l-iscout xaghri (it-2 edizzjoni)

12
Paġna 1 minn 16 Xagħra Scout Group Membru ta’ l-iScout Association ta’ Malta www.xaghrascouts.com Wasalna għat-tieni ħarġa tal-Iscout Xagħri. Meta wieħed jagħti daqqa t’għajn jinduna kemm ħidma kellna matul dawn is-sitt xhur. Bdejna s-sena bl-Annual General Meeting li saret fit-8 ta’ Jannar, fejn tajna rapport ta’ x’sar is-sena ta’ qabel. Kien hemm attendenza tajba mill-ġenituri u attendew ukoll s-Sindku u l-Arċipriet. Fit-22 ta’ Jannar kellna l-investitura ta’ tliet scouters ġodda – Charlton Refalo, Maria Żammit u Loraine Rapa li bdew ix-xogħol ta’ assistenti mal-Cubs Section. Bħal ma tafu, llum il-ġurnata l-grupp tagħna jgawdi stima u popolarita’ kbira ma’ Malta u Għawdex kollu. Dan li qiegħed ngħid mhux ħolma għax bl-għaqal, bis-serjeta’ u dedikazzjoni kbira l-Iscouters u Council Members ħadmu u stinkaw biex imexxu l-Grupp ‘l quddiem u biex niġbru fondi biex inkunu nistgħu nixtru marquee tent li ġie jiswa €3130. Nixtieq nirringrazzja lill-iScouters kollha u l-Council Members għall-koperazzjoni tagħhom. Fl-10 t’April ħadna sehem fl-Annual Parade li ssir Malta fejn immarċjajna fi Triq ir-Repubblika u Triq Merkanti. Kellna wkoll il-Founders Day fix-Xagħra u ħadu sehem magħna il-Victoria Group. Iċċelebrajna it-tielet sena mit-twaqqqif tal-Iscouts u 78 sena minn meta twaqqaf l-Iscouts fix-Xagħra fis-sena 1933. Nirringrazzjaw lil Kunsill tax-Xagħra tal- irħama kommemorattiva li saret fil-playing field. Kellna l-Easter Camp li sar fil-Pergola Gardens mis-Sibt 23 t’April sas-27 t’April. Kellna wkoll is-Summer Camp li sar ġewwa r-Ramla mill-1 ta’ Lulju sas-7 ta’ Lulju. Waqt is-summer camp organizzajna barbeque li kien ta’ suċċess kbir bħas-snin ta’ qabel. Kellna wkoll Carnival Party fl-iskola tax-Xagħra, car wash fejn l-Arkadia fejn tajna nofs il-qligħ lill-Arka Foundation. Kull section kellha bosta attivitajiet bħal cooking, hikes, ħarġiet kulturali eċċ. Kellna wkoll joint activities ma’ Gruppi Maltin – Siġġiewi, Ħamrun, Fġura u Mellieħa. 3 scouters għamlu l-kors tal-Pathfinder u 6 scouters oħra għamlu il-Basic Course. Kull xahar saru l-Iscouters Meeting u l-Council members meeting biex naraw kif nistgħu immexxu l-grupp ‘l quddiem. Nagħlaq dan ir-rapport billi ngħid li l-moviment tagħna huwa wieħed ħaj u mimli entużjażmu, biżżejjed ngħid li għandna 40 tifel u tifla fuq il-waiting list. Iż-żgħażagħ tal- lum huma ċ-ċittadini u l-mexxejja ta’ għada. Ħafna nies la jippruvaw jifhmu liż-żgħażagħ u l-anqas idawlulhom it-triq, jippretendu li jimxu warajhom b’għajnejhom magħluqa. Il-moviment tagħna lest biex jgħin lil dawn iż- żgħażagħ biex jiffurmaw l-karattru tagħhom u jkunu n-nisa u l-irġiel u l-mexxejja t’ għada. Mill-Group Scout Leader... GSL Vincent Vella

Upload: josmar-azzopardi

Post on 10-Mar-2016

235 views

Category:

Documents


8 download

DESCRIPTION

The second edition of L-iScout Xaghri, a magazine published in Maltese by Xaghra Scout Group. XSG is part of The Scout Association of Malta and forms part of the Gozo District. www.xaghrascouts.com

TRANSCRIPT

Page 1: L-iScout Xaghri (It-2 Edizzjoni)

Paġna 1 minn 16Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

Wasalna għat-tieni ħarġa tal-Iscout Xagħri. Meta wieħed jagħti daqqa t’għajn jinduna kemm ħidma kellna matul dawn is-sitt xhur. Bdejna s-sena bl-Annual General Meeting li saret fit-8 ta’ Jannar, fejn tajna rapport ta’ x’sar is-sena ta’ qabel. Kien hemm attendenza tajba mill-ġenituri u attendew ukoll s-Sindku u l-Arċipriet. Fit-22 ta’ Jannar kellna l-investitura ta’ tliet scouters ġodda – Charlton Refalo, Maria Żammit u Loraine Rapa li bdew ix-xogħol ta’ assistenti mal-Cubs Section.

Bħal ma tafu, llum il-ġurnata l-grupp tagħna jgawdi stima u popolarita’ kbira ma’ Malta u Għawdex kollu. Dan li qiegħed ngħid mhux ħolma għax bl-għaqal, bis-serjeta’ u dedikazzjoni kbira l-Iscouters u Council Members ħadmu u stinkaw biex imexxu l-Grupp ‘l quddiem u biex niġbru fondi biex inkunu nistgħu nixtru marquee tent li ġie jiswa €3130. Nixtieq nirringrazzja lill-iScouters kollha u l-Council Members għall-koperazzjoni tagħhom. Fl-10 t’April ħadna sehem fl-Annual Parade li ssir Malta fejn immarċjajna fi Triq ir-Repubblika u Triq Merkanti. Kellna wkoll il-Founders Day fix-Xagħra u ħadu sehem magħna il-Victoria Group. Iċċelebrajna it-tielet sena mit-twaqqqif tal-Iscouts u 78 sena minn meta twaqqaf l-Iscouts fix-Xagħra fis-sena 1933. Nirringrazzjaw lil Kunsill tax-Xagħra tal-irħama kommemorattiva li saret fil-playing field.

Kellna l-Easter Camp li sar fil-Pergola Gardens mis-Sibt 23 t’April sas-27 t’April. Kellna wkoll is-Summer Camp li sar ġewwa r-Ramla mill-1 ta’ Lulju sas-7 ta’ Lulju. Waqt is-summer camp organizzajna barbeque li kien ta’ suċċess kbir bħas-snin ta’ qabel. Kellna wkoll Carnival Party fl-iskola tax-Xagħra, car wash fejn l-Arkadia fejn tajna nofs il-qligħ lill-Arka Foundation. Kull section kellha bosta attivitajiet bħal cooking, hikes, ħarġiet kulturali eċċ. Kellna wkoll joint activities ma’ Gruppi Maltin – Siġġiewi, Ħamrun, Fġura u Mellieħa. 3 scouters għamlu l-kors tal-Pathfinder u 6 scouters oħra għamlu il-Basic Course. Kull xahar saru l-Iscouters Meeting u l-Council members meeting biex naraw kif nistgħu immexxu l-grupp ‘l quddiem.

Nagħlaq dan ir-rapport billi ngħid li l-moviment tagħna huwa wieħed ħaj u mimli entużjażmu, biżżejjed ngħid li għandna 40 tifel u tifla fuq il-waiting list. Iż-żgħażagħ tal-lum huma ċ-ċittadini u l-mexxejja ta’ għada. Ħafna nies la jippruvaw jifhmu liż-żgħażagħ u l-anqas idawlulhom it-triq, jippretendu li jimxu warajhom b’għajnejhom magħluqa. Il-moviment tagħna lest biex jgħin lil dawn iż-żgħażagħ biex jiffurmaw l-karattru tagħhom u jkunu n-nisa u l-irġiel u l-mexxejja t’ għada.

Mill-Group Scout Leader...GSL Vincent Vella

Page 2: L-iScout Xaghri (It-2 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 2 minn 16

Fil-15 ta’ Mejju 2011 ix- XSG iċċelebraw, kif kien xieraq, it-Tielet Anniversarju minn meta reġa’ kien imwaqqaf il-Grupp. Kien fil-15 ta’ Mejju 2008 li l-iScout Group tagħna beda jżomm b’mod regolari l-laqgħat tiegħu, wara tħejjija ta’ sena, qabel twaqqaf uffiċċjalment. Din il-ġurnata nistgħu ngħidu li hi l-‘birthday’ tax-XSG, meta uffiċċjali għolja tal-IHQ ġew hawn ix-Xagħra, u wara li attendejna għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, huma taw l-investitura lill-uffiċċjali nkarigati mill-Grupp.

Kien bidu li jagħmillek kuraġġ, u minn dak inhar sallum, ħarisna ‘l quddiem u ħdimna b’ħeġġa kbira, biex illum ix-XSG jgħodd fih mal-75 membru. Dan seħħ bil-ħidma kbira ta’ ħafna u tul dawn it-tlett snin nista’ ngħid li mxejna ħafna f’dik li hi organiżżazzjoni.

Sa’ mill-bidu tat-twaqqif tal-Iscouts fix-Xagħra fis-sena 1933, diffikulta’ kbira baqgħet tippersisti tul dawn it-78 sena li għaddew. Qed nirreferi għall-fatt li s’issa qatt ma kellna post tagħna biex iservi bħala kwartieri. Żgur li din hi ħolma sabiħa li lkoll nixtiequ li xi darba fil-viċin titwettaq. Meta wieħed iqis li kemm il-football fix-Xagħra kif ukoll il-Banda’ Victory’, it-tnejn ħerġin mill-Iscouts bejn l-1933 u 1939, wieħed jagħmel il-mistoqsija kif sallum għad m’ għandniex il-kwartieri tagħna. Kemm il-football u l-Banda tar-raħal tagħna għandhom il-każini tagħhom, u dan jagħtina ħafna pjaċir.

Fl-istess ħin dan il-fatt igħamlilna kuraġġ biex ma naqtgħux qalbna u nkomplu nistinkaw biex fil-futur qarib ikollna l-post li nkunu nistgħu ngħidu li hu tagħna. Jien inħossni persważ li dalwaqt din il-ħolma tagħna tista’ ssir realta’. Il-ħeġġa u l-entużjażmu li jirrenja fost il-‘leaders’ żgħażagħ tagħna jimlina bil-fiduċja li għad naslu ma ndumux.

Kontenut tal-MagazinPg 1 - Mill-Group Scout Leader

Pg 2 - Mill-Editur

Pg 3 - Il-Kampijiet

Pg 4 - Il-Beaver Scout Colony

Pg 5 - Il-Cub Scout Pack

Pg 6 - It-Truppa

Pg 7 - Sponsors

Pg 8 - Ir-Rokna Internazzjonali GSL mogħti Ġieħ ix-Xagħra

Pg 9 - Achievements

Pg 10 & 11 - L-iStorja tax-XSG

Pg 12 - Akkwisti Ġodda

____________________________

Maħruġ f’isem ix-Xagħra Scout Group, Distrett t’ Għawdex, Scout Association ta’ Malta, bl-għajnuna ta’ ħafna membri speċjalment l-Editur Carmel Attard u il-Graphical Designer Josmar Azzopardi.

Xagħra Scout Groupc/o ‘Vinvick’

Triq Guiseppe DiaconoXagħra, Gozo

[email protected]

Mill-Editur...a/ AGSL Carmel Attard

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 2 minn 16

Page 3: L-iScout Xaghri (It-2 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Paġna 3 minn 16

Is-Sibt 23 ta’ April, wara li grupp ta’ leaders u scouts kienu qed jitħabtu biex itellgħu xi tined għall-kamp ta’ l-Għid, kien jonqos biss li jiġu t-tfal jqattgħu xi jiem taħt it-tined.

It-truppa kellhom kamp interessanti, għax qattgħu ħafna ħin ifittxu ħjiel u messaġġi li tħallewlhom minn spiji li kellhom iwassluhom għal teżor kbir. Għaddew ħafna ħin f’hike madwar ix-Xagħra jfittxu dawn il-messaġġi, imbagħad kellhom jiddeċifrawhom...kollox wassalhom għal kaxxa mimlija ċikkulati moħbija fil-campsite stess. Tgħid min ħbieha hemm, kien jaf li se jiġu?

Il-Cubs kellhom kamp b’tema medjevali. Dawn ukoll kienu qed ifittxu teżor, din id-darba dan kien ilu moħbi l-mijiet tas-snin. Diversi attivitajiet bħal hikes u logħob kienu qed imexxuhom lejh, imma ma naqasx li jagħmlu xi crafts bħal tarki u xwieni.

Il-ġurnata li qattgħu l-Beavers ma kienetx nieqsa mill-attivitajiet u ideat ġodda. Fosthom żebgħu l-itwal pittura, kullħadd iżid l-irtokki personali tiegħu, kif ukoll għamlu (u kielu ☺) xi ftit scout bread. Marru ukoll passiġġata u ma naqasx xi ftit kant u logħob.

It-Tlieta, wara li telqu t-tfal, kullħadd beda jmidd idu biex jitniżżlu t-tined, u kullħadd kien qed jitkellem fuq l-esperjenza tiegħu u kif din l-esperjenza se titkompla fil-kampijiet li jmiss.

Kamp tal-Għid 2011a/ ACSL Steven Sultana jiktbilna dwar...

Il-kamp beda fl-1 ta’ Lulju, meta xi leaders u l-PLC niżlu r-Ramla biex jibdew itellgħu t-tined. Din kienet okkażjoni ukoll, għax kienet l-ewwel darba li twaqqfet il-Marquee biex tintuża għal waqt kamp.

L-għada ġew il-bqija tat-truppa biex jibdew l-esperjenza tagħhom. Dawn kellhom bosta attivitajiet fejn kellhom juru l-ħiliet tagħhom ta’ saħħa u sopravivenza. Fosthom bnew raft u għamlu clay oven, kif ukoll bnew outpost fejn kull patrol kellhom iqattgħu lejl waħedhom taħt shelter primittiv. Attivitajiet oħra kienu obstacle course kif ukoll ballista li nbniet bl-għan li tixħet bżieżaq ta’ l-ilma. Il-ħiliet u l-attivitajiet kollha kellhom x’jaqsmu mal-pirati.

Il-Ħadd ġew il-Cubs u mill-ewwel daħlu fl-ispirtu b’għuma u b’xi crafts bħal eyepatch, teleskopju u bandana. Kellhom ukoll xi attivitajiet bħal mud games, night games, kif ukoll obstacle course żgħir. Pero’ l-ikbar attivita’ kienet it-treasure hunt li ħadet jumejn. Il-pirati ċkejknin kellhom jimxu, jiġru u jgħumu biex jsibu l-ħjiel li wassalhom għat-teżor wisq mistenni: kaxxa mimlija ċikkulati u ħelu li nqasmet bejn kullħadd. Il-Beavers ukoll qattgħu ġurnata l-kamp, dejjem bl-attivitajiet relatati mal-pirati. Bdew b’diversi crafts bħal kpiepel u xwabel, u komplew b’xi ftit tlielaq. Wara telqu jfittxu teżor moħbi r-Ramla, u baqgħu hemm jilagħbu xi water games, igħumu u jibnu l-kastelli bir-ramel.

Ma ninsewx il-campfire, ta’ wara l-BBQ kbir għal Fundraising, fejn kullħadd tgħallem diska tal-pirati u kull min kellu rwol fl-iskits prova u reġa prova sakemm tgħallem l-aħħar kelma. Dan kien campfire tal-genn fejn l-ispirtu ta’ familja fl-iscouts deher immens.

Il-kamp dam sas-7 ta’ Lulju, u kullħadd mar lura d-dar b’memorji sbieħ u bix-xewqa li l-kamp li jmiss ikun sabiħ daqs dan, u anke iktar!

Kamp tas-Sajf 2011: XSG Pirates!

Page 4: L-iScout Xaghri (It-2 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 4 minn 16

Is-Sezzjoni tal-Beavers hija l-ewwel pass fil-ħajja ta’ membru bħala Scout. Mill-eta’ żgħira ta’ ħames snin, dawn it-tfal jibdew jidraw il-kultura ta’ Scout, jitgħallmu affarijiet siewja u jieħdu gost flimkien. Il-motto tagħna huwa ‘Nagħmlu Ħbieb’, għalhekk l-iżjed ħaġa mportanti fil-laqgħat hija li jkun hemm ċans għal ‘teamwork’ u ħin biex it-tfal jesprimu ruħhom. B’hekk jitgħallmu jaħdmu flimkien u jsiru jafu lil xulxin aħjar, f’ambjent differenti minn dak tal-iskola.

Għalkemm għaddew biss sitt xhur mill-aħħar edizzjoni ta’ dan il-magazin, il-Beavers għamlu ħafna attivitajiet differenti. F’Marzu ipparteċipajna fin-National Beavers’ Day, fejn iltqajna mal-Beavers kollha ta’ Malta u qattajna ġurnata mimlija attivitajiet u logħob flimkien. Din swiet ta’ ġid għat-tfal tagħna għax indunaw kemm hemm tfal bħalhom fl-Scout Association ta’ Malta. Barra minn hekk, f’Ġunju ipparteċipajna f’diversi attivitajiet iżgħar ma’ Beavers oħrajn ta’ Malta.

F’dawn l-aħħar xhur tgħallimna xi ftit dwar xi pajjiżi differenti biex inġibu d-Discovery Challenge Badge, sirna nafu aħjar dwar l-annimali, u l-crafts b’ħafna żebgħa ma naqsux. Kellna wkoll il-kampijiet tal-grupp, u għalkemm il-Beavers niżlu biss għal ġurnata f’dak tal-Għid u dak tas-Sajf, ħadu ħafna gost u mimlijin ħeġġa biex ‘l quddiem isiru Cubs u jkunu jistgħu jorqdu fil-kamp ukoll.

F’dawn l-aħħar xhur aħna l-Leaders ħadna xi korsijiet f’Malta li għandhom x’jaqsmu ma’ ħidma mat-tfal u tmexxija fl-iScouts. Dawn il-korsijiet jgħinuna nkabbru l-kapacita’ tagħna sabiex nagħtu servizz aħjar għall-membri tagħna.

Għadhom kif telgħu xi tfal mal-Cubs għaliex għalqu is-seba’ snin u għalhekk wasal iż-żmien biex jiltaqgħu ma’ tfal ġodda u jagħmlu attivitajiet ġodda. Daħħalna wkoll tfal ġodda iżda n-numru huwa limitat u sfortunatament għad fadal it-tfal fuq il-waiting list. Qegħdin nagħmlu minn kollox biex inkunu nistghu nakkomodaw kemm nistgħu iżda l-ewwel irid jiżdied in-numru tal-Leaders.

Iż-żmien jgħaddi jiġri u ma jistenna lil ħadd, u għalkemm it-tfal se jinbidlu, il-ħbiberija, l-energija u l-avventura fil-Beaver Colony żgur li m’humiex ser jonqsu.

Il-Beaver Scout Colonya/ BSL Deborah Sultana

Beavers fis-Summer Camp 2011

Limestone Heritage ma’ Beavers mill-Fgura u Birkirkara.

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 4 minn 16

Page 5: L-iScout Xaghri (It-2 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Paġna 5 minn 16

Malajr reġa wasal iż-żmien għall-edizzjoni oħra ta’ dan il-magazin tant mistenni. Għalkemm għaddew biss sitt xhur mill-aħħar edizzjoni, il-Pack għadda minn ħafna attivitajiet diversi kif ukoll xi tibdiliet. Kull sezzjoni fi Grupp ta’ Scouts tifforma ħolqa minn katina waħda; l-ebda sezzjoni ma tista’ taħdem mingħajr kollaborazzjoni totali mas-sezzjonijiet l-oħra tal-grupp. Dan jaċċerta li l-iżvilupp tal-membri tagħna jkun wieħed progressiv u komplut. Għal din ir-raġuni nħasset il-ħtieġa li t-truppa tiġi aktar imsaħħa biex tkun tista’ tilqa disa’ cub scouts li waslu biex jitilgħu f’din is-sezzjoni. Sabiex ikun jista’ jintlaħaq dan il-għan kien hemm xi tibdil fir-responsabilitajiet tal-leaders. Josmar Azzopardi ġie trasferit bħala leader fit-truppa, u Daniela Sultana ħadet r-rwol tiegħu bħala a/Cub Scout Leader. F’dawn is-sitt xhur ukoll kellna l-investitura ta’ tlett acting leaders li ġa qed jaħdmu bis-sħiħ fil-Pack. Dawn huma Charlton Refalo (Keneu), Maria Zammit (Shada), u Loraine Rapa (Kaa). Magħna ukoll għandna helper ġdid bl-isem ta’ Christopher Attard. Kull leader fi ħdan il-Pack huwa responsabbli minn Arrow. B’dan il-mod, kull cub scout ikun qed jagħmel il-parti tal-programm li hija l-aktar addattata għalih/a filwaqt li naċċertaw li nżommu relazzjoni ħajja bejn it-tifel/tifla u l-leader. Din is-sena żgur ser tibqa’ mfakkra għan-numru ta’ Cub Scouts li ser jingħaqdu ma’ Scouts oħra ġewwa it-Truppa. Il-Going Up Ceremonies ta’ qabel kienu karatterizzatati minn ammont sostanzjali ta’ Beaver Scouts telgħin fil-Pack. Din id-darba ser ikollna 9 cub scouts li se jimxu għal-pass li jmiss fl-avventura li huwa scouting. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għal-leaders u l-helpers jaraw lil dawn it-tfal ħerqana biex jagħmlu dan il-pass ġdid filwaqt li fl-istess ħin ikomplu jagħtu sehemhom u jipparteċipaw fil-Pack. Xi cub scouts iddeċidew li sakemm għadhom Link Badgers jattendu għal-meeting tat-truppa u jiġu jgħinu lil-leaders u sħabhom il-cubs fil-Pack meeting! Żgur u mhux forsi li l-Pack ser jimmisja l-enerġija u d-dedikazzjoni ta’ Jake Borg, Paul Simon Cardona, Andre Cassar, Theodore Cutajar, Nathan Formosa, Liam Gatt, Stephan Muscat, Joseph Rapa u Daniel Refalo. U xi ngħidu għal dawk li kienu l-ewwel membri tal-ewwel Beaver Scout Colony ġewwa Għawdex? Dawn jagħmlu parti sostanzjali tal-Pack preżenti; huma l-ħajja u l-enerġija tal-Pack! Malajr draw il-kultura ta’ din is-sezzjoni u l-maġġoranza – kemm bniet u kemm subien - ikunu attenti li ma jitilfu l-ebda arrow work jew xi kamp! Hekk kif daħlu ix-xhur tas-Sajf, ħafna minn dawn il-cub scouts ukoll iddeċidew li jqattgħu ftit mill-ħin liberu tagħhom jaħdmu fuq xi Interest jew Proficiency Badge bħal Book Reader, Botanist, Crafts, Collector, Pet Care, Historian u ħafna oħrajn. Tajjeb li nsemmu li lil-leaders, speċjalment lil Keneu, qed jagħtuhom x’jagħmlu wara il-meeting juruhom dak li jkunu tgħallmu biex laħqu il-badge! Kif kulħadd jista’ jara, iż-żmien iġib il-bidla – u anke għal Pack tax-Xagħra Scout Group. Kull ftit xhur nilqgħu il-Moving on Beavers u nsellmu lil Link Badgers. Kemm in-numru ta’ tfal f’din is-sezzjoni kif ukoll l-leaders jinbidlu pero’ l-valuri, l-avventura u l-iscouting ġenerali żgur jibqgħu fatturi kostanti tul is-snin.

Il-Cub Scout Packa/ CSL Daniela Sultana

Page 6: L-iScout Xaghri (It-2 Edizzjoni)

Paġna 6 minn 16www.xaghrascouts.com Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Matul l-ewwel xhur ta’ din is-sena t-truppa għamlet ħafna attivitajiet differenti speċjalment ma’ dak li għandu x’jaqsam il-program fl-iScout Handbook. Il-maġġoranza tal-iscouts ġabu t-Tenderfoot u issa qedgħin jaħdmu biex iġibu l-Pathfinder. L-akbar attivitajiet li kellhom l-iscouts f’dawn ix-xhur kienu bla dubju il-kampijiet tal-Għid u dak tas-Sajf. It-temi tal-kampijiet kienu ‘Spies’ għal tal-Għid u ‘Pirates’ għal dak tas-Sajf. Aħna l-leaders tal-grupp nagħmlu l-attivitajiet għat-tfal u għalhekk għażilna xi kummenti mingħand xi Scouts biex jispjegaw ftit minn dawn l-attivitajiet:

X’laqtek l-iżjed mill- 007 Easter Camp 2011?L-Easter Camp li għadda kelli ħafna esperjenzi sbieħ pero’ l-isbaħ waħda kienet ‘Operation Impossible’. Din kienet tikkonsisti fi speċi ta’ Treasure hunt. Konna mqassmin f’patrols u kellna naħdmu f’ teams u nużaw team-work, biex wasalna sal-aħħar teżor li kien jibgħatna lura il-Camp Site. Din l-esperjenza għoġbitni għax morna f’postijet li rari inżuruhom, bħaċ-ċimiterju tal-pesta, u kellna ukoll mixja twila biex insibu l-aħħar teżor. Kienet esperjenza memorabbli li ma ninsa qatt!” KURT GALEA - PL Tiger Patrol

Semmi 5 affarijiet li ħadt gost tagħmel waqt Pirates Summer Camp 2011.1. Għoġbitni ħafna l-ideja li nagħżlu it-tema tal-kamp aħna, li kienet ‘Pirates’. 2. Għoġbitni l-ideja tal-’outpost’, fejn kellna intellgħu ‘shelter’ bi ftit qasab u biċċa canvas. 3. Ħadt ħafna gost naħdem bħala team/patrol ma’ sħabi. 4. F’waħda mill-attivitajiet ħadt gost li għumna mir-Ramla sax-Xtajta bix inġibu ċerti oġġetti. 5. Ħadt gost ngħallem lil Julian kif juża l-mannara.NICHOLAS FRENDO - PL Cheetah Patrol

Għala jogħġbok l-iScouts?L-iscouts jogħġobni ħafna u niġi ħalli nitgħallem, nieħu pjaċir u niltaqa’ ma’ sħabi. Fl-aħħar tal-kamp noqgħod nara x’tgħallimt u x’ ma tgħallimtx u dejjem jirnexxili nsib xi ħaga ġdida li tgħallimt u minn hemmhekk inkun sodisfatt li ma nkunx inżilt għalxejn. Għal-meetings nieħu pjaċir niġi dejjem għax qed ikunu nteressanti u imqassmin sew ħafna. Minn qalbi ngħid grazzi lil leaders kollha. JORGEN CASSAR - APL Cheetah Patrol

L-għan ewlieni tal-iscouts hu li f’ambjent ta’ divertiment u b’mod informali, it-tfal jitgħallmu jaħdmu ma’ xulxin biex jitgħallmu u jieħdu pjaċir. Nixtiequ ngħidu grazzi l-iscouts talli jiġu għal-meetings u l-attivitajiet u jgħinu lil xulxin. Hija il-preżenza tat-tfal li tagħtina kuraġġ u li jżomm il-Grupp ħaj.

It-Truppaa/ ASL Mark Formosa

Bulldog Patrol jgħaqqad fistun ġdid

Viva il-Patrol Games!

Raqda tajba fl-Outpost!

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 6 minn 16

Page 7: L-iScout Xaghri (It-2 Edizzjoni)
Page 8: L-iScout Xaghri (It-2 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 8 minn 16

Il-Jamboree u l-preparamenti meħtieġa biex il-kontinġent Malti jitla’ l-iSvezja Bħal ma tafu, xi żgħażagħ mill-grupp tagħna sejrin l-iSvezja għall-Jamboree bejn il-25 ta’ Lulju u t-8 t’ Awwissu.

Diversi attivitajiet saru matul dawn l-aħħar xhur biex dawk li sejrin il-Jamboree isiru jafu aktar lil xulxin fosthom 2 laqgħat waħda f’Jannar u l-oħra f’Mejju kif ukoll kamp f’Lulju bħala preparazzjoni. Waqt dan il-kamp, kulħadd sar jaf aktar lil dawk li ħa jagħmlu parti mill-kontinġent Malti u għixna weekend ma’ xulxin taħt it-tined. Tistgħu taħsbu li l-kummiedji ma naqsux meta tara mas-70 persuna mimlija enerġija kollha jgħajtu u jidħku. Filwaqt li l-parteċipanti għadna Malta, it-tined li ħa jintużaw waqt il-Jamboree diġa telqu fi triqithom lejn l-iSvezja fejn ser insibuhom jistennewna la naslu. Wieħed ma jistax jiddeskrivi l-eċitament li qed jinħass mill-kontinġent Malti li daqt sejjer jiltaqa ma’ eluf ta’ scouts oħrajn mid-dinja kollha.

Fir-rivista li ġejja tkunu tistgħu taqraw dwar l-esperjenzi li għaddew minnhom is-6 leaders tax-Xagħra Scout Group waqt li kienu preżenti għall-Jamboree.

Rokna Internazzjonalia/ ASL Sabrina Portelli

GSL jiġi mogħti Ġieħ ix-Xagħra Aħna, il-membri kollha tax-Xagħra Scout Group, minn qalbna nifirħu lil-GSL, Sur Vincent Vella, tal-unur ta’ Ġieħ ix-Xagħra li ġie mogħti lilu mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra, nhar it-30 ta’ April 2011.

Fir-ritratt is-Sur Vella qed jiġi mogħti it-trofew ta’ Gieħ ix-Xagħra mis-Sindku tax-Xagħra is-Sur Joseph Cordina.

Ġrazzi talli għintna nagħmlu waħda mill-ħolmiet tagħna issir realta’!Tel: 2155 2219

Mob: 7955 [email protected]

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 8 minn 16

Page 9: L-iScout Xaghri (It-2 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Paġna 9 minn 16

Achievementsminn Jannar sa’ Ġunju 2011

Beaver ColonyEager Beaver Award 2 Claire Refalo, Matthew Xuereb

Discovery Challenge Andrea Frendo, Claire Refalo, Kirsten Gauci, Matthew Xuereb

Beaver Scout Award Andrea Frendo, Claire Refalo, Kirsten Gauci, Matthew Xuereb

Cub Scout PackMowgli Christine Farrugia

Baloo Carlos Cutajar, Daniel Rapa, Francesco Caruana, Jacob Kyle Farrugia, Luca Galea, Michela Muscat, Rosie Attard

Silver Arrow Antoine Attard, Gabriel Farrugia, Theo Farrugia

Hathi Antoine Attard, Jeremy Formosa, Matthias Borg, Gabriel Farrugia, Neil Curmi, Theo Farrugia

Rama Andre Cassar, Daniel Refalo, Jake Borg, Joseph Rapa, Liam Gatt, Matthew Gatt, Nathan Formosa, Paul Simon Cardona, Stephan Muscat, Theodore Cutajar

Shere Khan Andre Cassar, Daniel Refalo, Matthew Gatt, Theodore Cutajar, Stephan Muscat, Paul Simon Cardona, Nathan Formosa, Jake Borg, Joseph Rapa, Liam Gatt

Book Reader Luca Galea

Botanist Luca Galea, Christiana Pisani

Collector Christiana Pisani, Luca Galea

Crafts Luca Galea, Christiana Pisani

Hobbies Michela Muscat

Local Historian Luca Galea

Our Earth Matthias Borg, Neil Curmi, Jeremy Formosa

Pet Care Michela Muscat, Daniel Attard

It-TruppaPrezentament l-iScouts qeghdin jaħdmu fil-Patrol tagħhom biex sa l-ahhar tas-sena 2011 kulħadd jkun ġab il-Pathfinder Level.

Il-LeadersAwardsService Decoration – 20 year clasp GSL Vincent Vella

Official IHQ Appointments

Support Leader Antoine Spiteri, Christian Vella, Deborah Sultana, Erica Camilleri, Julie Sultana, Marion Spiteri, Mark Muscat, Sabrina Portelli

InvestituraMatul is-sitt xhur li għaddew ġew investiti scouts godda fis-sezzjoni tal-Beaver Scout Colony Craig Carl Debono, Hayden Teuma, Hayley Borg, Scott Attard

Truppa Christopher Galea

Leaders Charlton Refalo (Keneu - Pack), Loraine Rapa (Kaa – Pack), Maria Zammit (Shada- Pack)

Page 10: L-iScout Xaghri (It-2 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 10 minn 16

Il-Bidu tal-Moviment tal-Iscouts fix-Xagħra : 1933 tkompli...

Ġużeppi Sultana (ta’ Lejlin) kien l-GSL, jew kif kienu jsejħulu l-iScout Master tal-Grupp. Fl-10 ta’ Dicembru 1933, il-Kurunell Percy R. Worrall, bħala Island Commisioner ta’ l-lscouts, kien ippreżenta l-‘colours’, jew il-bnadar tal-Grupp, lix-Xagħra Boys Scout Grupp, f’ċerimonja ufficjali, li nżammet fil-pjazza tax-Xagħra. Inċidentalment kien l-istess Kurunell Warrell li għin biex il-Pjazza tax-Xagħra tiġi asfaltata għax kienet għadha torba. Is-sur Ġiġi Rapa qalilna li skont is-sur Mikieli Refalo dan l-istess Kurunell tant kien ħa grażżja ma’ l-iscouts tax-Xagħra, li kien offra li jew iġib d-dawl elettriku fix-Xagħra jew il-pjazza tax-Xagħra tinkesa bl-asfalt. L-għażIa kienet dik tat-tieni u r-raġuni kienet biex ma jibqax jidħol trab iżjed ġol-knisja. Dan ġara fil-1935. Ftit wara, l-iScout Master, s-sur Joseph Sultana kien diġa siefer bħala scout, għall-Jamboree ta’ l-Ungerija, u aktarx li hu kien l-ewwel scout Għawdxi li attenda għal Jamboree. Fil-fatt l-eredi tiegħu għad għandhom bastun li kien ġab miegħu milI-Ungerija, bħala tifkira. Mill-Algerija Dun Alwiġ ġab miegħu ‘film projector Pathe Baby 9.5 mm’ u anke ħafna films dwar Charlie Chaplin, Rin Tin Tin, Cowboys u anke dokumentarji, bħal l-lsbroff tal-Vulkan Etna fuq Catania, il-funeral ta’ George Clemenceau, politiku kbir Franciz. Kellu wkoll films dwar stejjer mill-Bibbja bħal Ġuzeppi Bin Ġakobb, il-Passjoni ta’ Kristu u ħafna oħrajn. Dan il-projector kellu mradd (handle) biex bih idawwar ġeneratur żgħir u bih imexxi wkoll l-mekkaniżmu tal-films li kienu jintwerew, kollha lill-iScouts. Dan fil-fatt kien ta’ attrazzjoni kbira anke għall-kbar, meta wieħed iqis li ġox-Xagħra ma kienx għad hawn dawl elettriku. Dun Alwiġ kellu reddiena fuq il-bejt tad-dar tiegħu u din kienet iddawwar ġeneratur żgħir li kien jista’ jixgħel ftit bozoz fid-dar.

Dak iż-żmien ukoll, ġewwa Għajnsielem, kien hemm Fr. Bernard Hersey, patri ta’ Ġieżu li kien iservi fil-Kunvent ta’ Sant Antnin f’Għajnsielem, li kien beda jaħdem biex iwaqqaf l-Għajnsielem Sea Scouts. Fil-fatt kien fetaħ il-grupp f’numru 10, Fawwara Street, Għajnsielem. Sa kemm Fr. Hersey ġie biex jitlaq minn Għawdex fl-1939, x’aktarx li hu kien id-Direttur Spiritwali tal-iScouts. Ta’ min jgħid li l-iScouts kienu jilbsu qalziet qasir u ma tantx kienet ħaġa li tinżel tajjeb wisq għal xi qassisin. Kien żmien ieħor! Fr. Bernard kien igħallem lill-iscouts ikantaw għanjiet sbieħ, bħal “The Swannie River” ta’ Stephen Foster u kienu jinżammu f’allegrija, speċjalment fil-kamp. Kien jinteressa ruħu fl-iScouts kollha u mhux anqas f’dawk tax-Xagħra. Fil-fatt is-sur Joseph Camilleri jgħidilna li ħuh Patri Ġiġi Camilleri SJ., li kien wieħed mill-ewwel scouts, kien igħallmu jkanta dawn l-għanjiet melodiċi.

L-iStorja tax-XSG...a/ AGSL Carmel Attard

L-ewwel GSL is-Sur Ġużeppi Sultana

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 10 minn 16

Page 11: L-iScout Xaghri (It-2 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Paġna 11 minn 16

 Il-Banda ta’ l-iScouts

Barra in-numru kbir ta’ membri li kellu, ix-Xagħra Boys Scouts Grupp seta’ jiftaħar li kien l-ewwel Grupp ta’ Scouts f’Għawdex li kellu l-banda tiegħu. Din il-Banda, li kienet numeruża mhux hażin, inħolqot ukoll bl-inizjattiva tas-Sur Frangisk Camilleri u ta’ Dr. A. V. Laferla, id-Direttur ta’ l-Edukazzjoni. Infatti kien Dr. Laferla li kien sab sett ta’ strumenti mużikali ‘second hand’ u l-prezz mitlub għalihom kien ta’ ħamsa u għoxrin lira. Aktarx li din is-somma ħallas

għaliha wieħed minn dawn it-tnejn. Din kienet tissejjah il- Banda Ta’ I-Iscouts u twaqqfet fl-1934. L-istrumenti kienu tar-ram, klarinett u percussion (katuba, plattini u tanbur). Dawn kollha jidhru f’ritratti ta’ dawk iż-żmienijiet. Dan l-lscout Grupp Band ma kienx ‘Percussion Band’ imma ‘Brass Band’. ls-surmast ta’ din il-banda kien Mikiel Farrugia magħruf bħala ‘tas-Seba’ Soldi’, minn Victoria, li aċċetta mill-ewwel meta ġie avviċinat biex iwaqqaf Banda ta’ l-lscouts. Mikiel Farrugia kien miżżewweġ lil Marija, li kienet tiġi oħt is-surmast Ġanni

Vella (ukoll minn Victoria), li kien ġie avviċinat biex imexxi l-orkestra ‘San Gwann Bosco’, fi ħdan l-Azzjoni Kattolika tax-Xagħra. Ta’ min isemmi, li minħabba l-pika kbira li kienet teżisti bejn l-Azzjoni Kattolika u x-Xagħra Boys Scouts, ftit xhur wara li twaqqfet il-Banda ta’ l-lscouts, kienet ġiet imwaqqfa Orkestra fi ħdan l-Azzjoni Kattolika. Il-Banda kienet popolari ħafna u ta’ sikwit kienet tkun mistiedna tagħti servizzi fil-festi mhux biss f’Għawdex imma wkoll f’Malta. FI-1936 din il-Banda marret iddoqq fil-festa f’ Tas-Sliema - Stella Maris u fl-1939 marret f’San Giljan.

Kif għidna qabel, il-Banda tal-lscouts tax-Xagħra kienet ħadet sehem fil-festa ta’ San Giljan f’Awissu 1939. Is-sur Ġużeppi Camilleri jgħidilna li kien mar ma’ missieru fuq il-vapur ‘Gollie’ sal-port ta’ San Giljan. Jgħidilna wkoll li waqt il-vjaġġ lura lejn Għawdex, kulħadd kien jitkellem fuq il-gwerra li kienet ser tfaqqa fuq Malta u Għawdex fi żmien qasir, kif fil-fatt ġara. Is-sur Camilleri igħidilna li ftit qabel din il-mawra, s-sur M’Ang. Apap, flimkien ma’ oħrajn, ħadem kemm felaħ biex il-Banda ta’ L-lscouts u I-Orkestra tal-Azzjoni Kattolika jingħaqdu flimkien. Dan fil-fatt seħħ f’Ġunju tal-1939 meta sar ftehim biex il-mużiċisti u bandisti jibdew jieħdu sehem fiż-żewġ għaqdiet, dejjem immexxija mis-surmast Mikiel Farrugia. Fil-fatt iżżanżnet uniformi ġdida flok dik ta’ l-lscouts, maħduma mid-Ditta Grixti tal-Belt Valletta. L-uniformi li kienet tikkonsisti fi ġlekk u qalziet abjad, papoċċ abjad ukoll u beritta, iżżanżnet fil-festa ta’ San Giljan. B’hekk il-pika li kien għad hemm bejn il-Boys Scouts u l-Azzjoni Kattolika spiċċat għal kollox u nistgħu ngħidu li hawn twieldet il-Banda “Victory” tax-Xagħra, u ma baqgħetx tissejjah aktar il-Banda ta’ l-iScouts.

l-istorja tkompli f’edizzjoni oħra...

Page 12: L-iScout Xaghri (It-2 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-2 Edizzjoni - Lulju 2011

Paġna 12 minn 16Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

Kien biss ftit jiem qabel għeluq it-tlett snin mill-ftuħ tal-grupp tagħna meta rċivenja aħbar sabiħa u kemm xejn mhux tas-soltu iżda li niżlet għasel mal-membri kollha tal-grupp tagħna. L-aħbar kienet li s-Sur George Bruce Levine xtaq jirregalalna dgħajsa tal-qlugħ biex tiġi użata mill-membri tal-grupp waqt attivitajiet differenti. Ta’ din il-ġenerożita’ tiegħu aħna nirringrazzjawh ħafna! Din id-dgħajsa, li hija magħrufa bħala Flying Junior, hi twila madwar erba’ metri u tinsab f’kundizzjoni tajba ħafna. Ftit tal-ġimgħat ilu, xi leaders flimkien ma’ Ramon Sant Hill, li hu professjonist f’dan il-qasam, kellhom l-opportunita’ li joħorġu dawra b’din id-dgħajsa għall-ewwel darba wara li għamlulha xi arranġamenti li kienu meħtieġa biex tkun tista’ tintuża. Nistgħu nassiguraw li din id-dgħajsa se tkun opportunita’ oħra li se tgħinna biex inżidu l-avventuri li l-grupp tagħna tant hu magħruf għalihom. Filwaqt li nwegħdu li se nagħmlu ħilitna biex din id-dgħajsa tiġi miżmuma fl-aħjar kundizzjonijiet possibli, nixtiequ nirrangrazzjaw ukoll lil kull min ta xi kontribut biex din il-ħolma ssir realta’.

XSG Sailing Boat!a/ ACSL Maria Zammit

Il-bżonn li nixtru ‘marquee’ ġdid tal-canvas kien jinħass sa’ mill-kamp tas-sajf tal-2008. Il-kamp il-qadim ma kienx qed ikun ta’ kenn speċjalment mis-sħana kbira li tagħmel fis-sajf u anke mill-kesħa fix-xitwa , għax barra li ma kellux ilqiegħ fil-ġnub tiegħu, in-numru ta’ membri scouts kien qiegħed dejjem jikber. L-iskop tal-marquee kien dejjem dak li jagħti kenn lill-membri, speċjalment meta jiltaqgħu kollha flimkien għal-laqgħat, għall-ikel u kultant għall-kenn meta jkun meħtieġ. Biex tixtri marquee kien hemm bżonn li jkun hemm il-fondi meħtieġa. Għaldaqstant bdew jiġu organiżżati attivitajiet ħalli jinġabru flus biżżejjed biex jinxtara dan il-marquee. Wara ħafna laqgħat tal-Leaders ġie deċiż li dan il-kamp kbir jinxtara. Kienet deċiżjoni iebsa u fl-istess ħin kuraġġjuża meta tqis li aħna ilna imwaqqfin tlett snin biss. F’Diċembru tal-2010 avviċinajna lil seħibna fl-iScouts, is-sur Christian Vella, biex jieħu l-inkarigu ħalli jixtri dan il-marquee. Wara ħafna riċerka sar qbil biex dan jixtara mill-Asja. Ir-raġuni ewlenija kienet li canvas aħdar tal-marka 600 GSM kien materjal b’saħħtu u li jservi għat-tul. Il-prezz kien ta’ €3130. Wara 4 xhur dan il-marquee inħadem, ġie anke mibgħut bil-baħar u wara li għadda mid-Dwana ta’ Malta, wasal għandna. Jikkonsisti f’żewġ kantunieri, 4 panels u 4 walls, tan-nofs u fil-ġnub. Miegħu kellu l-aċċessorji kollha bħal-‘pegs’ , arbli tan-nofs, tal-gnub u 2 ‘mallets’ tal-ħadid. Il-qisien tiegħu huma ta’ 20 pied faċċata u 54 pied tul waqt li jogħla 12-il pied il-fuq. Xtrajna ukoll xi ‘panels’ extra, f’kas li l-grupp jikber fin-numru, jew fil-kas li jkun hemm bżonn li jinbidlu xi partijiet li jiġrilhom il-ħsara. Fih ukoll 10 twieqi żgħar għall-ventilazzjoni ,14-il tieqa kbar fil-ġnub u anke 4 bibien.

Marquee Ġdid għax-XSGa/ ASL Christian Vella

Akkwisti Ġodda

Il-Grupp jixtieq jirringrazzja lis-Sur Christian Vella, li ħa ħsieb l-arranġamenti kollha bżonjużi mingħajr l-ebda interess, biex fil-ġurnata ta’ illum għandna din il-Marquee.