l-iscout xaghri (ir-4 edizzjoni)

12
Xagħra Scout Group Membru ta’ l-iScout Association ta’ Malta Paġna 1 minn 12 www.xaghrascouts.com F’din ir-raba’ pubblikazzjoni tal-Iscout Xagħri, ta’ min isemmi li f’Mejju li għadda, il-Grupp tagħna għalaq erba’ snin miftuħ. Erba’ snin ta’ ħidma bla qies minn naħa tal-Leaders u l-kunsill tal- grupp u l-ko-operazjoni minn naħa tal-membri u tal-ġenituri. Erba’ snin li ma tulhom mhux biss bqajna magħqudin iżda ssaħħaħna bejnietna. Illum ix-Xagħra Scout Group huwa organizazzjoni magħrufa u apprezzata ferm ġor-raħal tagħna. Wara diversi snin ta’ ħidma, riċentament ġejna nfurmati li l-proċess għall-post li fil-futur għandu jkun il-Head Quarters il-ġdid tagħna, miexi ‘l quddiem. Dan hu ta’ sodisfazzjon kbir għall- grupp. Għalina dan ser ikun post fejn nistgħu niltaqgħu u nippjanaw l-meetings tat-tfal; fejn it-tfal jistgħu jiġu u jitgħallmu f’ambjent san; post fejn nistgħu niġbru l-affarijiet li għandna. Pero’, il-bini huwa fi stat ħażin u għalhekk jitlob xogħol strutturali. Qabel ma nkunu nistgħu nuzawh, għandu bżonn ta’ ħafna restawr u rranġar. Għalhekk nistieden lil kull min jista’ jgħin f’dan ix-xogħol, jagħti daqqa t’id. Għandna bżonn ta’ għajnuna manwali bħal kaħħala, kif ukoll għajnuna ta’ materjal u dik finanzjarja. Persuna essenzjali għas-suċċessi tal-grupp f’dawn l-ahhar snin kien is-Sur Vincent Vella li ħadem bla qies biex jinbena dan il-grupp u jibqa’ dejjem miexi ‘l quddiem. Is-Sur Vella, fil-pożizzjoni ta’ Group Scout Leader kien dejjem persuna lesta li tisma’ lil kulħadd – membri, leaders, ġenituri u oħrajn. Persuna li kien lest li jieħu deċiżjoni f’waqtha u jżomm ir-riedni skont is-sitwazzjoni. Is- sapport minn naħa ta’ martu s-Sinjura Vicky Vella qatt ma naqas. Għal hekk minn qalbi u f’isem sħabi l-membri l-ohra ta’ l-iscouts u l-ġenituri, nixtieq nirringrazja lis-Sur Vinċent Vella u lil mara tiegħu tax-xogħol siewi matul dawn l-aħħar erba’ snin. Kif tafu, is-Sur Vella rtira minħabba l-eta’, pero’ bla dubju, ser jibqa’ parti importanti mill-grupp tagħna. Jiena ġejt innominata u magħżula bħala l-Grupp Scout Leader biex inkompli fejn ħalla hu. Għal dan nixtieq nirringrazzja lil-leaders li emmnu fija u li tawni l-opportunita’ biex immexxi l-grupp ta’ l-iScouts tax-Xagħra. Nixtieq nieħu din l-opportunita’ biex ninsisti fuq l-importanza tal-partiċipazzjoni u l-ko-operazjoni tal-ġenituri tal-membri tagħna. Huwa importanti ferm għalina li narawkom tieħdu sehem fl-attivitajiet li norganizzaw. L-attendenza tagħkom tagħmel kuraġġ lill-iscouters li jaħdmu b’tant ħeġġa matul is-sena kollha sabiex inwettqu programmi interessanti għal uliedkom, fejn ikunu jistgħu jitgħallmu u jiżviluppaw waqt li jieħdu pjaċir. Mill-Group Scout Leader... GSL Loraine Borg

Upload: josmar-azzopardi

Post on 21-Mar-2016

248 views

Category:

Documents


9 download

DESCRIPTION

The fourth edition of L-iScout Xaghri, a magazine published in Maltese by Xaghra Scout Group. XSG is part of The Scout Association of Malta and forms part of the Gozo District. www.xaghrascouts.com

TRANSCRIPT

Page 1: L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

Paġna 1 minn 12www.xaghrascouts.com

F’din ir-raba’ pubblikazzjoni tal-Iscout Xagħri, ta’ min isemmi li f’Mejju li għadda, il-Grupp tagħna għalaq erba’ snin miftuħ. Erba’ snin ta’ ħidma bla qies minn naħa tal-Leaders u l-kunsill tal-grupp u l-ko-operazjoni minn naħa tal-membri u tal-ġenituri. Erba’ snin li ma tulhom mhux biss bqajna magħqudin iżda ssaħħaħna bejnietna. Illum ix-Xagħra Scout Group huwa organizazzjoni magħrufa u apprezzata ferm ġor-raħal tagħna.

Wara diversi snin ta’ ħidma, riċentament ġejna nfurmati li l-proċess għall-post li fil-futur għandu jkun il-Head Quarters il-ġdid tagħna, miexi ‘l quddiem. Dan hu ta’ sodisfazzjon kbir għall-grupp. Għalina dan ser ikun post fejn nistgħu niltaqgħu u nippjanaw l-meetings tat-tfal; fejn it-tfal jistgħu jiġu u jitgħallmu f’ambjent san; post fejn nistgħu niġbru l-affarijiet li għandna. Pero’, il-bini huwa fi stat ħażin u għalhekk jitlob xogħol strutturali. Qabel ma nkunu nistgħu nuzawh, għandu bżonn ta’ ħafna restawr u rranġar. Għalhekk nistieden lil kull min jista’ jgħin f’dan ix-xogħol, jagħti daqqa t’id. Għandna bżonn ta’ għajnuna manwali bħal kaħħala, kif ukoll għajnuna ta’ materjal u dik finanzjarja.

Persuna essenzjali għas-suċċessi tal-grupp f’dawn l-ahhar snin kien is-Sur Vincent Vella li ħadem bla qies biex jinbena dan il-grupp u jibqa’ dejjem miexi ‘l quddiem. Is-Sur Vella, fil-pożizzjoni ta’ Group Scout Leader kien dejjem persuna lesta li tisma’ lil kulħadd – membri, leaders, ġenituri u oħrajn. Persuna li kien lest li jieħu deċiżjoni f’waqtha u jżomm ir-riedni skont is-sitwazzjoni. Is-sapport minn naħa ta’ martu s-Sinjura Vicky Vella qatt ma naqas. Għal hekk minn qalbi u f’isem sħabi l-membri l-ohra ta’ l-iscouts u l-ġenituri, nixtieq nirringrazja lis-Sur Vinċent Vella u lil mara tiegħu tax-xogħol siewi matul dawn l-aħħar erba’ snin.

Kif tafu, is-Sur Vella rtira minħabba l-eta’, pero’ bla dubju, ser jibqa’ parti importanti mill-grupp tagħna. Jiena ġejt innominata u magħżula bħala l-Grupp Scout Leader biex inkompli fejn ħalla hu. Għal dan nixtieq nirringrazzja lil-leaders li emmnu fija u li tawni l-opportunita’ biex immexxi l-grupp ta’ l-iScouts tax-Xagħra.

Nixtieq nieħu din l-opportunita’ biex ninsisti fuq l-importanza tal-partiċipazzjoni u l-ko-operazjoni tal-ġenituri tal-membri tagħna. Huwa importanti ferm għalina li narawkom tieħdu sehem fl-attivitajiet li norganizzaw. L-attendenza tagħkom tagħmel kuraġġ lill-iscouters li jaħdmu b’tant ħeġġa matul is-sena kollha sabiex inwettqu programmi interessanti għal uliedkom, fejn ikunu jistgħu jitgħallmu u jiżviluppaw waqt li jieħdu pjaċir.

Mill-Group Scout Leader...GSL Loraine Borg

Page 2: L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - Ir-4 Edizzjoni - Lulju 2012

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 2 minn 12

Din il-ħarga tal-Iscout Xagħri nistgħu nqisuha bħala waħda speċjali għall-fatt li seħħew żewġ avvenimenti tassew importanti fil-mixja ‘l quddiem tax-Xagħra Scout Group. Fil-ġranet li għaddew kellna bidla fit-tmexxija tal-Grupp: fil-fatt il-Gsl Vince Vella u l-Agsl Carmel Attard taw ir-riżenja tagħhom minħabba l-eta’, u minflok inħatret is-sinjorina Loraine Borg bħala il-GSL il-ġdida tax-Xagħra Scout Group. Waqt li nirringrazzjaw ħafna lis-sur Vince Vella u lis-sur Carmel Attard tax-xogħol ferm siewi li huma wettqu tul dawn l-aħħar erba’ snin mill-bidu tat-twaqqif mill-ġdid tax-XSG, nawguraw ħafna affarijiet sbieħ lil GSL il-ġdida. Żgur li mhux piż ħafif li daħlet għalih Loraine, imma aħna ilkoll ninsabu warajha u għandna fiduċja kbira fiha li lesta u kapaċi tmexxi lix-XSG ‘l quddiem. Awguri.

It-tieni aħbar tajba hi dik li issa għadna kif ingħatajna dar qadima mingħand il-Gvern biex tibda’ isservi bħala H/Quarters tagħna fil-futur. Wara li konna identifikajna post tal-Gvern għamilna talba ħalli dan jingħata lilna billi s’issa konna għanda bla H/Q tagħna. It-talba tagħna issa intlaqgħet u il-post, li jinsab Ta’ Ħamet Road, ġie mgħoddi lilna biex nużawh bħala Quarters għax-XSG. Veru li għandu bżonn ta’ ħafna manutenzjoni imma ninsabu fiduċjużi li, bl-għajnuna tal-poplu Xagħri, għad naslu biex fi żmien qasir il-post jitranġa u nkunu nistgħu nibdew nuzawh. Verament għandna għax nirringrazzjaw lill-awtoritajiet li fehmu il-bżonn kbir li kellna ta’ post tagħna. Nixtieq hawn inħeġġeġ biex min jista’ jgħin ma joqgħodx lura imma jersaq ħalli jagħtina dik id-daqqa t’id meħtieġa. Grazzi Ħafna.

Dawn iż-żewg avvenimenti huma żgur ta’ awgurju tajjeb għax-XSG. Diġa’ mxejna passi kbar tul dawn l-aħħar erba’ snin u ninsab fiduċjużi li għalli ġej, bl’għaqal u ħidma ta’ scouts, leaders u ġenituri inkomplu mexjin ‘l quddiem minkejja d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu.

Kontenut tal-MagazinPg 1 - Mill-Group Scout Leader

Pg 2 - Mill-Editur

Pg 3 - Mil-ex GSL

Pg 4 - Il-Kamp tal-Għid 2012

Pg 5 - Il-Beaver Scout Colony

Pg 6 - Il-Cub Scout Pack

Pg 7 - It-Truppa

Pg 8 - Jum il-Fundatur Gone Home

Pg 9 - Rokna Internazzjonali

Pg 10 & 11 - L-iStorja tax-XSG

Pg 12 - Sponsors____________________________Maħruġ f’isem ix-Xagħra Scout Group, Distrett t’ Għawdex, Scout Association ta’ Malta, bl-għajnuna ta’ ħafna membri speċjalment l-Editur Carmel Attard, u il-Graphical Designer Josmar Azzopardi.

Xagħra Scout Groupc/o 32B

Xerri’s Grotto Street,Xagħra, Gozo

[email protected]

Mill-Editur...Mr Carmel Attard

Page 3: L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - Ir-4 Edizzjoni - Lulju 2012

Paġna 3 minn 12

Mill-ex GSLMr Vincent Vella

Għaddew aktar minn 50 sena minn meta bħala żagħżugħ ilbist għall-ewwel darba l-uniformi tal-iscouts maż-Żejtun Group. Illum ninsab kburi li flimkien ma’ sħabi erġajna waqqafna x-Xagħra Scout Group. Ħbieb tiegħi, wasal iż-żmien li nċedi posti lil xi ħadd iżgħar minni, mimli bl-enerġija u li jista’ jwassal dan il-Grupp fejn kulħadd jixtieq. Nixtieq nintroduċilkom lis-suċċessur tiegħi Loraine Borg bħala l-Group Scout Leader il-ġdida. Wara ħafna diskussjonijiet fi ħdan il-grupp dehrilna li Loraine hija l-aħjar għażla biex tkompli fit-tmexxija tal-Grupp. Loraine kienet waħda mill-leaders li tat l-ħin tagħha u għenet biex reġa twaqqaf ix-Xagħra Scout Group.

Għalkemm miniex ser nibqa’ GSL xorta inħossni onorat li ser nkompli naħdem għall-ġid ta’ l-Iscouts bħala membru fil-Kunsill tal-Grupp. Bħalma forsi diġa tafu, ftit tal-ġimgħat ilu f’għeluq l-erbgħa snin mit-twaqqif tal-Grupp, irnexxielna nakkwistaw post biex jintuża bħala l-Headquarters tax-Xagħra Scout Group. Għalissa ma nistgħux nagħmlu użu minn dan il-post peress li għad irid isir ħafna xogħol fih. Għalhekk din is-sena sejra tkun waħda mpenjattiva ferm għall-grupp sabiex kemm jista’ jkun malajr inkunu nistgħu nibdew nagħmlu l-laqgħat f’dan il-post. Għalhekk nagħmel appell lil-ġenituri tat-tfal li jattendu l-Iscouts biex min ikun jista jagħmel xi xogħol volontarju jkellimna , kif ukoll nitlob is-sostenn finanzjarju mingħand il-poplu kollu tax-Xagħra. Nappella lil kulħadd biex meta nagħmlu xi fund raising activity tagħmlu mill-aħjar li tistgħu biex tattendu għax b’hekk tkunu qed tgħinu fil-finanzi tal-Grupp.

Ma nistax nagħlaq dan id-diskors mingħajr ma nirringrazzja lis-Sur Carmel Attard, lil Dun Jesmond Gauci u lil Lorry Saliba li dejjem tawni l-appoġġ u l-għajnuna tagħhom meta kelli bżonn. Irrid nirringrazzja wkoll lill-Iscouters kollha, lil Council members, u lil Arċipriet Mons.Karm Refalo u nwegħedkom li ser inkompli ngħin biex ngħaddi l-esperjenza tiegħi biex nara x-Xagħra Scout Group jikber u jissaħħaħ sakemm il-Mulej jogħġbu jtini s-saħħa.

Grazzi lil kulħadd.

Iċ-ċerimonja tal-’GSL Handover’ fejn il-GSL Loraine Borg ħadet it-tmexxija tal-Group

filwaqt li Vincent Vella u Carmel Attard saru Honorary Life Long Members tal-iScout

Association ta’ Malta.

Page 4: L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - Ir-4 Edizzjoni - Lulju 2012

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 4 minn 12

Għal darb’oħra x-Xagħra Scout Group organizza l-kamp annwali ta’ l-Għid mis-7 sal-11 t’April. Il-preparamenti għal dan il-kamp kienu ilhom għaddejjin minn xhur qabel, għalhekk aħna l-leaders konna eċitati mhux ftit għal dan il-kamp.

Il-leaders ta’ kull sezzjoni preparaw program apposta għat-tfal membri. Il-‘beavers’ ġew fil-‘campsite’ biex iqattgħu ġurnata mal-kumplament tal-grupp. Biex jidħlu fit-tema ta’ l-Għid kellhom ‘treasure hunt’ mal-‘campsite’ kollha fejn sabu ħafna bajd ta’ l-Għid taċ-ċikkulata. Bħala attivita’ oħra kellhom żewġ stampi kbar ta’ fenek u fellus, fejn il-‘beavers’ kellhom jużaw il-kreattivita’ tagħhom biex jagħtuhom il-kulur kif ukoll jimlewhom b’oġġetti żgħar ta’ riċiklaġġ. Fit-tmiem tal-ġurnata t-tfal dehru ferħanin ħafna u kuntenti bl-esperjenza tagħhom mal-kumplament tal-membri.

Għal dan il-kamp il-Pack kellu tema apposta, fejn l-Aljeni tefgħu l-velenu fl-Umanita’. Il-Cubs kellhom jingħaqdu fi gruppi biex bil-ħiliet speċifiċi tagħhom jippruvaw jeqirdu dan il-velenu u b’hekk isalvaw l-Umanita’. Fil-jumejn li l-cubs għamlu fil-‘campsite’, esperjenzaw ħafna attivitajiet differenti, bħal ‘hike’ twil u ‘treasure hunt’ fejn kellhom isibu l-ingredjenti apposta għal-taħlita li għenithom fil-missjoni tagħhom.

Attivita’ oħra fejn il-cubs ħadu ħafna gost kienet fejn flimkien mal-leaders tgħallmu jagħmlu ‘bracelets’ bħala crafts. Fl-aħħar ta’ dan il-kamp saret ukoll ċeremonja bit-tajn, fejn il-cubs flimkien mal-leaders iddiskutew u qasmu l-esperjenzi tagħhom f’dan l-kamp. Waqt din l-attivita’ intwera’ biċ-ċar kemm it-tfal u l-leaders ħadu gost u li kien kamp li ħa jibqa’ imfakkar. Ta’ min jgħid ukoll, li dan il-kamp kien l-ewwel kamp għal-uħud mit-tfal u li kollha rnexxilhom joqogħdu sa’ l-aħħar minuta.

Għat-truppa, dan il-kamp ma kien xejn inqas eċitanti. Waħda mill-attivitajiet li kellhom kienet l-Operazzjoni Impossibli li kienet tinkludi ‘hike’ mill-Għarb sal-‘campsite’, ‘scouting skills’, u jesploraw il-ġungli ta’ Għawdex. Għalkemm għajjew, kollha ħassewhom kburin li irnexxilhom ikomplu l-missjoni kollha. F’ġurnata minnhom it-truppa sajret l-‘smoked meat’ fit-‘teepees’ li għamlu huma stess. Biex ipattu għal l-isfidi li kellhom matul il-ġranet, l-iscouts kellhom ukoll mumenti fejn setgħu jistrieħu flimkien, kif ukoll għamlu forom tal-ġibs tal-pala tas-sieq ta’ l-ASL Josmar.

Ħaġa oħra li żgur mhix se tintesa’ minn dan il-kamp hija l-lejl bejn il-Ħadd u it-Tnejn fejn kien qam riħ qawwi ħafna (32 knots) u minħabba raġunijiet ta’ sigurta’ xi leaders għamlu lejl sħiħ imqajmin iduru u jirranġaw it-tined. Bħal f’kull kamp ieħor, kulħadd ikun għajjien imma ferħan ħafna bil-mod ta’ kif ikunu irnexxew l-affarijiet li għamilna ma’ xulxin bħala grupp. U ovvjament nistennew iż-żmien sakemm jasal l-kamp li imiss.

Il-Kamp tal-Għid 2012minn a/ ACSL Loraine Rapa

Page 5: L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - Ir-4 Edizzjoni - Lulju 2012

Paġna 5 minn 12

Għaddew sitt xhur oħra u matul dan iż-żmien l-attivitajiet u l-entużjamu fil-Beaver Colony ma naqsux.

Bdejna s-sena billi nvestejna xi Beavers ġodda fix-Xagħra Scout Group waqt l-Annual General Meeting fil-bidu tas-sena. Apparti minn din l-okkażjoni, ħadna sehem f’diversi attivitajiet mal-grupp bl-uniformi. Uħud minn dawn kienu il-Founder’s Day Parade, il-quddiesa tal-għeluq l-erba’ snin mill-ftuħ tax-Xagħra Scout Group, u l-Annual Parade, l-ikbar parata ġewwa Malta.

Bħala Colony ipparteċipajna ukoll fin-National Beavers Day li saret f’April ġewwa Malta, fejn iltqajna mal-Beavers l-oħrajn ta’ Malta u qattajna ġurnata nilgħabu u nitgħallmu magħhom. It-tema tal-ġurnata kienet dwar il-pirati għalhekk għamilna ħmistax nippreparaw minn qabel biex f’dik il-ġurnata kollox mexa tajjeb.

Barra minn hekk, matul dawn ix-xhur bdejna u lestejna l-isfida personali, li tikkonsisti minn tagħlim dwar l-indafa personali u kif nieklu tajjeb għas-saħħa. Il-Beavers ħadu ħafna gost jitgħallmu kif jaħslu snienhom

sew billi ġabu it-toothbrush magħhom.

Bdejna ukoll id-Discovery Challenge u lestejna parti minnu li tinvolvi tagħlim dwar pajjiżi differenti. Għamilna ‘Beaver Passport’ u f’kull laqgħa tgħallimna fuq pajjiż differenti, u stampajna l-passaport. Din kienet xi ħaġa li l-Beavers ħadu ħafna gost jagħmlu.

Il-Beaver Scout Colonya/ BSL Deborah Sultana

Beavers jaħslu snienhom bħala parti mill-isfida Personali.

Il-Beaver Colony fl-Annual Parade ġewwa Malta.

Beavers fin-National Beavers’ Day.

Page 6: L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - Ir-4 Edizzjoni - Lulju 2012

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 6 minn 12

Għal dawn l-aħħar xhur, il-kalendarju tal-Pack kien mimli b’bosta attivitajiet interessanti, minn hikes sa mawriet sa Malta. Qabel dan kollu, pero’, fil-bidu tax-xahar kellna l-Annual General Meeting, li fiha l-Cubs kollha ħadu sehem fi skits, jew b’xi tagħlima jew xi kummiedja.

Matul dawn is-sitt xhur, seħħew xi tibdiliet importanti fil-Pack. F’Jannar, Tracy Wilkinson laħqet Leader bl-isem ta’ Hathi. Tracy kienet ilha helper fil-Pack minn Novembru, u diġa’ bdiet il-korsijiet neċessarji biex iġġib il-Woodbadge. Loraine Rapa (Kaa), Roberta Portelli (Bagheera) u Maria Zammit (Shada) ukoll bdew dawn il-korsijiet, forsi b’sagrifiċċju għax ilkoll għadhom jistudjaw. Dawn kollha kellhom jippjanaw Joint Activity ma’ Packs oħrajn, li kollha sarrfu f’avventuri sbieħ Malta. Sadanittant, Daniela Sultana, li kienet l-acting CSL, għajtulha biex issiefer fuq xogħol, għalhekk postha fil-Pack ingħata lil Steven Sultana, filwaqt li l-post ta’ assistant Group Scout Leader, ingħata lil Loraine Borg, li llum laħqet GSL.

Attivitajiet oħra jinkludu l-kamp ta’ l-Għid, fejn il-Cubs kellhom missjoni li jsibu kura għal valenu li inxtered mal-bnedmin kollha mill-aljeni. Dan filwaqt li żviluppaw ħafna ħiliet, bħal intelliġenza u saħħa, mxew hikes u lagħbu flimkien. Kellna ukoll cookout, li għal xi wħud kienet l-ewwel esperjenza kif ukoll attivita’ għal qraba nisa tal-Cubs, bħal ommijiet, aħwa bniet jew zijiet. Dan l-aħħar morna nżuru wkoll it-tempji tal-Ġgantija. Għal xi wħud, din kienet l-ewwel darba li żaru dawn it-tempji, u kulħadd kien interessat mill-istorja ta’ dan il-wirt storiku li tħalla minn missirijietna. Magħna ġie wkoll Snaggle. Dan il-lupu ċkejken intbgħat mil-grupp ta’ Castlerock, fl-Ingilterra, biex jdur mad-dinja kollha jispezzjoni l-pajjiżi li se jieħdu sehem fl-olimpijadi fl-Ingilterra. Hu żar lil Awstralja, Afrika t’isfel u lil Malta, fost oħrajn, u fiż-żjara tiegħu f’Malta kellu x-xorti jżur l-eqdem struttura tad-dinja.

Barra dan kollu, il-Pack baqa’ dejjem bieżel biex jkompli l-programm

tiegħu, bl-iskop li l-Cubs jsiru tfal li dejjem jagħmlu ħilithom f’kull aspett minn ħajjithom, u jikbru ċittadini tajba. Minn dan l-aspett, Antoine Attard, Matthias Borg u Neil Curmi issa qiegħdin jippreparaw għall-pass li jmiss: it-truppa. Dawn qiegħdin jippreparaw biex jidħlu fil-truppa billi xi kultant jagħmlu laqgħa magħhom flok mal-Pack, żmien li jissejjaħ link period.

Nispera li d-darba li jmiss li nikteb, il-Pack jkun ħa sehem f’ħafna iktar avventuri li jqanqlu lit-tfal biex jiskopru affarijiet ġodda, jaħdmu flimkien u jibqgħu dejjem jagħmlu ħilithom.

Il-Cub Scout Packa/ CSL Steven Sultana

Joint Activity ta’ Kaa mal-Fgura Scout Group ġewwa Malta

Il-Pack ifittxu l-ingrendjenti għal-kura waqt l-Easter Camp 2012

Il-Gold Arrow jorganizzaw Cookout mill-bidu sal-aħħar

Page 7: L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - Ir-4 Edizzjoni - Lulju 2012

Paġna 7 minn 12

Bdejna is-sena 2012, billi t-Truppa ħadmet fuq il-mapping and compass skills, biex b’hekk fil-11 ta’ Frar saret Operation Maps. Din l-attivita’ wżat dawn l-iskills fil-prattika biex issolvew diversi ostakli fiz-zona tar-Ramla l-Ħamra. Fi Frar it-Truppa ħadet sehem attiv f’Carnival Party, fil-Founders Day Activity kif wkoll id-District Parade.

Wasal Marzu li kien ifisser l-ewwel kamp tal-2012: “A Blast from the Past”. Dan il-kamp kien organizzat minn ASL Sabrina Portelli fejn l-scouts kellhom bosta attivitajiet bħal Scavenger Hunt li ħadet lil-patrols f’postijiet storiki fix-Xagħra kif wkoll bnew bħal mitħna tar-riħ.

April kien ifisser ukoll il-Kamp Annwali tal-Għid (Fuq dan wieħed jista’ jaqra artiklu separat). Ta min isemmi li f’April saret wkoll l-ewwel attivita’ tad-distrett fuq livell ta’ Truppa. It-Truppa tagħna flimkien tal-Victoria, ħadu sehem f’challenge li wassalhom biex isajru backwoods fiz-zona ta’ Għajn Rafflu bil-lejl! Wara kulħadd mexa lura lejn il-Victoria H.Q. fejn qattajna il-bqija tal-lejl.

Minn Marzu ‘l hawn il-Patrol iddecidew li jibdew jmexxu il-program fuq ‘horizontal paths’. Dan jfisser li minflok kull scout jaħdem fuq l-iskills individwalment, issa il-patrol kollu jitgħallem u jsir espert f’path partikulari. Kumbinazzjoni iż-

żewg patrol għażlu il-‘Cooking in the Wild Path’. Dan wassal biex fl-aħħar xhur il-Patrol ġeddew u tjiebu fl-skills tal-axe, knife u cookout. Tgħallmu li cookout tfisser mhux biss ikla iżda permess ta’ sid l-għalqa, xiri, tisjir, tindif kif wkoll review ta’ x’sar tajjeb u ħażin. Minn hemm mxejna biex insiru chefs professjonali wara l-mejda. B’hekk it-Truppa iddecidiet li tagħmel żewg Indoor Cooking Competitions. Ovjament għal kull ikla kull patrol organizza bis-sħiħ u għamlu ħilithom. Madanakollu x’ħin ġejna għal prattika, kull scout tgħallem l-importanza tal-melħ, bżar u spices li fl-ewwel competition kienu neqsin għal kollox. Iżda fit-tieni kompetizjoni, tgħallimna bil-qares xi tfisser li tixħet iżżejjed curry mar-ross. Ic-Cheetah Patrol kienet ir-rebbieħa ta’ dawn il-kompetizjonijiet.

Bħalissa iż-żewg patrols qed iħarsu ’l-quddiem biex isiru aktar esperti bil-Backwoods Cooking kif wkoll fil-Forn tat-Tajn. Il-Patrols qed jiħarsu ‘l-quddiem biex f’Settembru li jmiss jieħdu sehem fin-National Scout Camp li fih jridu jieħdu ħsieb l-ikel tagħhom kollu: biex b’hekk itemmu l-‘Cooking in the Wild’ Path.

It-Truppaa/ ASL Josmar Azzopardi

Compass Skills fil-prattika waqt Operation Maps

It-Tiger Patrol tibni smoking hut waqt il-Kamp tal-Għid. Permezz ta’ din l-istruttura l-laħam ġie msajjar

bid-duħħan għal madwar 6 siegħat.

Cheetah Patrol ir-rebbieħa tal-Indoor Cooking Competition!

Page 8: L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - Ir-4 Edizzjoni - Lulju 2012

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 8 minn 12

Attivita Distrettwali f’Jum il-FundaturBiex niċċelebraw it-twelid tal-fundatur tagħna, Lord Robert Baden-Powell, nhar is-Sibt 25 ta’ Frar ix-Xagħra Scout Group ingħaqad mal-Victoria Scout Group f’attivita’ li fiha l-membri mxew fil-passi ta’ BP u s-suldati tiegħu meta kienu l-Afrika. L-attivita’ bdiet minn Ta’ Ħamet, fejn iż-żewġ gruppi ltqajna u tlaqna ma’ xulxin lejn ir-Ramla. Malli wasalna r-Ramla, t-tfal nqasmu fi tmien gruppi u bdew l-attivita’ li kienet tikkonsisti f’erba’ logħbiet. F’waħda mil-logħob, kull grupp kellu jitgħallem lingwa ta’ wieħed mil-pajjiżi li għaddew minnhom is-suldati ta’ BP, li kienet tikkonsisti f’simboli u kuluri, u l-membri tal-grupp kellhom jiftakru “kliem” differenti li kien jintwera lilhom. F’logħba oħra, l-membri kellhom juru l-abilta’ tagħhom biex jikkomunikaw, billi parti mil-grupp għoma u l-parti l-oħra tilfu l-użu ta’ idejhom minħabba maltempata ta’ ramel. Dawn kellhom jitkellmu flimkien biex jibnu kamp fejn jistekennu matul l-lejl. Attivita’ oħra sfidat l-abilta’ tal-membri biex jaħdmu f’tim. Il-membri kollha kienu mgħammdi ħlief wieħed, u dan kellu jmexxi lil sħabu minn ġo ġungla, filwaqt li jiġbor xi teżori li sabu fit-triq. L-aħħar attivita’ kienet waħda fejn il-membri kellhom jkunu b’saħħithom kemm fiżikament u kemm intelletwalment, għax kellhom jikkompetu tnejn tnejn f’tellieqa, u r-rebbieħ kellu jwieġeb xi domandi. Fl-aħħar ta’ l-attivita’ kullħadd mar lura d-dar sodisfatt, għax kullħadd għamel ħiltu u għamel xi ħabib ġdid. L-Għada id-Distrett fakkar wkoll din il-ġurnata b’parata u quddiesa ġewwa ir-Rabat.

Gone HomeIl-GSL flimkien mal-membri kollha tax-Xagħra Scout Group jagħtu l-kondoljanzi tagħhom lil familjari ta’ Tereza Spiteri, l-oħt għażiża tal-Quarter Master Joe Spiteri, li ħalliet dan il-wied tad-dmugħ nhar 11 ta’ Lulju 2012, fl-eta’ ta’ 57 sena. Barra li assistejna għal quddiesa b’suffragju għal ruħha, l-iScouters flimkien mat-Truppa tawha l-aħħar tislima fuq iz-zuntier qabel u wara l-funeral.

Page 9: L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - Ir-4 Edizzjoni - Lulju 2012

Paġna 9 minn 12

Fl-aħħar ftit xhur ġejna ikkuntatjati minn Scout Group Belgjan li xtaqu jiġu expedition f’Malta u Għawdex. Kumbinazzjoni meta kienu ġejjin konna ħa nkunu fil-kamp Annwali tas-sajf. Għalhekk stedinnihom biex jqattgħu xi jiem magħna. Hawn taħt, leader min dan il-group tirrakonta l-esperjenza tagħhom ġewwa ġziritna.

Riet Mondelaers, Leader of Scouts Geleeg, writes below about their adventure in Malta & Gozo:

On July 10th we were ready to leave for the unknown Malta. When we landed, we had the impression we were in Mexico. In good spirits we started hiking, but in the evening we realized we had to cancel our hiking plans because we were not used to the warm weather. Fortunately for us, Malta is surrounded by water. We visited the blue grotto. We were surprised by the clear water, the many fish and the beautiful rocks! So we spent a whole day snorkeling. Later that week, we visited Mdina, Rabat and Valletta. It was nice to walk in those cities and to learn more about the history of Malta although the dungeons museum was pretty scary. On Sunday we went on excursion to Sicily. First we went to Toarmina, a beautiful Italian city with an amphitheater and delicious ice cream. Later that day, we climbed Mount Etna. For those who have not been there: it is a must! Tuesday we started our trip to Gozo.

We liked Gozo at first view. It is much greener than Malta. Full of excitement we went looking for you guys. It was a warm welcome and we felt immediately at home. We had a nice swim and shower before the BBQ started. It was a wonderful experience to join you the whole evening. We enjoyed the good food, the friendly people and certainly our participation in the campfire. We were surprised how well you have sung our scouts song! Very well done! We were so excited that we have done one of your songs on our campfire in Belgium. Everyone in our scouts group liked it! We spending the next two days travelling aroudn Gozo. We wish to thank Lorry for showing his headquarters, Josmar for telling us the most interesting places on Gozo and the whole Xagħra Scout Group for their hospitality. Sadly beautiful songs never last long and soon we had to say goodbye. We promise next time to stay longer.

The day after we had another beautiful experience, we went diving (thanks for the surprise reveal, Josmar ). We all got the scuba diving certificate. One of the last days we enjoyed the blue lagoon on Comino. We had a nice swim and walk and we were ready to go back to Belgium. Our parents were waiting for us and we told our whole story of Malta and could say it was a wonderful camp and a wonderful country. Thanks a lot!

Rokna Internazzjonali

Ġrazzi talli għintna nagħmlu waħda mill-ħolmiet tagħna issir realta’!Tel: 2155 2219

Mob: 7955 [email protected]

Page 10: L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - Ir-4 Edizzjoni - Lulju 2012

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 10 minn 12

Il-Banda tal- iScouts (1934 sa 1939)

L-iScouts fix-Xagħra jafu l-bidu tagħhom sa mill-1933, sena li kienet verament importanti għax fiha twaqqfet wkoll il-Fergħa tal-Azzjoni Kattolika tal-Irgiel. Kif twaqqfu l-Boys Scouts fix-Xagħra diga ktibt dwaru fil-ħargiet ta’ qabel u rajna li mill-bidu nett kien hemm ħeġġa u għaqda kbira bejn l-Iscouts u l-‘leaders’ tagħhom.

Kien propju sena wara t-twaqqif tagħhom li d-Dirgenti tal-Iscouts Xagħrin ħolmu dwar il-ħolqien ta’ Banda Mużikali fi ħdan l-għaqda tagħhom. Kienu Dr. Albert V. Laferla, dak inhar Direttur tal-Edukazzjoni f’Malta, flimkien mas-sur Franġisk Camilleri li xtraw xi stumenti mużikali (second hand) ħalli tiġi ffurmata Banda Mużikali fi ħdan il-Boys Scouts tax-Xagħra. Din l-ideja ntgħoġbot ħafna u ntlaqgħet tajjeb u fit-2 ta’ Ottubru 1934 il-membri kollha tal-Kumitat iddeċidew li jwaqqfu din il-Banda. Preżenti għal-laqgħa kien hemm il-President u Fundatur Franġisk Camilleri, is-Segretarju Ċensu Camilleri, it-Teżorier Mikiel Camilleri u ma jistax jonqos l-ewwel GSL tal-Grupp Ġuzeppi Sultana (ta’ Lejlin). Bħala Kappillan tal-Iscouts kien hemm il- Kanonku Onorjarju Dun Alwiġ Attard mgħejjun minn ħuh il-Kanonku Dun Vitor Attard. Kien jonqos li issir il-ħatra ferm importanti tas-surmast li kellu jmexxi u jidderieġi din il-Banda. L-għażla waqgħet fuq Mikiel Farrugia u l-istorja tal-għażla tiegħu hi nteressanti ukoll.

Il-Mro. Mikiel Farrugia kien miżżewweġ lil Marija Vella oht il-Mro. Gianni Vella (missier il-Mro. Joe Vella). Marija u Ġianni kienu ulied Mikiel Vella (ta’ L-ilma) u dawn kienu kollha fil-Partit tal-iStilla. Sadattant fix-Xagħra kienet twaqqfet l-Azzjoni Kattolika tal-irġiel li taf il-bidu tagħha mill-ewwel laqgħa nhar il-11 ta’ Jannar 1933. Meta ftit xhur wara twaqqaf il-moviment tal-iScouts qamet ċerta pika kbira bejn l-Azzjoni Kattolika u l-istess Scouts, u kienu impikati ħafna.

Ġara li meta l-Iscouts għażlu lil Mro. Mikiel Farrugia, jingħad li ċertu Wigi Formosa ħa l-inizzjattiva li jsib surmast iehor biex jwaqqaf u jibda jidderieġi ‘orchestra’ fi ħdan l-Azzjoni Kattolika. Wigi Formosa kien imur ir-Rabat biex jaqta’ xahru, għand il-barbier Mose’ (magħruf tal- għaġina). Minn hemm daħal f’kuntatt ma’ Mro. Gianni Vella li tħajjar biex jmexxi l-Orkestra ‘San Ġwann Battista’ fi ħdan l-Azzjoni Kattolika tax-Xagħra. Igħinuh insibu lil Dun Spedit, Żarenu Refalo, Joseph Sultana, M’Ang. Apap, u Julian Refalo fost oħrajn.

Issa billi Mikiel Farrugia u Ġianni Vella ma kienux jaqblu ħafna ma’ xulxin, meta Mro. Vella daħal mal-Banda tal-Istilla, Mro. Farrugia ma baqax iħossu komdu u fil-fatt daħal mal-Banda Leone. Hemm min jgħid ukoll li dan il-fatt għin mhux ftit biex Mro. M. Farrugia jaċċetta li jmexxi il-Banda tal-iScouts, u minnufih għamel għażla u intefa’ ruħu w ġismu għat-tagħlim tal-allievi Scouts Xagħrin, wara li kien gie maħtur uffiċċjalment bħala surmast fil-Laqgħa ta’ nhar it-2 ta’ Ottubru 1934.

L-entużjażmu fost l-Iscouts kien qawwi ħafna u fi ftit xhur sar it-tagħlim meħtieġ. Tant li l-ewwel Kunċert mużikali taħt id-direzzjoni tas-surmast Farrugia kien sar nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar 1935. Nistgħu ngħidu li l-ewwel darba li l-Banda tal-Iscouts daqqet fil-pubbliku kien fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tax-Xagħra nhar id-19 t’April 1935. Il-bandisti kollha kienu lebsin

L-iStorja tax-XSG...Carmel Attard

Page 11: L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - Ir-4 Edizzjoni - Lulju 2012

Paġna 11 minn 12

l-ilbies tal-Iscouts bħala uniformi u bħala numru kienu 24 persuna. Ritratti ta’ dak iż-żmien juru li fosthom kien hemm il-Gsl Ġuzeppi Sultana u l-leader Ġuzeppi Attard (tat-Taljan) bil-bandiera tal-Iscouts f’idejh, u oħrajn. Bħala każin kellhom il-post bin-numru 36 fil-Pjazza tax-Xagħra. Il-kompożizzjoni tas-surmast Farrugia innifsu, ‘Lil Marija Bambina’ ndaqqet għall-ewwel darba fil-Festa titular tal-Bambina nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru 1935. F’April, f’Mejju u Settembru l- Banda tal-Iscouts daqqet kemm fix-Xagħra u anke fit-Tokk, u fi Triq it-Tigrija, fir- Rabat.

Is-suċċess kien immedjat u beda jinħass u jidher, tant li fi Frar tal-1936 inxtraw mat-30 strument ġdid. L-entużjazmu kien kbir u wara li l-Banda tal-Iscouts ħadet sehem, għal darb’oħra, fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tax-Xagħra f’April, il-Każin ġie mbierek mill-Arċipriet Dun Mawrizio Cauchi fix-xahar ta’ Mejju, u ġie kkonsagrat lill-Qalb ta’ Ġesu u lill-Qalb ta’ Marija. L-għada ta’ Santa Marija l-gvernatur Sir Charles Bonham u s-sinjura tiegħu ġew milqugħa mill-Banda tal-Boys Scouts waqt il-vista uffiċċjali tagħhom lir-raħal. Wara ttieħdu sal-Każin mill-patri Frangiskan Fr. Hearsey, fejn Dun Alwiġ Attard għamillu diskors ta’ merħba.

Waqt li qabel ma iffurmat il-Banda n-numru ta’ l-Iscouts kien ta’ ftit iktar minn 60, issa in-numru tela’ għal 75 membru, kollha scouts mix-Xagħra. Għall-festa tal-Bambina tas-sena 1936 il-Banda tal-Iscouts tat is-sehem tagħha kollu b’ marċi reliġjużi, fejn anke kienet mistiedna l-Banda ‘Leone’. L-istendardi kienu wieħed Malti u l-ieħor Ingliż. U kienu jintużaw kull darba li jagħmlu xi programm anke ma’ baned oħra bħal Banda ‘Prekursur’ tax-Xewkija, nhar is-26 ta’ Settembru.

Avveniment ieħor important kien nhar l-10 ta’ Ottubru 1936 meta l-Banda ħadet sehem fl-okkazzjoni tal-ftugħ uffiċjali tas-Silver Jubilee Football Ground, fix- Xewkija. Verament l-Boys Scouts tax-Xagħra kienu attivi ferm speċjalment fejn jidħol il-football u l-Banda. Huma kienu mfaħħrin minn kulħadd għall-entużjażmu kbir li kellhom. Tant kienu meqjusa bħala Banda tajba li fis-snin 1937 sal-1939 hi daqqet ma’ Baned oħra bħal dik ta’ Għajnsielem, Xewkija ,Leone u La Stella tar-Rabat. Barra dan, f’ Awissu 1938 il-Banda tal-Iscouts żammet Marċ u programm mużikali ġewwa Stella Maris ġo tas-Sliema, dejjem taħt id-direzzjoni għaqlija ta’ Mikiel Farrugia.

Billi il-Boys Scouts tax-Xagħra bdew isibuha diffiċli jibqgħu jiltaqgħu bħal Scout Group minħabba l-Gwerra Dinjija ftit ftit bdew iżarmaw. Ma setgħux ikomlpu bħala Banda tal-Iscouts u kien propju M’Anġ Apap li ssuġġerixxa li l-Banda tibqa ‘ tiffunzjona, f’għaqda mal-Orkestra tal- Azzjoni Kattolika, imma taħt isem ġdid. Kien nhar il-festa ta’ Santa Marija tal-1939, li l-Arċipriet Dun Mawrizju Cauchi bierek l-uniformi l-ġdida tal-bandisti li qabel kienu jiffurmaw il-Banda tal-Iscouts. Dan seħħ fil-għodu tat-Tlieta, 15 ta’ Awissu 1939 u fil-għaxija l-Banda imlibbsa dehra ġdida, ħadet sehem fil-festa ta’ Santa Marija fir-Rabat. Kien hawn li twieldet il-Banda ‘Victory’ tax-Xagħra.

Il-Gwerra kellha effett ħazin fuq l-Iscouts. Ħafna mill-kbar kienu nġabru għall-lieva u l- Grupp kien waqqaf l-attivitajiet tiegħu. Anke fejn jidħol il-football kien waqaf kollox ukoll. L-uniformi l-ġdida kienet tikkonsisti fi ġlekk u qalziet abjad, papoċċ abjad ukoll u berretta.

Mill-1939 sal-1945 il-Każin tal-Banda tal-Iscouts kien ġie rekwiżizzjonat mill-Militar u l-’Victory Band’ kompliet l-attivitajiet tagħha fid-dar tal-‘Moxxu’ fil-Pjazza tax-Xagħra, dejjem taħt id-direzzjoni tas-surmast Mikiel Farrugia.

Page 12: L-iScout Xaghri (Ir-4 Edizzjoni)