knisja katidrali tal-assunta - għawdex · l fl tal ser nibdew marzu, ix-xahar iddedikat enriquez....
TRANSCRIPT
SER NIBDEW MARZU, IX-XAHAR IDDEDIKAT
LIL SAN GUZEPP
Matul ix-xahar ta’ Marzu li ser nibdew, niftakru fil-ħarsien ta’ San Ġużepp fuq il-misteru tal-Inkarnazzjoni meta kien għadu fil-bidu tiegħu kif ukoll fuq
il-Knisja matul iż-żminijiet. Nitolbu lil San Ġużepp u nirrakkomandaw ruħna
taħt il-ħarsien tiegħu biex bħala Knisja nibqgħu ngħożżu t-teżori li afdalna
l-Missier speċjalment il-Vanġelu ta’ Kristu u bi mpenn nibqgħu nxandruh, nixhduh u niċċelebrawh fil-misteri qaddisa.
Il-Ħadd 24.2.19 | 6:30am Toni u Marija Grech. 7:45am George
Sultana u Beninja Attard. 9:00am Konventwali. 10:30am Carmelo u
Rose Agius. 12:00pm Adrian Agius. 6:00pm Emanuel Mercieca.
7:15pm Marija, Spiru u Dr. Michael Grech.
It-Tnejn 25.2.19 | 6:15am Francis Agius (Legat Parr.). 7:00am
Konventwali - Ġanni u Pawlu Portelli. 8:00am, 6:00pm u 7:15pm
Francis Agius (Legat Parr.).
It-Tlieta 26.2.19 | 6:15am MaryJane Cordina. 7:00am Konventwali.
8:00am Peter Paul Camilleri. 6:00pm Carmelo, Marija u Miriam
Enriquez. 7:15pm Violet u Joe Pavia, Familja Xerri u Wiġi Gauci.
L-Erbgħa 27.2.19 | 6:15am Mons. Ġużeppi Gauci (Fund. Kapit.).
7:00am Konventwali - Costantino Camilleri. 8:00am Costantino
Camilleri. 6:00pm Marija, Tereża u Carmelo Borg. 7:15pm Costantino
Camilleri.
Il-Ħamis 28.2.19 | 6:15am Luigi u Marija Grech u l-Familja Tabone
(Legat Parr.). 7:00am Konventwali - Costantino Camilleri. 8:00am
Mons. Arċid Giovanni B. Gauci. 6:00pm Ġorġ u Dolora Caruana u l-
familja. 7:15pm Laurence u Grace Cutajar.
Il-Ġimgħa 1.3.19 | 6:15am Pawlu u Marja Sultana. 7:00am
Konventwali - Costantino Camilleri. 8:00am Mons. Michael Grech.
6:00pm Familja Grech. 7:15pm Mario Azzopardi u Ċettina Debrincat.
Is-Sibt 2.3.19 | 6:15am Mons. Michael Grech. 7:00am Konventwali.
8:00am Emanuel Caruana u l-Familja Gatt. 6:00pm Annie Micallef.
7:15pm Familja Buttigieg.
Knisja Katidrali tal-Assunta - Għawdex L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI, PJAZZA TAL-KATIDRAL, IĊ-ĊITTADELLA GĦAWDEX. VCT 1822 | t: 2155 4101 (uffiċċju) / 2155 6087 (knisja) w: www.gozocathedral.org | f: www.facebook.com/gozocathedral/ | ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (filgħaxija) 5:00-7:00pm MONS. JOSEPH SULTANA - ARĊIPRIET: M: 7993 5314 - E: [email protected] | DUN DANIEL SULTANA – VIGARJU PARROKKJALI: M: 79924903 – E: [email protected]
Il-Ħajja tal-Parrnċċa
... din il-ġimgħa • Komunità Ewkaristika:
nhar it-Tnejn fit-7:45pm.
• Lectio Divina: nhar it-Tlieta fis-
6:30pm.
• Formazzjoni Nisranija għall-
Adoloxxenti Form 2: nhar ta’ Erbgħa fis-
6:30pm. • Tfal tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma u
Year 1: nhar il-Ħamis fl-4:30pm.
• Adorazzjoni b’talb għall-
Vokazzjonijiet: nhar il-Ħamis wara l-
quddiesa tas-6:00pm.
• Formazzjoni tal-Abbatini:
nhar is-Sibt fil-5:30pm.
• Formazzjoni Nisranija għall-
Adoloxxenti Forms 3, 4 u 5:
nhar ta’ Sibt fis-7:00pm.
FIL-KATIDRAL TWAQQAF KOR ĠDID Cappella Sanctae Mariae Assumptae
Wara waqfien ta’ diversi snin, u wara diversi tentattivi li
fallew, dan l-aħħar beda jiltaqa’ u ġie ffurmat kor ġdid
biex janima ċ-ċelebrazzjonijiet pontifikali, kapitulari u
parrokkjali li jinżammu fil-Katidral. Ir-Rev. Kapitlu tal-
Katidral qiegħed jieħu din l-inizjattiva konvint li l-liturġija fil-
Katidral jixirqilha li tkun iċċelebrata b’mod xieraq u
dinjituż, fuq l-orjentamenti liturġiċi tal-Konċilju Vatikan II.
Ngħidu grazzi mill-qalb lis-Surmast Colin Attard li għal snin twal mexxa l-kor parrokkjali Chorus Ecclesiae Cathedralis
sakemm dan il-kor ġie xolt fis-sena 2016. Is-Surmast Colin Attard ser jibqa’ jservi bħala Maestro di Cappella u jkun
responsabbli mill-orkestra fil-Katidral fis-servizzi marbuta
mal-Milied u mal-festa ta’ Santa Marija.
Fl-istess waqt nifirħu lis-Surmast Carmel Grech li daħal bi
mpenn biex jifforma l-kor il-ġdid, kif ukoll lill-koristi membri
tal-komunità parrokkjali tal-Katidral flimkien mal-organista
Ivan Attard. Nawguraw minn qalbna servizz dedikat b’risq
il-Katidral.
KANT FIL-FUNERALI: Navżaw li l-Kor Cappella Sanctae
Mariae Assumptae ser ikun disponibbli biex janima l-kant
waqt il-funerali fil-Katidral. F’każ ta’ funerali, il-familjari
jistgħu jitolbu dettalji fir-rigward mill-uffiċċju parrokkjali.
WEEKEND BREAK
Navżaw li l-Weekend Break f’Malta
bejn l-1, 2 u 3 ta’ Marzu huwa
FULLY BOOKED.
IĊ-ĊELEBRAZZJONI TAL-QRAR GĦAT-TFAL Nhar il-Ħamis, 28 ta’ Frar fl-4:30pm ikollna ċelebrazzjoni għat-tfal kollha tal-parroċċa li matulha t-tfal tal-Ewwel Tqarbina jiċċelebraw l-ewwel qrara. Dan huwa pass importanti fejn uliedna ser jiltaqgħu ma’ Kristu bħala r-Ragħaj it-Tajjeb li jinteressa ruħu tant fin-nagħaġ, li jmur ifittex dik li tkun intilfet. Din hija esperjenza li għalkemm għadhom żgħar imma uliedna jħossuha tant fil-qalb tagħhom. Nifirħu lil dawn it-tfal u lill-katekisti li ħejjewhom għal dan il-mument ta’ festa.
APPELL: Waqt din iċ-ċelebrazzjoni ser ikollna wkoll il-qrar għat-tfal kollha tal-parroċċa. Ġenituri, wasslu lil uliedkom il-Katidal ħalli jiċċelebraw is-sagrament tal-qrar. It-tfal ikunu lesti minn din iċ-ċelebrazzjoni fil-5:30pm.
Parteċioazzjnni tat-tfal fil-Purċissjnni tal-Passjoni
Dawk il-familji li jixtiequ li uliedhom minn Year 1
’il fuq jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Passjoni li
toħroġ mill-Katidral nhar il-Ġimgħa l-Kbira, 19 ta’
April huma mitluba jinkitbu fl-uffiċċju parrokkjali.