu l-Partit Laburista mexxa l-Gvern.

Page 18: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

10. Għawdex Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista jibqgħu jagħtu prijorità lil Għawdex. Filwaqt li nsostnu l-argument li Għawdex għandu l-ħtiġijiet partikolari tiegħu minħabba fatturi ovvji ninsistu li dan iwassal biex Għawdex jikseb għalih għajnuna speċifika. Kemm bħala fondi, kif ukoll bħala inizjattivi u programmi maħsuba apposta.

Daqskemm l-MEPs tal-Partit Laburista se jkunu vuċi soda favur Malta, se jkunu vuċi soda dwar il-ħtiġijiet partikolari ta’ Għawdex.

Għawdex gawda minn investiment bla preċedent fl-aħħar snin kemm fi proġetti infrastrutturali kif ukoll f’investiment dirett barrani. Dan wassal għal tkabbir ekonomiku rekord f’Għawdex, rekord fit-turiżmu lejn Għawdex, rekord ta’ xogħol fejn Għawdex qed isir art ta’ opportunitajiet.

P A R T I T L A B U R I S T A

Page 19: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

- Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista jfittxu kull opportunità biex kemm huma u kemm l-istituzzjonijiet Ewropej jappoġġjaw il-proġetti ta’ konnettività bejn Malta u Għawdex li beda jaħdem fuqhom pajjiżna biex iwettaq il-wegħda elettorali li saret fl-elezzjoni ġenerali.

- Il-bidu tax-xogħol fuq it-tieni fibre-optic cable bejn Għawdex u Malta se jkun qed iżid iċ-ċans li iktar xogħol ta’ kwalità jistabbilixxi ruħu f’Għawdex. B’hekk il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista jaraw li Għawdex igawdi minn iktar investiment u titjib fil-kwalità ta’ xogħol.

- Naraw li Għawdex jibqa’ jieħu parti sostanzjali mill-fondi Ewropej u filwaqt li nappoġġjaw inizjattivi li jagħtu iktar leħen u awtonomija lil Għawdex, naraw li dak li jsir isaħħaħ u mhux jimmina l-pożizzjoni ta’ Għawdex f’dan il-proċess.

- Il-pajsaġġ Għawdxi għandu jibbenefika iktar minn inizjattivi bl-appoġġ ta’ programmi tal-Unjoni Ewropea bil-għan li jkun imsebbaħ u mħares.

- Għawdex jilgħab parti importanti mill-viżjoni ambjentali tal-Gvern. Għalhekk ikun ukoll il-lok fejn nibdew il-proġett li għandu jwassal biex Għawdex jkun

fost l-ewwel grupp ta’ pajjiżi li jmorru esklussivament lejn karozzi li jaħdmu bl-elettriku.

Page 20: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

P A R T I T L A B U R I S T A

JOSIANNECUTAJAR

CYRUSENGERER

FELIXGALEA BUSUTTIL

MIRIAMDALLI

ALEX AGIUS SALIBA

NOELCASSAR

MARYGAUCI

LORNAVASSALLO

IL-KANDIDATI TAL-PARTIT LABURISTA

JOSEFCARUANA

Page 21: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

JOSIANNECUTAJAR

JAMESGRECH

ROBERTMICALLEF

ALFREDSANT

LORNAVASSALLO

FLEURVELLA

JOSEPHSAMMUT

Page 22: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

“Meta llum qed ngħidu Malta f’Qalbna m’aħniex nitkellmu biss għall-kampanja elettorali. Ngħixuha u nħossuha. Niddefendu kuljum dan it-twemmin tagħna li mhuwiex tal-blue u l-aħmar. Imma tal-abjad u l-aħmar li ma għandux partiti. Għandu biss imħabba lejn ommna, Malta.

-

Joseph MuscatKonferenza Ġenerali AnnwaliPartit Laburista 2019

P A R T I T L A B U R I S T A

Page 23: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq
Page 24: MANIFEST ELETTORALI · Dan il-manifest elettorali joffri direzzjoni ċara u jifhem l-isfidi li qed isibu l-Maltin u l-Għawdxin illum il-ġurnata. Pjan konċiż li jkompli jibni fuq

P A R T I T L A B U R I S T A

maltafqalbna.comFor an English language version visit: