lu lju 2014

29
Lulju 2014 Kelma Kelma tal- tal- Ħajj Ħajj a a

Upload: chione

Post on 10-Jan-2016

49 views

Category:

Documents


4 download

DESCRIPTION

Kelma tal- Ħajj a. Lu lju 2014. “ Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom. ” ( Mt 18,19-20). - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Lu lju  2014

Lulju 2014

KelmaKelma

tal-tal-

ĦajjĦajjaa

Page 2: Lu lju  2014

“Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew

tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.” (Mt 18,19-20).

Page 3: Lu lju  2014

Jien tal-fehma li din hi waħda mill-kliem ta’ Ġesù li l-aktar iqanqal

il-qalb. Min jaf kemm affarijiet teħtieġ f’ħajtek, kemm xewqat

tajbin u f’posthom li ma tafx kif se tiksibhom u li ma tistax

tilħaqhom!

Page 4: Lu lju  2014

Fil-fond ta’ qalbek taf li Alla jrid ikun għalik, li trid tkun

grazzja mis-sema biex taqla’ dak li b’qalbek kollha tant

tixtieq.

Page 5: Lu lju  2014

Imbagħad tisma’ lil Ġesù jtennilek b’mod ċar

u sod wegħda li timliek bit-tama:

Page 6: Lu lju  2014

“Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li

hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.”

Page 7: Lu lju  2014

Naħseb ġieli qrajt fil-Vanġelu kif ħafna drabi Ġesù jħeġġeġ għat-talb u jgħallem kif

għandna nitolbu biex naqilgħu dak li għandna bżonn. Imma l-Kelma li qed naraw

illum hi tassew oriġinali. Din il-Kelma tgħidlek li biex taqla’ dak li titlob, irid ikun

hemm aktar minn persuna waħda li titlobha, irid ikun hemm grupp ta’ nies.

Page 8: Lu lju  2014

Hi tgħidilna: “Jekk tnejn minnkom”. Tnejn.Tnejn huwa l-iżgħar numru biex tifforma komunità.

Mela, Ġesù ma jimpurtahx tant kemm ikun hemm nies, iżda li wieħed ma jkunx waħdu.

Page 9: Lu lju  2014

Fir-reliġjon Lhudija, bħalma forsi taf, hi ħaġa magħrufa li Alla japprezza t-talba tal-ġemgħa. Iżda hawnhekk Ġesù qed jgħid xi

ħaġa ġdida: “Jekk tnejn minnkom... jgħollu leħinhom flimkien”. Hu jrid grupp ta’ nies, imma jridhom magħqudin flimkien, u jisħaq fuq

l-għaqda ta’ bejniethom, li jkunu ħaġa waħda: irid li jkunu lkoll leħen wieħed.

Page 10: Lu lju  2014

M’hemmx dubju li huma jridu jaqblu bejniethom dwar x’se jitolbu, iżda din it-talba,

qabel kollox, trid isserraħ fuq li jkunu qalb waħda bejniethom. Fi kliem ieħor, Ġesù qed

jisħaq fuq kundizzjoni: biex wieħed jaqla’ dak li jitlob, il-persuni jridu jħobbu lil xulxin.

Page 11: Lu lju  2014

“Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li

hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.”

Page 12: Lu lju  2014

Għandek mnejn tistaqsi: “Għaliex it-talb li nagħmlu flimkien jasal aktar malajr għand il-

Missier?” Forsi r-raġuni hi li talb bħal dan ikun aktar safi.

Page 13: Lu lju  2014

Mhux veru li ħafna drabi t-talb tagħna jispiċċa biex isir sensiela ta’ talb egoistiku li aktar ifakkrek fit-tallaba quddiem sultan, milli fl-ulied quddiem missierhom?

Page 14: Lu lju  2014

Dak li nitolbu flimkien mal-oħrajn ikun anqas imtebba’ mill-interessi persunali.

Meta nkunu mal-oħrajn aktar ikun moħħna li nisimgħu l-bżonnijiet tagħhom, li aħna

mbagħad nagħmluhom tagħna.

Page 15: Lu lju  2014

Mhux hekk biss; ikun eħfef meta jkun hemm tnejn jew tlieta minn nies biex jifhmu aħjar

x’għandhom jitolbu lill-Missier.

Page 16: Lu lju  2014

Mela, jekk irridu li t-talb tagħna jinstema’, ikun aħjar jekk noqogħdu għal dak li jgħidilna

Ġesù, jiġifieri:

Page 17: Lu lju  2014

“Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li

hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.”

Page 18: Lu lju  2014

Ġesù stess jgħidilna fejn jinsab is-sigriet li bih naqilgħu dak li nitolbu. Dan qiegħed filli nkunu “miġbura f’ismu”. Meta nkunu magħqudin hekk ħaġa waħda, fostna jkun hemm Hu u dak kollu li nitolbu flimkien miegħU, ikun

aktar faċli naqilgħuh.

Page 19: Lu lju  2014

Infatti Ġesù, li jinsab fejn hemm l-imħabba lejn xulxin, jgħaqqad il-qlub u jkun Huwa stess flimkien magħna li

jitlob il-grazzji lil Missieru. Jista’ jkun li l-Missier ma jismax lil Ġesù? Il-Missier u Kristu huma ħaġa waħda.

Page 20: Lu lju  2014

Ma taħsibx li din hi xi ħaġa mill-isbaħ?Ma tħossokx aktar fiż-żgur?

Ma tħossx aktar fiduċja?

Page 21: Lu lju  2014

“Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li

hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.”

Page 22: Lu lju  2014

Sarai ora certamente interessato a sapere cosa vuole Gesù che tu chieda.

Egli stesso lo dice chiaramente: «qualunque cosa». Non c'è quindi nessun limite.

Page 23: Lu lju  2014

Naħseb issa jinteressak tkun taf x’iridek titlob Ġesù.Hu stess jgħidilna b’mod ċar: “... jitolbu xi ħaġa, hi xinhi,”. Mela m’hemmx limitu dwar x’nitolbu. Għalhekk poġġi wkoll din it-talba

fil-programm ta’ ħajtek. Forsi l-familja tiegħek, inti stess, ħbiebek, l-għaqdiet li qiegħed fihom, pajjiżek, id-dinja ta’ madwarek, huma

nieqsa minn ħafna għajnuniet għax inti ma tlabthomx.

Page 24: Lu lju  2014

Ftiehem mal-għeżież tiegħek, ma’ min jifhmek jew ma’ min qed jgħix l-istess idejali tiegħek, u wara li

tkunu lesti li tinħabbu kif irid il-Vanġelu, b’mod li jkun jistħoqqilkom il-preżenza ta’ Ġesu’ fostkom, itolbu.

Page 25: Lu lju  2014

U itolbu kemm tifilħu: waqt il-quddiesa fil-knisja, kullimkien; itolbu qabel ma tieħdu xi deċiżjoni;

itolbu kull ma tixtiequ.

Page 26: Lu lju  2014

Fuq kollox, tħallux li Ġesù jkun iddiżappuntat għax ma tagħtux kas, wara li jkun takom dan iċ-ċans.

Page 27: Lu lju  2014

In-nies tibda titbissem aktar, il-morda jibdew jittamaw; it-tfal jikbru f’aktar għożża; ikun hemm imħabba aktar

armonjuża fil-familji; inkunu nistgħu nilqgħu għall-problemi l-kbar fl-intimità ta’ djarna stess.

Page 28: Lu lju  2014

U intom għad tirbħu l-premju tal-Ġenna, għax it-talb għall-bżonnijiet tal-ħajjin u tal-mejtin hi waħda mill-opri tal-ħniena li għad irridu nagħtu kont tagħha fl-aħħar eżami ta’ ħajjitna.

Page 29: Lu lju  2014

Kitba ta’ Chiara Lubich, pubblikata f’ Città Nuova 1981/15-16, pp.40-41. Grafika Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

•* *

Il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb kull xahar f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljuni ta’ persuni madwar id-dinja

permezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.

Għal iżjed tagħrif żur is-sit www.focolare.org

Dan il-PPS, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq is-sit www.santuariosancalogero.org

Kitba ta’ Chiara Lubich, pubblikata f’ Città Nuova 1981/15-16, pp.40-41. Grafika Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

•* *

Il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb kull xahar f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljuni ta’ persuni madwar id-dinja

permezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.

Għal iżjed tagħrif żur is-sit www.focolare.org

Dan il-PPS, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq is-sit www.santuariosancalogero.org

“Tassew ngħidilkom li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom

flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax

fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.”