gimgha l kbira

15
GIMGHA L-KBIRA Made by Gustave

Upload: gustave-micallef

Post on 30-Jun-2015

234 views

Category:

Documents


4 download

TRANSCRIPT

Page 1: Gimgha l kbira

GIMGHA L-KBIRA

Made by Gustave

Page 2: Gimgha l kbira

Il-Vari fil-Mosta

Fl-ewwel purcisjoni tal-Gimgha l-Kbira fil-Mosta li saret bit-thabrik u l-hegga ta Girgor is-sagristan fl-1866 kienu hargu zewg vari biss.

Salib tassew sabih,dak-Via Sagra,maghmul mill-ebbanu u wkoll imzejjen bir-raggi u l-irjus tieghu tal.fidda.

Hafna mill vari saru minn Karlu Darmanin u tpitru mill-gdid minn Rafel Bonnici Cali’ fl-1952.

25/02/2013

Page 3: Gimgha l kbira

Made by Gustave 3

Kristu fl-ort

25/02/2013

F din il-vara lil Kristu mixhut taht sigra taz-zebbug u fuq il-lemin tieghu hemm anglu li qieghed izomm is-salib u l-kalci f’idejh.Hija vara tal-kartapesta u saret minn Karlu Darmanin qabel is-sena 1866.Is-salib huwa tal-gewz waqt li l-kalci tal-l ‘angli huwa ta l-fida.Fl-1952 Din il-vara nzebghat u tpittret b sengha kbira minn Rafel Bonnici Cali.

Page 4: Gimgha l kbira

Made by Gustave 4

It-Tradiment Ta Guda

25/02/2013

F din l-ahhar vara li saret naraw lil Guda bilwieqfa hdejn Kristu .Naraw ukoll qaddej lal-Qassis il-Kbir ihares mghaggeb b dan it-tradment u f idejh ghandu torca.Hija xoghol fil-karta pesta u saret mir-Rabti Glotmu Dingli fil-1963.Din il-vara kienet swit 280 Lira.

Page 5: Gimgha l kbira

Made by Gustave 5

Kristu Mal-Kolanna

25/02/2013

Il-Vara ta' Kristu Marbut mal-kolonna hija vara tal-kartapesta maħduma  minn  Karlu Darmanin qabel l-1866. Flimkien mal-Vara ta' Ġesu’ fl-Ort tal-Ġetsemani, din il-Vara ħarġet fl-ewwel purċissjoni ta' l-1866.  

Page 6: Gimgha l kbira

Made by Gustave 6

Ecco Homo

25/02/2013

Fuq l-istil  tradizzjonali, din il-Vara tal-Ecce Homo turi lil Kristu waħdu,  inkurunat bix-xewk u b'qasba f'idu. Xogħol sabiħ bil-kartapesta maħdum minn Karlu Darmanin fl-1895. Ta' min jgħid li din il-vara ħadet post oħra fejn Kristu kien jidher bil-qiegħda x'aktarx xogħol tal-Għargħuri Kalċidon Mangion. Il-qasba li hemm f'id Kristu hija tal-fidda.  Bħal ħafna mill-vari l-oħra tal-Mosta, din il-vara nżebgħet u tpittret mill-ġdid minn Rafel Bonnici Cali’ fl-1952. 

Page 7: Gimgha l kbira

Made by Gustave 7

Ir-Redentur

25/02/2013

Din il-Vara devota hija wkoll xogħol ta' Karlu Darmanin u saret fl-1869.  Is-salib huwa tal-ġewż filwaqt li l-katina hija tal-fidda.  Din il-vara fl-1952 ukoll inżebgħet u tpittret mill-gdid minn Rafel Bonnici Cali`. 

Page 8: Gimgha l kbira

Made by Gustave 8

Il-Veronika

25/02/2013

Karlu Darmanin ħadem din il-Vara tal-kartapesta fl-1895. L-uniċi żewġ Vari oħra fil-gżejjer Maltin fejn il-Veronika tidher akkumpanjata minn tifla insibuhom f'Ħal Għargħur u fin-Nadur, Għawdex għalkemm tal-Mosta hija l-unika waħda li qegħda fuq il-lemin tal-Veronika b'bomblu f'idejha. Ta' min jgħid li l-ġrajja tal-Veronika ma tinsabx rakkontata fl-ebda wieħed mill-erba' vanġeli kanoniċi.  Dak li nafu dwarha ġej mit-tradizzjoni jew minn xi rivelazzjonijiet privati.  Darmanin ħadem il-Veronika tal-Mosta bit-tifla magħha skond ir-rivelazzjonijiet tal-Beata  Katerina Emerich. Din il-vara ħadet post oħra li x'aktarx, bħall-Ecce Homo l-antik, saret minn Kalċidon Mangion. 

Page 9: Gimgha l kbira

Made by Gustave 9

Il-Vara l-Kbira

25/02/2013

Xogħol ieħor bil-kartapesta ta' Mastru Karlu Darmanin, din il-Vara tal-1869 hija meqjusa minn bosta bħalha waħda mill-isbaħ Vara l-Kbira fil-gżejjer Maltin, specjalment minhabba l-korp ta' Kristu kruċifissat. Is-salib huwa tal-ġewż filwaqt li l-kartella tal-INRI u l-imsiemer huma tal-fidda. Bħall-Vari l-oħra, reġgħet inżebgħet u tpittret min Rafel Bonnici Cali' fl-1952.

Page 10: Gimgha l kbira

Made by Gustave 10

Il-Monument

25/02/2013

Dan il-Monument rikk sar fl-1924 fuq disinn ta' l-istatwarju Wistin Camilleri, li ħadem il-korp ta' Kristu mejjet flimkien mal-anġli li jżejnu l-urna. L-urna barokka hija xogħol l-iskultur Antonio Agius. Ta' min jgħid li dan huwa l-uniku Monument li huwa mdawwar bi tmien anġli għaliex oħrajn jew m'għandhomx anġli jew għandhom erbgħa. Waqt il-purċissjoni, il-Monument jitmexxa fuq erba' roti mgħottija taħt faldrappa tal-bellus li tkun mizmuma minn erba' qassisin. Moħbija taħtu jkun hemm raġel li jidderiġih permezz ta' żewġ toqbiet li hemm fl-iskultura fuq quddiem u tliet irġiel li jgħinu u jimbuttawh matul it-toroq tal-purċissjoni. 

Page 11: Gimgha l kbira

Made by Gustave 11

Id-Duluri

25/02/2013

Minflok l-anġlu, il-Madonna tidher akkumpanjata minn San Ġwann. Is-salib huwa tal-ġewż, filwaqt li r-raġġiera, l-istellarju, il-kuruna tax-xewk, il-kartella tal-INRI u l-imsiemer f'idejn San Ġwann huma kollha tal-fidda. Din il-Vara wkoll ġiet mizbugħa u mpittra minn Rafel Bonnici Cali' fl-1952.

Page 12: Gimgha l kbira

Made by Gustave 12

Il-Passjoni

25/02/2013

Page 13: Gimgha l kbira

Made by Gustave 13

L-Irxoxt

25/02/2013

Il-vara ta’ Kristu Rxoxt għal din il-Parroċċa saret fl-1976 meta ħarġet għall-ewwel darba l-purċissjoni li tiċċelebra l-qawmien ta’ Kristu rebbieħ fuq il-mewt. L-istatwarju li sawwarha huwa Ġlormu Dingli, l-istess wieħed li ħadem il-vara ta’ dan il-misteru ta’ Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi San Bastjan u l-Għargħur. Il-figura ta’ Kristu, għalkemm qiegħda waħidha, għandha moviment qawwi ħafna u dan jidher fil-pożizzjoni tas-saqajn u tal-idejn. Fl-istess ħin nistgħu ngħidu li għalkemm din il-vara hija relattivament ġdida, xorta għandha stil tradizzjonali bil-qabar irħamat u bil-vażetti bil-fjuretti tal- ganutell.Il-Purċissjoni tal-Għid fil-Mosta ssir il-Ħadd filgħaxija u fiha jieħdu sehem ammont ta’ rġiel libsin ta’ suldati Rumani kif ukoll numru sabiħ ta’ subien u bniet libsin kostumi tal-epoka. Il-Banda Nicolo’ Isouard tferraħ il-miġemgħa bil-marċi brijużi.

Page 14: Gimgha l kbira

Made by Gustave 14

L-Irxoxt

25/02/2013

Page 15: Gimgha l kbira

THANK YOU FOR WATCHING