lil hemm mill-orizzont - lavittoriabandclub.org filelil hemm mill-orizzont pawlino mifsud president...

25
LiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu egħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’ ħaj, av u miexi ‘l quddiem, jiddependi kollu minnha. Fil-każ ts-Società Filarmonica La Vioria, din is-sena taħbat il-105 sena mit-twelid tagħha. Meta saru ċċelebrazzjonijiet sa- biex fakkarna l-ewwel ċentarju tas-Soċietà fl-2007, intagħżel il-moo: “Mi Sena Żagħżugħa”. U għaliex le? Dak huwa l-ispirtu li rridu nimxu bih, li nħarsu ‘l quddiem b’viżjoni ċara li nżommu La Vit- toria żagħżugħa. Kwotazjoni ħelwa li ġiet f’idejja dan l-aħħar u li xprunatni kienet: “Dawk li għandhom viżjoni u kuraġġ, iwequ dak li joħolmu bih”. Hekk irridu nagħmlu għax ix-xogħol tagħna huwa bħal dak il- basment li jsalpa lejn l-orizzont, orizzont li ma jasal qa, għaliex id-dinja hija tonda. Bħala president, irrid inkun il-pilota ta’ dan il-basment li flimkien mal-kumita li huma l-ekwipaġġ, u l-bandis u l-membri li huma magħna waqt il-vjaġġ nħarsu biss ‘il quddiem b’viżjoni fejn irridu naslu. Nikkambau mal-maltemp u nieħdu l- opportunitajiet meta jkun bnazzi. Meta tħares minn fejn tlaqna, sa fejn wasalna s’issa, nduna, li dejjem kien hemm progress. La Vittoria baqgħet mixja u għaddejha għaliex dejjem kellha nies li kellhom viżjoni u direzzjoni. Dan hu mertu tal-isforz kollev. Is-sapport tal-membri, soċji-emigranti, bandisti, koris, għalliema, diriġen mużikali, kum- missjonijiet, kumita, presiden flimkien mal-ammiraturi u benefauri huma dawk l-individwi li żammew, qiegħed iżommu u ser ikomplu jżommu l-għaqda tagħna ħajja u ava. Nawgurawlek La Vioria li bqa’ viorjuża f’dak kollu li tagħmel u beħsiebek tkompli tagħmel fil-futur. Intom li tkunu magħna, intom is-saħħa tagħna. Nota ta’ dieqa Waqt li qiegħed nikteb dan il-messaġġ, mingħajr ma trid, ikollok tagħ ħarsa lejn is-sena li għaddiet. Mhux ser noqgħod nidħol fid-deal tal-avitajiet, servizzi, u dak kollu li sar, għaliex sħabi tal-kumitat fil-kompetenza tagħhom tal-kariga li jokkupaw, żgur li ma ħallew xejn barra. Nibda daqsxejn fuq nota ta’ dieqa. Din is-sena il-minġel tal-mewt ħadilna minn fostna personaġġi li għalina kellhom por- tata ta’ valur. Qiegħed nirreferi għas-Sur Anthony C. Gauci li serva għall-snin twal bħala bandist, awditur, fil-Kummissjoni Eleorali u kien ukoll ammiratur u ben- efaur kbir tas-Soċjetà. Ma nistax ma nsemmix lis-Sur Anthony (Tommy) Muscat li kien membru av u benefaur. Ħalliena wkoll is-Sur Pawlu Muscat li kien eks- bandist u membru effev u l-membru Twannie Bartolo. Il-mewt ħadilna lis- Surmast Onorarju Carmelo Muscat li minbarra li kien par mill-familja egħi, lis-Soċjetà ħalliha lema, imma ħallielha b’wirtu numru sabiħ ta’ kompożizzjoniet, fosthom marċi u silet oħra. Barra minn hekk kien dejjem lest bil-pariri siewja egħu. Il-Mellieħa lfet iben li mhux ser jintesa malajr. Il-kompożizzjonijiet mużikali li kkompona ser ikunu l-wirt kbir li jibqa’ jkun apprezzat matul is-snin. Fl-aħħar u xejn inqas lill-W.R. Kappillan tal-Imqabba, Dun Nazzaren Caruana, saċerdot Mellieħi. Bħala soċjetà, kellna x-xor li jkun magħna u jinawgura l-ſtuħ taċ-Ċenaklu fi żmien il-fes tal-Għid ta’ din is-sena. Xokk ieħor kien, meta dan l-aħħar ħabta u sabta ħalliena membru ieħor Pawlu Agius fejn tnejn minn uliedu huma bandis. Lis-Sur Gauci u lill-Mro. Carmelo Muscat ikkumpanjajnihom bil-banda filwaqt li kien ġest sabiħ u nobbli meta l-baned tagħna La Vioria u Imperial ingħaqdu bħala mass band u sellmu lil dan il-qassis Mellieħi Dun Nazzaren Caruana. Ħallejt għal l-aħħar lill-Piur George Fenech li ħalliena sena ilu. Personali u bħala President inħoss sodisfazzjon li kont il-persuna li qabbadt l-ewwel ġamar sabiex isir Monument lil Ġorġ Fenech. Dan ser iseħħ nhar il-Ħamis 16 t’Awwissu 2012. Il-Mulej jagħhom ilkoll il-glorja tal-Ġenna. Il-membri, bandis u eks bandis Matul din is-sena , ħdimna kemm flaħna fuq numru ta’ binarji differen. Kemm jista’ jkun, ma ħallejna xejn jaħrabilna, kemm mill-a amministrav kif ukoll minn dak finanzjarju. Mill-a amminis- trav komplejna nissudaw permezz ta’ policies ġodda sabiex l-affarijiet jaqgħu f’posthom waħedhom. Il-bdil ta’ kultura jew kulturi jridu ż-żmien imma bil-mod il-mod kollox qiegħed isib postu. Wara l-eżerċizzju qawwi li sar fuq l-Istatut, issa jinsab għand il-membri u bandis avi.

Upload: duongnguyet

Post on 06-May-2019

245 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

LiL hemm miLL-orizzontPawlino Mifsud President

Il-105 sena…..Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’ ħaj, attiv u miexi ‘l quddiem, jiddependi kollu minnha. Fil-każ ts-Società Filarmonica La Vittoria, din is-sena taħbat il-105 sena mit-twelid tagħha. Meta saru ċċelebrazzjonijiet sa-biex fakkarna l-ewwel ċentarju tas-Soċietà fl-2007, intagħżel il-motto: “Mitt Sena Żagħżugħa”. U għaliex le? Dak huwa l-ispirtu li rridu nimxu bih, li nħarsu ‘l quddiem b’viżjoni ċara li nżommu La Vit-toria żagħżugħa. Kwotazjoni ħelwa li ġiet f’idejja dan l-aħħar u li xprunatni kienet: “Dawk li għandhom viżjoni u kuraġġ, iwettqu dak li joħolmu bih”. Hekk irridu nagħmlu għax ix-xogħol tagħna huwa bħal dak il-bastiment li jsalpa lejn l-orizzont, orizzont li ma jasal qatt, għaliex id-dinja hija tonda. Bħala president, irrid inkun il-pilota ta’ dan il-bastiment li flimkien mal-kumitati li huma l-ekwipaġġ, u l-bandisti u l-membri li huma magħna waqt il-vjaġġ nħarsu biss

‘il quddiem b’viżjoni fejn irridu naslu. Nikkambattu mal-maltemp u nieħdu l-opportunitajiet meta jkun bnazzi.Meta tħares minn fejn tlaqna, sa fejn wasalna s’issa, tinduna, li dejjem kien hemm progress. La Vittoria baqgħet mixja u għaddejha għaliex dejjem kellha nies li kellhom viżjoni u direzzjoni. Dan hu mertu tal-isforz kollettiv. Is-sapport tal-membri, soċji-emigranti, bandisti, koristi, għalliema, diriġenti mużikali, kum-missjonijiet, kumitati, presidenti flimkien mal-ammiraturi u benefatturi huma dawk l-individwi li żammew, qiegħed iżommu u ser ikomplu jżommu l-għaqda tagħna ħajja u attiva. Nawgurawlek La Vittoria li tibqa’ vittorjuża f’dak kollu li tagħmel u beħsiebek tkompli tagħmel fil-futur. Intom li tkunu magħna, intom is-saħħa tagħna.Nota ta’ dieqa Waqt li qiegħed nikteb dan il-messaġġ, mingħajr ma trid, ikollok tagħti ħarsa lejn is-sena li għaddiet. Mhux ser noqgħod nidħol fid-dettal tal-attivitajiet, servizzi, u dak kollu li sar, għaliex sħabi tal-kumitat fil-kompetenza tagħhom tal-kariga li jokkupaw, żgur li ma ħallew xejn barra. Nibda daqsxejn fuq nota ta’ dieqa. Din is-sena il-minġel tal-mewt ħadilna minn fostna personaġġi li għalina kellhom por-tata ta’ valur. Qiegħed nirreferi għas-Sur Anthony C. Gauci li serva għall-snin twal bħala bandist, awditur, fil-Kummissjoni Elettorali u kien ukoll ammiratur u ben-efattur kbir tas-Soċjetà. Ma nistax ma nsemmix lis-Sur Anthony (Tommy) Muscat li kien membru attiv u benefattur. Ħalliena wkoll is-Sur Pawlu Muscat li kien eks-bandist u membru effettiv u l-membru Twannie Bartolo. Il-mewt ħaditilna lis-Surmast Onorarju Carmelo Muscat li minbarra li kien parti mill-familja tiegħi,

lis-Soċjetà ħalliha ltiema, imma ħallielha b’wirtu numru sabiħ ta’ kompożizzjoniet, fosthom marċi u siltiet oħra. Barra minn hekk kien dejjem lest bil-pariri siewja tiegħu. Il-Mellieħa tilfet iben li mhux ser jintesa malajr. Il-kompożizzjonijiet mużikali li kkompona ser ikunu l-wirt kbir li jibqa’ jkun apprezzat matul is-snin. Fl-aħħar u xejn inqas lill-W.R. Kappillan tal-Imqabba, Dun Nazzaren Caruana, saċerdot Mellieħi. Bħala soċjetà, kellna x-xorti li jkun magħna u jinawgura l-ftuħ taċ-Ċenaklu fi żmien il-festi tal-Għid ta’ din is-sena. Xokk ieħor kien, meta dan l-aħħar ħabta u sabta ħalliena membru ieħor Pawlu Agius fejn tnejn minn uliedu huma bandisti. Lis-Sur Gauci u lill-Mro. Carmelo Muscat ikkumpanjajnihom bil-banda filwaqt li kien ġest sabiħ u nobbli meta l-baned tagħna La Vittoria u Imperial ingħaqdu bħala mass band u sellmu lil dan il-qassis Mellieħi Dun Nazzaren Caruana. Ħallejt għal l-aħħar lill-Pittur George Fenech li ħalliena sena ilu. Personali u bħala President inħoss sodisfazzjon li kont il-persuna li qabbadt l-ewwel ġamar sabiex isir Monument lil Ġorġ Fenech. Dan ser iseħħ nhar il-Ħamis 16 t’Awwissu 2012. Il-Mulej jagħtihom ilkoll il-glorja tal-Ġenna.Il-membri, bandisti u eks bandistiMatul din is-sena , ħdimna kemm flaħna fuq numru ta’ binarji differenti. Kemm jista’ jkun, ma ħallejna xejn jaħrabilna, kemm mill-att amministrattiv kif ukoll minn dak finanzjarju. Mill-att amminis-trattiv komplejna nissudaw permezz ta’ policies ġodda sabiex l-affarijiet jaqgħu f’posthom waħedhom. Il-bdil ta’ kultura jew kulturi jridu ż-żmien imma bil-mod il-mod kollox qiegħed isib postu. Wara l-eżerċizzju qawwi li sar fuq l-Istatut, issa jinsab għand il-membri u bandisti attivi.

Page 2: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 9

Wara dan, sar pass ieħor, billi bis-saħħa li jagħti l-Istatut, qegħdin naġġornaw ir-reġistru tal-membri. Dan nbeda wkoll u għax il-membri fehmu li dak li qiegħed isir huwa għall-ġid tas-soċjetà, reġġajna lejn La Vittoria numru konsiderevoli ta’ membri, li għal xi raġuni jew oħra kienu waqgħu lura fil-ħlas tal-miżata. Bdejna eżerċizzju li ta l-frott tiegħu. Ħafna minn dawk li kellmuna, kellhom kliem ta’ tifħir għal dan il-pass li ħadna. Ma jfissirx li kollox huwa ward u żahar, imma l-idejal huwa bi skop ġenwin u tajjeb. Imiss issa li jsir pass ieħor, dak li madwar mejda, flimkien u b’rieda tajba, nitkellmu ma dawk il-bandisti li waqfu li jkomplu jagħtu s-servizz tagħhom, min għal xi raġuni u min għal oħra. B’daqsxejn ta’ sforz minn naħa ta’ kulħadd kull osta-kolu jista’ jingħeleb. Żgur li mhemmx xi ħitan wesgħin u għoljin li ma nistgħux inħottuhom. Minn naħa tiegħi, lest li niltaqa’ ma kull bandist fejn jixtieq u niddiskutu flimkien. B’dan il-mod biss nistgħu naslu. Inutli li noqgħodu ngergru u nilmentaw. Irridu azzjoni u mhux dis-kors. Kemm hu sabiħ u kemm hu għan nobbli li tipparteċipa u tifforma parti minn dak li temmen fih. F’dan il-każ il-banda. Onestament, ngħid li nħossni ftit għajjur meta nara l-bandisti li kapaċi jdoqqu strument. Minn naħa l-oħra nħossi wkoll diżappuntat meta kultant tinħoloq ċerta ndiffernza u apatija. Jekk tħobb u tħossok parti mil-banda, allura għandek awtoma-tikament tħoss dak il-commmitment, u tħossok kburi li inti sehem minn dawk il-plejers magħżula għall-logħba. Il-banda nħobb nipparagunha ma’ tim tal-futbol. Kulħadd għandu l-pożizzjoni tiegħu fejn jilgħab u jekk isir training - fil-każ tal-banda l-kunċerti - allura s-suċċess u l-livell jibda jidher waħdu. Kemm kienet ħaġa ta’ min ifaħħarha dak il-Get Together Re-hearsal – bandisti u familjari. Nagħmel kuraġġ kemm lill-bandisti attivi kif ukoll lil dawk il-bandisti li waqfu. Nappellalkom sabiex nersqu flimkien ħalli nsaħħu l-banda. Grazzi lilkom ilkoll u xejn inqas lill-familjari tagħkom tal-paċenzja li jieħdu sabiex tattendu għall-kunċerti, programmi u servizzi.Skola tal-Mużika - l-Aljievi u l-KorDan is-suġġett ħadni mill-ewwel fuq żewġ pjattaformi oħra - l-aljievi u l-Iskola tal-Mużika u l-Kor Vuċjiet Vittorjani. Grazzi għall-opportunita’ ta’ skema: It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda li ngħatat mill-Aġenzija Żgħażagħ fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport tal-Onor. Segretarju Parlamen-tari Clyde Puli, irnexxielna nieħdu fondi sabiex nattrezzaw klassi għat-tagħlim tal-mużika b’apparat teknoloġiku li jixraq fl-era li qegħdin ngħixu fiha. Nittamaw li tkun inawguratha matul il-ġranet tal-festa. Din għandha s-servi sabiex aktar

tfal u żgħażagħ jibdew jitgħallmu l-mużika b’teknoloġija moderna. Għat-tieni sena saret il-Prize Day Concert fejn l-aljievi u l-koristi wrew l-abilitajiet tagħhom. De-her kuntrast qawwi minn dawk li s-sena ta’ qabel esponew ruħhom għall-ewwel darba. Ma nistgħux ngħaġġlu ħafna għax nistgħu nitfixxklu f’saqajna stess. Jekk naħdmu bil-għaqal naslu żgur. Rigward il-kor tat-tfal Vuċijiet Vittorjani aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin naraw progress. Bil-mod il-mod, dawn it-tfal qegħdin jikbru u jimmaturaw. Jekk nagħrfu nikkultivawhom sewwa nistgħu naraw ħafna frott fil-futur. Bla tlaqliq ngħid li xi wħud minhom għamlu suċċess fuq skala nazzjonali u anke fuq skala internazzjonali. Is-sena l-oħra, żanżnu uniformi verament attrajenti u ħelwa. Din is-sena, sabiex ikompli jgħinhom, ser ikollhom wkoll keyboards ġdid, grazzi għall-fondi li akkwistajna. Hawnhekk ma nistax inħalli barra lill-ġenituri u l-kustodji ta’ dawn it-tfal kemm tal-kor kif ukoll tal-aljievi li jieħdu ħsieb li jġibuhom għat-tagħlim, liema tagħlim isir kollu bla ħlas. Ibagħtuhom lill-uliedkom, għamlulhom kuraġġ. Dik hija x-xewqa tiegħi flimkien ma sħabi kollha li naraw banda żagħżugħa mdawra minn kor żagħżugħ. Naħdmu lkoll flimkien sabiex ż-żgħażagħ jimpenjaw ruħhom aktar. Fuq kollox dan grazzi għall-

għalliema kollha tagħna.Id-Diriġenti u l-familjiIl-festa qiegħda wara l-bieb u wara li s-soċjetà tkun ġejja minn Iljieli Melleħin, Programm Annwali, Milied Mellieħi, il-parteċipazzjoni fil-programm tas-Simpożju Internazzjonali tal-Piroteknika, Ħġejjeġ ta’ San Ġwann, Sevizzi kemm fil-lokal kif ukoll fir-rħula oħra, wirjiet bħaċ-Ċenaklu u Haromonial Expression, u viżti minn The Copenhagen Male Police Voice Choir u Wolverhampton Youth u Youth Wind Orchestras, u minn attivitajiet oħra, ir-rid nuri l-apprezzament tiegħi u ngħid grazzi lil sħabi kollha fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv, il-Kummissjoni Banda, lill-Kummissjoni Nisa kif ukoll lill-Awdituri, il-Kummissjoni Elettorali u l-Bord tal-Appell. Mhux ser inħalli barra lis-Surmast Direttur,

l-Assistent Surmast Direttur, l-għalliema kemm tal-aljievi kif ukoll tal-kor. Xejn inqas lill-familjari tagħkom. Mingħajr l-għajnuna tagħkom aħna ma nistgħux nimxu. Grazzi tal-paċenzja u s-sapport. Insellem u grazzi lis-Soċi Emigranti li għalkemm għandna numru konsiderevoli imma nixtieq li jkomplu jiżdiedu.L-emigranti, il-morda u l-Live StreamingNixtieq insellem lill-morda kollha u dawk li jduru bihom li jinsabu rikoverati f’djarhom, jew fi sptarijiet jew f’Homes, kif ukoll lill-Emigranti ħutna li jinsabu mxerrdin mal-erbat irjieħ tad-dinja. Nix-itequkom tkunu magħna, imma bis-saħħa tal-Live Streaming nisperaw li tkunu tistgħu ssegwu dak kollu li jkun għaddej matul il-ġranet tal-festa fuq www.lavit-toriabandclub.org . Awguri u GrazziNibda biex nifraħ lit-tliet bandisti ġodda li din is-sena ser ikunu parti mill-banda La Vittoria.Nifraħ lis-Sur Josef Borg fil-kariga ġdida ta’ President fi ħdan l-Ġħaqda Mużikali Impe-rial fejn nawgurawlu kull suċċess u fl-istess waqt nixtieq nawgura għomor twil u ħajja serena lil eks-President is-Sur Joseph Bartolo fejn f’dawn l-aħħar tliet snin ħdimna spalla ma spalla għall-ġid tal-għaqdiet rispettivi tagħna. Nifraħ ukoll lis-Saċerdot Dun Mario Dimech li fl-Imnarja ta’ din is-sena ġie kkonsagrat qaddej tal-Mulej. Nawguralek li taħdem qatigħ fil-merħla tal-Ħallieq. Ad multos annos. Nifraħ ukoll lill-Kappillan tagħna fl-ewwel sena fostna u tal-koperazzjoni sħiħa li dejjem insibu. Nifraħ ukoll lil dawk l-istu-denti li kisbu suċċess fl-eżamijiet f’dixxiplini differenti. Lil dawk li fallew nagħmlilhom kuraġġ sabiex ma jaqtgħux qalbhom. Where there is a will there is a way. Nifraħ ukoll lil sħabna li ġew rikonoxxuti b’Ġieħ il-Mellieħa u Rikonoxximent il-Mellieħa. Fl-aħħar wkoll lil is-Sportivi tas-Sena.Grazzi lis-Sindku u lill-kunsillieri kollha tas-sapport u tal-kontribut li jagħtuna. Lilkom Melleħin li kull meta niġu wara biebkom tilqagħuna u toffrulna dik id-donazzjoni tagħkom. Grazzi lill-isponsors u l-benefatturi kollha tagħna li mingħajrhom ma nistgħux immiddu dak il-pass ‘il quddiem. Napprezza s-sapport kontinwu tagħkom. Nagħlaq billi nawguraw lil KULĦADD festa sabiħa, kwieta, u b’rispett reċiproku lejn xulxin, li tagħmel ġieħ mhux biss lilna bħala organizzaturi, imma li tagħti ġieħ lill-Patruna Tagħna l-Melleħin Marija Bambina. Marija Bambina ħu ħsiebna u għatina l-għerf u d-don li l-għaqda fostna tkompli ssaltan.

Page 3: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 11

inħarsu ’L quddiem …...sodisfatti b’Li għamiLna fLimkien

Robert Cutajar Sindku

Albert Einstein darba qal li l-ħin illużjoni – filli għandek u filli m’għandekx! Meta erġajt ġejt mitlub biex nikteb dan il-messaġġ jiena wkoll hekk ħsibt. Ilu ħames snin minn meta fl-ewwel sena tiegħi bħala Sindku ktibt l-ewwel messaġġ fil-fuljett li din is-soċjetà toħroġ f`dawn il-jiem tal-festa ta’ Marija Bam-bina. Iż-żmien itir u allura jkun importanti ferm kif wieħed jippjanah u jużah. Nistqarr li l-pjanijiet tiegħi bħala Sindku kienu ħafna. Ma ridtx li jgħaddi ż-żmien mingħajr ma nkunu rajna xi stajna u kif stajna nwettqu l-ħidma tagħna flimkien bejn il-Kunsill u l-għaqdiet Melleħin bħas-Soċietà Filarmonica La Vittoria . Ridt inkompli fuq dak li bdew u wet-tqu l-predeċessuri tiegħi u possibilment flimkien noħolmu ideat ġodda.

Il-Malti jgħidilna li min ma joħlomx ma jwettaqx ... inħares lura u b`wiċċi minn quddiem iżda b`saqajja mal-art inħoss li bħala Kunsill irnexxielna noħolmu u sibna l-għaqdiet spalla ma’ spalla magħna sabiex poġġejna l-Mellieħa fuq fomm kulħadd. Illum kulħadd jaqbel li l-Maltin u t-turisti li jżuruna japprezzaw aktar minn qatt qabel il-kapaċitajiet tal-poplu Mellieħi u l-ġmiel naturali li flimkien qed nesponu aktar fil-beraħ. Tul din il-mixja, is-Soċietà Filarmonica La Vittoria kienet minn ta` quddiem - bħal għaqdiet oħra ma qagħditx lura u kull meta ntalbet tagħti xi tip ta’ servizz dejjem kienet hemm lesta biex tikkon-tribwixxi. Persważ li dejjem tat sehemha b’impenn qawwi għax l-imħabba għall-Mellieħa tagħna hija prijorità assoluta fuq l-aġenda tagħha. Frott tal-kollaborazzjoni sħiħa li hemm bejn is-soċjetà u l-Kunsill il-ftuħ ta’ żewġ ġonna ewlenin fil-Mellieħa kien jinkludi s-sehem tal-Banda La Vittoria. Esperjenzi mill-isbah barra minn xtutna kienu l-parteċipazzjoni tal-Banda waqt l-iffirmar tal-ġemellaġġ mal-belt Ciprijotta ta` Agia Napa tliet snin ilu f`Ċipru stess kif ukoll is-sehem tal-banda waqt La Sagra del Pesce fi Sqallija. Il-komunità Melleħija kif ukoll dawk li jiġu jżuruna setgħu jitpaxxew bid-daqq ta’

marċi mill-Banda tas-Soċjetà f`attivitajiet bħalm’huma; L-Iljieli Melleħin, Il-Milied Mellieħi u San Ġwann tal-Ħġejjeġ. Żgur li anke żaqqhom ġawdiet għaliex għal diversi drabi, b’impenn sħiħ mill-membri ta’ din l-istess soċjetà, ħejjew u servew mijiet ta’ platti tal-għaġin waqt dawn l-attivitajiet u li allura rendew ukoll dħul finanzjarju. Dħul li jkun importanti ferm sabiex jittaffew l-ispejjeż mhux żgħar li jkollha soċjetà attiva bħalm’hi dik tas-Soċietà Filarmonika La Vittoria.

Ninnota wkoll b`sodisfazzjon li din l-għaqda qed taħtaf ukoll opportuni-tajiet li qed toffri s-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE. Fil-fatt f’aktar minn okkażjoni waħda, is-soċjetà La Vittoria gawdiet minn fondi Ewropej kif ukoll minn fondi pprovduti minn skemi tal-Gvern Ċentrali li jitpoġġew għad-dispożizzjoni tas-soċjetajiet u l-għaqdiet Maltin.

Meta nara dan kollu ngħid li minkejja li l-ħin jista’ jkun illużjoni, is-Soċietà Fi-larmonica La Vittoria żgur li ma ħlietx ħin u kellha l-enerġija biex taħtaf l-opportunitajiet. U jien, flimkien ma’

sħabi l-Kunsilliera konna hemm biex nagħtu s-sostenn tagħna lil għaqdiet bħal din. Inħossni kuntent li għamilna l-almu tagħna kollu biex inħallu lill-Mellieħa u dak kollu li jagħmilha aħjar milli sibnieha.

Dan il-messaġġ ser ikun l-aħħar wieħed għalija bħala sindku f`din il-leġiżlatura peress li f`Marzu li ġej il-poplu Mellieħi jerġa’ jiġi msejjaħ sabiex jagħti l-ġudizzju tiegħu fuq dak li sar fil-Mellieħa fl-aħħar snin. Jekk festa oħra nkunx jien jew le li nerġa’ nikteb f`dan il-fuljett bħala sindku ma jiddependix minni u forsi mhux daqstant importanti, iżda huwa importanti li naċċertaw li nħarsu ‘l qud-diem ħalli dak li akkwistajna flimkien inkomplu nsostnuh. Dan mhux biss għall-ġid tal-membri ta’ din is-soċjetà iżda għall-komunità kollha Melleħija . Nagħlaq billi f`isem sħabi l-Kunsilliera u l-istaff tal-Kunsill nawgura lilkom membri ta’ din is-soċjetà l-isbaħ xewqat għall-jiem tal-Festa ta’ Marija Bambina mimlija ferħ, għaqda u barka. Viva Maria Bambina

Page 4: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 13

settembru — ix-xahar taL-festaRev. Kan. Dun Joe Caruana Kappillan

Żgur li mix-xhur kollha tas-sena, ix-xahar tal-festa jkun l-aktar wieħed impenjattiv għal kull każin tal-banda. Mhux biss jirrikjedi l-preparazzjoni tal-banda nnifisha, imma wkoll l-attività soċjali kollha li l-każin jitlob. Laqgħat, festini, stedin, programmi u l-kumplament. Dan kollu hu sabiħ għax joħloq attività mistennija mis-soċi u membri u dawk kollha li jif-frekwentaw il-każin, fl-istess ħin, għal

dawk li huma responsabbli, il-kumitat, dan joħloq uġigħ ta’ ras għax min hu responsabbli jkun jixtieq li kollox imur tajjeb u li kull attività tirnexxi.

Kemm hu sewwa li waqt li nagħmlu sewwa din l-attività kollha, fl-istess ħin inżommu quddiem għajnejna l-iskop prinċipali tal-festa - festa reliġjuża lill-patruna tal-parroċċa tagħna. Il-każini ta’ Malta kollha, tagħna inkluż, twaqq-fu prinċiparjament b’dan l-iskop, li joħolqu mużika popolari - marċi - fil-festi reliġjużi tagħna. Tieħu pjaċir li l-baned tagħna, anke llum f’soċjetà x’aktarx lajka u pluralistika, għadhom iżommu sħaħ mal-kawża ewlenija tal-ħolqien tagħhom u jagħtu importanza lill-valuri nsara mhux biss fil-jiem tal-festa imma matul is-sena kollha kif jixhed is-sehem attiv tagħhom fil-ħajja nisranija tal-parroċċa. Kemm hi ħaġa sabiħa li tara l-każin jinkoraġġixxi val-uri nsara! Nieħu pjaċir nara membri tal-kumitat u soċi jattendu għall-funzjonijet tal-Knisja. F’postu ħafna

li tara n-nies tal-każin jattendu għall-funzjonijiet u jersqu għas-

sagramenti, speċjalment tal-qrar u t-tqarbin. Tapprezza wkoll li fil-każini jitrawmu

valuri oħra billi mill-istess każin jiġu organizzati attivitajiet bħalma hu l-għoti tad-demm, xi ġabra għall-karità, xi żjara li xi dar tal-anzjani – attivitajiet karitattevoli bħal dawn juru solidarjetà umana li tagħmel parti mill-pedament tal-fidi nisranija.

Fl-istess ħin hu ta’ sodisfazzjon kbir li l-kumitati tal-baned tagħna juru għaqal u maturità kbira billi jieħdu ħsieb iwarrbu kull esaġerazzjoni, pika bla sens, tgħajjir u kulma jista’ jwassal għall-firda jew ġlied kemm fuq livell ta’ familja u kemm fuq livell parrokkjali. Dan l-għaqal hu tal-akbar sodisfazzjon għalija u tal-akbar ġieħ għall-każini tagħna, imġiba responsabbli waqt il-festi li tagħmilni tassew kburi li jien Mellieħi.

Nawguralkom ilkoll l-isbaħ xewqat għall-festa. Jalla Marija Bambina, il-Vitorja, iżżejjinna b’festa mill-isbaħ biex hekk nagħtuha ġieh kif jixirqilha, nikbru fl-imħabba lejn Binha Ġesù kif tridna nagħmlu hi u nieħdu pjaċir flimkien ta’ parroċċa/familja li aħna.

Il-festa t-tajba.

Page 5: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 15

... iL-mija u ħames anniversarjuKenneth W. Vella Viċi-President

Lanqas tkun taf kif jiġri bik iż-żmien. Tliet snin u fuqhom fil-kariga ta’ Viċi-President u l-mija u ħames (105) sena mit-twaqqif tas-Società Filarmonica La Vittoria. Minn ħaġa għal l-oħra u l-arloġġ idur u ma’ jistenna l-ħadd. X’ħin poġġejt bilqiegħda biex nikteb dawn il-ħsebijiet tiegħi, mingħajr ma trid tagħti ħarsa lejn it-tnax-il xahar li għaddew.

Matul din is-sena minbarra l-attivitajiet u s-servizzi tas-soltu, is-soċjetà tagħna ħarest ‘il quddiem sabiex ma tħallix l-opportunitajiet li jiġu għall-ġid tagħha jgħaddu u jtiru mar-riħ. Minbarra li lestiet ix-xogħol kollu inkluż l-istampar tal-Istatut dan ġie mqassam lis-Soċi effettivi u l-bandisti kollha. Waqt dan il-proċess sar attentat ambizzjuż ieħor sabiex niġbru lura dawk il-membri li għal xi raġuni jew oħra waqgħu lura fil- ħlas tal-menswalità tagħhom. Kien attentat li ta’ l-frott tiegħu għaliex bil-kelma t-tajba u l-paċenzja rnexxielna niġbru numru sostanzjali ta’ membri lura. Ħafna mill-każijiet ma kienu xejn, sempliċiment ftit ta’ apatija jew nuqqas ta’ komunikazzjoni.

L-idejal prinċipali ta’ dan il-kumitat amministrattiv flimkien mal-President huwa li kemm jista’ jkun nikkultivaw l-banda jew aħjar lill-bandisti, aljievi, il-kor u fuq kollox lill-familji rispettivi tagħhom. X’ġara? X’għamilna s’issa? Mhux biżżejjed li lil dawn sħabna mużiċisti nlaqqghuhom għall-kunċerti għaliex dan huwa dover u parti mis-suċċess tal-banda u tal-kor. Matul din is-sena ħloqna attivitajiet kemm għall-aljievi u t-tfal tal-kor kif ukoll għall-bandisti u l-familji tagħhom f’atmosfera u ambjent ta’ għaqda u ħbiberija fejn kulħadd esprima dak li xtaq. Min dawn l-attivitajiet informali sar ħafna ġid għaliex dawk il-punti validi li tqajjmu, ħadna nota tagħhom u fejn kien hemm bżonn mingħajr ħafna daqq ta’ trombi kkoreġejna jew introduċejna sistemi ġodda jew immeljorajna dak li diga’ jeżisti.

Barra minn hekk ħloqna ambjent fejn il-bandist ihossu komdu fis-sala tal-kunċerti bl-installazzjoni ta’ żewġ air conditioners grazzi għall-isponsor is-Sur John u Sinjura Doris Grima. L-aljievi tagħna wkoll ser jibbenifikaw minn sistemi ġodda ta’ tagħlim.

Meta tibda toqrob il-festa mingħajr ma trid moħħok imur fuq l-attivitajiet u l-preparamenti kollha neċessarji sabiex il-festa tkun suċċess. Wieħed mill-inkarigi li għandi jiena flimkien ma sħabi huwa l-ġbir tar-riklami għall-ktejjeb tal-festa. Hija biċċa xogħol li titlob impenn u ħin imma grazzi għal dawk kollha li jogħġobhom jirraklamaw, jagħtuna dik l-iżvolta sabiex inkomplu mexjin u fl-istess ħin intaffu parti mill-ispejjeż kbar li jkollha s-soċjetà fil-ġranet tal-festa. Xejn ma jsir waħdu u xejn ma jsir mingħajr spejjeż.

Ma nistax ma nsemmix l-BBQ tal-festa, l-Iljieli Melleħin u Milied Mellieħi fejn nagħti l-kontribut tiegħi fl-organizazzjoni tal-istall tal-ikel sabiex kemm jista’ jkun noffru prodott tajjeb, ġenwin u fuq kollox xelta ta’ ikel speċjalment waqt il-BBQ. Kollox jitlob sagrifiċċju u ħin, imma meta jgħaddu tħoss dak is-sodisfazzjon li kollox irnexxa , mar tajjeb u fuq kollox in-nies ħadu gost. L-appell tiegħi huwa, li flimkien u f’għaqda nistgħu nagħmlu ħafna ġid.

Dan li żamm lis-Società Filarmonica La Vittoria għaddejja matul dawn l-mija u ħames snin mit-twaqqif tagħha. Dejjem kellha kumitati u bandisti ddedikati sabiex jaraw li nimxu ‘l quddiem b’viżjoni. Il-fundaturi tagħha dak li kellhom f’moħħom li meta waqqfu din l-għaqda riduha timxi u tikber, u hekk qegħdin nagħmlu aħna li dħalna responsabbli għaliha. Hekk għamilna u hekk ser inkomplu nagħmlu dejjem grazzi lilkom li minn jum għal jum, xahar wara xahar, sena wara sena tatuna l-appoġġ tagħkom b’kull mod possibbli.

Fl-aħħar nixtieq nagħti l-festa t-tajba lill-membri, bandisti, koristi u lill-sħabi kollha fi ħdan il-kumitati flimkien mad-diriġenti u l-għalliema tal-banda u fuq kollox lilkom Melleħin li kull meta niġu wara biebkom dejjem tilqgħuna b’dik it-tbissima u d-donazzjoni tagħkom. Insellem ukoll lill-ħutna emigranti li qegħdin fostna u lil dawk kollha li jsegwuna bil-Live Streaming fosthom il-morda tagħna u lil dawk li ma jistgħux ikunu magħna fil-ġranet tal-festa.

Jalla Maria Bambina tkompli tħarisna u din il-festa tkun ad unur u l-glorja ta’ din Ommna fis-Sema. Viva Marija Bambina.

Page 6: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

16 | www.lavittoriabandclub.org

ħidma sfieqa fis-skietJoseph Cauchi Segretarju

Ftit tas-snin ilu permezz ta’ wieħed minn dawn il-kotba tas-Soċjetà kont ktibt, li matul is-snin fi ħdan l-Għaqda tagħna dej jem ġiet miżrugħa żerriegħa tajba. Iżda f’dawn l-aħħar żminijiet, grazzi għas-sens ta’ self belonging, l-interess u s-serjetà li qed tintwera beda jagħti r-riżultati. Huma ħafna dawk l-istudenti li qed jissieħbu fl-Iskola tal-Mużika tas-Società Filar-monica La Vittoria u fil-Kor Vuċijiet Vittorjani. Għalhekk bis-saħħa ta’ dan l-interess, il-Kumitat Amminis-trattiv qiegħed jagħmel il-kuraġġ, u għalhekk qiegħed naħdmu sabiex ninvestu fit-tagħlim tal-mużika, li għalina dan huwa wieħed mill-pilastri tas-Soċjetà u li nipprovdu lill-Komunità Melleħija mingħajr ebda ħlas. Flimkien ma dan l-idejal ewlieni hemm ħafna xogħol ieħor li

fuq bażi Volontarja matulek ja sena, jiġi mwassal lill-bosta minn ħdan is-Soċjetà u lil dawk li jgħixu madwar il-Mellieħa.

Meta l lum inħarsu ft i t lura, b’sodisfazzjon nistgħu ngħidu li dak li wassalna irnexxa fl-aqwa tiegħu, permezz tal-Amministrazzjoni, bil-għajnuna tal-friegħi tagħha u ta dawk il-ftit Membri li għandhom l-amor veru fis-Soċjetà, u li meta jkollna bżonnhom dlonk joffru l-għajnuna tagħhom. Għal sena oħra Settem-bru reġa’ magħna jfakkarna b’dak l-ispirtu ta’ festa li lilna qiegħed ifakkarna li diġa għaddew Ħames snin minn dawk il-festi l-kbar minn meta konna fakkarna l-Ewwel Ċentinarju b’entużjażmu ta’ Soċjetà Żgħażugħa. 105 sena ta’ ħidma b’risq il-kultura mużikali fejn matulhom inbidlet il-ħajja, iżda mhux l-għan ewlieni dak mużikali u kulturali

Matul din is-sena l-impenji tas-Soċjetà u l-Banda f’din l-okkażjoni tal-Mija u Ħames Sena, baqgħu għaddejja bl-amministrazzjoni tagħhom billi nżammu s-Seduti normali tal-Kumitat Amministrattiv, laqgħat oħra tal-Kummissjoni Banda u tan-Nisa, u fi Frar inżammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali, fejn il-Membri u l-Bandisti ngħatalhom Rapport ta’ ħidmet il-

Kumitat, is-sitwazzjoni finanzjarja tas-Soċjetà, kif ukoll f’’din il-

laqgħa ġie mqassam l-Istatut stampat fi ktejjeb li kien għadu kemm ġie rivedut. Fil-bidu tas-sena applikajna għand l-Aġenzija Żgħażagħ, fi ħdan il-Ministeru għaż-Żgħażagħ u l-Isports, sa-biex nieħdu fondi biex jinxtara apparat għall-Iskola tal-Mużika.

Il-BandaGħall-Każin dan hu l-għan ewlieni tiegħu, li jippromovi it-tagħlim

tal-Mużika u jirrendih mingħajr ebda ħlas lil dawk li huma mħajjra li jitgħallmu din il-kultura. B’dan il-ħsieb f ’moħħna ħsibna sabiex noħolqu klassi sabiex tiġi mgħallma l-mużika permezz tal-aħħar teknoloġija infor-martika, u li fiż-żmien il-festa ta’ din is-sena dan il-proġett għandu jiġi in-awgurat uffiċjalment mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol l-Onor. Clyde Puli, fejn ġejna rikonoxxuti wkoll bħala Skola tal-Mużika. Dan it-tagħlim li bħal issa jinsab fl-aqwa tiegħu, qiegħed jiġi mwassal lill-istudenti mis-Surmast Direttur Joseph Vella u l-Għalliema l-Assistent Surmast Ryan Mallia u s-Surmast Jeremy Sultana, fit-tejorija, l-istrumenti tar-ram u l-istrumenti tal-qasba rispettivament. Dan kollu qiegħed jiġi kkordinat b’kuntatt dirett mal-Ġenituri.

Ta’ kull ġimgħa jinżammu l-kunċerti ta’ tħejjija għall-Bandisti, sabiex ikunu jistgħu jiġu ppreżentati dawk il-Programmi li ttella’ l-Banda permezz ta’ mużika varjata kemm klassika kif ukoll moderna matul is-sena bħal dak taċ-Ċenaklu, is-servizzi tas-sajf, dawk tal-Festa u l-Programm Annwali li din is-sena kien b’dedika lill-Kappillan tal-Parroċċa Rev. Kanonku Dun Joe Caruana f’għeluq il-Ħamsa u Għoxrin Sena tiegħu fis-Saċerdozju u bħala ka-ppillan ġdid tal-parroċċa tagħna. Min-barra dawn l-impenji tal-Banda, insi-bu l-attività li qiegħed noħolqu sabiex ninkoraġġixxu lit-tfal tagħna fl-Iskola tal-Mużika tas-Società Filarmonica La Vittoria, billi qed nippreżentaw lil dawn l-istudenti fil-Prize Day, flimk-ien mal-Kor Vuċijiet Vittorjani. Għal sena oħra, il-kor kien impenjat mhux ftit bil-kunċerti u l-attivtajiet tiegħu, fejn għal festa tas-sena li għaddiet ġie rregalat bi tunic, bħala uniformi sabiex tintlibes waqt is-servizzi tiegħu. Dan grazzi għall-Membru li xtaq li jibqa’ anonimu flimkien mal-President Onorarju s-Sur John

Page 7: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 19

Grima u s-Sinjura tiegħu. Għal festa tas-sena l-oħra għoġbhom ukoll jirregalaw sistema ta’ arja kundizzjonata għas-sala tal-kunċerti tal-Banda.

Moviment ieħor enerġetiku hija l-Banda Żgħażagħ Vittor-jani li jieħu ħsiebha l-Assistent Surmast Ryan Mallia, fejn wara tant kunċerti u preparazzjoni jippreżenta Serata Mużikali di-vertenti li l-attendenza għalija minn sena għall-oħra dejjem qed tikber, għaliex dawk preżenti japprezzaw is-serjetà tal-prodott ippreżentat.

Attivitajiet KulturaliDan huwa wkoll impenn li jagħtina l-opportunità li nimirħu fih skont l-Istatut, fejn minbarra li aħna or-ganizzajna attivitajiet f’dan il-ġeneru, involvejna rwieħna wkoll f’attivitajiet tal-Kunsill Lokali Mellieħa bħal Iljieli Melleħin u Milied Mellieħi, u billi għal darba oħra kellna l-opportunità nospi-taw u nippreżentaw lil Wolverhamp-ton Youth and Wind Orchestra’s, fejn wieħed seta’ josserva d-dixxiplina u l-organizazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ billi semmgħulna mużika ta’kalibru.

Attivitajiet oħra nterni kienu l-Har-monical Expressions, wirja tal-Arti li ġiet ippreżentata mill-Artist Gilbert Fenech, li nfetħet b’serata mużikali mill-mużiċista Mark Anthony Cachia Sammut flimkien ma’ mużiċisti u kantanti Melleħin. Din il-wirja kienet ta’ livell tajjeb ħafna u ntwera filmat tagħha waqt is-servizz tal-aħbarijiet imxandra fuq it-televiżjoni tax-Xandir Nazzjonali u żaruha ħafna nies. Għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa għal sena oħra reġgħet ġiet ippreżentata l-Mejda tal-Appostli flimkien ma wirja oħra ta’ Arti Sagra bil-għajnuna tal-ħbieb tagħna tal-każin Nicolò Isouard tal-Mosta. Matul is-sena s-sezzjoni Nisa reġgħu ħadu ħsieb jorganizzaw diversi Ħarġiet Kulturali, it-Tombla u Coffee Mornings flimkien mal-festin tal-Milied għat-tfal kollha tal-Parroċċa. Ta’ min jgħid ukoll li s-Soċjetà u l-Ban-da kienu mistiedna mill-Kunsill Lokali sabiex nipparteċipaw waqt attività fil-Mellieħa fejn kellna wirja pirote-knika tal-logħob tan-nar tal-ajru u

tal-art. Il-Banda għamlet marċ minn ħdejn il-Belvedere fi Triq l-Għollieqa sal-Pjazza tal-Parroċċa. Din l-attività kienet parti mis-Simpożju Internaz-zjonali tal-Logħob Pirotekniku li nżamm f’Malta organizzat mill-Aw-torità Maltija tat-Turiżmu. Għal żmien il-festa li huwa l-qofol ta’ kull attività, l-Kumitati ħasbu sabiex ġiet milħuqa kull sezzjoni tal-komunità. Dan kollu għal darba oħra reġa’ ġie ppreżentat u trasmess permezz tal-Live Stream-ing u kien segwit minn ħafna b’mod speċjali minn ħutna l-emigranti.

Dan huwa ftit mill-ħafna xogħol li ġie mwettaq matul din l-aħħar sena, li flimkien ma ħafna oħrajn erġajna wasalna biex infakkru kif inhu xieraq it-Twelid t’Ommna Maria Bambina. Biss qabel ma nikkonkludi dawn il-ftit versi nixtieq nibda, billi nifraħ lil Rev. Fr. Mario Dimech għall-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu, flimkien mal-ħbieb tagħna tal-Għaqda Mużikali Imperial Josef Borg u Norbert Vella għall-karigi ġodda tagħhom ta’ Presi-dent u Segretarju rispettivament, filwaqt li nsellem u nirringrazzja lis-Sur Joseph Bartolo eks President tal-istess Għaqda Mużikali. Irrid ukoll insellem il-memorja tas-Sur Anthony C. Gauci, Mro. Carmelo Muscat u Rev Dun Nazzaren Caruana, Membri Ono-rarji tas-Soċjetà li matul ħajjithom offrew il-kontribut validu tagħhom.

Kelma ta’ Grazzi tmur lejn il-Membri, l-Bandisti u l-Membri tal-Kor li ħadmu qatiegħ, u rsistew b’sagrifiċċju bil-għajnuna tal-familji tagħhom, lill-Pres-ident is-Sur Pawlino Mifsud, lil Sħabi tal-Kumitat Amminis-trattiv u l-Kummissjonijet tas-Soċjetà, lid-Direttur Spiritwali Rev. Mons. Dun Mosè Debono, lis-Surmast Direttur Joseph Vella, l-Assitent Surmast Ryan Mallia flimkien mal-Għalliem il-ġdid is-Surmast Jeremy Sul-tana u lis-Sinjura Cherylie Grech li temmet minn fostna l-inkarigu ta’ għalliema, id-Diretturi tal-Kor Julia Grima u Claudia Vella u lil Awdituri tas-Soċjetà s-Sinjuri Emmanuel Borg u Carmel Deguara.

Ringrazjament ieħor nattribwih lis-Sindku s-Sur Robert Cutajar u l-Kun-silliera tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, lil W.R. Kappillan il-Kanonku Dun Joe Caruana, flimkien mal-Għaqdiet kollha Melleħin, lill-ħbieb tagħna tal-Għaqda Mużikali Imperial, li għal sena oħra ħdimna u kkordinajna flimkien il-preparazzjoni għal dawn il-jiem sbieħ u mpenjattivi tas-sena u attivitajiet oħra, flimkien ma’ dawk il-ħafna Benefatturi u Kontributuri li minn żmien għall-ieħor jgħoġobhom jgħinu lis-Soċjetà u l-Banda. Insellem minn hawn lil ħuti l-Melleħin kollha, b’mod speċjali lil dawk il-morda fi djarhom, fl-isptarijiet jew irtirati fid-djar tal-Anzjani. Lil dawk li jgħixu barra mill-lokalità tagħna, kif ukoll lill-Emigranti Melleħin li għalkemm huma l-bogħod minnha, qalbhom u l-ispirtu tagħhom ikunu magħna u issa aktar mill-viċin permezz tal-Live Streaming.

Nawgura lil kulħadd il-Festa t-Tajba b’ġieħ lil Ommna Maria Bambina, filwaqt li nitolbuha l-Barka tagħHa fuq il-familja kbira Melleħija.

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 19Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 19

Page 8: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 25

Hekk kif nitla’ dawk l-erba’ tarġiet li mill-Pjazza grandjuża tal-Mellieħa, iwassluni għall-bieb prinċipali tal-Każin majestuż tagħna LA VITTORIA, u nidħol ‘l ġewwa, nerġa’ nħoss dak it-tqanqil li kont inħoss, meta madwar sittin sena ilu kont għall-ewwel darba Membru fil-Kumitat tas-Soċjetà tagħna.

Kont għadni żagħżugħ mimli enerġija, nmidd għonqi għal kull biċċa xogħol u nidħol b’ruħi u b’ġismi għal kull sfida li l-każin tagħna kien jirrekkjedi li ssir.

Illum jien l-aktar membru anzjan fil-Kumitat Amministrattiv tas-Società Filarmonica La Vittoria. Niftakar il-mestier tiegħi f’diversi Kumitati, kif ukoll ħidmieti ma’ ħames Presidenti differenti: l-Avukat George Zammit,

is-Sur John Abela, il-Perit Carm Lino Spiteri, is-Sur Anthony E. Vella u l-aħħar u mhux l-anqas il-President attwali s-Sur Pawlino Mifsud. Ħdimt qatigħ magħhom u minn hawn in-sellmilhom.

Ma tgħaddix ġurnata waħda li ma nir-fisx l-għatba tal-każin b’moħħi jber-ren, kif ser nagħmel ħalli nakkwistaw xi ħaġa tall-flus biex inżommu l-każin tagħna ħaj u żagħżugħ. Kif jgħid il-Malti Bla flus la tgħannaq u l-anqas tbus, għaldaqstant nappella lis-Soċi kollha sabiex jaġġornaw irwieħhom fil-ħlas tas-sħubija. Nappella wkoll lill-azjendi u individwi sabiex minn qalbhom jisponsorjaw xi attivitajiet li jistgħu iħallu xi ntrojtu, u b’hekk inkomplu nżommu l-Każin u l-Banda mantnuti kif inhu xieraq f’dawn iż-żminijiet.

Minn qalbi nawgura l-Festa ta’ MARIA BAMBINA 2012 mill-aqwa lil kulħadd.

ŻagħŻugħ ta’ dejjem

Charles Cutajar Segretarju Finanzjarju

Page 9: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

28 | www.lavittoriabandclub.org

Ħbieb,Erġajna ltqajna għal darba oħra fi żmien il-festa. Naħseb li kulħadd jaqbel li l-festa tagħna, sena aqwa mill-oħra. Kulħadd jagħti sehmu mill-aħjar li jista’. Aħna bħala soċjetà dejjem konna minn ta’ quddiem bl-attivitajiet li norganizzaw. Il-każin de-jjem ikun armat bl-isbaħ libsa tiegħu u ta’ dan grazzi lill-kumitat tan-nisa li dejjem jieħu ħsieb it-tindif tas-swali. Din is-sena il-planċier se jibqa’ l-istess kif kien is-sena l-oħra, dan għaliex

is-Sur Sagona li kien qiegħed jagħmel ix-xogħol kollu ma setax jibqa’ jagħmel ix-xogħol tal-iskultura minħabba raġuni ta’ saħħa. Dan issa qed isir mill-membri tas-soċjetà taħt id-direzzjoni tas-Sur John Galea. Ix-xogħol issa reġa’ tkompla u qabad ir-ritmu mgħaġġel. Jekk Alla jrid dan għandu jkun lest sas-sena d-dieħla. Ħbieb, ma niġba qatt infakkarkom kemm hi importanti kull forma ta’ għajnuna fi ħdan is-Socjeta’. Il-manutenzjoni fil-każin ma tieqaf qatt. Kontinwament għaddejja, xi kultant affarijiet żgħar u drabi oħra kbar. Huma x’inhuma dejjem iridu jsiru u jekk dan ix-xogħol jista’ jsir minna l-membri inkunu qed ngħinu lis-soċjetà biex din

ma tidħolx fi spejjeż addizzjonali bla bżonn. Għalhekk jekk intom tistgħu tkunu ta’ kontribut, inħeġġiġkom biex ma toqgħodux lura. Nixtieq minn hawnhekk nirringrazzja lil dawk kollha li matul is-sena jagħtu s-sehem tagħhom. Grazzi mill-qalb.J’Alla din is-sena jerġa’ jkollna festa oħra sabiħa bħas-snin li għaddew fil-kwiet u l-paċi. Viva Marija Bambina u Viva s-Soċjetà tagħna La Vittoria.

kuraġġ

Alfred Cutajar Direttur

Page 10: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 29

Insellmilkom.

Xahar wara xahar u ġurnata wara ġurnata ... ż-żmien ma jistenna lil ħadd. Hekk jgħidu u verament hekk hu għax il-festa reġgħet qegħda magħna.

Is-sena 2011 spiċċajnieha bi kbir meta s-Soċjetà La Vittoria tellgħet il-programm annwali tagħha ġewwa s-sala tal-Iskola Primarja, nhar it-3 ta’ Diċembru. Dak inhar il-banda, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Vella u l-Assistent Surmast Ryan Mallia kienet eċċellenti. L-istess jista’ jingħad għall-kor tat-tfal tas-Soċjetà taħt it-tmexxija ta’ Julia Grima u Claudia Vella.

Jekk tmiem is-sena 2011 kien tant tajjeb mhux l-istess jista’ jingħad għall-bidu tas-sena 2012 meta tlifna ħabib kbir tas-Soċjetà. Kien it-28 ta’ Jannar meta l-Banda La Vittoria tat l-aħħar tislima lis-Sur Anthony Gauci. Kull darba li l-banda kien ikollha xi servizz barra mill-Mellieħa, Ninu kien jiġi jistaqsini kif morna. Żgur ma nistax ma ngħidlekx grazzi Nin ta’ dak kollu li minn qalbek għamilt għas-Soċjetà La Vittoria li tant kienet għażiża għalik.

Il-banda kompliet bis-servizzi tagħha meta ppreparat u daqqet għall-programm taċ-Ċenaklu, fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Mejda tal-Appostli. Natu-ralment bdejna bil-kunċerti ta’ pre-parazzjoni minn ferm qabel u tant ieħor għamel il-kor tat-tfal li wkoll ta sehmu f’din l-okkażjoni.

Fil-25 t’April il-Kunsill Lokali Mellieħa stieden lill-Banda La Vittoria biex tieħu sehem f’marċ fl-okkażjoni tas-Simpożju Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar, avveniment internazzjonali li jsir kull sentejn u li jlaqqa’ l-aqwa kumpaniji pirotekniċi minn madwar id-dinja. Il-Banda bdiet il-marċ minn Ġnien Ingraw sal-Każin, fejn wara li spiċċajna s-servizz beda l-ħruq tan-nar tal-art fil-pjazza.

Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Mejju, kmieni filgħodu nirċievi telefonata fejn ġejt infurmat li ħalliena Mro. Carmelo Muscat, aktar magħruf ma’ bosta bħala l-Captain. Din kienet sajjetta oħra fil-bnazzi. Mro. Muscat kien Sur-mast Onorarju tas-Soċjetà La Vittoria u kif jixraq il-Banda tagħtu l-aħħar tis-lima b’marċi funebri, fosthom b’marċ b’kompożizzjoni tiegħu stess.

Nieħu l-opportunita’ biex insellem il-memorja tal-Captain u nirringrazzjah talli bil-pinna tiegħu paxxa u ser jibqa’ jpaxxi tant eluf ta’ nies li japprezzaw il-mużika.

Sħabi bandisti, issa li l-festa qegħda magħna inħeġġiġkom biex fejn tistgħu ma tonqsux milli tattendu għall-kunċerti.

Qabel ma nagħlaq dawn il-versi nix-tieq ngħid grazzi lit-tfal tal-kor u lill-ġenituri tagħhom. Grazzi kbira tmur għaż-żewġ għalliema tagħhom, Julia Grima u Claudia Vella. Nirringrazzja lill-bandisti u lis-Surmast Joseph Vella u lill-Assistent Surmast Ryan Mallia tal-għajnuna li dejjem sibt mingħandhom.

Nirringrazzja lill-għalliema Chery-lie Grech tad-dedikazzjoni li biha għallmet lill-allievi kemm damet tagħti dan s-servizz fi ħdan is- Soċjetà La Vit-toria u nawguralha għall-kariga l-ġdida bħala Surmast tal-Banda Madonna ta’ Lourdes ġewwa San Ġwann. Nawgura wkoll lil Mro. Jeremy Sultana li beda jagħti s-servizz tiegħu bħala għalliem fi ħdan is- Soċjetà.

Il-Festa t-tajba lil kulħadd

Viva Maria Bambina

sena oħra mpenjattiva

Mario Grima Delegat Banda

Page 11: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 33

Sa minn meta kont għadni tifel żgħir ħafna, meta kienet tasal il-Festa tal-Vitorja u kont nara dawk il-movimenti ta’ nies imdaħħlin fil-preparazzjoni għall-Festa tal-Vitorja, kont inħossni nitgħaxxaq għax ma kontx tarahom matul is-sena kollha.

Niftakar li s-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, fuq barra, kien ikun imżejjen bit-tazzi tal-ħġieġ ikkuluriti, mimlijin biż-żejt taż-żebbuġa biex, matul il-lejl, jinxtgħelu permezz tal-ftila tat-tajjar imxarrba fiż-żejt. Meta kien jinzerta l-bnazzi, kien ikun fih għaxqa s-Santwarju b’dawk id-dwal ikkuluriti jpetptu matul il-lejl. Imma meta kien ikun bir-rih, jew tagħmel bexxa xita, miskin Patist tat-tazzi, minn Ħaż-Żebbuġ - Malta – għax kien ikollu jerġa jbattal it-tazzi mill-ilma, biex ikunu jistgħu jerġgħu jinxtegħlu biż-żejt.

Fi triq - illum – Triq Ġorġ Borg Olivier – kienet tkun ukoll imżejna bil-pilastri bil-bandieri fihom. U mal-faċċati tad-djar ta’ fuq ix-xellug inti u nieżel ‘l isfel fi Triq Ġorġ Borg Olivier, kull madwar xi għoxrin pass, kienu jiddendlu ap-parati tal-ħadid b’disinji tal-ħadid ġo fihom, biex magħhom madwar dawk tidwiriet – jiddendlu t-tazzi ikkuluriti biż-żejt ġo fihom, u tgħidx kemm kienu jkunu sbieħ! Tistaqsi: “Għaliex dawk id-disinni tal-ħadid kienu jidendlu biss fuq ix-xellug?” Għax, fuq in-naħa l-oħra il-bini kien għoli biss sular wieħed.

Imbagħad, fi żmien il-Kappillan Dun Indri Fenech, mill-Mellieħa (1925 – 1946), għall-ħabta tal-1936, kien iqabbad lid-Ditta Mamo, jew lid-Ditta Filletti, biex iġubulu mutur li jiġġenera d-dawl elettriku għall-Festa tal-Vitorja. Il-mutur kien ikun bħal dak li jużaw il-ħaddiema biex itaqqbu l-blat bil-“jack – hammer” – kompressur, u

kien jitqiegħed fil-pjan tat-taraġ ta’ quddiem il-maħżen ta’ taħt il-Knisja Parrokkjali. Bid-dawl elettriku kienu jinxtegħlu biss mill-faċċata tal-Knisja Parrokkjali miċ-ċinta ta’ taħt l-arloġġi ‘l isfel, il-linef fuq ġenb wieħed biss ta’ taħt il-parapett tal-Pjazza tal-Parroċċa – għax l-armar kien għadu ma tlestiex – u d-dawl ġewwa l-Knisja Parrokkjali – f’dawk il-brazzi bi tlett bozoz, im-dendlin għaxar piedi ‘l isfel miċ-ċinta (il-gwarniċun) ta’ taħt it-twieqi il-kbar. Ma nafx jekk għadhomx l-istess brazzi dawk li għadna narawhom sal-lum, imdendlin, imma jekk mhumiex dawk stess tal-bidu, dawk li għadna naraw, huma bħalhom. Minn hemm bdejt nara d-dawl elettriku, u kont naraha ħaġa li tatini gost immens.

L-armar tal-Pjazza tal-Parroċċa – kif għadna narawh f’kull Festa tal-Vitorja, barra l-ħames snin tal-aħħar gwerra dinjija – inbeda għall-ħabta tal-1936, fuq disinn u direzzjoni ta’ Ġużeppi Muscat – bil-laqam “Tamass” minn Birkirkara. L-armar kollu inħadem fil-maħżen ta’ taħt il-Knisja Parrokkjali – kemm dak fil-injam, kemm dak tal-pasta għall-iskultura, kemm tal-antaljoli, u kemm dak fiż-żingu għall-linef. Il-maġġoranza tax-xogħol, sar matul il-jiem tal-Ħdud – mingħajr ħlas.

Il-mastrudaxxi li ħadmu l-in-jam tal-armar tal-Festa li jin-trama fil-Pjazza tal-Parroċċa kienu dawn: Toni Debono (il-Kika), Wiġi Debono (Boroż), Wiġi Sultana (tal-Qarà), Leli Vella (il-Ġoles), Ġamri Frendo (Gremelli), Carmelo Vella (Def-sa), Salvu Calleja (taċ-Ċukkulus) u Toni Fenech (ta’ Smitt). Toni Debono u Toni Fenech – l-ewwel u l-aħħar wieħed fil-lista msem-mija baqgħu, għal xi żmien, weħidhom, ikomplu l-armar

fix-xogħol tal-injam. Toni Fenech (Smitt) ħadem kollox waħdu bil-folji taż-żingu, il-linef il-kbar li jintramaw fil-Pjazza tal-Parroċċa. Hu, l-ewwel kien jaħdem il-kontra-forma billi jis-kolpiha fuq l-injam biex, imbagħad, permezz ta’ kwalitajiet ta’ mrietel dif-ferenti, kien idawwar il-weraq twal u l-fjuri taż-żingu fuq il-kotra-forma ħalli jagħtihom ix-xeħta li ried hu. Il-linef huma magħmulin minn żingu oħxon, u hu kien jaqtagħhom bl-imqass – kollox b’idejh. Toni Debono (il-Kika) kien bniedem ieħor inġenjuż, u l-istess bħal Toni Fenech (Smitt), kienu jmiddu jdejhom għal elf ħaġa.

x’niftakar fiL-festa taL-vitorja ta’ tfuLiti u ta’ ŻgħoŻiti

Rev. Mons. Dun Mosè Debono Direttur Spiritwali

Page 12: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 37

Il-figuri tal-uċuh tal-Anġli u l-kumplament tat-tiżjin li hemm imwaħħlin mal-armar tal-in-jam tal-Festa, kollha huma magħmulin mill-pasta. Il-pasta kont narahom kif jaħdmuha. L-ewwel ħaġa kienu jiġbru ħafna karti : tal-ixkejjer tas-siment, tal-gazzetti, ta’ xi merkanzija, imbagħad dawk il-karti kienu jixħtuhom ġo tankijiet kbar tal-ħadid u jimlewhom bl-ilma, u jħallu l-karti jixxarbu għal xi ġimgħa – u l-ilma b’dawk il-karti, kien isir jinten pesta, Imbagħad, jerfgħu dawk il-karti mxarrbin minn ġot-tankijiet tal-ħadid u jagħsruhom. Imbagħad, iħalltu magħhom kolla u ġibs, u jqiegħdu dik it-taħlita fil-kontra-forom tal-ġibs, li kienu jkunu maħdumin mad-disinjatur Ġużeppi Muscat (Tammas). Jerġgħu jisten-new xi jumejn oħra, jaqilgħu l-pasta mill-kontra-forom, u Ġużeppi Tamass, kien jagħtihom l-aħħar daqqiet tal-imgħallem, u jħallihom lesti għall-induratura.

I t- t m i e n s tat w i l i h e m m l i jirrapreżentaw il-ħajja tal-Madonna, dawn kienu maħdumin mill-Istatwarju Wistin Camilleri , fir-Rabat – Għawdex, u kienu jiswew €8 il-waħda. Ma niftakarx sewwa jekk kienux waslu qabel ma nbdiet il-gwerra fl-1939, jew wara li spiċċat il-gwerra fl-1945. Niftakar li wara l-Istatwa tal-Bambina fil-Purċissjoni ta’ nhar il-Vitorja, in-nies li kienu jkunu jakkumpanjawha, kienu jlaħħqu san-numru sitta. Waħda minn dawk, kienet tkun ommi – Marija Debono. Però, l-attendenza għan-Noveni u għall-paniġierku ta’ nhar il-Festa, kienet tkun numeruża ħafna.

Il-familja, aktarx kollha numerużi b’ħamsa, għaxra u iktar ulied, bil-faqar li kien hemm f’dawk iż-żminijiet, għax tkun waslet il-Festa, il-membri kollha tal-familja, kien ikollhom libsa ġdida fuqhom; u l-Membri tat-Tlett fratel-lanzi: tar-Rużarju, ta’ San Ġużepp u tas-Sagrament, dawk li kienu jerfgħu is-Slaleb u l-lanterni, kienu jilbsu l-in-gwanti bojod. Il-Fratelli kienu jlaħħqu madwar 200, u kienu jilbsu l-albi (dik il-libsa bajda twila sa fuq wiċċ il-pali tas-saqajn), mgħoddijin u illamtati bil-pjiegi ta’ tlett kwarti ta’ pulzier (żewġ ċentimetri), u tgħidx kemm

kienu jkunu eleganti! Trid tqis li dawk kienu bdiewa u nies fis-sengħa tal-ġebel.Ix-xogħol tan-nar għall-Festa tal-Vitorja kien jinħadem Ħaż-Żebbuġ – Malta. Kien imur iġib l-irdieden u l-logħob l-ieħor tan-nar, Peppi Vella (ta’ Ċerkes), fi tliet vjaġġi, fuq il-karettun bil-bagħal xi ġimgħa qabel il-Festa. Niftakar ukoll li kien isir iġ-ġigġifogu, quddiem iz-zuntier, u kien jintrama fuq xi sitt arbli doppji, marbutin tnejn tnejn, u fil-għoli. Iġ-ġigġifogu kien jinħadem fuq ix-xbieha tal-faċċata tal-Knisja Par-rokkjali tal-Mellieħa, u matul il-ħin li jkun jinħaraq, kien ibiddel il-kuluri tliet darbiet. Għal dak iż-żmien, kienet xi ħaġa verament attrajenti. Ridt ngħid ukoll li, meta Peppi ta’ Ċerkes kien iġib in-nar għall-Festa, l-ewwel kien jitqiegħed fil-kmamar fil-Bitħa tas-Santwarju – u ħadd ma kien jagħmel osservazzjoni ta’ x’setà jiġri kieku kellu jaqbad u jisplodi dawk l-inħawi kollha!

Sa dak iż-żmien – sa madwar 60 sena ilu, għall-Festa tal-Vitorja fil-Mellieħa, kienu jiġu ħafna nies oħra minn irħula oħra fuq il-karettuni bil-ħmara jew bil-bagħal. U kienu jiġu wkoll numru kbir ta’ Għawdxin bid-dgħajjes, u l-aktar li kienu jgħaddu l-ħin ta’ qabel il-Festa, kien wara l-Knisja Parrokkjali, jieklu u jgħannu għana bil-Malti. Niftakar ukoll li, l-għada tal-Festa, taħt il-loġoġ tal-Bitħa tas-Santwarju, fuq is-sur ta’ ħdejn il-Knisja Parrokkjaliu, u wara l-Knisja Parrokkjali, kien ikun hemm miżbla b’ li kienu jħallu warajhom in-nies li jkunu ġew minnn barra.

Il-Knisja Parrokkjali kienet tintrama bid-damask aħmar, u avolja d-damask ma kienx tal-ħarir u bid-disinn tal-pal-ma, imma kien tat-tajjar, madankollu, il-Knisja mlibbsa bid-damask, kien ikun fiha dehra sabiħa ta’ festa. Dak id-

damask, għax ma kienx tal-ħarir, imma tat-tajjar, tqatta u qsar mit-tul tiegħu, u nxtorob, u fi żmien il-Kappillan Dun Franġisk Xuereb (1945 – 1966), ma baqax jintrama iżjed. Imma d-damask tas-Santwarju, għax hu tal-ħarir b’disinn tal-palma u maħdum fuq forsetta tal-għażel oħxon, għadu – parti minnu – jintrama fil-festi.

Fil-Pjazza tal-Parroċċa kienu jintramaw l-imwejjed bil-qubbajt – l-iktar miż-Żebbuġin. Kont tara mwejjed oħra b’xi gandlieri, statwi tal-Qaddisin, santi kbar u żgħar, u xi ħadd kien jarma bil-ġelat, u ruġġjata, u ħelu.

Iż-żewġ Baned tal-Mellieħa: il-Banda Filarmonica La Vittoria, u l-Banda Imperial, kellhom importanza kbira fil-festa tal-Vitorja – bħal ma għad għandhom illum. Iż-żewġ Baned kienu jagħmlu programmi fuq il-planċier – intavlar fuq banketti twal – biex ikunu daqsxejn iktar fil-għoli min-nies. Imma n-nies kienu jkunu mxennqin biex jisimgħu l-programmi mill-Baned, u ki-enu mdorrijin joqogħdu jisimgħuhom għal ħin twil – bilwieqfa.

Jiena kont indoqq il-Quartino in Mi b mal-Banda La Vittoria sa minn meta kelli xi għaxar snin, u spiċċajt indoqq mal-Banda La Vittoria fil-Kunċert li konna tajna f’Villa Bellini – Katanja, fi Sqallija, fl-1949, u wara, f’Ottubru tal-1949, mort is-Seminarju. Missieri kien xtrali il-Quartino €3,00, daqs €7.00 tal-lum. Dak il-Quartino għadu għandi, u irrestawrajtu biex jibqa b’tifkira.

Dak kollu li lħaqt rajt u tgħallimt fi tfuliti u f’żgħożiti mingħand il-familja tiegħi, mill-Iskola Primarja, mill-Katekiżmu, mill-Każin tal-Banda, mill-Knejjes sbieħ u l-festi li fihom kien iġorrna missieri Ġużeppi, u li għallimna napprezzaw l-arti, u l-inkuraġġiment li konna naraw mingħand ommna Maria, dawn kollha għadni nġorrhom miegħi, u swewli mmens għall-missjoni tiegħi ta’ Saċerdot.

Page 13: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

40 | www.lavittoriabandclub.org

Meta joqrob dan iż-żmien biex nikteb dawn il-kelmtejn, ninduna li tkun reġgħet għaddiet sena oħra. Sena li għall-Banda La Vittoria tkun mimlija daqs bajda bid-diversi servizzi li noħolqu u nipparteċipaw fihom kemm fil-Mellieħa kif ukoll f’postijiet oħra.

Il-festa tas-sena li għaddiet wara tant tħejjijiet bħal dejjem kienet suċċess, u wara dawk iċ-ċelebrazzjonijet, l-Iskola tal-Mużika tas-Società Filamronica La Vit-toria reġgħet fetħet il-bibien tagħha, fejn rajna żieda fl-istudenti li bħal issa qabżu l-għoxrin, u ta’ min jagħmel aċċenn li dawn

il-lezzjonijiet tal-mużika is-Soċjetà toffrihom mingħajr ħlas, u naħseb li llum dan il-ġest ta’ servizz qiegħed ikun apprezzat, bħal ma tixhed iż-żieda fl-aljievi. Dan it-tagħlim matul din is-sena tkompla minni fit-teorija mużikali, l-Assistent Surmast Ryan Mallia kompla bit-tagħlim fuq is-

sezzjoni Brass u s-Surmast Jer-emy Sultana ġie nkarigat mis-sezzjoni Woodwind . Nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nifraħ lill-President u lill-Kumi-tat Amministrattiv li qiegħed jaħdem sabiex jarma l-klas-si tat-tagħlim bin-neċessità

meħtieġa bħal Interactive Whiteboard, Laptop, Keyboard u dak kollu meħtieġ li jikkumplimenta din it-teknoloġija.

Is-sena mużikali 2011 - 2012 bdiet bil-Programm Mużikali Annwali, is-servizzi tal-Milied fid-diversi Lukandi fil-Mellieħa, tliet Funerali bil-Banda - għas-Sur Anthony C. Gauci, Surmast Carmelo Muscat u l-Kappillan Dun Nazzaren Caruana. F’Marzu nżammet il-Prize Day Concert imtellgħa mill-istudenti, il-Programm taċ-Ċenaklu u l-Maratona ta’ Puttinu Cares Foundation. Matul is-Sajf il-Banda għamlet Programm Mużikali fl-okkażjoni tal-Ħġejjeġ ta’ San Ġwann, daqqet f’Burmarrad waqt il-Purċissjoni, Programm u Innu għall-Festa tad-Duluri f’San Pawl il-Baħar u Marċ għall-festa ta’ Sant’ Elena ġewwa Birkirkara.

Nixtieq nikkummenta dwar il-Prize Day, dan għal sena oħra reġgħet kienet ta’ suċċess, bil-

appeLL ta’ kuraġġ u ta’ ritorn LiLL-bandisti

Mro. Joseph Vella Surmast Direttur

Mix-xellug għall-lemin : Daniel Sultana - Drums, Ryan Mallia - Assistent Surmast, Mro. Joseph Vella - Surmast Direttur, Mro Jeremy Sultana - Għalliem, Giulia Bonnici - Flawt, Audrey Vella - Klarinett.

Page 14: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 41

parteċipazzjoni tal-Istudenti tal-Iskola tal-Mużika tas-Società Filarmonica La Vittoria flimkien mal-Bandisti Żgħażagħ u l-Kor tal-Banda Vuċijiet Vittorjani. Waqt din is-serata ppruvajna nnisslu fl-istudenti is-sens ta’ self esteem fil-preżenza tal-ġenituri tagħhom. Għal din is-sena bħala mistieden speċjali stedinna lis-Surmast Alfred Farrugia, fejn tkellem fuq l-Ewfonju, strument li jifforma parti mis-sezzjoni brass. Huwa ta informazzjoni nteressanti dwar l-oriġini u l-funzjonijiet tiegħu. Serata sodisfaċenti ppreparata ferm tajjeb mill-President is-Sur Pawlino Mifsud u l-Assistent Surmast Ryan Mal-lia, li minn hawn nixtieq nifraħlu għall-Programm Mużikali li ilu jtella’ għal dawn l-aħħar disa’ snin bil-Banda taż-Żgħażagħ Vittorjani.

Nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lill-Bandisti li jattendu għall-kunċerti kif ukoll għas-servizzi li jkollha l-Banda matul is-sena, u nħeġġiġhom sabiex jattendu aktar għaliex bi ftit im-penn u kuraġġ inkunu nistgħu intellgħu aktar Programmi Mużikali ta’ kalibru tajjeb. Nirringrazzja wkoll lil sħabi l-kollegi l-Għalliema, l-Assistent Surmast Ryan Mal-lia u s-Surmast Jeremy Sultana, lid-Diret-turi tal-Kor is-Sinjuri Julia Grima u Claudia Vella, lid-Delegat Banda Mario Grima u l-Arkivista Raymond Fenech flimkien mal-Kummissjoni Banda u l-President is-Sur Pawlino Mifsud u l-Kumitat Amministrattiv għall-għajnuna u l-appoġġ tagħhom.

Nixtieq nieħu din l-opportunità u nagħmel appell minn qabli sabiex dawk il-bandisti

li għal xi raġuni jew oħra ma għadhomx idoqqu sabiex jirritornaw, ħalli nerġgħu nsaħħu l-Banda La Vittoria. Diġa sar ħafna imma għad baqa’ fejn nimmeljoraw. Ejjew lura, kuraġġ. Jekk niltaqgħu madwar mejda kollox jittranġa għaliex ir-rieda qaw-wija minn naħa tagħna bħala diriġenti tal-banda u tal-Iskola tal-Mużika u minn naħa tal-President u l-Kumitat Amministrattiv qiegħda hemm u bi ftit sforz naslu żgur. Nawgura lis-Società Filarmonica La Vittoria futur sabiħ f’għeluq il-mija u ħames (105) sena mit-twelid tagħha u l-festa t-Tajba lill-Melleħin kollha.

VIVA MARIJA BAMBINAVIVA S-SOĊJETÀ U L-BANDA LA VITTORIA

Fuq Wara mix-Xellug għall-Lemin: Giselle Borg, John Cutajar, Oriana Farrugia, Kurt Vella, Audrey Vella, Michael Micallef, Adriana Caruana, Mark Micallef, Giuseppe Bonnici, Cherise Grima.

Fin-Nofs mix-Xellug għall-Lemin: Deborah Sultana, Keiran Duncan, Kirsty Borg, Matthew Camilleri, Mirielle Borg, Matteo Vella, Amy Grima, Daniel Scerri.

Quddiem mix-Xellug għall-Lemin: Dean Farrugia, Ryan Mallia (Asst. Surmast), Mro Joseph Vella (Surmast Direttur), Mro Jeremy Sultana (Għalliem).

Page 15: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

44 | www.lavittoriabandclub.org

fejn wasaLna!

Ryan Mallia Assistent Surmast

La darba dan il-ktieb jinsab fi djarkom u la darba jinsab f’idejnkom u qegħdin taqraw dan il- messaġġ, ifisser li t-8 ta’ Settembru jinsab fil-qrib, il-ġurnata li fiha tiġi ċċelebrata l-festa tal-Vitorja ġewwa l-Mellieħa.

SoċjetàGħalkemm il-preparamenti bħalissa ikunu fl-aqwa tagħhom, dan ma jfissirx li bħala Soċjetà nkunu b’idejna fuq żaqqna nisten-new iż-żmien li fih nibdew nippreparaw għall-festa. Is-Soċjetà tagħna tibqa` attiva matul is-sena kollha u matul dan iż-żmien tibqa` għaddejja ħidma fuq diversi aspetti li jolqtuna, aspetti li jiġu evalwati u aġġornati biex nibqgħu ntejbu l-livell ta’ kull ma nippreżentaw aħna bħala Soċjetà Mużikali. Għalkemm il-bażi tagħna hija l-mużika, ma jfissirx li kulma jsir huwa relatat mal-Mużika. Bħala Soċjetà li tilqa’ lil kulħadd, jiġu organizzati kull tip ta’ attivitajiet u dan biex ikun żgurat li s-Soċjetà tagħna tkun ta’ kulħadd.

Kummissjoni Banda: Il-mod ġdid kif qiegħda titmexxa il-Kum-missjoni Banda, li tagħha jiena s-segretarju, qiegħed iħalli l-frott mixtieq. B’opinjonijiet differenti, fejn qegħdin ninkludu bħala membri mis-Sumast Direttur tal-Banda sal-bandist u mill-President sas-Soċi, qiegħed

jiġi żgurat li kull opinjoni tasal u wara li tiġi evalwatha tiġi

mplimentatha bl-aħjar mod possibbli.

Ma qagħdnix nibżgħu nieħdu azzjonijiet fejn rajna li kien hemm xi nuqqasijiet. Ħadna ħsieb li f’kull każ ma jonqos qatt ir-rispett lejn l-ebda individwu u li nħarsu lejn għan wieħed, dak li nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għall-banda tagħna. B’sodi-sfazzjon ngħid li kull darba li ttieħdet xi az-zjoni, dejjem saret b’mod ċiviku u fl-aħħar mil-aħħar dejjem kelna r-riżultati mixtieqa.

Għamilna analiżi ta’ kull attività li fiha kienet involuta il-Banda u anke hawnhekk ħarġu punti mportanti ta’ fejn stajna morna aħjar u mill-ewwel bdejna ħidma biex nirranġaw għal li ġej. Sar pjan minn kmieni kif inserrħu rasna li l-Banda jkollha l-elementi kollha meħtieġa biex nieħdu sehem f’servizzi mużikali kemm ġewwa l-Mellieħa u anke fi bliet u rħula oħra. Għaddejna xi suġġerimenti lill-lokalitajiet oħrajn fejn tieħu sehem il-Banda tagħna, suġġermenti li fil-maġġoranza tagħhom ġew milqugħa, għax kif diġa aċċennajt, l-għan tagħna huwa li nfittxu l-aħjar għall-Banda.

Ġiet imfassla minn stadju ferm qabel is-soltu, il-mużika kollha li għandha tindaqq f’kunċerti mużikali diversi. Dan ta’ lok u ftit tan-nifs lis-Surmast Direttur u anke lili bħala Assistent Surmast fil-preparazzjoni għal dawn il-kunċerti, peress li l-idea fiha nnifisha immotivat lill-bandisti li b’hekk dawn fehmu li biex inlaħħqu mal-mużika kollha magħżula, hemm bżonn provi w provi bis-serjetà.

Bħala Kummisjoni Banda konna involuti ukoll f’attivitajiet relatati mall-Banda. Prinċipalment konna nvoluti fl-organizaz-zjoni tal-Prize Day 2012 u l-Get Together Rehearsal. Din ta’ l-aħħar kienet attività nnovattiva fejn laqqajna flimkien żewġ elementi mportanti għalina, il-Mużika w il-Familja.

Inbeda ukoll il-proċess biex inħarsu l-istrumenti mużikali li għandha fi ħdana l-Banda. Kull mużiċist li għandu strument propjetà tas-Soċjetà se jingħata kuntratt fejn se tkun spjegata l-importanza li wieħed għandu jagħti lil din il-għodda mużikali.

Ma jistax jonqos li f’dan il-mument inkunu qegħdin nieħdu deċiżjonijiet ferm impor-tanti, deċiżjonijiet marbuta ma’ sehem il-Banda fil-festa ta’ din is-sena.

Skola tal-Mużika: B’sodisfazzjon ta’ kullħadd, hawnhekk komplejna inżidu ma’ dak li diġa ksibna matul is-sena l-oħra. L-istudenti fi ħdan l-iskola tal-Mużika tagħna baqgħu dejjem jiżdiedu. Ta` min jinnota li kontra kif

kien jiġri fi żmienijiet preċedenti, din is-sena baqa` jkollna żieda ta’ studenti ġodda

matul is-sena kollha u mhux biss wara l-jiem tal-festa.

Affaċċjajna l-problema l i q e g ħ d i n

Page 16: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 45

jiltaqgħu magħha il-każini tal-baned fi żminijiet tal-llum fejn student wara ċertu żmien ma jkomplix l-istudji mużikali tiegħu. Dan aħna nikkunsidrawh bħala ħin mitluf fl-Iskola tal-Mużika tagħna u għalhekk qegħdin inżommu kuntatt kontinwu mal-istudenti flimkien mal-ġenituri tagħhom biex kemm jista` jkun nakkomodaw u nassistu lil l-istudenti tagħna fejn ikun hemm bżonn. Dan mhux fuq bażi mużikali biss iżda wkoll biex ngħinu lil l-istudenti jibqgħu jħossuhom komdi w utli taħt kull ċirkustanza.

Ma nistax ma nsemmix żewġ inizzjattivi mportantissimi li nieda il-President tas-Soċjetà, is-Sur Pawlino Mifsud, matul din is-sena. Waħda minnhom kienet li appli-kajna biex niġu rikonoxxuti uffiċjalment bħala Skola tal-Mużika u it-tieni, li appli-kajna wkoll għall-fondi tal-Unjoni Ewropea biex nimmodernizzaw il-mod ta’ kif aħna nwasslu it-tagħlim mużikali lil l-istudenti tagħna. B’sodisfazzjon kbir, iż-żewġ talbiet ġew milqugħa u għalhekk bħalissa qegħdin inħejju biex invaraw dawn il-proġetti.

Komplejna wkoll ninvestu fl-istudenti tagħna billi ngaġġajna magħna lil Mro. Jeremy Sultana fis-sezzjoni woodwind u żgur li l-esperjenza ta’ Jeremy se tissarraf f’ġid għal l-istudenti tagħna u b’hekk, is-Surmast Direttur Mro. JosephVella seta` jiffoka iktar fuq it-tagħlim tat-teorija tal-mużika għaliex din hija mportanti daqs kemm hi mportanti l-prattika. Dan qiegħed jgħin biex l-istudent ikun kollu kemm hu prodott tal-Iskola tal-Mużika tagħna. Ta’ min isemmi li

għalkemm dejjem qegħdin inkomplu naħdmu biex intellgħu l-livell tat-tagħlim, wieħed jista` jinnota li wasalna f’punt ferm avvanzat u dan kollu huwa offrut bla ebda ħlas.

Kor – ‘Vuċijiet Vittorjani’: Min xi darba jew oħra attenda xi attività li fiha ħa sehem il-Kor tat-Tfal ‘Vuċijiet Vittorjani’, żgur li jaf li dan kien proġett ieħor fi ħdan is-Soċietà Filarmonica La Vittoria li rnexxa.

Dan il-Kor illum il-ġurnata mhux biss qiegħed jieħu sehem f’kunċerti mal-banda iżda wkoll qiegħed jibni repertorju għalih waħdu u għalhekk qiegħed isib iktar op-portunitajiet fejn jista` jieħu sehem.

Matul l-aħħar sena, is-Soċjetà ħadet ħsieb li tinvesti f’dan il-Kor billi fost l-oħrajn fil-festa ta’ sena ilu ġew imżanżna set ta’ uniformijiet, kif ukoll ġie magħżul isem addattat għal dan il-kor.

Il-ħsieb huwa li nkomplu ninvestu f’dan il-Kor biex il-quddiem meta it-tfal, li preżentament jiffurmaw parti min dan il-kor, jikbru nkunu nistgħu nifformulaw żewġ korijiet, dak ta’ l-Adulti filwaqt li jinżamm ukoll il-Kor tat-Tfal.

Kunċert Banda Żgħażagħ: Bħal leħħa ta’ berqa wasalna fid-disa’ sena ta’ dan il-kunċert. Disa` snin li fihom bqajna naraw dan il-kunċert dejjem jikber u dan għaliex bħala Soċjetà bqajna nemm-nu fil-livell ta’ dan il-kunċert u bqajna ninvestu fih.

Din is-sena mhix eċċezzjoni, ninsabu biss sena l-bogħod mill-għaxar sena għalhekk din is-sena ftit ftit se nkunu qegħdin nidħlu f’atmosfera ta’ ċelebrazzjoni.

Qegħdin ngħaqqdu l-klassiku mal-modern biex dan il-kunċert ikun immirat għal kulħadd u dan għaliex ma rridux noħolqu mpressjoni li għandna xi ħaġa kontra il-mużika klassika.

Is-sena l-oħra bdejna naraw ukoll titjib fl-element bandistiku tal-lokal u dan jawgura tajjeb għall-futur.

Huwa tajjeb li s-Soċjetà tagħna tibqa` tanalizza kull impenn li tidħol għalih, dan biex nibqgħu dejjem intejbu l-livell ta’ dak li nippreżentaw. Biex dan ikun jista` jseħħ għandna bżonn l-għajnuna ta’ kull wieħed u waħda minnkom, għajnuna li mhux bilfors tkun fiżika jew finanzjarja imma anke sempliċiment billi tipparteċipaw fl-attivitajiet li jiġu organiz-zati, billi tibagħtu lil uliedkhom jitgħallmu l-mużika jew il-vuċi u anke billi taddulna l-kritika tagħkom.

Ma nistax nagħlaq dan il-messaġġ mingħajr ma nirringrazzja lil kullħadd tal-għajnuna u l-fiduċja li nsib, prinċipalment mis-Surmast Mro. Joseph Vella, il-Bandisti kollha u l-kumitat amministrattiv immexxi mil-President is-Sur Pawlino Mifsud. Ma nistax ukoll ma nsellimx il-memorja ta’ Mro. Carmelo Muscat li fi ftit kliem li kien inissel, inħoss li kien persuna utli ħafna għalija.

Il-Festa t-tajba lil kulħadd!

Page 17: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 49

KUMMISSJONI BANDAfuq wara mix-xellug: Mario Grima (Delegat Banda), Duncan Gauci (Rap. Bandisti), Raymond Fenech (Arkivista).bil-qiegħda mix-xellug: Ryan Mallia (Assistent Surmast), Mro. Joseph Vella (Surmast Direttur) Pawlino Mifsud (President) u Joseph Cauchi (Segretarju Ġenerali).

mija u ħames snin banda Raymond Fenech Arkivista

Ħbieb din is-sena taħbat il-mija u ħames sena mit-twaqqif tal-banda għażiża tagħna ‘La Vittoria’. Ż-żmien jgħaddi u diġa għaddew ħames snin minn dawk il-festi kbar u sbieh li għamilna fl-okka-zzjoni tal-mitt sena li ħafna ammiraturi għadhom jiftakru u jsemmuhom.

Matul din is-sena l-kumitat baqa’ għaddej b’ħafna attivitajiet u l-membri tal-kumitat bix-xogħol assenjat lilhom biex is-socjeta tibqa’ għaddejja u l-piz tax-xogħol jeħfief.

Jiena bħala Arkivista għandi l-inkarigu li nieħu ħsieb il-mużika li hemm fl-Arkivju. Nara ukoll li meta tkun se ddoqq il-banda jkollna l-muzika ppreparata w adattata skond l-okkazzjoni li tkun.

Flimkien mal-Assistent Arkivista Jose-phine Fenech din is-sena komplejna naħdmu fuq l-inventarju tal-mużika li bdejna s-sena l-oħra. L-muzika li kienet imferrxa f’postijiet differenti fil-kazin ġiet ippostjata fil-File Boxes u innumerati ġewwa l-Arkivju. Issa qegħdin fit-tieni fazi li hi l-aktar biċċa xogħol li teħodlok żmien. Qegħdin noħorġu kull biċċa mużika u nieħdu d-dettalji ta’ kemm hemm partijiet ta’ kull strument u par-tituri tas-surmast direttur għax b’hekk inkunu nafu jekk dik il-mużika nistgħux indoqquha. Sibna mużika li partijiet tal-istrumenti ma kienux jaqblu mal-partitura tas-surmast għalhekk kellhom

jigu separati.

Dan il-proċess qiegħed itini sodis-fazzjon nagħmlu, għax matulu qegħdin nsibu mużika ġdida li ma konniex nafu biha ,li qegħda għandna, u ma kienitx reġistrata. Dan gara għax fl-antik kienu jiktbu mużika differenti fuq l-istess par-titura. Naħseb dan kien isir biex jagħmlu ekonomija mill-karta li kienu neqsin minnha. Arkivisti ta’ qabli ħadu isem tal-ewwel muzika li kien hemm quddiem u l-oħrajn ma kienux ħadu nota tagħhom. F’dan il-process s’issa diga sibt ‘il fuq minn sittin silta ta’ mużika fosthom tas-surmast N. Montebello li tnejn minnhom sejrin jidaqqu fil-programm tal-4 ta’ Settembru 2012.

Dan il-proċess qiegħed jigi nstallat fis-sistema tal-kompjuter. Meta l-muzika kollha tkun lesta tibda fażi oħra li tanal-izza mużika bl-istess isem tkunx tista’ tiġi amalgamata jew le. Dan isir biex meta tiġi biex tingħazel il-mużika tkun aktar faċli.

Flimkien mal-kummissjoni banda w s-surmast inkunu rridu nsibu l-mużika ghall-programmi li jkollna matul is-sena. F’Jannar sibna mużika għall-progrmmi tal-ftuħ taċ-Ċenaklu u l-Prize Day tal-Istudenti. F’ Mejju sibna l-mużika għall-festa tal-Ħġejjeġ ta’ San Gwann, il-Festa tad-Duluri f’ San Pawl il-Bahar, il-programm tal-festa fl-4 ta’ Settembru,

għall-festa tas-Santwarju u xi mużika għall-programm Annwali f’ Diċembru.

Fil-bidu ta’ Ġunju ġie organizzat kunċert u Pasta Night għall-bandisti u l-familji tagħhom fejn ġiet mogħtija l-lista tal-mużika li ser tindaqq f’dawn il-program-mi għal din is-sena. Dawn ġew imħeġġa biex jattendu u jkunu jafu l-impenn li jridu jwettqu.

Niringrazzja lis-surmast Joe Vella, l-assistent surmast Ryan Mallia, sħabi tal-Kummissjoni Banda, l-għalliem tal-allievi Jeremy Sultana, sħabi tal-Kumitat Amministrattiv u l-bandisti għall-koperazzjoni u l-kuraġġ li nsib mingħandhom.

Nawgura l-festa t-tajba lill-Ħbieb, Benefatturi u l-Ammiraturi tas-Soċjeta ‘ La Vittoria ‘ u lill-Melleħin kollha.

Page 18: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 53

Għal sena oħra qegħdin nerġgħu niltaqgħu permezz ta’ dan il-messaġġ u ta’ din il-pubblikazzjoni ta’ interess li s-Società Filarmonica La Vittoria toħroġ fl-okkażjoni tal-Festa tat-Twelid ta’ Marija Bambina, Patruna ta’ raħal twelidna.

Bħal ħolma għaddiet sena oħra minn fuq is-Soċjetà u propju din is-sena qed jitfakkar il-Mija u Ħames Sena mit-twaqqif tal-Banda u s-Società Filarmonica La Vittoria. Għadni qed nara qisu l-bieraħ meta fl-2007 iċċelebrajna kif kien xieraq l-Ewwel Ċentinarju tas-Soċjetà, b’diversi at-tivitajiet li laħqu lil kull kategorija tal-komunità Melleħija. Seħħew ħafna avvenimenti matul dawn is-snin, li kollha ħallew dak it-timbru partikulari fuq is-Soċjetà. Kien hemm mumenti sbieħ fejn ilkoll flimkien fraħna kif ukoll dawk il-mumenti fejn qalbna tnikktet meta minn fostna ġew nieqsa diversi diriġenti, membri, bandisti u benefatturi tas-Soċjetà.

Kif għaddiet il-festa tas-sena l-oħra, l-Kummissjoni Nisa ħasbet sabiex tfassal programm t’attivitajiet, sa-

biex permezz t’hekk jinġabru fondi u jkunu ta’ sosten għas-Soċjetà tagħna. Fost dawn insibu l-attività li ssir kull nhar ta’ Ħadd li tibda mit-tieni Ħadd t’Ottubru sal-aħħar Ħadd ta’ Ġunju, Coffee Mornings, u Lotteriji. Ġew organizzati diversi ħarġiet għal rapprezentazzjonijet teatrali bħal Pantomima tal-Milied, Canta Napoli, serati mużikali kif ukoll il-ħarġa għal Għawdex. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm ġiet organizzata ikla fejn l-attendenza kienet sodisfaċenti ħafna. Minn hawn nixtieq inħeġġeġ aktar membri sabiex flimkien mal-familji tagħhom jingħaqdu magħna fl-attivitajiet li jiġu organizzati biex barra li jiġu u jiddevertu magħna jkunu ta’ għajnuna biex b’hekk ilkoll flimkien bħala familja kulħadd bil-ftit tiegħu inħaffu ftit mill-piżijiet li għandha s-Soċjetà.

L-għan prinċipali tagħna huwa li nkunu ta’ għajnuna għall-Kumitat Amministrattiv. Nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lill-President, Segretarju Ġenerali flimkien mal-Kumitat Amminstrattiv għall-għajnuna u l-appoġġ li dejjem

sibna minn għandhom. Li tkun tiffor-ma parti minn Kumitat mhux dejjem tkun faċli minħabba diversi fatturi fosthom idejat u karattri differenti, jirrikjedi impenn, dedikazzjoni u xi minn daqqiet sagrifiċċju wkoll, imma b’rieda soda kull ostaklu jingħeleb.

Nixtieq nirringrazzja lil sħabi fi ħdan il-Kummissjoni għax-xogħol siewi tagħhom li jwettqu matul is-sena flimkien mal-familji tagħhom. Nixtieq nagħti merħba lil dawk l-emigranti li ser ikunu ghal btala fostna, flimkien ma’ dawk kollha li ser jiġu jżuruna għall-festa sabiex jingħaqdu magħna għall-attivitajiet li ser jiġu organizzati mis-Soċjetà, kif ukoll biex b’sens ta’ maturità u b’devozzjoni lkoll flimkien infakkru t-Twelid t’Ommna tas-Sema il-Verġni Marija.

Fost il-ferħ tal-qlub mixgħulha, Insellmulek O Marija

F’dan il-jum li rak titwieledMis-Smewwiet ċkejkna tarbijaBint u Omm ta’ min ĦalaqnaWarda safja minn kull ħtija.

xogħoL siewi ta’ matuL is-sena Therese Cauchi Chairperson Kummissjoni Nisa

Mix-xellug għall-lemin: Carmen Vella, Emanuela Frendo, Therese Cauchi, Lina Abela, Mary Fenech, Tessie Vella.

Page 19: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 71

Il-festi huma okkażjoni li permezz tagħhom naħsbu u nimmeditaw fuq il-ħajja tal-qaddisin li l-festa għalihom tkun waslet biex tiġi ċċelebrata.

Hija okkażjoni fejn wieħed jammira l-qlubija jew id-dedikazzjoni tal-per-suna mqaddsa lejn Alla. Ħafna mill-qaddisin ma beżgħux mis-sagrifiċċju, jew li jeħduha kontra l-kurrenti ta’ żmienhom. Min spiċċa martri, min intefa’ f’ħabs, oħrajn waqqfu isti-tuzzjonijiet li permezz tagħhom it-tixrid tal-kelma t’Alla nżammet ħajja sa żminijietna b’diversi modi u bl-eżempji li huma taw. Mill-Madonna u San Ġużepp, sa kull persuna li l-Knisja elevat għad-dinjità tal-Artal, ilkoll iddedikaw ħinhom biex il-verità tkun magħrufa, speċjalment fis-snin bikrija tal-Kristjaneżmu.

Il-partitarji tal-baned fid-diversi bliet u rħula Maltin u Għawdxin għandhom, waqt li jkunu qed jiċċelebraw fil-festa tagħhom, ma jonqsux mir-rispett lejn dawk li jkunu jappartjenu – jekk ikun il-każ – lil xi każin tal-banda ieħor, jew partitarji ta’ festa oħra, għaliex b’mod fratern, kulħadd għandu dritt

jiċċelebra l-festa tal-qaddis/a tiegħu, bil-baned, bin-nar u l-briju, imma kollox għandu jsir b’moderazzjoni, b’rispett lejn ħaddieħor, b’dinjità u dekor.

Hu xieraq għalhekk li bħala nsara u segwaċi tal-festa f’ġieħ Ommna Maria Bambina li tiġi ċċelebrata fil-Mellieħa, aħna nagħmlu festa li per-mezz tagħha nisimgħu l-kelma t’Alla, niċċelebrawha mal-ħbieb u l-familjari tagħna fit-toroq fil-preżenza wkoll tal-barranin li jiġu jaqsmu magħna l-kultura li tkattret f’dan is-settur matul il-milja tas-snin, kif ukoll ma’ bosta Maltin u Għawdxin oħra li huma dilettanti tal-festa Maltija.

L-Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda jawguralkom il-Festa t-Tajba.

xogħoL siewi ta’ matuL is-senaJ. C. Azzopardi Segretarju

Nilqgħu bil-qalb l-istedina tas-Società Filarmonica La Vittoria, biex ngħaddu l-messaġġ tal-Għaqda fl-okkażjoni tal-Festa tal-Parroċċa, it-Twelid tal-Verġni Marija.

Il-messaġġ tagħna huwa messaġġ li jawgura l-ewwel nett festa sabiħa lill-komunità kollha tal-Mellieħa biex tgawdi din iċ-ċelebrazzjoni fil-ferħ, fil-paċi u bħala familja waħda. Jalla tkun għal kulħadd okkażjoni li fiha nagħrfu t-tifsira u s-sens veru ta’ din il-festa. Nawguraw ukoll li nkomplu r-rabta tagħna mal-valuri u t-tradizzjonijiet li bħala komunità ilna naqsmu flimkien għal tant u tant snin. L-esperjenzi ta’ matul is-snin urewna xejriet diversi, fejn fil-ħajja ta’ kuljum rajna tibdil fil-mod tal-ħajja, ideat u użanzi ġodda. Kien hemm ħafna li kellu effett biex

rajna dan it-tibdil, u dan ukoll fil-festa. Kien tibdil fl-attitudni, apprezzament u għożża għal dak li konna mdorrija bih. Rajna sew il-pożittiv kif ukoll ċerta bruda u indifferenza. Nistgħu ngħidu però li bħala komunità, il-festa għadha okkażjoni mistennija.

Il-festa toffri opportunitajet sbieħ ħafna. Flimkien, irridu naħdmu biex dak li hu tajjeb, dak li jsir ad unur tal-Verġni Marija, u dak li jsir għall-komunità jiġi msaħħaħ, aġġornat u ppriservat.

Is-Soċjetà La Vittoria hija soċjetà li għal aktar minn mitt sena kel-lha sehem importanti biex il-Festa saret daqshekk popolari. Ma’ din is-Soċjetà taw is-sehem tagħhom ukoll diversi għaqdiet, gruppi u individwi

oħra Melleħin. Huwa mistħoqq l-apprezzament għal dan l-impenn. Dak li tagħmel is-Soċjetà La Vittoria u oħrajn huwa ta’ kontribut kbir li jsebbaħ il-Festa. Huwa kontribut frott ta’ volontarjat b’risq il-komunità. Filwaqt li ngħidu grazzi, nawguraw lill-Kumitat, Bandisti u Soċi suċċess f’dak li jippreparaw. Flimkien ma’ dawn l-awguri nistiednu lir-residen-ti Melleħin biex jipparteċipaw bi ħġarhom fl-attivitajiet kollha biex flimkien ingawdu festa sabiħa.

Awguri mill-qalb.

messaġġ miLL-għaqda soċjaLi‘8 ta’ settembru’

Carmel Vella President

w w w w

Page 20: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

72 | www.lavittoriabandclub.org

Meta tħares lura bil-kemm tintebaħ li għaddiet sena oħra u reġa’ wasal iż-żmien li l-komunità tagħna fil-Mellieħa tiċċelebra l-festa tal-VITORJA. Bħala Segretarju tal-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fil-Mellieħa jiena erġajt ġejt mistieden biex f’isem l-istess kumitat nikteb messaġġ għall-ktejjeb li s-Società Filarmonica La Vittoria tippubblika ta’ kull sena għal din l-okkażjoni.

Din is-sena li qegħdin fiha hija ddedikata lill-Anzjani. B’dan f’moħħi ħsibt li, din is-sena, għandi nwassal dan il-ħsieb tiegħi b’rabta ma’ dan is-suġġett. Fil-Mellieħa għandna x-xorti li għandna “DAR IL-MADONNA TAL-MELLIEĦA”, dar li tilqa’ fiha anzjani u tagħti kenn ukoll lil persuni oħra li għandhom bżonnijiet speċjali li ma għandhomx fejn joqgħodu. Dan propju jġibni biex infakkar li din id-dar kienet ġiet inawgurata mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi f’Marzu 2008, sitt xhur biss wara li f’Settembru 2007, is-Soċjetà La Vittoria kienet iċċelebrat il-Mitt Sena mit-twaqqif tagħha u allura dan jagħmilha l-aktar għaqda anzjana fil-Mellieħa. Fiċ-ċelebrazzjonijiet taċ-Ċentinarju, il-Kumitat Organizzattiv kien għazel is-slogan – MITT SENA ŻGĦAŻUGĦA. Dan ma kienx slogan biss għaliex din is-Soċjetà uriet li bl-esperjenza ta’ anzjan ta’ mitt sena – fil-fatt din is-sena qiegħda tiċċelebra l-105 sena mit-twaqqif tagħha, din is-soċjetà għad għandha enerġija ta’ żgħażugħ biex tkompli twettaq il-ħidma tagħha. Il-ħidma tal-kumitat

tas-Soċjetà La Vittoria, bħal kull kumitat ieħor fil-Mellieħa, m’hijiex biss marbuta mal-festa tal-Vitorja, imma hi ħidma li titlob impenn matul is-sena kollha.

Matul is-sena huma bosta l-attivitajiet varji li din is-soċjetà twassal lill-komunità tagħna. Dawn ikunu attivitajiet li jolqtu firxa wiesgħa ta’ nies ta’ etajiet differenti. Fl-ewwel kwart tas-sena, is-Soċjetà La Vittoria għamlet l-gradwazzjoni tal-aljievi, bandisti żghar li jkunu għamlu suċċess fl-istudju tal-mużika. Din l-attività ferm ħelwa saret għat-tieni sena konsekuttiva u matul is-serata wieħed seta’ jara l-ħerqa tal-aljievi żgħar u l-ħeġġa tal-għalliema tagħhom. Dan hu ta’ sodisfazzjon kbir għall-aljievi infushom, il-ġenituri u l-familjari tagħhom u fl-aħħar u mhux l-anqas għas-Soċjetà u s-surmastrijiet li jgħallmuhom. Dan ukoll ikompli jawgura tajjeb għall-futur tas-soċjetà li permezz ta’ dan it-tagħlim tkun qiegħda tinvesti fil-futur tagħha u tassigura li tkompli twettaq ħidmietha b’risq il-Mellieħa. Matul is-sena l-kumitat jieħu ħsieb li

minbarra attività mużikali, jimpenja ruħu ukoll fil-ħajja komunitarja u propju fil-ġimgħa ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira, ilu għal bosta snin jagħmel il-Wirja tal-Mejda taċ-Ċenaklu f’waħda mis-swali tiegħu. Din il-wirja qiegħda tkun dejjem ta’ suċċess u issa daħlet sew fil-kalendarju tas-socjeta’.

Propju ftit tal-ġimgħat ilu, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, is-Socjeta’ La Vittoria laqgħet fi ħdanha lill-grupp sabiħta’ mużiċ ist i mi l l -Wolverhampton Youth Orchestra fl imkien mal-Wo l ve r h a m p to n Yo u t h W i n d Orchestra, it-tnejn li huma ffurmati minn għadd kbir ta’ żgħażagħ ta’ etajiet bejn l-14 u d-19-il sena. Dawn għamlu program mużikali fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali li kien apprezzat ferm minn dawk li attendew. Inizzjattivi bħal dawn għandhom jibqgħu jiġu mħeġġa għaliex jagħtu aktar valur lill-ħajja kuturali tagħna.

Nagħlaq din i l -kontr ibuzz joni tiegħi f’dan il-ktejjeb billi f’ismi u f’isem sħabi kollha fi ħdan il-Partit Nazzjonalista nawgura lis-Socjeta’ La Vittoria u l-għaqdiet l-oħra kollha fil-Mellieħa flimkien mal-poplu kollu tar-raħal tagħna FESTA dinjituża bħalma dejjem kellna, fejn il-kompetizzjoni ssarfet dejjem f’suċċess u mhux f’pika bla sens li tnissel firda fostna.

Viva MARIA BAMBINA.

Saħħa.

“La vittoria” – anzjana ŻgħaŻugħa 105 snin ta’ ħidma

fiL-voLontarjat fiL-meLLieħa. Emvin Bartolo Segretarju Kumitat Sezzjonali Partit Nazzjonalista - Mellieħa

Page 21: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 73

Il-festa Ad Unur Maria Bambina ċċelebrata fil-Mellieħa hija festa differenti minn kull festa oħra f’Malta u Għawdex. Dan għaliex hija waħda t’għaqda bejn il-Melliħin kollha, kemm dawk li jgħixu Malta kif ukoll dawk imsefrin ‘il bogħod minn artna. Matul dawn iż-żminijiet wieħed jara numru sabiħ t’emigranti li jkunu qegħdin Malta jżuru lil qrabathom u fl-istess waqt iduqu t-togħma tajba li taf tħalli din il-festa hekk popolari mal-Maltin u l-Għawdxin.

Għedt li l-festa ċċelebrata fil-Mellieħa hija waħda ferm differenti minn dawk kollha li jiġu ċċelebrati fi bnadi oħra, u bir-raġun! Dan għaliex fil-Mellieħa hawn festa waħda, però, iktar minn għaqda mużikali jew soċjali waħda li tieħu sehem f’din l-istess festa. Madankollu, l-għaqdiet kollha, b’rispett kbir lejn xulxin, jagħtu dak l-ispazju meħtieġ lill-għaqdiet l-oħra sabiex jagħtu s-sehem tagħhom

f’dawn il-jiem tant għeżież għalina. Fejn f’irħula oħra l-pika żejda jaf issarraf f ’atmosfera ta’ firda, il-Mellieħa għarafna li, b’dik id-daqsxejn kompetizzjoni bejn l-għaqdiet, kapaċi nagħmlu festa isbaħ mis-sena ta’ qabel.

L-għaqdiet mużikali ta’ kull sena jtellgħu programmi mużikali aħjar minn tas-sena ta’ qabel. L-istess jista’ jingħad għall-Għaqda Dilettanti tan-Nar, li ta’ kull sena jipprovdulna spettaklu mill-isbaħ tal-logħob tan-nar tal-art u tal-ajru. Id-dilettanti tal-armar jieħdu ħsieb li minn sena

għal oħra jżidu fl-armar tagħhom, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas, id-diversità fil-funzjonijiet reliġjużi qiegħda tiġbed iktar nies lejn il-Knisja.

Kemm hi ħaġa sabiħa l i tara koperazzjoni sħiħa bejn għaqdiet differenti, u li dawn jingħaqdu bejniethom sabiex itellgħu festa mill-isbaħ. Nawgura li din l-għaqda u armonija li jkun hawn matul din il-ġimgħa tal-festa tkompli tirrenja matul is-sena kollha.

Ippermettuli nieħu din l-okkażjoni sabiex f’isem il-President, l-uffiċjali u l-membri tal-Kumitat Lokali Laburista Mellieħa nawgura lill-Melliħin kollha festa mill-isbaħ. Nitolbu lill-Madonna żżomm idejha fuq ir-raħal tagħna sabiex nagħtuha festa mill-isbaħ u li tkun denja għal din il-ġurnata hekk speċjali.

Viva Maria Bambina!

iL-vitorja...

festa Li tgħaqqad u tferraħ Clayton Bartolo Partit Laburista Mellieħa

Ċelebrazzjoni għaż-Żgħażagħ fil-Knisja Parrokkjali

imsejħa Footsteps of Faith organizzata mill-grupp Mellieħa Youths,

nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Settembru fil-23.30p.m.

Iż-Żgħażagħ huma mistiedna biex jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni ta’ ferħ.

Page 22: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 77

Ħamsin sena ilu, fl-istaġun 1961/62, il-Mellieħa Sports Club għamel applikazzjoni sabiex idaħħal tim sabiex jibda jikkompeti fit-Tielet Diviżjoni tal-Malta Football Association. Din kienet aċċettata, u t-tim tal-futbol Mellieħi baqa’ jikkompeti, kull sena b’riżultati mħallta, ta’ sodisfazzjonijiet kbar u kultant anke mhux mistennija, u ta’ diżappunti wkoll, li iżda qatt ma qatgħulna qalbna li ma nkomplux nissieltu.

Kienu żminijiet oħra, b’mentalità differenti, fejn il-logħob kien jitqies ħela ta’ ħin, mhux bħal-lum, fejn l-attività fiżika u sportiva hija meqjusa neċessarja għall-għajxien ta’ ħajja aħjar. Għalhekk huwa xieraq li wieħed isellem lil dawk il-plejers u diriġenti Melleħin, li kellhom kuraġġ jagħmlu dak il-pass, biex ta’ warajhom sabu pedamenti sodi, sabiex il-klabb seta’ jikber u jiżviluppa għal dak li hu llum.

Il-Kumitat tal-Mellieħa Sports Club iċċelebra dan l-avveniment f’Mejju li għadda, bi programm li kien jinkludi quddiesa ta’ ringrazzjament, logħba bejn il-plejers veterani, u oħra bejn it-tim preżenti u t-tim ta’ Siggiewi (li

kien l-ewwel tim li lgħabna kontrih fit-Tielet Diviżjoni), turnament tan-Nursery, u ikla fil-Great Dane Restaurant, l-Għadira.

Ħallejna dawn iċ-ċelebrazzjonjiet għall-aħħar tal-istaġun, bit-tama li niċċelebraw ukoll il-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni, iżda għal darb’oħra erġajna fallejnieha bi ftit. Id-destin reġa’ kien kiefer magħna, u jekk forsi wieħed fl-istaġun ta’ qabel seta’ jipponta subajgħ lejn diriġenti, kowċ jew plejers, dan l-istaġun żgur li ma kien tort ta’ ħadd, ħlief ta’ inċident li ħoloq il-plejer barrani, li tellfilna punti importanti li prattikament swewlna l-promozzjoni. Il-plejers Melleħin għandhom tassew iħossuhom sfortunati, li ma kisbux is-suċċess li verament kien jixirqilhom, wara s-sagrifiċċji li għamlu matul l-istaġun.

Kienet skwadra mibnija fuq plejers Melleħin li tassew għandhom għal qalbhom it-tim Mellieħi.

Ħafna minnhom ser jerġgħu ikunu fl-iskwadra l-istaġun li ġej, taħt it-tmexxija ta’ kowċ ġdid, Alex Delia. Ċertament li l-isportivi kollha Melleħin jawgurawlhom li dan l-istaġun jirnexxilhom jaslu fejn jixtiequ, u jpattu għad-diżappunti tal-aħħar staġuni.

Fl-aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali li saret f’Ġunju, il-President Alfred Vella Borg esebixxa l-pjanti ġodda għall-bini tal-kumplament tal-kumpless tagħna. Huwa proġett ambizzjuz u ta’ livell għoli, li jikkumplimenta sew mal-grawnd tal-futbol bit-terf artifiċjali, u li jpoġġi lill-klabb Mellieħi minn ta’ quddiem nett f’dik li hija infrastruttura. Issa anke n-Nursery ser ikollha post addattat u modern minn fejn tista’ taħdem għall-ġid tat-tfal Melleħin.

Waqt li nawgura li l-membri tal-Banda La Vittoria jkollhom huma wkoll sodisfazzjon u suċċessi fil-futur, nawgura l-Festa t-tajba lill-Melleħin kollha.

messaġġ miLL-meLLieħa sports cLub Sunny Abela Segretarju

L-Amministrazzjoni tas-Società Filarmonica La Vittoriatħeġġeġ lill-Membri u l-Bandisti

flimkien mal-familji tagħhom sabiex jattendugħall-funzjonijet tal-Knisja.

Tħeġġiġhom ukoll biex jipparteċipaw fl-attivitajiet li ser torganizza s-Soċjetà għall-festa,

filwaqt li tħeġġiġhom biex flimkien nifirħu mad-daqq tal-marċi brijużi

u li kulħadd iġib ruħu kif jixraq.

Il-festa li niċċelebraw għandha tkun ta’ġieħ lill-Marija Bambina, il-Patruna tal-Mellieħa

Page 23: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

80 | www.lavittoriabandclub.org

Iċ-Ċentru Parrokkjali “Madonna tal-Mellieħa”, iċċelebra l-35 Anniversarju tiegħu mill-Ftuħ Uffiċjali, fit-18 ta’ Ġunju, 2012.

X’sewa ta’ ġid lill-Poplu tal-Mellieħa ċ-Ċentru Parrokkjali? Jekk sarx ġid, jew le, huwa xhud il-poplu Mellieħi kollu. Iċ-Ċentru kien, u għadu miftuħ għal kull kategorija ta’ nies - minn tfal żgħar għat-tagħlim tal-Katekiżmu Nis-rani, għall-edukazzjoni u l-formazzjoni taż-żgħażagħ, għall-preparazzjoni tal-miżżewġin ġodda, għall-adulti u għal nies anzjani. Kulħadd huwa mistieden li jagħmel użu minnu, għax iċ-Ċentru

Parrokkjali huwa l-kontinwazzjoni tal-Knisja, u huwa propjetà tal-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa.

Id-Direzzjoni taċ-Ċentru Parrokkjali, sa mill-bidunett riedet – u hekk għadha

determinata – li ċ-Ċentru Parrokkjali “Madon-

na tal-Mellieħa”, ikun it-tieni dar

tal-familji koll-ha Melleħin – mingħajr dis-

tinzjoni – fejn jistgħu jmorru jqattgħu xi ftit ħin ma’ wliedhom, kemm dawk kbar u anke żgħar.

Wara li kienet inxtrat id-dar biex tinbidel f’Ċentru Parrokkjali, il-Kap-pillan Dun Ġużepp Schembri flimkien mal-kumplament tal-membri tad-Direzzjoni, konna stedinna lill-Arċisqof Mons. Ġużeppi Mercieca, biex ikun hu li jiftħilna dan il-post uffiċjalment u jinawgurah. Il-Melleħin kollha ferħu – għax mill-ewwel fehmu li dak il-post se jkun jiswa ta’ ġid lil kulħadd. Infatti, l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, dak inhar tal-inawgurazzjoni, kien qal:

“Dan il-post hu providenzjali għall-Mellieħa.”

Iċ-Ċentru Parrokkjali tistħajlu: “Għajn ta’ ilma ġieri li jagħti l-ħajja.” Għax, kieku, x’jiswa l-bini, sabiħ kemm hu sabiħ jekk ma titħaddimx il-Kelma ta’ Alla u ma jinbnewx nies b’karattru sod, li jagħmlilhom unur u li jkunu xhieda ta’ twemminhom? Bħal kieku, wieħed li ried jagħmel ġnien il-ġmiel tiegħu, imma la għandu ilma fil-post u l-anqas għandu minn fejn iwassal l-

ilma fil-post. U lanqas kien ikun jiswa xejn iċ-Ċentru Parrokkjali kieku kien hemm dak l-entużjażmu tal-bidunett fil-ftuħ tiegħu u mbagħad, wara ftit żmien, jitbiel u jinxef kollox. Imma, għal kuntrarju, sehem iċ-Ċentru Par-rokkjali, fil-Parroċċa, baqa’ sejjer, u dak l-entużjażmu tal-bidu għadu ma ntefiex. U biex ikompli l-missjoni tiegħu, iċ-Ċentru Parrokkjali, immexxi mid-Direzzjoni tiegħu, irid ikompli jikkultiva l-għalqa tiegħu, u ma jridx jikkuntenta bħal dak il-bidwi, mingħajr għaqal, li ħaseb li, għax ħawwel siġra,

saqqieha darba u ħallieha tfendi għal rasha, u telaq, u ppretenda li ta’ kull sena, meta jasal żmien il-frott, bi dritt, imur jiġbor il-frott minnha.

Iċ-Ċentru Parrokkjali tal-Mellieħa ġie dde-dikat lill-“Madonna tal-Mellieħa”, biex, bl-interċessjoni tagħha ta’ Omm, tidħol għalina lkoll, u sabiex il-Melleħin kollha jafdaw fi mħabbitha, jitolbuha fil-bżonnijiet kollha tagħhom, u Hi, bi mħabba ta’ Omm kulħadd, tressqilna talbna quddiem Binha Ġesù għall-ġid tagħna lkoll – kemm dak spiritwali, u kemm dak temporanju.

iċ-ċentru parrokkjaLi madonna taL-meLLieħa18 ta’ ġunju, 1977 — 18 ta’ ġunju, 2012

Dun Mosè Debono Direttur

Page 24: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 83

Huwa pjaċir tagħna li għal darba oħra qegħdin inwasslu dan il-messaġġ fil-ġranet hekk sbieħ tal-festa tal-Vitorja. Huwa żmien fejn nirriflettu fuq dak li għaddejna minnu, filwaqt li nħarsu b’ottimiżmu lejn il-futur.

Bħala Għaqda kellna sena impenjat-tiva ħafna fejn minbarra s-sehem fil-funzjonijiet prinċipali fil-Knisja Parrokkjali fosthom dawk tal-Għid il-Kbir, il-Milied, festi ta’ San Ġuzepp, tar-Rużarju, tal-Isem Imqaddes t’Alla, Corpus u l-Qalb ta’ Gesu, kellna di-versi attivitajiet oħra matul is-sena kollha. Ta’ kull sena l-qofol jintlaħaq fil-festa tal-Vitorja bil-programm an-nwali tal-ewwel ta’ Settembru fejn din is-sena se nkunu qegħdin niċċelebraw l-għoxrin sena anniversarju minn meta dan il-programm ġie mtella’ għall-ewwel darba u bil-funzjonijiet fil-knisja ta’ lejliet u nhar il-festa taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Kenneth Fenech.

Attività partikolari li issa daħlet sew fil-kalendarju t’attivitajiet tagħna hija l-‘Open Day’ li kienet organizzata fid-29 ta’ April. Matul il-ġurnata kollha l-pubbliku attenda fid-Dar tal-Għaqda mhux biss biex jara l-progress tal-proġett tal-bini tal-istess dar, imma setgħa wkoll japprezza varjetà t’attivitajiet imtellgħa mill-membri tagħna, bħal wirja tal-arti, ritratti tal-attivitajiet, kostumi tradizzjonali Maltin, kunċerti mill-‘Junior Choir

and Orchestra’ u selezzjoni mill-kor u l-orkestra prinċipali taħt id-direzzjoni ta’ Michael Bonanno u Mro. Kenneth Fenech rispettivament. L-attendenza kienet waħda tajba ħafna u kellna numru sabiħ ta’ membri ġodda li ssieħbu fl-Għaqda tagħna għall-ewwel darba.

Sfortunatament din is-sena l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tilfet benefattur u ħabib kbir tagħha. Dan għaliex nhar is-16 ta’ Mejju ġriet l-aħbar li Mro. Carmel Muscat kien ħalliena. Mro. Muscat kellu mħabba speċjali ghall-Għaqda tagħna fejn matul ħajtu serva f’diversi karigi fi ħdanha. Mro. Muscat kien ex-surmast direttur fis-snin tmenin, l-ewwel ‘leader’ tal-orkestra, wieħed mill-ewwel mużiċisti fl-1947, kompożitur, mużiċist, għalliem u ħabib tagħna lkoll. Kien ta’ sikwit iżur id-dar tagħna u jagħti pariri siewja fuq il-mużika b’mod ġenerali lil diversi membri u studenti li jattendu għat-tagħlim tal-

mużika. Żgur se nibqgħu niftakru diversi esperjenzi li kellna flimkien fosthom meta fl-2006 siefer l-unika darba f’ħajtu magħna ġewwa Adenau l-Ġermanja fl-okkażjoni tal-għaxar snin mill-iffirmar tal-ġemellaġġ bejn il-Mellieħa u Adenau. Għalhekk kien bix-xieraq, li l-membri tagħna jagħtuh l-aħħar tislima fil-funeral nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju, quddiem id-Dar tal-Għaqda li matul ħajtu kien jikkunsidraha bħala t-tieni dar tiegħu. Wara l i akkumpanjajnieh sal-knisja, esegwejna l-quddiesa funebri ‘Messa Requiem’ kompożizzjoni tiegħu stess u wara ġie midfun fil-qabar tal-Għaqda tagħna fiċ-ċimiterju ‘Omm il-Ħniena’.

Filwaqt li se nibqgħu naħsbu fih fit-talb tagħna, aħna nwiegħduh li nkomplu l-missjoni tagħna dik li nkattru l-kultura mużikali li writna mingħandu kif ukoll mingħand dawk kollha li ġew qabilna, filwaqt li ngħadduha lill-ġenerazzjoni l-ġdida. Jidher li dan l-iskop qegħdin nilħquh tajjeb u l-ħsieb tagħna hu li nkomplu fuq dan l-ideal. I l-maġġoranza tal-membri kemm fil-kor kif ukoll fl-orkestra huma żgħażagħ. Dan jawgura tajjeb ħafna għall-futur u jidher li dak li qegħdin ninvestu fih qiegħed iħalli l-frott.

Nawguraw il-Festa t-Tajba lil Kulħadd.

messaġġ miLL-għaqda koraLi u orkestraLi‘marija bambina’

Michael Bonanno Direttur Għaqda Korali u Orkestrali ‘Maria Bambin’

Il-President u l-Kumitat Amministrattiv jawgura l-Festa t-Tajba lill-Bandisti,

Membri tal-Kor, Membri, Soċi Emigranti, Emigranti, Benefatturi, Eks Bandisti,

lill-Morda u l-Mellieħin kollha.

Page 25: LiL hemm miLL-orizzont - lavittoriabandclub.org fileLiL hemm miLL-orizzont Pawlino Mifsud President Il-105 sena….. Kollox għandu l-bidu tiegħu. Kemm ser idum u kemm ser jibqa’

Festa Marija Bambina - Mellieha 2012 | 87

Reġgħet waslet il-festa, u wara sena ta’ xogħol minn diversi għaqdiet li jkunu involuti fil-festa, kulħadd issa jiżdiedlu x-xogħol sabiex dak li jkun ipprepara jwasslu bl-aħjar mod possibbli. Ħafna preparamenti sabiex fil-programmi ppreparati kulħadd jipprova jagħti l-aħjar li jista’ u joħroġ ta’ nies.

L-Għaqda tan-Nar, bħal snin oħra sejrin inkunu qiegħdin nagħmlu ħilitna sabiex ikollna programmi ta’ nar xierqa għar-raħal tagħna, għalkemm fil-limitazzjonijiet tagħna. Kulħadd jaf li n-nar kollu li jinħaraq fil-Mellieħa irid jinxtara minn kmamar tan-nar ta’ rħula oħra, u għalhekk il-flus li jkollok bżonn sabiex jinxtara dan in-nar huma ħafna. Għalhekk, għalkemm tkun tixtieq li żżid fin-nar, fl-istess ħin trid tara li meta tipprepara l-programmi minn kważi sena qabel il-festa, trid tkun ċert li l-ammont ta’ nar li jkun ser jiġi ordnat, tkun ser issib il-flus sabiex dan jitħallas.

Ta’ diżappunt f’lejliet il-festa ta’ din is-sena, ser ikun in-nuqqas ta’ ħruq tan-nar minn fuq il-knisja. Il-Kurja ħarġet direttiva lill-parroċċi kollha ta’ Malta li ĦADD ma jista’ jaħraq nar minn fuq knejjes. Aħna bħala Għaqda jkollna nobdu d-direttivi tal-awtoritajiet tal-knisja u b’dispjaċir ngħidu, li ser jintilef l-isbaħ spettaklu li jkollna matul il-festa tal-Mellieħa. Bħala nar tal-art, konvint li ser nerġgħu nagħtu spettaklu bħal tas-sena li għaddiet, fejn il-makkinarju tan-nar tal-art li jinħaraq fil-festa, ser jerġa’ jkun ippreparat minn

dilettanti Melleħin u nies li joqogħdu fil-Mellieħa.

Bħala nar tal-ajru, hemm programmi tajbin ippreparati u ċert li d-dilettant ser jieħu pjaċir. Nixtiequ li jkollna aktar, imma rridu nżommu mal-budgets tagħna. Il-prezzijiet dejjem jogħlew minn sena għall-oħra u għalhekk irridu noqgħodu attenti sabiex ikollna fondi biżżejjed li dak li jkun ordnat inkunu nistgħu nħallsuh.

Il-proġett għall-permess tal-kamra tan-nar għadu għaddej, u fil-ktejjeb tal-Għaqda li ser jitqassam fi żmien il-festa, ser inkunu qegħdin nagħtu aktar dettalji ta’ fejn wasalna fl-applikazzjoni ta’ dan il-permess.

Nagħlaq billi f’isem il-President, Kumitat, Kumitati tan-Nisa u taż-Żgħażagħ, nixtieq lil kulħadd il-festa t-tajba.

VIVA MARIJA BAMBINA.

messaġġ miLL-għaqda tan-nar ‘marija bambina’Joe Aquilina Segretarju Għaqda Nar Marija Bambina

for all type of batteries for your private or commercial vehicleone call and i will be behind your door

Mobile 9947 4043Christopher Sciberras