l-Ġimgħa mqaddsa fi djarna

20
1 l-Ġimgħa Mqaddsa fi djarna DJOĊESI TA' GĦAWDEX 2021

Upload: others

Post on 17-Feb-2022

3 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

1

l-Ġimgħa Mqaddsafi djarna

DJOĊESI TA' GĦAWDEX 2021

1

Din is-sena ċ-ċirkustanzi ma jippermettux li niltaqgħu bħala komunità parrokkjali fil-knisja. Għalhekk, qed nistiednu lill-familji kollha biex fil-Ġimgħa Mqaddsa, b’mod partikulari f’Ħadd il-Palm, Ħamis ix-Xirka, il-Ġimgħa l-Kbira, Sibt il-Għid u Ħadd il-Għid, jieqfu u flimkien jagħmlu mument ċkejken ta’ talb fi djarhom.

X’għandkom tagħmlu?Agħżlu post fid-dar li fih se tagħmlu mument ta’ talb u ċelebrazzjoni.

Qabel kull mument ta’ talb ippreparaw l-affarijiet meħtieġa, kif ukoll min se jmexxi, min se jaqra, u min se jieħu sehem fil-ġest li se jsir. Jista’ jmexxi wieħed mill-ġenituri, iżda importanti li kulħadd jieħu sehem.

Xi tridu tippreparaw?Xħin tagħżlu l-post fejn se toqogħdu, ippreparaw mejda u fuqha poġġu salib, Bibbja u xemgħa jew tnejn. Madwar il-mejda tistgħu tagħmlu cushions, tapit jew siġġijiet. Dan se jkun il-post fejn se tibdew tagħmlu l-mument ta’ talb flimkien.

Xħin?Agħżlu ħin li fih il-membri tal-familja jkunu kollha preżenti. Tajjeb jekk ikun qabel jew wara ċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru fil-knisja u li ssegwu fuq ir-radju jew permezz tal-internet. F’Ħadd il-Għid nissuġġerixxu li dan il-mument ta’ talb isir eżatt qabel l-ikla ta’ nofsinhar.

2

talb tal-bidu

Tħejjija tal-post

1. Kristu ġieb fix-xejn lill-prinċep ta’ did-dinja u feda l-bniedem: nuru l-ferħ li jimla ’l qalbna b’dan l-għemil ta’ salvazzjoni!

2. Jersqu l-folol, u bil-friegħi taż-żebbuġ u l-palm f’idejhom jgħajtu ferħanin: Hosanna, lil Bin David u l-Messija.

Irroddu s-Salib.

Innu li jingħad billi persuna tgħid strofa u l-bqija tal-familja jgħidu strofa oħra:

3

Ma’ dak li hemm indikat f'paġna 1, żidu ftit weraq taż-żebbuġ, u ppreparaw ftit fwieħa li wara se tiġi mraxxa fid-dar (jew jinħarqu ftit sticks tal-inċens).Xħin waslu qrib Ġerusalemm, quddiem Betfaġe u Betanja, ħdejn l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Morru fir-raħal li hemm biswitkom, u kif taslu hemmhekk issibu felu marbut li ħadd qatt għadu ma rikeb fuqu. Ħolluh u ġibuh. Jekk xi ħadd jistaqsikom: ‘Dan kif qegħdin tagħmluh?’, għidulu: ‘Il-Mulej jeħtieġu, u malajr jerġa’ jibagħtu hawn’”.

Marru, u sabu felu marbut ħdejn bieb barra fit-triq; u ħallewh. Xi wħud minn dawk li kienu hemm qalulhom: “X’intom tħolluh tagħmlu dak il-felu?”. Huma weġbuhom kif kien qalilhom Ġesù, u dawk ħallewhom jagħmlu.

Ħadu l-felu lil Ġesù, qiegħdu l-imnatar tagħhom fuq il-felu, u Ġesù rikeb fuqu. U bosta nies firxu fit-triq l-imnatar tagħhom, u oħrajn xi friegħi ħodor li kienu qatgħu mill-għelieqi. U kemm dawk li kienu miexja quddiem u kemm dawk li kienu miexja wara, bdew jgħajtu: “Hosanna! Imbierek min ġej f’isem il-Mulej! Imbierka s-Saltna li ġejja ta’ David missierna. Hosanna fl-ogħla tas-smewwiet!”.

Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir lilek, Kristu.

Inżommu mument ta' skiet.

Ftit qabel daħal Ġerusalemm, Marija dilket riġlejn Ġesù biż-żejt ifuħ, u d-dar imtliet bil-fwieħa. Fejn hemm Ġesù, hemm il-fwieħa: dak Ġesù li llum qed nilqgħuh ġewwa darna. Għalhekk, issa se nagħmlu dan il-ġest: se nxerrdu ftit fwieħa mad-dar jew nixegħlu l-isticks tal-inċens, biex din ir-riħa tfuħ tibqa’ tfakkarna li magħna għandna lil Ġesù.

3. Magħhom aħna wkoll noħorġu nilqgħu l-Prinċep għoli tagħna, lejh inxejru l-palm fir-rebħa kbira tiegħu fuq il-għadu.

4. Hu jagħtina doni mbierka biex inżommu w’rajh sal-aħħar, u rroddulu l-ħajr għal dejjem għax salvana u fdiena b’demmu.

5. Glorja lill-Missier, lill-Iben, lill-Ispirtu s-Santu, Alla: bħalma msebbaħ kien fil-bidu, hekk jissebbaħ issa u dejjem. Ammen.

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

ĠEST

4

Waqt li Ġesù kien dieħel Ġerusalemm, il-folol tan-nies ħarġu ferħana jilqgħuh bħala s-Sultan u l-Messija. Nadurawh aħna wkoll, u b’ferħ kbir infaħħruh u ngħidu:Imbierek min ġej f’isem il-Mulej.• Hosanna lilek, Bin David, inti s-Sultan ta’ dejjem. Nitolbu. Imbierek min

ġej f’isem il-Mulej.• Hosanna lilek, Ġesù, inti r-rebbieħ fuq is-setgħat tal-mewt u tal-infern!

Nitolbu. Imbierek min ġej f’isem il-Mulej.• Int tlajt b’rieda sħiħa lejn Ġerusalemm biex tbati u tmut, u hekk tidħol

fil-glorja tiegħek: wassal il-Knisja tiegħek fil-ferħ tal-Għid bla tmiem. Nitolbu. Imbierek min ġej f’isem il-Mulej.

• Int waqqaft salibek fuq l-art bħala s-siġra tal-ħajja: xerred bil-kotra l-frott tiegħu fuq dawk li ħadu t-twelid ġdid bil-magħmudija. Nitolbu. Imbierek min ġej f’isem il-Mulej.

• Salvatur tagħna, int ġejt biex issalva l-midinbin: wassal fis-saltna tiegħek lil dawk li għandhom il-fidi, it-tama u l-imħabba. Nitolbu. Imbierek min ġej f’isem il-Mulej.

Min irid, iżid it-talba tiegħu.

Ngħidu flimkien il-Missierna.

Min qed imexxi jgħid it-talba tal-aħħar:O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int lilna l-bnedmin tajtna eżempju ta’ umiltà meta ridt li s-Salvatur tagħna jsir bniedem bħalna u jieħu l-mewt tas-salib; fil-ħniena tiegħek, agħtina li s-sabar tiegħu jkun ta’ tagħlima għalina u li jistħoqqilna nissieħbu miegħu fil-qawmien għall-ħajja. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Waqt li nagħmlu l-ġest tar-radd tas-salib, ngħidu:Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. Ammen.

talb flimkien

talb tal-għeluq

5

Ma’ dak li hemm indikat f'paġna 1, żidu kontenitur bi ftit ilma, tapit u xugaman.

Irroddu s-Salib.

Innu li jingħad billi persuna tgħid strofa u l-bqija tal-familja jgħidu strofa oħra:

3. Tul il-lejl tal-Aħħar Ċena qagħad flimkien mal-magħżulin; magħhom kiel biex radd l-għemejjel skont il-liġi mitlubin; lilu nnifsu mbagħad tahom jieklu, lit-tnax miegħu miġburin.

4. Hekk bil-kliem tal-Kelma-Bniedem il-ħobż veru Ġismu sar u l-inbid inbidel f’Demmu: dawl imgħotti wara star, li, biex jifhmu, moħħ il-bniedem mit-twemmin ma jsibx aħjar.

1. Agħti, lsien, l-ogħla foħrija, għax jifdina b’ġismu ried u għalina jxerred demmu dak li jsaltan fis-smewwiet: demm imnissel ġewwa l-maqdes ta’ ġuf l-omm tal-ommijiet.

2. Lilna mogħti, lilna mwieled minn Omm xebba bla mittiefsa; hu bħal bniedem għoġbu jgħammar, jiżra’ s-sewwa fina ried; sakemm, fl-aħħar, ħajtu fostna temm fost l-ogħla għeġubijiet.

talb tal-bidu

Tħejjija tal-post

6

[Ġesù] qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma’ qaddu. Imbagħad ferra’ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu.

Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: “Int, Mulej, taħsilli saqajja?”. Ġesù wieġbu: “Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar ’il quddiem”. Qallu Pietru: “Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja!”. Wieġbu Ġesù: “Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi”. Qallu Xmun Pietru: “Mulej, mhux saqajja biss, imma jdejja u rasi wkoll”. Qallu Ġesù: “Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll”. Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal: “M’intomx ilkoll indaf”.

Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa’ qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: “Tafu x’għamiltilkom? Intom issejħuli l-Imgħallem u l-Mulej, u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll”.

Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir lilek, Kristu.

Inżommu mument ta' skiet.

Issa jsir il-ġest tal-ħasil tar-riġlejn. Min qed imexxi t-talb jaħsel riġlejn l-oħrajn, f’ambjent ta’ ġabra. Jista’ jkun hemm mużika addattata fl-isfond.

5. Dal-misteru għarkupptejna ejjew, mela, naduraw; u quddiem ir-riti l-ġodda suriet qodma jispiċċaw: bit-twemmin ġo qalbna nħossu dak li s-sensi le jaraw.

6. Lill-Missier irroddu u ’l-Iben b’qalbna kollha kull tifħir: lejhom, mat-tberik ta’ qalbna, imħabbitna ’l fuq ittir: lill-Ispirtu, li ġej minnhom, ħajr ukoll xejn inqas kbir. Ammen.

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

ĠEST

7

Is-Salvatur tagħna, fl-aħħar ikla tiegħu dik il-lejla li fiha kien se jingħata għalina, ħalla lill-Knisja t-Tifkira tal-mewt u l-qawmien tiegħu biex tibqa’ ġġeddidha dejjem. Nadurawh u ngħidulu: Qaddes, Mulej, il-poplu li int fdejt b’demmek. • Agħmel, Feddej tagħna, li nindmu u ningħaqdu aktar mal-Passjoni

tiegħek, biex niksbu s-sebħ tal-qawmien għall-ħajja. Nitolbu. Qaddes, Mulej, il-poplu li int fdejt b’demmek.

• Għinna, bil-ħarsien ta’ Ommok, li hi l-faraġ tal-imnikktin, biex bħalma int tfarraġ lilna, hekk aħna nfarrġu lil min hu mnikket. Nitolbu. Qaddes, Mulej, il-poplu li int fdejt b’demmek.

• Sieħeb fil-Passjoni tiegħek lill-fidili kollha li qegħdin ibatu, biex fihom infushom ikunu xhieda tas-salvazzjoni tiegħek. Nitolbu. Qaddes, Mulej, il-poplu li int fdejt b’demmek.

• Inti ċċekkint u obdejt sal-mewt, u sal-mewt tas-salib: agħmel li l-qaddejja tiegħek jobdu dejjem u jżommu sħiħ sal-aħħar. Nitolbu. Qaddes, Mulej, il-poplu li int fdejt b’demmek.

• Libbes il-mejtin bis-sura tal-ġisem imsebbaħ tiegħek u wassal lilna wkoll fl-istess xorti tagħhom. Nitolbu. Qaddes, Mulej, il-poplu li int fdejt b’demmek.

Min irid, iżid it-talba tiegħu.

Ngħidu flimkien il-Missierna.

Min qed imexxi jgħid it-talba tal-aħħar:O Alla, inti ridt li Kristu jkun il-Qassis il-kbir u ta’ dejjem għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni tal-bnedmin; agħmel li l-poplu, li hu kiseb għalik bit-tixrid ta’ demmu, jiċċelebra t-tifkira tal-Misteru tiegħu tal-Għid, hekk li jitqawwa bis-saħħa tal-mewt u l-qawmien tiegħu: Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Waqt li nagħmlu l-ġest tar-radd tas-salib, ngħidu:Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. Ammen.

talb flimkien

talb tal-għeluq

8

Is-salib (li diġà kien fuq il-post) qegħduh f’post ċentrali u quddiemu poġġu cushion jew tapit, fejn wieħed imbagħad jista’ joqgħod għarkupptejh.

Nadurawk, o Ġesù, u nberkuk, għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

Innu li jingħad billi persuna tgħid strofa u l-bqija tal-familja jgħidu strofa oħra:

1. Is-sinjal tas-Sultan riesaq lejna, jiddi f’dawl misterjuż is-salib: fuqu jitla’ l-Ħallieq, biex lill-bniedem jerġa’ jilqgħu bħal qabel b’ħabib.

3. Siġra sbejħa, li stħaqqlek tiżżejjen bl-ilbies aħmar ta’ demm is-sultan, inti biss kont magħżula biex fuqek tilqa’ l-ġisem qaddis tas-Setgħan.

2. Daqqa sħiħa ta’ lanza fuq ġenbu tiftaħ ġerħa fil-ġisem għażiż: biex bid-demm u l-ftit ilma li joħroġ niksbu ndafa ta’ poplu qaddis.

4. Hienja int! Ma’ dirgħajk kien imdendel prezz il-fidwa mill-jasar tad-dnub: ħaddant miegħek il-ġisem ta’ Kristu, ħtaft il-priża lill-għadu megħlub.

5. Sliem għalik, altar għani tal-Vittma, li t-tbatija żejnitek bir-rebħ: fuqek mietet il-ħajja biex tagħti lilna l-ħajja u timliena bis-sebħ.

6. Sliem għalik, o Salib, tama tagħna! Taħtek nersqu bit-talb f’dan iż-żmien: kun għat-tajjeb il-għajn ta’ kull grazzja, kun għall-ħati ta’ maħfra u ħelsien.

talb tal-bidu

Tħejjija tal-post

9

U [lil Ġesù] wassluh f’post jismu Golgota, li jfisser post il-Qorriegħa. U tawh jixrob inbid imħallat bil-mirra, imma hu ma riedx jieħu minnu. Imbagħad sallbuh, u qassmu ħwejġu bejniethom billi tellgħuhom bix-xorti ħalli kull wieħed jieħu li jmissu. Kienet it-tielet siegħa xħin sallbuh. Il-kitba li turi l-ħtija tal-kundanna tiegħu kienet tgħid hekk: “Is-sultan tal-Lhud”. Miegħu sallbu wkoll żewġ ħallelin, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug. Dawk li kienu għaddejjin bdew jgħajruh, iċaqilqu rashom u jgħidu: “Għajb għalik, int li tħott it-tempju u tfittex terġa’ tibnih fi tlitt ijiem! Inżel minn fuq is-salib u salva lilek innifsek!”. Hekk ukoll il-qassisin il-kbar bdew jiddieħku bih bejniethom u mal-kittieba u jgħidu: “Salva oħrajn, lilu nnifsu ma jistax isalva! Ħa jinżel issa l-Messija, is-sultan ta’ Iżrael, minn fuq is-salib biex aħna naraw u nemmnu!”. U dawk li kienu msallbin miegħu bdew imaqdruh huma wkoll.

Xħin saret is-sitt siegħa waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa’ siegħa. U fid-disa’ siegħa Ġesù għajjat b’leħen qawwi: “Eloî, Eloî, lema sabaqtani!”, li jfisser: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?”. Xi wħud minn dawk li kienu hemm, kif semgħuh, qalu: “Ara, qiegħed isejjaħ lil Elija!”. U mar wieħed jiġri jxappap sponża bl-inbid qares, waħħalha f’tarf ta’ qasba u tah jixrob filwaqt li qal: “Stennew, ħa naraw jiġix Elija jniżżlu!”. Imma Ġesù għajjat għajta kbira u radd ruħu. U l-purtiera tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn minn fuq s’isfel. Iċ-ċenturjun li kien wieqaf biswitu, meta rah jgħajjat u jmut hekk, qal: “Dan il-bniedem kien tassew Bin Alla!”.

Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir lilek, Kristu.

Inżommu mument ta’ skiet.

Wasal il-mument tal-adorazzjoni tas-salib. F’ambjent ta’ ġabra, kull membru tal-familja joqgħod għarkupptejh quddiem Ġesù msallab għal ftit ħin. Jista’ jkun hemm mużika addattata fl-isfond.

7. Trinità li salvajtna, kull ħliqa ħajr u barka quddiemek iġġib: ieqaf dejjem b’għajnuna ħanina ma’ kull min issalvah bis-salib. Ammen

Qari mill-Evanġelju skont San mark

ĠEST

10

Bil-ġabra u t-tjieba nġibu quddiem għajnejna l-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu, li ġabet il-ħajja fid-dinja, u nitolbu lil Alla l-Missier u ngħidulu: Ismagħna, Mulej, f’ġieħ il-mewt ta’ Ibnek. • Iġma’ l-Knisja tiegħek ġemgħa waħda. Nitolbu. Ismagħna, Mulej, f’ġieħ

il-mewt ta’ Ibnek. • Ħares lill-Papa Franġisku. Nitolbu. Ismagħna, Mulej, f’ġieħ il-mewt ta’

Ibnek. • Qaddes bl-Ispirtu tiegħek il-membri kollha tal-kleru u l-fidili tal-poplu

tiegħek. Nitolbu. Ismagħna, Mulej, f’ġieħ il-mewt ta’ Ibnek.• Saħħaħ il-fidi u l-fehma ta’ dawk li se jitgħammdu. Nitolbu. Ismagħna,

Mulej, f’ġieħ il-mewt ta’ Ibnek. • Wassal lil-Lhud fil-milja tal-fidwa. Nitolbu. Ismagħna, Mulej, f’ġieħ il-

mewt ta’ Ibnek.• Dawwal il-ħajja ta’ dawk li ma jemmnux fi Kristu. Nitolbu. Ismagħna,

Mulej, f’ġieħ il-mewt ta’ Ibnek.• Uri lil dawk li jiċħduk is-sinjali tat-tjieba tiegħek permezz tal-ħwejjeġ

maħluqa. Nitolbu. Ismagħna, Mulej, f’ġieħ il-mewt ta’ Ibnek.• Dawwal moħħ u qalb il-mexxejja tal-pajjiż. Nitolbu. Ismagħna, Mulej,

f’ġieħ il-mewt ta’ Ibnek.• Farraġ lil kull min jinsab fil-hemm. Nitolbu. Ismagħna, Mulej, f’ġieħ il-

mewt ta’ Ibnek.• Agħti l-għajnuna tiegħek lill-mejtin kollha. Nitolbu. Ismagħna, Mulej,

f’ġieħ il-mewt ta’ Ibnek.

Min irid, iżid it-talba tiegħu.

Ngħidu flimkien il-Missierna.

Min qed imexxi jgħid it-talba tal-aħħar:Ħares, Mulej, lejn din il-familja tiegħek, li għaliha Ġesù Kristu Sidna ma stmerrx jagħti ruħu f’idejn il-ħżiena u jsofri t-tbatija ħarxa tas-salib. Hu, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

talb flimkien

talb tal-għeluq

11

Ma’ dak li hemm indikat f'paġna 1, biċċa bajda mitwija.

Nadurawk, o Ġesù, u nberkuk, għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna.

Innu li jingħad billi persuna tgħid strofa u l-bqija tal-familja jgħidu strofa oħra:

1. Nibku u nolfqu llum quddiemek, o Ġesù, Feddej ħanin: aħna ħatja lkoll, nistqarru; aħfer, Kristu, lill-ħatjin.

3. Rażżan sewwa l-għadu tagħna, żommu dejjem minna bgħid, sabiex qatt ma jseħħlu jagħmel ħsara ’l dawk li b’demmek fdejt.

2. Int farrakt tal-għadu s-setgħa bil-mewt tiegħek fis-salib, li b’sinjal tat-twemmin tiegħu kull fidil fuq ġbinu jġib.

4. Inti ridt minħabba fina tmut u tinżel f’art l-imwiet; dejn il-mewt ħallast għalina, tajtna l-ħajja tas-smewwiet.

talb tal-bidu

Tħejjija tal-post

12

L-għada, jiġifieri meta għadda Jum it-Tħejjija, il-qassisin il-kbar u l-Fariżej inġabru għand Pilatu u qalulu: “Sinjur, aħna ftakarna li dan il-bniedem qarrieq, meta kien għadu ħaj, qal: ‘Wara tlitt ijiem inqum’. Mela ordna li l-qabar ikun imħares tajjeb sat-tielet jum, li ma jmorrux jiġu d-dixxipli tiegħu jisirquh, u jgħidu lill-poplu: ‘Qam mill-imwiet’, u hekk il-qerq tal-aħħar ikun agħar minn tal-ewwel”. Qalilhom Pilatu: “Għandkom l-għassa; morru ħarsuh tajjeb kif tafu”. U huma marru jissiġillaw il-ġebla biex il-qabar jibqa’ mħares sewwa, u ħallew ukoll l-għassa miegħu.

Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir lilek, Kristu.

Inżommu mument ta' skiet.

Wieħed mill-membri tal-familja jaqbad il-biċċa bajda mitwija, jiftaħha, u jpoġġiha fuq is-salib li kien hemm diġà u li adurajna lbieraħ.

Il-Feddej tagħna għadda minn tbatija ħarxa, ħa l-mewt u ried ikun midfun, biex hekk jasal għall-glorja tal-qawmien għall-ħajja. Nadurawh minn qalbna, u fiċ-ċokon tagħna nitolbuh u ngħidulu: Ħenn għalina, Mulej.• Kristu, Salvatur tagħna, int ridt li l-Omm imnikkta tiegħek tkun ħdejk

waqt il-mewt u d-difna tiegħek: agħmel li fid-dwejjaq tagħna aħna wkoll naqsmu miegħek fi tbatijietek. Nitolbu. Ħenn għalina, Mulej.

• Kristu Mulej, int sirt bħal ħabba tal-qamħ li taqa’ fl-art, biex tajt lilna l-frott tal-ħajja tiegħek ta’ Alla: agħmel li mmutu għad-dnub biex ngħixu għal Alla. Nitolbu. Ħenn għalina, Mulej.

5. Int għad tiġi bħala Mħallef fl-aħħar jum, f’għeluq iż-żmien: ġust ikun il-ħaqq li tagħmel; ħlas ta’ hena jew telfien.

6. Fejjaq mela l-mard ta’ ruħna, Kristu Sidna, biex nagħtuk, mal-Missier u mal-Ispirtu, sebħ għal dejjem u nfaħħruk. Ammen.

Qari mill-Evanġelju skont San mattew

ĠEST

talb flimkien

13

• Kristu, Ragħaj tagħna, inti nżilt fil-qabar u nħbejt għal kulħadd: għallimna nħobbu l-ħajja moħbija miegħek fil-Missier. Nitolbu. Ħenn għalina, Mulej.

• Kristu, Adam ġdid, inti dħalt fis-saltna tal-imwiet biex teħles in-nies it-tajba li sa mill-bidu tad-dinja kienu jinsabu magħluqa hemm ġew fil-ħabs tal-mewt: agħmel li kull min jinsab fil-qabar tal-ħtija jisma’ leħnek u jqum għall-ħajja. Nitolbu. Ħenn għalina, Mulej.

• Kristu, Bin Alla l-ħaj, inti tajtna li nindifnu miegħek fil-magħmudija: agħmel li nsiru nixbhuk fil-qawmien tiegħek biex ngħixu ħajja ġdida. Nitolbu. Ħenn għalina, Mulej.

Min irid, iżid it-talba tiegħu.

Ngħidu flimkien il-Missierna.

Min qed imexxi jgħid it-talba tal-aħħar:O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, Ibnek il-waħdieni daħal fil-qiegħ tal-art, minn fejn ħareġ mimli bil-glorja: agħtina l-grazzja li, kif il-fidili tiegħek jindifnu miegħu fil-magħmudija, hekk ukoll jersqu lejn il-ħajja ta’ dejjem bis-saħħa tal-qawmien tiegħu. Hu, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Waqt li nagħmlu l-ġest tar-radd tas-salib, ngħidu:Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. Ammen.

talb tal-għeluq

14

Illum għandkom bżonn ftit fjuri friski, xemgħa, tvalja bajda u flixkun jew buqar bl-ilma. Ikun sabiħ jekk dan il-mument isir eżatt qabel ħin l-ikel. Il-mejda tal-ikel għalissa tibqa’ vojta.

Irroddu s-Salib.

Innu li jingħad billi persuna tgħid strofa u l-bqija tal-familja jgħidu strofa oħra:

1. Feġġ il-jum fis-sebħ u l-ħmura, mas-smewwiet il-għana jidwi; taqbeż l-art bil-ferħ u l-hena, l-għadu mxejjen jara u jagħdab.

3. Xejn ma swiet il-ġebla tqila bis-suldat mal-qabar għassa; Kristu qam rebbieħ, u ħareġ mimli glorja u ħajja ġdida.

2. Is-Sultan il-qawwi jġarraf is-setgħat tal-mewt li ħakmet; taħt riġlejh l-infern iqiegħed, biex irbit l-ilsiera jqaċċat.

4. Jidher anġlu f’dija tgħammex, il-qawmien ta’ Kristu jxandar; għab is-swied ta’ qalb u l-biża’, il-Mulej temm it-tbatija.

talb tal-bidu

Tħejjija tal-post

15

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu lill-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!”.

Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar. Tbaxxa, u ra l-faxex tal-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx. Imbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex tal-għażel imqiegħda hemm, u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed f’post għalih. Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien wasal l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen.

Sa dakinhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet.

Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir lilek, Kristu.

Inżommu mument ta’ skiet.

Kulħadd flimkien: Hu l-Mulej! Hallelujah!

Issa se jsir it-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija. Min qed imexxi jaqra, u l-bqija jwieġbu.

5. Ibqa’ ħares dejjem fina ferħ il-Għid, Ġesù Messija; kif għall-grazzja rġajt wellidtna, fil-qawmien seħibna miegħek.

6. Glorja lilek, fir-rebħ tiegħek fuq il-mewt, Ġesù setgħani; mal-Missier u mal-Ispirtu, ġieħ jintraddlek, issa u dejjem. Ammen.

Qari mill-Evanġelju skont San ġwann

ĠEST

16

Alla li jista’ kollox, għajn tal-ħajja li wellidna mill-ġdid mill-ilma bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, jgħajjex fina l-grazzja tal-Magħmudija għax inaddafna mill-mewt tad-dnub biex nimxu fit-triq tal-qdusija. Għalhekk, ejjew illum inġeddu l-wegħdiet tal-Magħmudija tagħna.Tiċħad lix-xitan? Iva, niċħad.Tiċħad l-għemil kollu tiegħu? Iva, niċħad.Tiċħad it-tlellix fieragħ kollu tiegħu? Iva, niċħad.Temmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art? Iva, nemmen.Temmen f’Ġesù Kristu Sidna, l-Iben waħdieni tiegħu, li twieled minn Marija Verġni, u bata u miet u difnuh, qam minn bejn l-imwiet u qiegħed fil-lemin tal-Missier? Iva, nemmen.Temmen fl-Ispirtu s-Santu, il-Knisja Mqaddsa Kattolika, ix-Xirka tal-Qaddisin, il-maħfra tad-dnubiet, il-qawma mill-imwiet, u l-ħajja ta’ dejjem? Iva, nemmen.U Alla li jista’ kollox, Missier Sidna Ġesù Kristu, li nissilna mill-ġdid bl-ilma u l-Ispirtu s-Santu u tana wkoll il-maħfra ta’ dnubietna, iħarisna bil-grazzja tiegħu f’Ġesù Kristu għall-ħajja ta’ dejjem. Ammen.

Nimxu lejn il-mejda tal-ikel u nieħdu magħna x-xemgħa, il-fjuri, it-tvalja u l-ilma, u bihom narmaw il-mejda. Minn dak l-ilma, waqt l-ikel, se nimlew it-tazzi tal-familja kollha. L-ilma jfakkarna fil-Magħmudija tagħna; l-ilma li jġib il-ħajja, ħajja li reġa’ tana mill-ġdid il-Mulej Ġesù bil-qawmien tiegħu. Ix-xemgħa u l-fjuri wkoll huma sinjal tad-dawl u tal-ħajja ta’ Ġesù Rxoxt.

Kristu huwa l-għajn tal-ħajja; Alla qajmu mill-imwiet, u jqajjem lilna wkoll bis-setgħa tiegħu. Nitolbuh u ngħidulu: Kristu, ħajja tagħna, salvana. • Kristu, dawl qawwi jiddi fid-dlamijiet u bidu ta’ kull ħajja, int li tqaddes

il-bnedmin, agħmel li din il-ġurnata ngħadduha fit-tifħir tiegħek. Nitolbu. Kristu, ħajja tagħna, salvana.

• Mulej, int li għaddejt mit-triq tat-tbatija u s-salib, agħtina li nbatu u mmutu miegħek, biex miegħek ukoll inqumu għall-ħajja. Nitolbu. Kristu, ħajja tagħna, salvana.

• Iben tal-Missier, mgħallem tagħna u ħuna, int li għamiltna saltna, qassisin għal Alla tagħna, agħmel li noffrulek bil-ferħ sagrifiċċju ta’ tifħir. Nitolbu. Kristu, ħajja tagħna, salvana.

talb flimkien

17

• Sultan glorjuż, aħna nistennew il-jum kbir li fih inti tidher, u nixtiquk, biex naraw ’il wiċċek u nsiru bħalek. Nitolbu. Kristu, ħajja tagħna, salvana.

Min irid, iżid it-talba tiegħu.

Ngħidu flimkien il-Missierna.

Min qed imexxi jgħid it-talba tal-aħħar:O Alla, illum, b’Ibnek il-waħdieni, il-mewt ġiet megħluba, u int ftaħtilna l-bieb tal-ħajja ta’ dejjem: agħtina li, aħna u niċċelebraw il-festa solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-imwiet, niġġeddu bl-Ispirtu Qaddis tiegħek u nqumu għad-dawl tal-ħajja. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Min qed imexxi, jagħlaq billi jgħid din it-talba, qabel l-ikla li se nieħdu flimkien:O Missier,illum inkantaw il-Qawmien mill-mewt ta’ Ibnek Ġesùli permezz tiegħu għaddejna mill-jasar għall-ħelsien,mill-mewt għall-ħajja,mid-dlam għad-dawl,u l-mewt ġiet megħluba għal dejjem.Ilqa’ l-ferħ tagħnau agħtina li niċċelebraw l-Għid bħala rahan ta’ ħajja ġdida għall-ħolqien kollu.Tkun imbierek issa u dejjem. Ammen.

talb tal-għeluq

19

Ma’ dak indikat f’paġna 1, ħejju l-ilma mbierek.

Irroddu s-Salib.

Persuna tgħid:Ikun imbierek Alla l-Missier tagħna, u l-Mulej tagħna Ġesù Kristu li jagħtina l-grazzja u s-sliem tiegħu. Imbierek Alla għal dejjem.

Xi ħadd mill-ġenituri jgħid:Għeżież, b’din iċ-ċelebrazzjoni qegħdin insejħu fuqna l-barka ta’ Alla. Alla għandu għalina xewqat tajbin, u fl-imħabba tiegħu f’kollox jaħdem id f’id magħna għall-ġid tagħna. Permezz tas-smigħ tal-Kelma ta’ Alla u permezz tat-talb, il-Mulej isaħħaħ l-għaqda ta’ bejnietna u jwettaqna fil-fidi. Hekk aħna nkunu nistgħu ngħixu skont il-Vanġelu, naqdu l-missjoni tagħna, u nsiru xhieda ta’ Kristu quddiem id-dinja.

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat. Imma kull min jisma’ dan kliemi u ma jagħmilx li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u ġġarrfet; u kbira kienet il-qerda tagħha!”.

Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir lilek, Kristu.

Inżommu mument ta’ skiet.

Tħejjija tal-post

talb tal-bidu

Qari mill-Evanġelju skont San mattew

Fiċ-ċokon tagħna, ejjew nitolbu lil Kristu jħares fil-ħniena tiegħu lill-familja tagħna, aħna u ngħidu: Ibqa’ magħna, Mulej.• Qaddes bil-preżenza tiegħek lil din il-familja tagħna. Nitolbu. Ibqa’

magħna, Mulej.• Żommna marbutin flimkien bir-rabta ta’ mħabbtek. Nitolbu. Ibqa’

magħna, Mulej.• Agħtina l-grazzja tiegħek u fawwarna bid-doni tiegħek. Nitolbu. Ibqa’

magħna, Mulej.• Kun il-faraġ tagħna fin-niket u l-mexxej tagħna fil-ferħ. Nitolbu. Ibqa’

magħna, Mulej.• Agħti l-mistrieħ ta’ dejjem lill-mejtin kollha. Nitolbu. Ibqa’ magħna,

Mulej.

Min irid, iżid it-talba tiegħu.

Ngħidu flimkien il-Missierna.

Xi ħadd mill-ġenituri jroxx l-ilma mbierek fuq il-membri tal-familja. Imbagħad, flimkien mal-membri kollha tal-familja, iroxx l-ilma mbierek madwar id-dar kollha. Sadattant nitolbu lil Ġesù f’qalbna.

Min qed imexxi jgħid it-talba tal-aħħar:Inberkuk, Mulej, għaliex ridt li Ibnek magħmul bniedem ikollu sehem f’familja tal-bnedmin, jikber fi ħdanha, jagħraf it-tħassib tagħha u jduq l-hena tagħha. Fiċ-ċokon tagħna, għalhekk, Mulej, nitolbu għal din il-familja tagħna: ħarisha u għożżha, biex, imqawwija bid-don tal-grazzja tiegħek, tgawdi r-riżq, tistagħna bis-sliem, u, bħala Knisja tad-dar, tagħti xhieda quddiem id-dinja tal-glorja tiegħek. Bi Kristu Sidna. Ammen.

Waqt li nagħmlu l-ġest tar-radd tas-salib, ngħidu:Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. Ammen.

talb flimkien

talb tal-għeluq

ĠEST: Tberik tal-familja