kulleġġ sant’ injazju – għalliema tal-guidance l-għażla ta’ suġġetti - form 2 -...

99
Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulleġġ Sant’ Injazju

Upload: bruno-wells

Post on 28-Dec-2015

246 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance

Kulleġġ Sant’ Injazju

Page 2: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Għaliex din l-informazzjoni

Kif tieħu deċiżjoni

Suġġetti li tagħżel int

Suġġetti obbligatorji

Ir-rwol tal-ġenituri

Sillabi u Past Papers ta’ Suġġetti Varji

Page 3: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Għaliex din l-informazzjoni ?

L-għalliema tal-Guidance Section ħassew il-bżonn li jagħtukom informazzjoni dwar is-suġġetti li wasaltu biex tagħżlu, issa li qegħdin fit-tieni sena ta’ l-edukazzjoni sekondarja. It-tagħrif li qegħdin inwasslulkom hu mfassal fuq tliet punti:

Il-ħiliet li wieħed għandu bżonn jew li jista’ jiżviluppa;

In-natura tas-suġġett;

L-utilità tas-suġġett.

ikompli

Page 4: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Għaliex din l-informazzjoni ?

Nemmnu li tajjeb wieħed jagħraf il-ħiliet li diġa għandu, kif ukoll il-ħajriet u l-interessi tiegħu. Importanti li tiġbru kemm tistgħu tagħrif dwar is-suġġetti li jolqtukom l-aktar. Għalliema ta’ diversi suġġetti se jkunu jistgħu jkellmukom dwar l-oqsma kollha ta’ studji li tistgħu ssegwu fit-tielet sena tas-sekondarja.

Nissuġġerixxu li:

Tiktbu fuq karta dawk il-mistoqsijiet li tixtiequ tweġiba għalihom;

Il-mistoqsijiet jistgħu jiġu mgħoddija lill-għalliema tal-Guidance, kemm-il darba wieħed ikun jistħi jsaqsi quddiem sħabu l-oħra ta’ l-iskola;

Wara li jkellmukom l-għalliema tas-suġġetti, kull min iħoss il-ħtieġa, se jkollu ċ-ċans li jiltaqa’ mad-diversi għalliema fuq bażi ndividwali;

L-għalliema tal-Guidance huma dejjem lesti biex jgħinukom tagħrfu l-kapaċitajiet tagħkom u tiddeċiedu b’mod għaqli.

Main page

Page 5: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Kif tieħu Deċiżjoni ?

Għandek tiġbor kemm jista’ jkun informazzjoni korretta dwar is-suġġett;

Tagħraf dak li hu mportanti għalik u tara jaqbilx ma’ l-interessi tiegħek;

Kun lest li tieħu riskju fid-deċiżjoni.

Għalhekk:

Iddiskuti u ħu parir mingħand dawk li jħobbuk u jieħdu ħsiebek id-dar;

Meta tħossok imħawwad, itlob l-għajnuna ta’ xi ħadd li jifhem aktar minnek fis-suġġett (għalliema tas-suġġett jew tal-guidance)

Qatt tagħżel suġġett għaliex il-ħabib għażel dak is-suġġett. Int trid tistudjah u mhux il-ħabib tiegħek!

ikompli

Page 6: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Kif tieħu Deċiżjoni ?

Fl-aħħar, jekk tkun għadek imħawwad, niżżel żewġ listi, favur u kontra d-deċiżjoni tiegħek. Dan il-metodu jgħinek sabiex tara jekk intix fit-triq it-tajba jew le.

Nissuġġerixxu li jkollok għażla alternattiva, għal kemm-il darba jkun hemm xi diffikultajiet biex tkun tista’ ssegwi l-istudji li xtaqt.

Main page

Page 7: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Rwol tal-Ġenituri

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Tkellmu mat-tfal – siru afu x’iħobbu u x’jixtiequ

Għinuhom biex ikunu aktar konxji tal-kapaċitajiet tagħhom. Eżempji: jafu jesprimu ruħhom, jinqalgħu għat-tpinġija, iħobbu x-xogħol ta’ l-idejn, iħobbu jaqraw u jfittxu fuq il-kompjuter ....

Qatt tagħżlu intom għat-tfal

Ħudu parir meta jkun hemm bżonn.

Main page

Page 8: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Suġġetti Obbligatorji!Suġġett Lezzjonijiet

Ingliż 6

Malti 3

Matematika 5

Fiżika (Physics) 4

Reliġjon 2

Lingwa (Form 1) 3

Storja (History) 1

Ġografija 1

Studji Soċjali 1

PE 1

ICT 1

PSD 1

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Main page

Page 9: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Suġġetti li tagħżel int

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Lingwi

Ġografija

Storja Ewropeja - History

Studji Ewropej - European Studies

Studji Soċjali

Business Studies

Kimika - Chemistry

Bioloġija - Biology

Computer Studies

Arti

Graphical Communication

Home Economics

Edukazzjoni Fiżika - PE

Disinn u Teknoloġija

Tagħżel 2 minn!!4 Lezzjonijiet fil-Ġimgħa

Klikkja fuq is-suġġett għal aktar informazzjoni jew mur Main page

Page 10: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Il-Lingwi

Il-lingwi jitolbu l-ħila li tikkomunika tajjeb u li tkun kapaċi tesprimi lilek innifsek. Tajjeb ukoll li tkun tinteressa ruħek fil-kultura tal-pajjiż fejn oriġinat il-lingwa. S’issa, diġa’ kulħadd jistudja l-Malti, l-Ingliż u lingwa oħra.

L-istudju ta’ dawn it-tliet ilsna għandu jservik ta’ mudell tax-xogħol u l-ħiliet li huma meħtieġa f’dan il-qasam ta’ studju. Kull lingwa titlob kapaċità li tifhem u tesprimi ruħek bil-fomm u bil-kitba. Il-lingwa tidher f’diversi forom: poeżija, drammi, novelli u oħrajn.

Page 11: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Il-Lingwi

Illum il-ġnus kollha qegħdin isiru dejjem aktar ħaġa waħda, għalhekk l-istudju ta’ lingwa għandu jittieħed aktar bis-serjetà. Ma tkunx deċiżjoni għaqlija li tagħżel lingwa sempliċiment biex tkun tista’ tagħżel suġġett ieħor li qiegħed fl-istess kategorija. M’għandniex ninsew li min jibda jistudja lingwa mill-Form 3 irid jaħdem b’aktar ħeffa minn student li beda lingwa fil-Form 1.

Franċiż Ġermaniż Spanjol Taljan Għarbi Russu Latin

Ikklikkja fuq is-suġġett għal aktar informazzjoni jew mur Main page

Latin

Page 12: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Franċiż

Il-Franċiż huwa l-lingwa l-iżjed mitkellma wara l-Ingliż – 47 pajjiż b’popolazzjoni ta’ 160 miljun ruħ. Il-Franċiż huwa lsien internazzjonali bħall-Ingliż u l-Ispanjol.

Hu wżat ukoll f’istituzzjonijiet politiċi, kummerċjali u kulturali. Dan l-ilsien jgħinna nkomplu niżviluppaw l-idejat tagħna permezz tal-kitba u jwessgħalna t-tagħlim tagħna permezz tal-qari, programmi tar-radju u tat-televiżjoni, kif ukoll komunikazzjoni bl-internet.

ikompli

Page 13: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Franċiż

Il-Kultura Franċiża hi waħda sinjura, speċjalment fejn jidħlu xogħolijiet ta’ l-arti.

ikompli

Page 14: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Franċiż

Il-Franċiż huwa marbut ħafna wkoll ma’ l-arti Kunċinarja (it-tisjir) u għaldaqstant jista jkun ta’ vantaġġ għal dawk li jkunu fi ħsiebhom ikomplu l-istudji tagħhom fil-qasam tal-catering.

ikompli

Page 15: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Franċiż

Biex wieħed jitgħallem din il-lingwa, irid l-ewwelnett ikun jaf jisma’ sewwa, jikkonċentra fuq dak li jisma’, biex imbagħad ikun kapaċi jirrepeti dak li sema’. Importanti ħafna li wieħed ikun lest li jirrevedi sikwiet dak li jitgħallem sabiex ma jinsiex li jkun sema’ u fehem. Bħal f’kull lingwa oħra wieħed jinħtieġlu jibni vokabularju wiesgħa u jdaħħal f’moħħu r-regoli tal-grammatika (eżempju verbi, nomi eċċ)

ikompli

Page 16: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Franċiż

Il-ħajra u l-ħeġġa huma mportanti ħafna biex wieħed jikseb suċċess fl-istudji tiegħu. Kemm-il darba tibqa’ turi nteress u taħdem b’determinazzjoni, tkun tista’ tirnexxi f’dan is-suġġett li jiswielek għall-futur.

Lista ta’ suġġetti

Page 17: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ġermaniż

Il-Ġermaniż huwa wieħed mill-iżjed lingwi mportanti fl-Ewropa. Madwar 100 miljun persuna jużaw il-Ġermaniż fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Il-Ġermaniż ma jintużax biss fil-Ġermanja iżda wkoll fl-Awstrija; partijiet mill-Iżvizzera; Liechtenstein; Lussemburgu, kif ukoll f’partijiet tan-naħa ta’ fuq ta’ l-Italja, fil-Lvant tal-Belġju u f’partijiet ta’ Franza u anke l-Ukrajna.

Il-Ġermaniz huwa wieħed mill-iżjed lingwa mitkellma fl-Ewropa u jikklassifika ma’ l-ewwel għaxar lingwi l-iżjed mitkellma fid-dinja. Huwa t-tieni l-iżjed lingwa użata bl-internet. ikompli

Page 18: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ġermaniż

Goethe;

Kafka

Mozart;

Bach;

Beethoven;

Rammstein;

Clueso.

ikompli

Il-Ġermaniż huwa l-lingwa użata minn bosta nies famużi fosthom:

Page 19: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ġermaniż

Il-lingwa Ġermaniża għandha grammatika kkumplikata, li titlob studju bir-reqqa biex wieħed jifimha sewwa. Min iħobb jaqra, jieħu gost jitgħallem din il-lingwa u jidra jikkomunika tajjeb biha. Il-qari huwa l-bażi essenzjali għal kull lingwa, speċjalment għall-Ġermaniż. Min ikun tajjeb fl-Ingliż, isib li jaqbad aktar malajr il-lingwa Ġermaniża, għalkemm din mhix xi regola.

ikompli

Page 20: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ġermaniż

Min jitgħallem dan is-suġġett ikun jista’ jikkomunika ma’ nies Ġermaniżi bl-internet. Jista’ anke jmur igħix, jaħdem jew jistudja fil-Ġermanja. Isibha aktar faċli li jaħdem ma’ kumpaniji Ġermaniżi li joperaw hawn Malta, fil-qasam turistiku kif ukoll fil-korp diplomatiku (eżempju f’ambaxxata). Il-Ġermaniż joffri opportunitajiet oħra għal karrieri differenti.

Lista ta’ suġġetti

Page 21: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Spanjol

Fi Spanja huma mitkellma erba’ ilsna: il-Kastellan, il-Vasko, il-Gallego u l-Katalan. Il-Kastellan flimkien ma’ varjazzjonijiet oħra tiegħu huwa l-ilsien ewlieni fil-pajjiżi kollha ta’ l-Amerika Latina, minbarra l-Brażil. Fl-Amerika huwa meqjus ukoll bħala t-tieni lingwa l-aktar importanti.

L-Ispanjol hija kkunsidrata bħala r-raba’ lingwa l-aktar mitkellma fid-dinja wara ċ-Ċiniż, l-Ingliż u l-Hindu. Infatti din il-lingwa tiġi mitkellma uffiċċjalment fl-Istati Uniti, fl-Amerika Latina, fl-Ewropa, fl-Afrika u fl-Asja. Qegħdin nitkellmu fuq kwazi 400 miljun ruħ li jitkellmu l-Ispanjol. Fl-Istati Uniti, l-Ispanjol huwa t-tieni lingwa kif inhu l-Ingliż għalina. Hemm iżjed minn 60% ta’ l-Istudenti Amerikani li jitgħallmuh!

ikompli

Page 22: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Spanjol

L-Ispanjol hu waħda fost is-sitt lingwi (l-Ingliż, il-Franċiż, ir-Russu, iċ-Ċiniż u l-Għarbi) l-iżjed li jiġu wżati minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti, l-WHO, l-UNESCO, n-NATO eċċ. Dan kollu juri li din il-lingwa għandha potenzjal kbir.

ikompli

Page 23: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Spanjol

Il-kors ta’ l-Ispanjol fl-edukazzjoni sekondarja għandu l-għan li jrawwem l-istudenti fl-użu tal-Kastellan kif imħaddem f’diversi sitwazzjonijiet fil-ħajja ta’ kuljum. Huwa wkoll maħsub biex jagħmel lill-istudenti midħla tal-kultura u t-tradizzjonijiet Spanjoli.

ikompli

Page 24: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Spanjol

Sa tmiem il-Form 5, student għandu jkun sar jaf jaqra, jikteb, jisma’ u jifhem sew l-Ispanjol. Tajjeb li ngħidu illi dan is-suġġett huwa simili għal-lingwi l-oħra f’dak li għandu x’jaqsam ma’ studju u min jidħol għalih, jeħtieġlu jaħdem biex jikseb riżultat tajjeb.

Biss għandha titneħħa l-ideja żbaljata li dan l-ilsien jixbaħ ħafna lit-Taljan, sabiex ħadd ma jħoss li ġie mqarraq meta jibda jistudjah.

ikompli

Page 25: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Spanjol

• Livell avvanzat fil-Post Sekondarja

• ITS (Istituzzjoni fit-Turiżmu)

• Livell universitarju B.Ed (Hons.) jew B.A. (Hons.)

ikompli

Il-Korsijiet li wieħed jista jagħżel biex ikompli jistudja l-Ispanjol wara s-sekondarja huma:

Page 26: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Spanjol

Xi karrieri fl-Ispanjol huma:

Għalliem/a;

Fl-Industrija ta’ l-Avjazzjoni;

Industrija tat-Turiżmu;

Business Communication;

Translator / Proof Reader;

Gwida;

Volontarjat

Lista ta’ suġġetti

Page 27: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Taljan

Il-lingwa Taljana hija l-lingwa tal-pajjiz ġirien tagħna, lingwa li aħna, bħala Maltin, ħadna ħafna mill-kliem li nużaw kuljum. Ftit huma dawk li ma jkollhomx l-opportunita` li jmorru l-Italja bħala vaganza ta' divertiment anke kulturali, biex jagħmlu s-’shopping’ jew fuq xogħol.

Billi aħna midħla tat-Taljan mhux ħażin, hemm it-tendenza li wieħed jaħsbu lsien ħafif. Biss din hi lingwa bħall-oħrajn u titlob l-istess xogħol u studju.

ikompli

Page 28: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Taljan

Il-qari u l-istudju tal-grammatika huma mportanti biex tiżviluppa l-ħiliet tiegħek f’din il-lingwa

ikompli

Page 29: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Taljan

Il-fatt li aħna nistgħu naqbdu u nsegwu ħafna stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni Taljani, huwa ta’ vantaġġ għalina, billi dan jagħmel il-ħoss tal-lingwa aktar familjari u għaldaqstant id-diskors faċli aktar biex jintgħaraf.

ikompli

Page 30: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Taljan

Il-lingwa ma titgħallimhiex biss billi tismagħha, ikun jeħtieġlek issir taf ir-regoli tal-kitba u tagħraf l-użanzi tal-poplu li jitkellimha sabiex tifhem aktar x’ikun jintqal.

ikompli

Page 31: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Taljan

Meta tkun kapaċi taqra, tifhem titkellem u tikteb bit-Taljan tapprezza aktar il-kultura Taljana u tieħu gost aktar bil-programmi, films u xogħlijiet artistiċi oħra ta’ dan il-poplu ġirien tagħna.

ikompli

Page 32: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Taljan

L-għarfien tal-lingwa Taljana tgħin lill-istudent u tiftaħlu opportunitajiet kbar f'ħafna setturi ta' xogħol fil-futur tiegħu. Naħsbu biss fis-settur tas-servizzi (turiżmu, per eżempju, bħala receptionist f'lukanda jew gwida), jew f'dak kummerċjali (segretarju/a) jew opportunita` li llum hija mportanti ħafna: is-settur tat-traduzzjoni. Nisimgħu kontinwament dwar in-nuqqas ta' tradutturi li pajjiżna qed ibati minnha. U hawnhekk wieħed ma jridx jinsa l-Universita` fejn kwalifika fit-Taljan tista’ twasslu biex isir avukat, nutar jew għalliem tal-lingwa Taljana fl-iskejjel tagħna.

Lista ta’ suġġetti

Page 33: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Għarbi

Għaliex għandek tagħżel li titgħallem l-Għarbi?

Malta hi ġar ta’ ħafna pajjiżi Għarab u għalhekk ikollok ċans taħdem f’oqsma relatati mal-kummerċ u t-turiżmu; tista’ tagħżel karriera ta’ interpretu jew ġurnalista.

ikompli

Page 34: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Għarbi

Permezz ta’ l-ilsien Għarbi tkun tista’ tikkomunika aħjar mall-ġirien Għarab tagħna u titgħallem dwar il-kultura tagħhom. B’hekk tkun tista’ sservi ta’ ħolqa bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija.

ikompli

Page 35: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Għarbi

Għalhekk kun oriġinali u differenti mill-oħrajn.. L-għażla ta’ din il-lingwa twasslek għal opportunitajiet uniċi fil-futur. L-Għarbi huwa mportanti ferm aktar milli timmaġina, saħansitra jintuża fil-kompjuters, multimedia software, u fl-internet. Diġa jeżistu ħafna programmi edukattivi fis-software bl-Għarbi.

Lista ta’ suġġetti

Page 36: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Russu

Il-Lingwa Russa bdiet tiġi offruta bħala għażla lill-istudenti Maltin, madwar 15-il sena ilu. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, bosta studenti kisbu l-livelli “0” u “A” f’dan is-suġġett filwaqt li wħud minnhom ħadu boroż ta’ studju fir-Russja stess.

ikompli

Page 37: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Russu

Fil-livell sekondarju l-istudenti jitgħallmu l-grammatika Russa, il-komunikazzjoni bażika u jsiru kapaċi jaqraw, jiktbu u jagħmlu traduzzjoni ta’ testi bl-użu ta’ dizzjunarji.

ikompli

Page 38: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Russu

Barra dan jitgħallmu dwar l-istorja, ġografija u l-kultura Russa. Kull student jingħata attenzjoni individwali.Tul it-tliet snin ta’ studju l-istudenti jippreparaw ukoll proġetti dwar Moscow, St.Petersburg, kittieba, kompożituri Russi u oħrajn.

Lista ta’ suġġetti

Page 39: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Latin

ikompli

Il-Latin hija lingwa li tmur lura għal bosta u bosta snin. Kienet il-lingwa mitkellma mir-Rumani meta dawn kienu jaħkmu l-parti l-kbira tad-dinja ta’ żmienhom. Bis-saħħa t’hekk din il-lingwa kotrot u bdiet tintuża minn kulħadd fl-oqsma kollha tal-għerf.

Page 40: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Latin

ikompli

Wara l-waqgħa ta’ l-Imperu Ruman, minkejja li s-saħħa politika ta’ dawn in-nies bdiet tnin, il-Latin xorta waħda baqa’ jiddomina d-dinja għax il-Knisja Kattolika kienet għamlitu bħala l-ilsien uffiċjali tagħha.

Page 41: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Latin

ikompli

Għal ħafna snin il-Latin baqa’ l-ilsien użat minn dawk li kellhom ċertu livell ta’ skola u kien biss lejn is-seklu sbatax li din il-lingwa bdiet taqta’ lura. Minkejja dan wieħed xorta waħda għandu jżomm f’moħħu li l-biċċa l-kbira tal-lingwi Ewropej użati llum jafu l-bidu tagħhom għal-Latin.

Page 42: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Latin

Jagħtuk ċertu ħiliet li jgħinuk fl-oqsma kollha edukattivi Jgħinuk fit-tagħlim tal-lingwi Romanzi l-oħrajn, bħal Franċiż u

Spanjol Jgħinuk issir aktar assertiv u eżatt f’ħidmietek Jgħinuk tifhem aħjar dak li għaddiet minnu il-parti tad-dinja li

ngħixu fiha

Barra minn hekk l-għażla tal-Latin taf tkun ta’ siwi għal dawk l-istudenti li ‘l quddiem bi ħsiebhom jistudjaw it-teoloġija, l-istorja u l-liġi.

Hawn min iqis il-Latin bħala xi ħaġa mejta, xi ħaġa tal-passat. Dan m’għandux ikun għax it-tagħlim tal-Latin u l-letteratura tiegħu

Lista ta’ suġġetti

Page 43: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ġografija

Dan is-suġġett hu mgħallem mill-ewwel sena tas-sekondarja sal-ħames sena waqt lezzjoni waħda kull gimgħa. Hawnhekk l-istudenti jingħataw tagħrif ġenerali li flimkien mal-lezzjoni ġenerali ta’ l-Istudji Soċjali u l-Istorja jwassal għall-eżami tas-SEC fl-Istudju Ambjentali.

Min jagħżel il-Ġografija bħala Option, qed jiddeċiedi li jistudja aktar dan is-suġġett fil-fond. Dan ikollu 4 lezzjonijiet fil-ġimgħa fejn it-tagħlim u l-kotba jkunu bl-Ingliż. Dawn l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l-eżami tas-SEC tal-Ġografija fl-aħħar tal-5 sena.

ikompli

Page 44: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ġografija

L-istudju tal-Ġografija nistgħu naqsmuh f’żewġ kategoriji. Għandek l-aspett naturali ta’ madwarna kif ukoll l-aspett uman u l-attivitajiet tiegħu.

ikompli

Page 45: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ġografija

L-aspett naturali jikkonsisti fi studju bħal per eżempju ta’ vulkani; l-atmosfera; xmajjar; terremoti; ibħra u ħafna oħrajn.

ikompli

Page 46: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ġografija

Aspett ieħor li nistudjaw fil-ġografija huwa l-aspett uman fejn niddiskutu fost l-oħrajn il-biedja, l-industrija, t-turiżmu u suġġetti oħra.

ikompli

Page 47: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ġografija

Isir ukoll studju dwar kull tip ta’ mapep, kemm dawk li nsibu fil-kotba ta’ l-Atlas, kif ukoll dawk magħrufa bħala Ordinary Survey Maps li jkollom ħafna aktar dettalji.

ikompli

Page 48: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ġografija

Il-Ġografija jiġi mgħallem kemm fil-klassi kif ukoll waqt ħarġiet imsejħa ‘Fieldwork’ fejn l-istudenti jagħmlu l-investigazzjoni huma stess billi jagħmlu intervisti u jibnu statistika minn dak li jkunu osservaw.

ikompli

Page 49: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ġografija

Il-Ġografija huwa suġġett li jgħinek f’kull tip ta’ xogħol: ta’ perit, pilota, kaptan, meteoroloġista u ħafna oħrajn.

Lista ta’ suġġetti

Page 50: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

L-Istorja

F’dawn l-aħħar snin l-istudju ta’ l-istorja aktar milli qed jibbaża fuq memorja, aktar qed jemfasiżża l-iżvilupp ta’ kif wieħed jirraġuna, jikkritika, janalizza u mhux sempliċiment tagħlim tal-pappagalli.

L-istudent jitgħallem jagħmel differenza bejn fatt u opinjoni, bejn interpretazzjonijiet differenti ta’ fatti, personaġġi eċċ.

Bil-mod il-mod l-istudent jitgħallem jagħmel xogħol ta’ riċerka waħdu.

ikompli

Page 51: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

L-Istorja

Is-suġġett hu bbażat fuq l-iżvilupp tal-ħiliet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istorja; per eżempju taqbil ta’ testi. Is-sillabu joffri għażla: l-għalliem jista’ jagħżel li jagħmel l-istorja ta’ l-Ewropa u Malta fis-seklu dsatax jew għoxrin.

ikompli

Page 52: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

L-Istorja

Hu suġġett li jqanqal l-interess dwar pajjiżek u lil hinn minnu u b’hekk tifhem aħjar l-iżvilupp soċjali, politiku, ekonomiku ta’ pajjiżek u għalhekk iqanqal imħabba akbar għal pajjiż.

Jagħtik sfond ta’ kultura.

ikompli

Page 53: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

L-Istorja

L-istorja tgħinek tifhem il-passat u l-preżent, li huma l-isfond tal-ġejjieni. L-istorja mhix mejta imma hija propju l-proċess tal-ħajja.

ikompli

Page 54: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

L-Istorja

Is-suġġett hu mportanti għall-istudenti li jixtiequ jieħdu karriera fit-turiżmu (gwidi); fir-restawr; fl-arkeoloġija; fil- ġurnaliżmu; kif ukoll għal diversi korsijiet universitarji fosthom tal-liġi; l-international relations; kif ukoll bħala għalliema.

Lista ta’ suġġetti

Page 55: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Studji Ewropej

Xínhuma l-għanijiet ta l-Istudji Ewropej?

• L-istudenti jkollhom iċ-ċans li jkattru l-għarfien tagħhom dwar l-Ewropa.

• L-istudenti jqisu l-Ewropa bħala parti minn xena internazzjonali fuq firxa dinjija.

• L-istudenti jaċċettaw u jidraw igħixu ma’ nies b’kultura u twemmin differenti.

ikompli

Page 56: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Studji Ewropej

Il-Qafas tas-Suġġett

Drittijiet Umani

Liġi u Gvern Turiżmu Pajsaġġ u Klima

Istituzzjonijiet Ewropej

Żvilupp Ekonomiku Wirt Kulturali Komunikazzjoni

Demokrazija Ħidma għall-Paċi

Popolazzjoni u Minoranzi

KummerċElettroniku

IndustrijaImpjiegĦarsien Ambjentali Saħħa u Sigurtà Ċittadinanza

ikompli

Page 57: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Studji Ewropej Is-suġġett huwa mgħallem bl-Ingliż u għalhekk importanti li l-istudent ikollu l-ħiliet kollha meħtieġa f’din il-lingwa.

Il-lezzjonijiet huma bbażati fuq diskussjonijiet fejn ikollok ċans tagħti l-ideat tiegħek u tifforma opinjoni dwar ċerti aspetti.

L-għalliema jipprovdu t-tagħrif kollu, imma inti mħeġġeġ li tkompli tfittex għal rasek anke minn fuq l-internet, kemm l-iskola kif ukoll id-dar. L-għalliema jipprovduk b’sites relevanti.

Żjarat u ħarġiet edukattivi ikunu organizzati skond il-ħtieġa u t-temi diskussi.

Ix-xogħol jinkludi proġett, li jitlob tiftix minn kotba, l-internet u sorsi oħra fejn tkun trid tinterpreta statistika u rapporti.

ikompli

Page 58: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Studji Ewropej

Wieħed jista’ jkompli jistudja dan is-suġġett fil-Livell Terzjarju fejn bħalissa nsibu korsijiet fl-Istudji Ewropej, Studji Mediterranji Kontemporanji u Studji dwar Relazzjonijiet Internazzjonali.

Dan is-suġġett jiftaħ it-triq għal diversi xogħolijiet differenti. Uħud minnhom huma:

Lista ta’ suġġetti

Ta’Għalliem; Fiċ-Ċivil; Fis-sezzjoni tal-Foreign Affairs; Fit-Turiżmu; Fil-Ġurnaliżmu; Fil-Politika Fin-Negozju.

Page 59: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Studji Soċjali

L-Istudji Soċjali, kif jindika l-isem stess, huwa suġġett fejn l-istudenti flimkien ma’ l-għalliema tagħhom jeżaminaw is-soċjetà li jgħixu fiha.

Għalhekk fil-lezzjonijiet tagħhom l-istudenti jistudjaw diversi aspetti li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. B’hekk huma mhux biss jitgħallmu fuq is-soċjetà li jgħixu fiha iżda jsiru wkoll konxji tal-ħtiġijiet tagħha.

ikompli

Page 60: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Studji Soċjali

Studenti mħajra jagħżlu dan is-suġġett jeħtieġ li juru nteress f’dak kollu li jiġri madwarna, ikollhom sens investigattiv, ikunu kapaċi jiġbru u jinterpretaw informazzjoni, kif ukoll josservaw b’mod kritiku qabel jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom.

ikompli

Page 61: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Il-Familja

L-edukazzjoni

Ix-xogħol

Is-sistemaEkonomika

Globalizzazzjoni Is-Saħħa

Bżonnijietspeċjali

Ir-Rwol tal-Mara

Sehem Iż-Żgħażagħ

Il-MassMedia

L-AmbjentKulturali

Temi Prinċipali

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Studji Soċjali

ikompli

Page 62: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Studji Soċjali

Dan is-suġġett igħin biex l-istudenti jiżviluppaw sens aktar bilanċjat, intelliġenti u kritiku tar-realtajiet soċjali. B’hekk huma jkunu aktar kapaċi jħossu l-polz tas-soċjetà tagħna. Dan wassal biex f’dawn l-aħħar snin, l-Istudji Soċjali żied fil-popolarità tiegħu ma’ l-istudenti.

ikompli

Page 63: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Studji Soċjali

Ħafna raw li dan is-suġġett jista’ jkun utli mhux biss għal dawk li fi ħsiebhom ikomplu jistudjaw f’livell aktar għoli ġewwa l-Università, iżda jista’ jgħin ukoll lill-individwu fil-kamp tax-xogħol, l-aktar fl-oqsma tal-management, social welfare, media, politika u edukazzjoni.

Hemm diversi mpjiegi marbuta ma’ dan is-suġġett fosthom ta’ social worker, ġurnalista; pulizija jew xogħol ieħor konness mas-soċjetà.

Lista ta’ suġġetti

Page 64: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Business Studies

Il-Business Studies huwa suġġett ħaj u dinamiku li jżommok aġġornat ma’ dak li jiġri madwarek fejn jidħol kummerċ u suġġetti relatati bħal teknoloġija, studji soċjali, liġi u politika.

Dan mhux suġġett li tistudjah minn fuq il-ktieb. Dan is-suġġett jittratta aspetti li mmissuhom u niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Dak li aħna nistudjaw mill-ktieb immorru narawh iseħħ fil-prattika – per eżempju l-produzzjoni u s-servizzi, is-servizzi bankarji u ta’ l-assigurazzjoni, kif ukoll is-suq ta’ l-ishma.

ikompli

Page 65: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Business Studies

Biex nifhmu aħjar dak li nistudjaw fit-teorija, immorru nżuru ntrapriżi tan-negozju relatati mas-suġġett li nkunu ddiskutejna sabiex naraw ix-xogħol fil-prattika. Barra minn hekk isiru diversi proġetti fejn l-istudenti jikkorrispondu ma’ ażjendi jew iżuruhom biex jagħmlu r-riċerka tagħhom.

ikompli

Page 66: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Business Studies

Liema huma l-ħiliet meħtieġa għall-Business Studies

Ikun jaf jesprimi ideat u informazzjoni bil-miktub bl-Ingliż

Iħobb jikkomunika ma’ l-oħrajn fil-klassi kif ukoll barra

Iħobb jieħu inizjattiva; ikun kreattiv u jerfa’ responsabbiltà

Ideja bażika fl-użu tal-kompjuter

Ifittex informazzjoni u jinterpreta rapporti u statistika

Ikollu abbiltajiet matematiċi bażiċi eż: igħodd; jiddividi eċċ

Ikun interessat jipparteċipa f’diskussjonijiet u juri fehmtu

Ikun iħobb jaqra u jfittex informazzjoni

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

ikompli

Page 67: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Business StudiesGħal x’hiex iservi l-Business Studies?

o Jgħinek biex tiżviluppa l-abbiltà li tikkomunika ma’ l-oħrajn u tesprimi l-idejat tiegħek

o Jgħinek biex issir aktar organizzat f’xogħlok.

o Titgħallem tieħu deċiżjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħol.

o Titgħallem tinfluwenza l-opinjoni ta’ l-oħrajn (eż: tħajjarhom jippruvaw u jixtru l-prodotti tiegħek).

o Jgħinek tippjana u tikkontrolla l-attivitajiet tiegħek, bħall-finanzi u xogħol.

o Titgħallem taħdem ma’ l-oħrajn bħala tim.

o Tiżviluppa l-personalità tiegħek biex tkun tista’ tmexxi u tikkonvinċi lill-oħrajn (eż: biex tmexxi negozju jew dipartiment).

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Lista ta’ suġġetti

Page 68: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Kimika (Chemistry)

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Il-Kimika għandha x’taqsam ma’ kull ħaġa li hawn madwarna. Kull oġġett hu magħmul minn diversi elementi kemikali sew jekk hu maħdum mill-bniedem, sew jekk hu naturali. L-istudju tal-Kimika jurik għaliex jiġru ċerti affarijiet. (eż: jitrabba s-sadid, jaqbad in-nar). Il-Kimika hija l-qofol tax-xjenzi l-oħra bħall-Fiżika, il-Ġografija, l-Astronomija u l-Bioloġija.

ikompli

Page 69: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Kimika (Chemistry)

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Il-Kimika titlob xogħol bin-numri u problemi matematiċi, kif ukoll attenzjoni waqt esperimenti li jsiru matul il-kors. It-tagħlim tal-Kimika jsir f’laboratorju, fejn tista’ titwettaq il-parti prattika tas-suġġett, li tinvolvi esperimenti xjentifiċi u xogħol bil-galbu. Li tkun kapaċi tasal għall-konklużjonijiet waħdek waqt l-esperimenti jgħinek timxi aktar ‘il quddiem f’din il-fergħa ta’ studju.

ikompli

Page 70: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Kimika (Chemistry)

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Is-suġġett igħinek tiżviluppa diversi ħiliet, li tajjeb ikollok bażi jew ħajra għalihom. Trid taqra u tifhem li tkun qrajt, tkun kapaċi tifforma argument u tippreżentah miktub b’mod ċar u li jiftiehem. Il-lingwa wżata hija l-Ingliż.

ikompli

Page 71: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Kimika (Chemistry)

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Ħafna mill-karrieri li għandhom x’jaqsmu mal-mediċini u x-xjenza jitolbu l-istudju tal-Kimika. Dan is-suġġett hu obbligatorju għal min fi ħsiebu jaqbad il-karriera ta’ tabib, spiżjar, dentist, fiżjoterapista, radjografu, occupational therapist u nurse fost l-oħrajn.

Lista ta’ suġġetti

Page 72: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Bijoloġija (Biology)

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Il-Bioloġija hija l-istudju tal-ħajja. L-organiżmi li jiġu mistħarrġa jvarjaw minn viruses u bacteria sa pjanti, annimali u l-bniedem innifsu. Naraw il-mod kif dawn il-ħlejjaq jieklu, jikbru, jeħilsu mill-materjal li ma jkollhomx bżonn, jirriproduċu, jieħdu n-nifs, iħossu u jiċċaqalqu. Temi oħra jittrattaw il-ġenetika, l-ambjent u l-bioteknoloġija.

ikompli

Page 73: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Bijoloġija (Biology)

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Kif jaħdem il-ġisem tal-bniedem

X’iġib il-mard

Il-ħajja tal-pjanti u l-annimali

L-aqwa użu ta’ l-ambjent

L-ikel u n-nutrizzjoni

L-indafa personali

Dan is-suġġett iwasslek biex tifhem:

ikompli

Page 74: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Bijoloġija (Biology)

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Il-Bioloġija tista’ tintgħażel flimkien ma

diversi suġġetti oħra. Il-kors fih parti teoretika u parti prattika. Igħinek tiżviluppa diversi ħiliet, li tajjeb ikollok xeħta lejhom minn qabel. Għalhekk tajjeb li:

Ikollok ħajra lejn l-istudji xjentifiċi;

Tkun tmexxi bl-Ingliż;

Tkun kapaċi tikkomunika idejat u informazzjoni bil-miktub;

Ikollok il-ħila tippjana u tagħmel esperiment;

Tagħraf tħaddem l-għodda fil-laboratorju;

Tkun kapaċi tosserva, tieħu n-noti waqt l-esperimenti u tasal għall-konklużjonijiet;

Ikollok ħeġġa biex tagħmel tiftix fil-kotba u dwar materja xjentifika.

ikompli

Page 75: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Bijoloġija (Biology)

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

o Tabib

o Agricultural biologist

o Bacteriologist

o Biotechnologist

o Brewing industry

o Dentist

o Ecologist

o Environmental biologist

o Farming manager

o Fish farming

o Nurse

o Optician

o Pathologist

o PharmacistLista ta’ suġġetti

Dan is-suġġett hu obbligatorju għal studenti li għandhom il-ħsieb jibdew karriera ta’:

Page 76: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Computer Studies

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Fid-dinja li qed ngħixu l-kompjuter tant sar importanti f’kull aspett tal-ħajja li jekk ma jkollokx ideja kif tħaddmu, tħossok illitterat. Apparti għall-ħajja tax-xogħol, il-komputer jintuża għad-divertiment, komunik-azzjoni, riċerka eċċ.

ikompli

Page 77: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Computer Studies

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Il-Computer Studies u l-Information Communication Technology (ICT) jistgħu jitqiesu bħala kuġini, biss għalkemm jiġu minn xulxin għandhom familji differenti.

L-ICT hija żwieġ bejn il-computing u telekomunikazzjoni li bis-saħħa tiegħu wieħed ikun jista’ jikseb, jiproċessa, jaħżen, jitrasmetti u joħroġ tagħrif magħmul minn leħen, stampi, kliem u numri. L-ICT hu mod kif naħdmu – nużaw il-komputer sabiex inkunu aktar effiċjenti u jkollna riżultati aħjar f’ħafna suġġetti oħra. ikompli

Page 78: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Computer Studies

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -L-għan ewlieni ta’ l-Istudju fil-Kompjuter hu li jrawwem u jqanqal akter interess fl-użu tal-kompjuter filwaqt li jgħin lill-istudent jifhem x’jista’ u x’ma jistax isir bil-kompjuters. Bis-saħħa ta’ dan is-suġġett tkun tista’ tiżviluppa aħjar il-ħila li tikkomunika permezz ta’ kompjuter u tifhem x’ikun qiegħed isir fl-istess ħin. Matul il-programm titgħallem tuża lingwaġġ partikolari għall-kompjuter (programming). Hekk issir taf ukoll kif tipprogramma l-kompjuter biex jaqdik f’xi biċċa xogħol partikolari li jista’ jkollok.

ikompli

Page 79: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Computer Studies

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Jaf sewwa bl-Ingliż;

Tajjeb fil-Matematika

Ikun midħla sew ta’ l-użu ta’ l-ICT.

Lista ta’ suġġetti

Min jitħajjar jagħżel dan is-suġġett jeħtieġ ikollu dawn it-tliet ħiliet bażiċi:

Dan il-kors ikun il-bidu biex student wara jkun jista’ jkompli studju avvanzat fil-Post Sekondarju u mbagħad min irid javvanza aktar jista’ jagħżel wieħed minn diversi korsijiet li hemm l-Università ta’ Malta bħal: Għalliem tal-Kompjuter, Enġinier, Baċellerat fix-Xjenza eċċ.

Page 80: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Arti

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

L-Arti hi mod ta’ espressjoni. Dan is-suġġett jagħtik iċ-ċans tfisser u turi l-ħsibijiet tiegħek f’għamliet differenti. Huwa bażi għal diversi media oħra viżivi eżempju skultura; ċeramika; disinn; industrija; fotografija; film u arkitettura. L-aktar forma li tintuża hija d-disinn.

Dan is-suġġett huwa mmirat għal dawk l-istudenti li jħossu li għandhom talent jew ġibda speċjali għall-arti, u għalhekk jixtiequ jitgħallmu l-bażi tat-teknika artistika. Huwa mportanti li studenti bħal dawn ma jarmux it-talenti tagħhom u l-ġentiuri għandhom jinkoraġġuhom fl-għażla tagħhom.

ikompli

Page 81: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Arti

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Il-Kors jinkludi wkoll xi tagħrif dwar l-istorja ta’ l-Arti li għalkemm mhix bżonnjuża għall-eżamijiet ta’ l-aħħar, xorta waħda tgħin biex wieħed japprezza aktar din il-fergħa ta’ studju. Billi tkun taf il-ġrajja ta’ l-arti tkun tista’ tifhem aħjar it-tibdil li seħħ matul iż-żminijiet u l-effett ta’ dawn il-bidliet fuq ix-xogħlijiet artistiċi li jsiru llum.

ikompli

Page 82: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Arti

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Is-suġġett hu primarjament wieħed prattiku. Ikun jeħtieġ li student ipinġi u joħloq disinni mill-imaġinazzjoni tiegħu, jew jagħmel object drawing (tpinġija ta’ oġġett li jkollu quddiemu).

Hu mportanti li wieħed ikun kapaċi josserva d-dettall u jaħseb dwaru. Fi kliem ieħor dak li qieħed jara quddiemu, jew jimmaġina, irid ikollu l-ħila jsawru f’għamla b’żewġ dimensjonijiet (i.e. fuq karta) u jagħtih bixra li tqanqal l-emozzjonijiet ta’ min jara r-riżultat. Jiswa lill-istudent jekk ikun diġa jinqala’ fit-tħaddim tal-lapes u d-disinn.

ikompli

Page 83: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Arti

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Fl-iskola, il-pittura tiġi mgħallma fl-għamliet diversi tagħha li jinqasmu fit-tpinġija mill-osservazzjoni u dik mill-immaġinazzjoni. L-istudenti jiffamiljarizzaw irwieħhom mat-teknika: pittura bil-lapes, linka, watercolours, poster colours, acrylics, oil pastels, charcoal, collage u printing u anke ma’ stili differenti: Impressionism, Surrealism, Cubism, Fauvism eċċ. Barra minn dan issir ukoll introduzzjoni bażika fix-xogħol bit-tafal.

ikompli

Page 84: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Arti

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Huwa essenzjali li studenti jagħżlu l-Arti jekk ikun fi ħsiebhom ikomplu jistudjaw l-Arti f’livelli aktar avvanzat f’livell Post-Sekondarju, fl-MCAST, fil-Malta Centre for Restoration, fl-Università jew anke barra minn Malta. Anke jekk għandhom il-ħsieb li jaqbdu karriera marbuta ma’ l-arti nnifisha u t-tagħlim tagħha bħal arkitettura; graphic design; restawr; interior design; fashion design eċċ. Apparti minn hekk, l-Arti bħala suġġett jibbilanċja ruħu tajjeb ma’ suġġetti oħrajn.

Dawk l-eżamijiet ta’ l-Arti fl-iskola, li jinvolvu xogħol prattiku, isiru matul il-lezzjoni stess f’perjodu ta’ 3 ġimgħat u l-istudenti jkollhom il-faċilità li jkunu jafu minn qabel il-kontenut tal-karta biex ikollhom ċans jippreparaw tajjeb għall-eżami.

Lista ta’ suġġetti

Page 85: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Graphical Communication

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Għalkemm illum qed ngħixu fid-dinja tal-kompjuter, il-Graphical Communication huwa ħafna aktar minn hekk.

Nistgħu ngħidu li l-Graphical Communication huwa l-lingwa li jużawha l-periti, id-draughtsmen, l-inġiniera u d-disinjaturi ta’ tant prodotti u affarijiet li naraw kuljum madwarna. Id-disinn huwa l-mezz li dawn in-nies jużaw biex iwasslu l-idejat tagħhom lil min ikun se jaħdem jew jibni l-oġġett fil-fabbriki jew f’postijiet oħra.

ikompli

Page 86: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Graphical Communication

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -Il-Graphical Communication huwa l-lingwa li d-disinjaturi jużaw biex jiddeskrivu daqs, għamla, pożizzjoni, kulur u materjal ta’ kwalunkwe ħaġa li taħseb fiha u li hi magħmula mill-bniedem. Għalhekk nistgħu ngħidu li mill-kompjuter, sad-dar li tgħix fiha, jew space shuttle, jew il-pinna li tikteb biha, kollha kellhom il-bidu tagħhom fuq l-imwejjed tad-disinjaturi.

Jekk inħarsu lejn it-tempji megalitiċi li għandna f’pajjiżna, nintebħu li l-bniedem ta’ żmien il-ħaġar kien qed jibni skond disinn maħsub sew. Lanqas biss għandu jgħaddielna minn moħħna li missirijietna bnew dawn it-tempji hekk sbieħ bla ebda pjan ta’ xejn.

ikompli

Page 87: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Graphical Communication

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Punti mportanti li student irid iżomm f’moħħu biex ikollu suċċess f’dan is-suġġett.

Sens ta’ Spazju: Tkun kapaċi tivviżwalizza oġġetti fi tliet dimensjonijiet (3 dimensions) minn disinn.

Preċiżjoni: Ikollok ħila tkejjel u tiddisinja sa l-anqas nofs millimetru jew nofs grad (degree).

Pulitizza fil-Preżentazzjoni: Ikollok ħila torganizza u tippreżenta x-xogħol tiegħek b’mod nadif, pulit u li jogħġob ‘l għajn.

Loġika: Il-ħila li tirraġuna, tifhem il-problemi u ssib l-aħjar soluzzjoni għalihom fl-anqas ħin possibbli.

Ħeffa ta’ l-Idejn: Ikollok kapaċità taħdem bl-għodda tad-disinn, tikkontrolla l-ħxuna tal-marki bil-lapes b’tonalitajiet differenti u taf tuża u tħaddem il-kulur bl-aħjar mod.

Kreattività: Il-ħila li toħloq forom oriġinali (l-aktar ġeometriċi) biex turi idejat, struzzjonijiet, mapep, logos, graphs, statistical charts eċċ.

Ħila Matematika: Il-ħila li ssolvi problemi matematiċi li għandhom x’jaqsmu l-aktar ma’ ġeometrija ta’ pjani u forom solidi, kif ukoll problemi oħrajn tal-matematika.

Lista ta’ suġġetti

Page 88: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Home Economics

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -It-tagħlim tal-Home Economics jiffoka fuq l-iżvilupp, l-użu u l-immaniġġjar tar-riżorsi, kemm dawk umani kif ukoll dawk materjali. Dan is-suġġett jgħinek biex tikber bħala persuna u jagħtik l-għodda meħtieġa biex tgħix ħajja aktar kompluta fid-dinja dinamika tal-lum.

Dan iseħħ billi waqt il-lezzjonijiet tal-Home Economics l-istudenti jingħataw l-opportunità li jipprattikaw varjetà t’abbiltajiet li jgħinu fl-iżvilupp personali u soċjali tagħhom. Fost dawn insibu l-abbiltà li tieħu deċiżjonijiet tajba, li ssolvi l-problemi, li taħseb b’mod kritiku u li tikkomunika b’mod effettiv.

Temi li jiġu ttrattati fil-Home Economics

Ikel u Saħħa

Għażla u mmaniġġjar tar-Riżorsi

L-Għixien tal-Familja

ikompli

Page 89: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Home Economics

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Dieta bilanċjata.

Ir-Rwol ta’ l-ikel u n-nutrijenti.

Fatturi li jaffetwaw l-għażla ta’ l-ikel.

Preparazzjoni ta’ ikel bnin u nutrittiv.

Gwida nazzjonali għal dieta tajba.

Kundizzjonijiet tas-saħħa effettwati mid-dieta.

L-ippakkjar u tikketti ta’ l-ikel.ikompli

L-Ikel u s-Saħħa

Page 90: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Home Economics

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Djar u akkomodazzjoni għal kull sitwazzjoni fil-ħajja.

L-ewwel għajnuna f’każi ta’ emerġenza.

L-indafa personali.

L-immaniġġjar ta’ l-iskart.

L-immaniġġjar tal-flus u l-metodi differenti ta’ kif tħallas.

Id-drittijiet u d-dmirijiet tal-konsumatur.

L-għażla ta’ prodotti u servizzi bl-inqas impatt fuq l-ambjent.

Home Economics

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

ikompli

L-Għażla u l-Immaniġjar tar-Riżorsi

Page 91: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Home Economics

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Il-familja.

It-tibdil tal-familja matul iż-żmien.

L-iżvilupp fiżiku, intelletwali u soċjali tat-tfal.

It-tfal u l-bżonnijiet tagħhom.

Il-ħin liberu u l-passatempi tal-familja.

L-indipendenza u l-individwalità ta’ kull membru tal-familja.

Sustanzi li jeffettwaw is-saħħa... tipjip, droga u alkoħol u kif nipprevenuhom.

ikompli

L-Għixien fil-Familja

Page 92: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Home Economics

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Livell aċċettabbli tal-lingwa Ingliża.

Ippjanar ta’ proġett.

Kreattività u lest toħroġ b’idejat.

Tagħraf issemmi soluzzjonijiet għal sitwazzjonijiet differenti li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum.

Tkun responsabbli fix-xogħol.

It-tagħlim tal-Home Economics mhux biss igħin biex wieħed itejjeb il-kwalità tal-ħajja iżda iwitti wkoll it-triq għal opportunitajiet fid-dinja tax-xogħol bħal: fis-settur turistiku; fl-industrija tal-catering; fil-Health Promotion u f’Child Care Centres u fid-Djar ta’ l-Anzjani. Wieħed jista’ ukoll jispeċjalizza fil-Home Economics u jsir għalliem tas-suġġett kemm fil-livell sekondarju u f’dak terzjarju. Min jagħżel il-Bioloġija ma’ dan is-suġġett ikollu vantaġġ għaliex iż-żewġ suġġetti għandhom xi aspetti komuni u għaldaqstant wieħed ikun jista’ jifhem aħjar u jimxi ‘l quddiem.

Lista ta’ suġġetti

Xi ħiliet li għandu jkollok biex jgħinuk jew li tixtieq tiżviluppa permezz ta’ dan is-suġġett.

Page 93: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Disinn u Teknoloġija (Design & Technology)

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Fid-Design and Technology wieħed ifittex li jiżviluppa ftehim komuni ta’ xjenza u matematika fil-kuntrast tat-teknoloġija u l-produzzjoni.

Għalfejn tistudja dan is-suġġett?

Kull attività taqa’ taħt l-aspett tad-disinn u t-teknoloġija, u fl-attivitajiet kollha hemm xi ħaġa komuni:

Li tidentifika problema; Taħseb dwarha; Kif ser issolvi l-problema.

Kull proġett li wieħed jagħmel, bħal eżempju, circuit tad-dawl, disinn ta’ biċċa għamara jew kif ser toħloq l-istil ta’ l-ilbies tal-moda, kollha jinvolvu ħaġa wahda, problema li trid issolvi.

ikompli

Page 94: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Disinn u Teknoloġija (Design & Technology)

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -Kif inhu ppreżentat dan is-suġġett fl-iskola?

L-istudenti jidraw jaraw u jifhmu, jagħmlu riċerka u jiffamiljarizzaw irwieħhom ma’ diversi tipi ta’ għodda u fuq kollox isolvu l-problemi. L-għan ewlieni hu li wieħed janalizza u jifhem għaliex u kif?

Wieħed għandu japprova diversi attivitajiet differenti f’oqsma differenti qabel jipprova jispeċjalizza f’sengħa partikolari. It-topics jew suġġetti li l-istudenti jiġu ntrodotti lilhom jinkludu:

Xogħol ta’ l-injam Sistema ta’ l-elettriku Enerġija Strutturi Mekkaniżmu Sistema fl-Elettronika

ikompli

Page 95: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Disinn u Teknoloġija (Design & Technology)

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Li tifhem id-Disinn u t-Teknoloġija, tikkomunika l-idejat u li tevalwa d-disinn, kollha jwasslu għal prodott finali aktar perfett. Meta t-teknoloġija hija wżata kif suppost u sfruttata bl-aħjar mod possibbli, twassalna għal anqas ħela ta’ ħin, flus u materjal.

Meta l-istudenti jlestu l-kors b’suċċess, dawn għandhom l-opportunità li jkomplu l-istudju fl-MCAST fejn wieħed ikun jista’ jispeċjalizza fis-suġġett jew f’sengħa partikolari li jkun għażel.

Impjiegi: Meta wieħed jispeċjalizza f’qasam partikolari, wieħed jista’ jimpjega ruħu f’diversi oqsma.

Xogħol ta’ l-Injam Mastrudaxxa/Fabbriki

Elettriku Electrician/Djar jew Industrija

Elettronika Technician TV/PC/Stereos

Mekkaniżmu/Struttura Inġinier/ Bini u Kostruzzjoni

Lista ta’ suġġetti

Page 96: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Physical Education

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Dan huwa suġġett li jgħin lill-istudenti jiżviluppaw ħiliet, jagħtihom tagħrif u jnissel fihom attitudnijiet xierqa għal ħajjithom.

Jagħti ħiliet li bihom l-istudenti jkunu jistgħu jipparteċipaw b’sodisfazzjon f’varjetà ta’ sports; jagħti tagħrif dwar il-ġisem tal-bniedem, dwar il-moviment uman u dwar il-benefiċċji t’attività fiżika; jrawwem attitudnijiet għal ħajja b’saħħitha u attiva kemm f’livell personali u kif ukoll ma’ l-oħrajn.

ikompli

Page 97: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Physical Education

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Tajjeb li tkun taf!

Is-suġġett fih parti mportanti ta’ prattika. L-istudenti jitħarrġu f’erba’ oqsma: Atletika; Ginnastika/Danza; Għawm u Logħob.

Fih ukoll it-teorija, bbażata l-iktar fuq l-esperjenza prattika li tingħata fil-lezzjonijiet. Il-parti teoretika tinvolvi studju fuq diversi aspetti, fosthom fuq kif jaħdem il-ġisem tal-bniedem, l-effett tat-taħriġ fiżiku fuq il-ġisem kif ukoll applikazzjoni ta’ prinċipji fundamentali ta’ taħriġ fiżiku.

ikompli

Page 98: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Physical Education

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Nistudjaw ukoll fuq diversi aspetti li jinfluwenzaw is-saħħa tal-bniedem, fosthom anke studju fuq l-importanza ta’ ikel addattat għal saħħitna kif ukoll fl-ambjent sportiv. Jingħataw importanza wkoll aspetti soċjali tal-isports bħal dawk ta’ parteċipazzjoni, motivazzjoni, Logħob Olimpiku u aspetti oħra. Is-suġġett jinkludi ukoll proġett li jiġi ppreżentat fl-aħħar tal-Form 5.

Karrieri:

Għalliem

Facilitator

Coach

Fil-management ta’ faċilitajiet sportivi

Gurnaliżmu

Huwa bażi tajba wkoll għal dawk li huma nteressati fil-qasam tas-saħħa bħal nursing; hairdressing; nutrition u physiotherapy.Lista ta’ suġġetti

Page 99: Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulle ġġ Sant’ Injazju

Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

Sillabi u Past Papers

L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

Sillabi

Past Papers

Main page