insellmu bl-isba ħ kelma
DESCRIPTION
Insellmu bl-Isba ħ Kelma. Bil-fer ħ li lejl u nhar jimla lil qalbna Insellmu bl-isbaħ kelma lill-Mulej, U nitolbuH li jkompli jimxi magħna Fit-triq quddiemna tul iż-żmien li ġej. Bil-ferħ li jfawwar dejjem fil-qalb tagħna Irroddu ħajr u nsellmu ta’ kuljum - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
![Page 1: Insellmu bl-Isba ħ Kelma](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061505/5681649b550346895dd67929/html5/thumbnails/1.jpg)
Insellmu bl-Isbaħ Kelma
![Page 2: Insellmu bl-Isba ħ Kelma](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061505/5681649b550346895dd67929/html5/thumbnails/2.jpg)
Bil-ferħ li lejl u nhar jimla lil qalbna Insellmu bl-isbaħ kelma lill-Mulej, U nitolbuH li jkompli jimxi magħna Fit-triq quddiemna tul iż-żmien li ġej.
![Page 3: Insellmu bl-Isba ħ Kelma](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061505/5681649b550346895dd67929/html5/thumbnails/3.jpg)
Bil-ferħ li jfawwar dejjem fil-qalb tagħna Irroddu ħajr u nsellmu ta’ kuljum Lil dawk l-għeżież li b’għaqal u bi mħabba Rabbewna biex wassluna s’hawn illum.
![Page 4: Insellmu bl-Isba ħ Kelma](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061505/5681649b550346895dd67929/html5/thumbnails/4.jpg)
Imbierka dawn l-iskejjel li jgħallmuna Inħobbu lill-Mulej u lil kulħadd. Imbierka dawn l-iskejjel li jmexxuna Fit-triq it-tajba bla nintilfu qatt.
![Page 5: Insellmu bl-Isba ħ Kelma](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061505/5681649b550346895dd67929/html5/thumbnails/5.jpg)
Bil-qima ngħidu grazzi lill-għalliema Li bla waqfien jgħinuna f’din it-triq. Bis-saħħa tagħhom moħħna jaħseb tajjeb, U qalbna tibqa’ toħlom u tixtieq.
![Page 6: Insellmu bl-Isba ħ Kelma](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061505/5681649b550346895dd67929/html5/thumbnails/6.jpg)
Noħolmu li ħajjitna tkun qawsalla Li tixħet l-ilwien tagħha fuq kulħadd.
![Page 7: Insellmu bl-Isba ħ Kelma](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061505/5681649b550346895dd67929/html5/thumbnails/7.jpg)
Nixtiequ li tkun xemx li ddawwal lilna U lill-oħrajn bla ma tintefa qatt.
![Page 8: Insellmu bl-Isba ħ Kelma](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061505/5681649b550346895dd67929/html5/thumbnails/8.jpg)
Imbierka dawn l-iskejjel li jgħallmuna Inħobbu lill-Mulej u lil kulħadd. Imbierka dawn l-iskejjel li jmexxuna Fit-triq it-tajba bla nintilfu qatt.
![Page 9: Insellmu bl-Isba ħ Kelma](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061505/5681649b550346895dd67929/html5/thumbnails/9.jpg)
Nixtiequ s-sliem lill-ħlejjaq t’Alla kollha, Insellmu ‘l ulied kollha tal-ħolqien, Inħobbu lil kulħadd, illum u dejjem, Inxerrdu din l-imħabba kullimkien.
![Page 10: Insellmu bl-Isba ħ Kelma](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061505/5681649b550346895dd67929/html5/thumbnails/10.jpg)
Ferħana nsellmu lil did-dinja tagħna, Nagħtuha merħba, nixtiqulha s-sliem. Noffrulha l-wegħda li flimkien se naħdmu Biex hija timxi dejjem ‘il quddiem.
![Page 11: Insellmu bl-Isba ħ Kelma](https://reader033.vdocuments.mx/reader033/viewer/2022061505/5681649b550346895dd67929/html5/thumbnails/11.jpg)
Imbierka dawn l-iskejjel li jgħallmuna Inħobbu lill-Mulej u lil kulħadd. Imbierka dawn l-iskejjel li jmexxuna Fit-triq it-tajba bla nintilfu qatt Fit-triq it-tajba bla nintilfu qatt.