katidrali tal-assunta - gĦawdex · matul ix nhar il lil imħabba tagħhom lejn il camilleri....
TRANSCRIPT
MAGĦQUDIN MAL-PAPA FRANĠISKU
FIT-TALBA TAR-RUŻARJU Il-Papa Franġisku qiegħed jistieden lill-insara kollha sabiex
matul ix-xahar ta’ Ottubru, jitolbu kuljum ir-Rużarju, lill-
Verġni Marija u lill-Arkanġlu San Mikiel biex iħarsu l-Knisja
mix-xitan li qed jipprova jifred il-komunità nisranija. Il-Papa
Franġisku qal li t-talb hu dik il-qawwa li tirbaħ lill-Akkużatur
il-Kbir, ix-Xitan, li b’mod partikolari f’dawn iż-żminijiet qed
idur id-dinja kollha jakkuża u jiskandalizza. Din il-kampanja
speċjali ta’ talb bdiet fl-ewwel ta’ Ottubru, meta fakkarna lil Santa Tereżina tal-Bambin Ġesù u għandha l-għan ukoll
li l-Knisja tagħraf dejjem aktar l-iżbalji u l-abbużi li jsiru, bi
mpenn imġedded li tkompli titqabad biex il-ħażin ma
jirbaħx. Ejjew nissieħbu mal-Papa f’din it-talba tant għal
qalb il-Verġni Marija.
ILLUM IL-ĦADD FESTA PARROKKJALI TAR-RUŻARJU:
7 t’Ottubru 2018
6:00pm Quddiesa Solenni li matulha jingħata l-mandat lill-
katekisti fil-bidu ta’ sena pastorali.
7:00pm Purċissjoni aux flambeaux bl-istatwa tal-Madonna
tar-Rużarju bit-talba tar-rużarju skont l-intenzjoni tal-Papa
Franġisku. Inħeġġu lill-familji jattendu flimkien mat-tfal tal-
katekiżmu. Tingħata l-Barka Ewkaristika fil-Pjazza tal-
Katidral.
N.B. Illum ma tiġix iċċelebrata l-quddiesa tas-7:15pm.
Il-Ħadd 7.10.18 | 6:30am Vitorja, Toni u Manwel Grech. 7:45am George Sultana u Beninja Attard. 9:00am Konventwali. 10:30am Anthony Grech. 12:00pm Crocifissa Zerafa. 6:00pm Ferdinandu, Tereżina u Kostantina Camilleri, George u Marjanna Zammit, Marija u Spiru Grech. It-Tnejn 8.10.18 | 6:15am Familji Apap u Cassar. 7:00am Konventwali. 8:00am Bertu Farrugia. 6:00pm Erwieħ Abbandunati. 7:15pm Saviour Vella.
It-Tlieta 9.10.18 | 6:15am Mons Ġużeppi Gauci (Fund. Kapit.). 7:00am Konventwali. 8:00am Rita u Carmelo Farrugia. 6:00pm Anton u Ralph Farrugia. 7:15pm Joe u Violet Pavia, Familja Xerri u Wiġi Gauci. L-Erbgħa 10.10.18 | 6:15am MaryJane Cordina. 7:00am Konventwali. 8:00am Franġisk u Marija Zammit. 6:00pm Ġorġ, Dolora u l-familja Caruana. 7:15pm Toni u Marija Grech.
Il-Ħamis 11.10.18 | 6:15am Michael u Marija Spiteri. 7:00am Peter Paul Camilleri. 8:00am Mons. Anton Gauci. 6:30pm Pontifikal f’jum id-Dedikazzjoni. Il-Ġimgħa 12.10.18 | 6:15am Pawlu u Marija Sultana. 7:00am Konventwali. 8:00am Salvu Galea. 6:00pm Ġużepp u Ċensa Xerri. 7:15pm George Xuereb. Is-Sibt 13.10.18 | 6:15am Mons. Arċid G.B Gauci. 7:00am Konventwali. 8:00am Carmelo u Rose Agius. 6:00pm Elija Mercieca. 7:15pm
Marija u George Cassar.
KNISJA KATIDRALI TAL-ASSUNTA - GĦAWDEX L-UFFIĊĊJU PARROKKJALI, PJAZZA TAL-KATIDRAL, IĊ-ĊITTADELLA GĦAWDEX. VCT 1822 | t: 2155 4101 (uffiċċju) / 2155 6087 (knisja) | E: [email protected] |
w: www.gozocathedral.org | f: www.facebook.com/gozocathedral/ | ĦINIJIET TAL-UFFIĊĊJU PARROKKJALI: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (filgħaxija) 5:00-7:00pm | ARĊIPRIET: 7993 5314
IL-PAPA PAWLU VI U L-ARĊISQOF ROMERO
QADDISIN TA’ ŻMIENNA Nhar il-Ħadd, 14 t’Ottubru, il-Papa Franġisku ser jiddikjara qaddisin
żewġ persunaġġi tal-knisja ta’ żmienna. Wieħed huwa l-Papa Pawlu
VI li għal ħafna minna niftakruh imexxi l-knisja fit-tiġdid tagħha mitlub
mill-Konċilju Vatikan II flimkien mal-Arċisqof Oscar Romero, difensur
tal-foqra u l-imwarrbin ġewwa El Salvador. Fil-Katidral, f’dawn il-jiem
ser ikunu esebiti żewġ relikwiji ta’ dawn il-qaddisin: is-suttana bajda
tal-Papa Pawlu VI u l-istola tal-Arċisqof Romero. Ejjew nimitawhom fl-
imħabba tagħhom lejn il-knisja. Nhar it-Tlieta, 16 ta’ Ottubru, fis-
6:30pm ser tinżamm ċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr u talb fil-Katidral,
f’ġieħ dawn iż-żewġ qaddisin ġodda u fuq kollox okkażjoni biex
insiru nafuhom mill-qrib.
MERĦBA LIS-SEMINARISTA MATTHEW ATTARD Matul din is-sena pastorali ser ikollna fostna fi tmiem il-ġimgħa s-seminarista Matthew
Attard mill-parroċċa tax-Xewkija. Hu ġie mibgħut mis-Seminarju bħala parti mill-
formazzjoni tiegħu pastorali fil-mixja tiegħu lejn is-saċerdozju. Waqt li nilqgħuh b’qalb
kbira u bil-ferħ, ngħinuh biex isir parti mill-familja tagħna tal-Katidral.
Wasal il-jum għażiż tal-11 t’Ottubru meta nfakkru
l-jum ta' 302 sena ilu meta l-knisja Matrici, illum
Katidral tad-djoċesi t'Għawdex, ġiet iddedikata
lil Alla taħt it-titlu tal-Assunzjoni tal-Vergni Marija.
Dan huwa jum li fih niċċelebraw festa f'ġieħ din
id-dar tant għażiża għalina fejn ħafna minna
ċċelebraw is-sagramenti l-aktar għeżież u fejn
ninġabru għat-talb u s-smigħ tal-Kelma t'Alla.
Inħeġġu lil kulmin iħossu verament parruċċan tal-
Katidral biex jinvista l-Katidral f'dan il-jum u jieħu
sehem fl-Ewkaristija.
PROGRAMM
L-Erbgħa, 10 t'Ottubru: 6:30pm Kant tal-
Ewwel Għasar tas-Solennità.
Il-Ħamis, 11 t'Ottubru: 6:30pm Pontifikal
Solenni. (Din tkun l-unika quddiesa li jkollna filgħaxija).
AGĦTIHA, MULEJ, IL-MISTRIEĦ TA’ DEJJEM ... Marija Portelli toffri €20 għall-ispejjeż ta’dan il-bullettin b’suffraġju tal-għażiża ommha Tereżina
Camilleri. Niftakru fiha fit-talb tagħna.
FOOD BANK TAL-PARROĊĊA ...
TEŻOR FIS-SEMA Kemm hu sabiħ li niftakru li kull att ta’ karità sejjer
jintraddilna fil-ħajja ta’ dejjem. Grazzi lil dawk kollha
li kontinwament joffru oġġetti tal-ikel kif ukoll offrew
l-uniformi tal-iskola lill-familji fil-bżonn. Dawk li
jixtiequ jgħinu, jistgħu joffru: ross, ħalib (full fat),
pakketti tas-soppa, cereals, crackers, preserve luncheon meat, ton taż-żejt, croissants/sponges
għat-tfal, żejt, zokkor, sapun, detergent tal-
ħwejjeg, shampoo, shower gel, ħrieqi.
MIXJA TA’ TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻWIEĠ U GĦALL-ĦAJJA TAL-FAMILJA Infakkru lill-koppji għarajjes li jixtiequ jibdew jew ikomplu l-laqgħat tal-Mixja ta’ tħejjija għaż-
żwieġ u għall-ħajja tal-Familja biex japplikaw mill-aktar fis possibli. L-applikazzjoni tinkiseb mill-
uffiċċju parrokkjali. Il-laqgħat ser jibdew il-Ħadd, 21 ta’ Ottubru. Ser isiru laqgħat Malta għal
dawk l-għarajjes li jistudjaw jew jaħdmu hemm.
OASI CUP RUN 2018 Il-fondazzjoni OASI qed torganizza mixja u ġirjiet għall-kbar u għaż-żgħar b’għan ta’
solidarjetà lejn il-missjoni tagħha, illum il-Ħadd, 7 t’Ottubru fit-8:15am.